31985L0572

Id-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1985 li tistabbilixxi l-lista tas-simulanti sabiex jintużaw għat-testijiet tal-migrazzjoni tal-kostitwenti tal-materjali u l-oġġetti plastiċi maħsuba biex jidħlu f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel

Official Journal L 372 , 31/12/1985 P. 0014 - 0021
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 15 P. 0003
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0041
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 15 P. 0003
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 19 P. 0041
CS.ES Chapter 13 Volume 008 P. 75 - 82
ET.ES Chapter 13 Volume 008 P. 75 - 82
HU.ES Chapter 13 Volume 008 P. 75 - 82
LT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 75 - 82
LV.ES Chapter 13 Volume 008 P. 75 - 81
MT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 75 - 82
PL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 75 - 82
SK.ES Chapter 13 Volume 008 P. 75 - 82
SL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 75 - 82


Id-Direttiva tal-Kunsill

tad-19 ta' Diċembru 1985

li tistabbilixxi l-lista tas-simulanti sabiex jintużaw għat-testijiet tal-migrazzjoni tal-kostitwenti tal-materjali u l-oġġetti plastiċi maħsuba biex jidħlu f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel

(85/572/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 82/711/KEE tat-18 ta' Ottubru 1982 li tistabbilixxi r-regoli bażiċi meħtieġa għat-testijiet tal-migrazzjoni tal-kostitwenti tal-materjali u l-oġġetti plastiċi maħsuba biex jidħlu f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' ikel [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [3],

Wara li kkunsidra l-oġpinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [4],

Billi bis-saħħa ta' l-Artikolu 2(3), flimkien ma' l-ewwel inċiż tal-Kapitolu 1(2) ta' l-Anness mad-Direttiva 82/711/KEE, is-simulanti adatti sabiex jitwettqu t-testijiet ta' migrazzjoni għandhom jiġu indikati għall-materjali u l-oġġetti plastiċi maħsuba biex jidħlu f'kuntatt ma' oġġett wieħed ta' ikel jew grupp speċifiku ta' oġġetti ta' l-ikel;

Billi ma għandhiex tiġi eskluża l-possibbiltà, fejn meħtieġ, li jsir użu mill-metodi għal testijiet oħra tal-migrazzjoni għajr dawk stabbiliti f'din id-Direttiva;

Billi, meta jkunu qegħdin jiġu stabbiliti s-simulanti adatti, għandha titqies b'mod partikolari l-kompożizzjoni kimika ta' l-oġġett ta' l-ikel u tal-proprjetajiet fiżiċi tiegħu;

Billi, għal uħud mill-oġġetti ta' l-ikel li jkun fihom ix-xaħam, ir-riżultat miksub mit-testijiet tal-migrazzjoni bis-simulant huwa ogħla minn dak miksub mit-testijiet tal-migrazzjoni ma' l-oġġett ta' l-ikel innifsu u billi għalhekk ir-riżultat għandu jiġi kkorreġut billi jiġi applikat "fattur tat-tnaqqis" adatt għas-sitwazzjoni partikolari; billi f'ċerti każi speċifiċi, b'mod partikolari dawk tal-materjali u ta' l-oġġetti f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel b'sustanzi tax-xaħam fil-wiċċ, l-eżistenza tal-metodi adatti ta' l-analiżi hija essenzjali sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva.

Billi l-adattament ta' din id-Direttiva għall-progress tekniku jikkostitwixxi miżura ta' implimentazzjoni, li l-adozzjoni tagħha, sabiex il-proċedura tiġi ssimplifikata u mħaffa, għandha tkun fil-prinċipju, ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni;

Billi fil-każijiet kollha li fihom il-Kunsill jikkonferixxi fuq il-Kummissjoni l-awtorità sabiex timplimenta d-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-materjali u l-oġġetti plastiċi maħsuba li jiġu f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel, għandha tiġi stabbilita proċedura li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti ta' l-Oġġetti ta' l-Ikel, stabbilit mid-Deċiżjoni 69/414/KEE [5],

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Skond l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 82/711/KEE, is-simulanti li għandhom jintużaw għat-testijiet tal-migrazzjoni tal-kostitwenti tal-materjali u l-oġġetti plastiċi maħsuba biex jidħlu f'kuntatt ma' oġġett ta' l-ikel wieħed jew ma' grupp speċifiku ta' oġġetti ta' l-ikel u l-konċentrazzjoni ta' dawn is-simulanti għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness.

