31984R1556



Official Journal L 150 , 06/06/1984 P. 0005 - 0005
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0146
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 30 P. 0246
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0146
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 30 P. 0246


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1556/84

tal-4 ta' Ġunju 1984

li jemenda r-Regolament Nru 136/66/KEE dwar l-istabbiliment ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi, permezz ta' l-ewwel subparagrafu ta' Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3331/82 [3], li għandu x'jaqsam mal-istrateġija ta' l-għajnuna ta' ikel u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna ta' ikel, il-prodotti intiżi għal din il-għajununa għandhom ikunu mobbilizzati bi qbil mar-regoli u l-proċeduri stabbiliti skond l-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq;

Billi, fis-settur taż-żjut u x-xaħmijiet, għandhom jiġu stabbiliti regoli u proċeduri xierqa għall-mobilizzazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u ta' żjut oħra veġetali;

Billi r-Regolament Nru 136/66/KEE [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1101/84 [5], għandu jkun emendat kif xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu li ġej huwa hawnhekk imdaħħal fir-Regolament Nru 136/66/KEE:

"Artikolu 36a

1. Iż-żejt taż-żebbuġa fornut bħala għajnuna ta' l-ikel għandu jinxtara mis-suq tal-Komunità jew għandu jiġi minn ħażniet miżmuma mill-aġenziji ta' l-intervent.

Iż-żjut veġetali speċifikati f'Artikolu 1(2)(b) li huma fornuti bħala għajnuna ta' l-ikel għandhom jinxtraw mis-suq tal-Komunità.

2. B'dankollu, f'emerġenza jew fil-każ ta' nuqqas ta' disponibbilità fis-suq tal-Komunità, il-prodotti speċifikati fil-paragrafu 1 jistgħu jinxtraw minn pajjiż li għandu jiżviluppa.

3. Il-kriterji għall-organizzazzjoni tal-prodotti, u speċjalment il-kriterji għax-xiri tal-prodotti mis-suq tal-Komunità jew sabiex jiġi deċiż l-użu taż-żejt taż-żebbuġa miżmum mill-aġenziji ta' l-intervent, għandhom jiġu adottati mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni.

4. Għandhom jiġu adottati r-regoli dettaljati għall-organizzazzjoni u l-kunsinja tal-prodotti fornuti bħala għajnuna ta' l-ikel bi qbil mal-proċedura stabbilita f'Artikolu 38."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-4 ta' Ġunju 1984.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Delors

[1] ĠU Ċ 327, ta' l- 1.12.1983, p. 8.

[2] ĠU Ċ 77, tad- 19.3.1984, p. 106.

[3] ĠU L 352, ta' l-14.12.1982, p. 1.

[4] ĠU Ċ 172, tat- 30.9.1966, p. 3025/66.

[5] ĠU L 113, tat-28.4.1984, p. 7.

--------------------------------------------------