L-Artikolu 2

Minkejja l-Artikolu 1, il-lista tas-sustanzi jew tal-materjali li l-użu tagħhom huwa awtorizzat bl-esklużjoni ta' l-oħrajn kollha tista' tistabbilixxi l-proċeduri li jittestjaw il-migrazzjoni ta' kostitwenti partikolari ta materjali plastiċi u oġġetti li jiddifferixxu minn dawk stabbiliti fl-Anness fejn dan ikun xieraq.

L-Artikolu 3

L-adattamenti li għandhom isiru lill-Anness ma' din id-Direttiva fid-dawl tal-progress fit-tagħrif xjentifiku u tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 76/893/KEE [6].

L-Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard miż-żmien li fih jieħdu l-miżuri sabiex jimplimentaw id-Direttiva 82/711/KEE.

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 1985.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Fischbach

[1] ĠU L 297, tat-23.10.1982, p. 26.

[2] ĠU C 102, ta' l-14.4.1984, p. 4.

[3] ĠU C 175, tal-15.7.1985, p. 299.

[4] ĠU C 25, tat-28.1.1985, p. 6.

[5] ĠU L 291, tad-19.11.1969, p. 9.

[6] ĠU L 340, tad-9.12.1976, p. 19.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

IL-LISTA TA' SIMULANTI

1. Fit-tabelli li ġejjin, li huma lista mhux eżawrjenti ta' l-oġġetti ta' l-ikel, is-simultanti li għandhom jintużaw fit-testijiet tal-migrazzjoni ma' oġġett ta' l-ikel partikolari jew ma' grupp ta' oġġetti ta' l-ikel huma identifikati bl-ittri murija:

Is-Simulant A:

l-ilma ddistillat jew l-ilma ta' kwalità ekwivalenti;

Is-Simulant B:

3 % aċidu aċetiku (w/v) f'soluzzjoni milwiema;

Is-Simulant Ċ:

15 % etanol (v/v) f'soluzzjoni milwiema;

Is-Simulant D:

iż-żejt taż-żebbuġa rrettifikat [1]; jekk għal raġunijiet tekniċi, konnessi mal-metodu ta' l-analiżi huwa meħtieġ li jintużaw simulanti differenti, iż-żejt taż-żebbuġa għandu jiġi mibdul b'taħlita ta' trigliċeridi sintetiċi [2], jew b'żejt tal-ward tax-xemx [3].

2. Għal kull oġġett ta' l-ikel jew grupp ta' oġġetti ta' l-ikel, is-simulant/i indikat/i bi "X" biss għandu/għandhom jintuża/w, billi għal kull simulant jintuża kampjun ġdid tal-materjali u tas-suġġett ikkonċernati. Meta ma tidher l-ebda "X", l-ebda test tal-migrazzjoni mhu meħtieġ għall-intestatura jew is-subintestatura ikkonċernati.

3. Meta l-"X" tiġi segwita minn linja oblikwa u ċifra, ir-riżultat tat-testijiet tal-migrazzjoni għandu jiġi diviż bin-numru indikat. Fil-każ ta' ċerti tipi ta' oġġetti ta' l-ikel bix-xaħam din iċ-ċifra, magħrufa bħala l-"fattur tat-tnaqqis", hija użata b'mod konvenzjonali sabiex titqies il-kapaċità ikbar estrattiva tas-simultant għal dawn l-oġġetti ta' l-ikel.

4. Meta l-ittra "a" tidher fil-parentesi wara l-"X", għandu jintuża biss wieħed miż-żewġ simulanti mogħtija:

- jekk il-valur tal-pH ta' l-oġġett ta' l-ikel ikun ogħla minn 4,5, għandu jintuża s-simulant A,

- jekk il-valur tal-pH ta' l-oġġett ta' l-ikel huwa 4,5 jew inqas, għandu jintuża s-simulant B,

5. Meta oġġett ta' l-ikel huwa elenkat taħt intestatura kemm speċifika u kemm ġenerali, is-simultant/i indikat/i taħt l-intestatura speċifika biss għandu/hom jintuża/w.

IT-TABELLA

In-numru tar-referenza | Id-deskrizzjoni ta' l-oġġetti ta' l-ikel | Is-simulanti li għandhom jintużaw |

A | B | Ċ | D |

01

Ix-Xorb

01.01 | Ix-xorb mhux alkoħoliku jew ix-xorb alkoħoliku b'qawwa alkoħolika ta' inqas minn 5 % vol.: | | | | |

| L-ilma, is-cider, il-meraq tal-frott jew tal-ħaxix ta' l-ikel ta' qawwa normali jew ikkonċentrat, il-mostu, in-nettaru tal-frott, il-luminati u l-ilma minerali, ix-xiroppi, il-bitters, l-infużjonijiet, il-kafè, it-te, iċ-ċikkulata likwida, il-birra u oħrajn | X (a) | X (a) | | |

01.02 | Ix-xorb alkoħoliku ta' qawwa alkoħolika ta' 5 % jew aktar.: | | | | |

| Ix-xorb muri taħt l-intestatura 01.01 iżda b'qawwa alkoħolika ta' 5 % jew aktar: | | | | |

| L-inbejjed, l-ispirti u l-likuri | | X [4] | X [5] | |

01.03 | Mixxellanji: l-etil alkoħol mhux żnaturat | | X [4] | X [5] | |

02

Iċ-Ċereali, il-prodotti miċ-ċereali, il-ħelu ta' l-għaġina, il-gallettini, il-kejkijiet u oġġetti oħra li jinbiegħu mill-furnara

02.01 | Il-Lamti | | | | |

02.02 | Iċ-Ċereali, mhux ipproċessati, minfuħa, fi flakes, (inklużi l-popcorn, il-corn flakes u oġġetti simili) | | | | |

02.03 | Id-dqiq taċ-ċereali u l-qamħ mitħun oħxon | | | | |

02.04 | L-imqarrun, l-ispagetti u prodotti simili | | | | |

02.05 | Il-ħelu ta' l-għaġina, il-gallettini, il-kejkijiet u oġġetti oħra li jinbiegħu mill-furnara, xotti: | | | | |

| AB'sustanzi xaħmija fil-wiċċ | | | | X/5 |

| BOħrajn | | | | |

02.06 | Il-Ħelu ta' l-għaġina, il-kejkijiet u oġġetti oħra li jinbiegħu mill-furnara, friski: | | | | |

| AB'sustanzi xaħmija fil-wiċċ | | | | X/5 |

| BOħrajn | X | | | |

03

Iċ-Ċikkulata, iz-zokkor u prodotti tagħhomIl-prodotti tad-dolċerija

03.01 | Iċ-ċikkulata, il-prodotti miksija biċ-ċikkulata, is-sostituti u l-prodotti miksija bis-sostituti | | | | X/5 |

03.02 | Prodotti ta' dolċerija | | | | |

| AFl-għamla solida: | | | | |

| I.B'sustanzi xaħmija fil-wiċċ | | | | X/5 |

| II.Oħrajn | | | | |

| B.Fl-għamla ta' paste: | | | | |

| I.B'sustanzi xaħmija fil-wiċċ | | | | X/3 |

| II.Umdi | X | | | |

03.03 | Iz-Zokkor u l-prodotti miz-zokkor: | | | | |

| A.Fl-għamlasolida: | | | | |

| B.Għasel u prodotti simili | X | | | |

| Ċ.Il-ġulepp magħqud u l-ġulepp taz-zokkor | X | | | |

04

Il-Frott, il-ħxejjex ta' l-ikel u l-prodotti minn dawn

04.01 | Il-frott sħiħ, frisk jew imkessaħ | | | | |

04.02 | Il-Frott iproċessat | | | | |

| A.Il-Frott imnixxef jew iddeidrat, sħiħ jew fl-għamla ta' dqiq jew trab | | | | |

| B.Il-frott fl-għamla ta' biċċiet ħoxnin, ta' purè jew tal-paste | X (a) | X (a) | | |

| Ċ.Il-Priservi tal-frott (il-ġammijiet jew prodotti simili – il-frott sħiħ jew f'biċċiet ħoxnin jew fl-għamla ta' dqiq jew ta' trab, ippreservati f'medju likwidu): | | | | |

| I.F'medju milwiem | X (a) | X (a) | | |

| II.F'medju żejtni | X (a) | X (a) | | X |

| III.F'medju alkoħoliku (> 5 % vol.) | | X [4] | X | |

04.03 | Il-ġewż (il-karawett, il-qastan, il-lewż, il-ġellewż, il-ġewż, iż-żerriegħa tal-prinjol u oħrajn): | | | | |

| A.Mingħajr qoxra, imnixxfin | | | | |

| B.Mingħar qoxra u inkaljati | | | | X/5 [6] |

| Ċ.Fl-għamla ta' paste jew krema | X | | | X/3 [6] |

04.04 | Il-Ħaxix ta' l-ikel sħiħ, frisk jew imkessaħ | | | | |

04.05 | Ħaxix ipproċessat: | | | | |

| A.Il-Ħaxix ta' l-ikel imnixxef jew iddeidrat sħiħ jew fl-għamla ta' dqiq jew trab | | | | |

| B.Il-Ħxejjex ta' l-ikel, imqattgħin, fl-għamla ta' purejiet | X (a) | X (a) | | |

| Ċ.Il-Ħaxix ta' l-ikel ippriservat: | | | | |

| I.F'medju milwiem | X (a) | X (a) | | |

| II.F'medju żejtni | X (a) | X (a) | | X |

| III.F'medju alkoħoliku (≥ 5 % vol.) | | X [4] | X | |

05

Ix-Xaħmijiet u ż-żjut

05.01 | Ix-xaħmijiet u ż-żjut mill-annimali u mill-ħxejjex ta' l-ikel, sewwa jekk naturali u sewwa jekk ittrattati (li jinkludi l-butir tal-kawkaw, ix-xaħam, il-butir issolidifikat mill-ġdid) | | | | X |

05.02 | Il-margarina, il-butir u xaħmijiet u żjut oħra magħmula mill-emulsjonijiet ta' ilma fiż-żejt | | | | X/2 |

06

Il-Prodotti mill-annimali u l-bajd

06.01 | Il-ħut: | | | | |

| A.Frisk, imkessaħ, immellaħ, iffumikat | X | | | X/3 [6] |

| B.Fil-għamla ta' paste | X | | | X/3 [6] |

06.02 | Il-krustaċji u l-molluski (inklużi l-gajdri, il-maskli, il-bebbux tal-baħar) li mhumiex protetti naturalment mill-qoxra tagħhom | X | | | |

06.03 | Il-laħam ta' l-ispeċji żooloġiċi kollha (inklużi t-tjur u l-kaċċa): | | | | |

| A.Friski, imkessħa, immellħa, iffumikati | X | | | X/4 |

| B.Fl-għamla ta' paste, kremi | X | | | X/4 |

06.04 | Il-Prodotti mil-laħam ipproċessat (il-perżut, is-salami, il-bejken u oħrajn) | X | | | X/4 |

06.05 | Ħut u laħam preservat u parti-ppreservat | | | | |

| A.F'medju milwiem | X (a) | X (a) | | |

| B.F'medju żejtni | X (a) | X (a) | | X |

06.06 | Il-bajd mhux fil-qoxra: | | | | |

| A.Fl-għamla ta' trab jew imnixxef | | | | |

| B.Oħrajn | X | | | |

06.07 | L-isfra tal-bajd: | | | | |

| A.Likwidi | X | | | |

| B.Fl-għamla ta' trab jew iffriżati | | | | |

06.08 | L-abjad tal-bajd imnixxef | | | | |

07

Il-Prodotti mill-ħalib

07.01 | Il-ħalib: | | | | |

| A.Sħiħ | X | | | |

| B.Imnixxef sa ċertu punt | X | | | |

| Ċ.Xkumat jew xkumat parzjalment | X | | | |

| D.Imnixxef | | | | |

07.02 | Il-Ħalib iffermentat bħal yoghourt, ix-xorrox tal-butir u prodotti bħal dawn b'assoċjazzjoni mal-frott u l-prodotti mill-frott. | | X | | |

07.03 | Il-krema u l-krema qarsa | X (a) | X (a) | | |

07.04 | Il-ġobnijiet: | | | | |

| A.Sħaħ, bil-qoxra | | | | |

| B.Yl-ġobnijiet ipproċessati | X (a) | X (a) | | |

| Ċ.L-oħrajn kollha | X (a) | X (a) | | X/3 [6] |

07.05 | It-Tames: | | | | |

| A.Fl-għamla likwida jew viskuża | X (a) | X (a) | | |

| B.Fl-għamla ta' trab jew imnixxef | | | | |

08

Prodotti mixxellanji

08.01 | Il-Ħall | | X | | |

08.02 | L-ikel moqli jew fil-forn: | | | | |

| A.Il-Patata moqlija, il-fritturi u oġġetti bħal dawn | | | | X/5 |

| B.Ta' oriġini mill-annimali | | | | X/4 |

08.03 | It-Tħejjijiet għas-sopop, għall-brodijiet, fl-għamla likwida, solida jew trab (l-estratti, il-konċentrati); it-tħejjijiet ta' l-ikel kompost u omoġenizzat, platti mħejjija: | | | | |

| A.Fl-għamla ta' trab jew imnixxfa | | | | |

| I.B'sustanzi xaħmija fil-wiċċ | | | | X/5 |

| II.Oħrajn | | | | |

| B.Likwidi jew paste: | | | | |

| I.B'sustanzi xaħmija fil-wiċċ | X (a) | X (a) | | X/3 |

| II.Oħrajn | X (a) | X (a) | | |

08.04 | Il-ħmira u l-aġenti li jkabbru: | | | | |

| A.Fl-għamla ta' paste: | X (a) | X (a) | | |

| B.Imnixxfa | | | | |

08.05 | Il-melħ | | | | |

08.06 | Iz-Zlazi: | | | | |

| A.Mingħajr sustanzi xaħmija fil-wiċċ | X (a) | X (a) | | |

| B.Il-mayonnaise, iz-zlazi mnissla mill-mayonnaise, il-kremi għall-insalata u żejt ieħor f'emulsjonijiet ta' l-ilma | X (a) | X (a) | | X/3 |

| Ċ.Iz-Zalza li jkun fiha ż-żejt u l-ilma li jifformaw żewġ saffi distinti | X (a) | X (a) | | X |

08.07 | Il-Mustarda (għajr il-mustarda fl-għamla ta' trab taħt l-intestatura 08.17) | X (a) | X (a) | | X/3 [6] |

08.08 | Is-Sandwiches, il-ħobż mixwi u prodotti bħal dawn li jkun fihom kull tip ta' oġġett ta' l-ikel: | | | | |

| A.B'sustanzi xaħmija fil-wiċċ | | | | X/5 |

| B.Oħrajn | | | | |

08.09 | Il-Ġelati | X | | | |

08.10 | L-Ikel imnixxef: | | | | |

| A.B'sustanzi xaħmija fil-wiċċ | | | | X/5 |

| B.Oħrajn | | | | |

08.11 | L-Ikel iffriżat jew iffriżat bil-qawwi | | | | |

08.12 | L-Estratti kkonċentrati tal-qawwa alkoħolika ta' 5 % vol jew aktar: | | X [4] | X | |

08.13 | Il-kawkaw/kokodina: | | | | |

| A.It-trab tal-kawkaw (il-kokodina) | | | | X/5 [6] |

| B.Il-paste tal-kawkaw/kokodina | | | | X/3 [6] |

08.14 | Il-Kafè, inkaljat jew le, dekaffeinat jew li jinħall fl-ilma, is-sostituti tal-kafè, fl-għamla ta' granuli jew trab | | | | |

08.15 | L-estratti tal-kafè likwidu | X | | | |

08.16 | Il-Ħwawar aromatiċi u ħwawar oħra: Il-kamomilla, il-ħobbejża, in-nagħniegħ, it-tè, iż-żahar tal-lime u oħrajn | | | | |

08.17 | L-ispices u t-taħwir ta' l-ikel fl-istat naturali: il-kannella, l-imsiemer tal-qronfol, it-trab tal-mustarda, il-bżar, il-vanilla, iż-żagħfran u oħrajn | | | | |

[1] Il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġ rrettifikat

[2] Il-kompożizzjoni tat-taħlita tat-trigliċeridi sintetiċiId-distribuzzjoni ta' aċidu xaħmiIs-safaL-ispectrum tipiku ta' assorbiment (ħxuna tas-saff: d = 1 ċm; referenza: l-ilma = 35 °C)Mill-inqas 10 % ta' trasmittanza tad-dawl f'310 nm (ċellola ta' 1 ċm, referenza: l-ilma = 35 °C)

[3] Il-karatteristiċi taż-żejt tal-ward tax-xemx

[4] Dan it-test għandu jitwettaq biss fil-każijiet fejn il-pH ikun ta' 4,5 jew anqas.

[5] Dan it-test jista' jitwettaq fil-każ tal-likwidi u x-xorb ta' qawwa alkoħolika ta' aktar minn 15 % vol. b'soluzzjonijiet milwiema ta' l-etanol ta' qawwa simili.

[6] Jekk jista' jintwera permezz ta' test approprjat illi ma jeżisti l-ebda "kuntatt xaħmi" mal-plastik, it-test bis-simulant D jista' ma jsirx.

--------------------------------------------------