31983R1400



Official Journal L 143 , 02/06/1983 P. 0012 - 0012
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 28 P. 0027
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 28 P. 0027
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 16 P. 0114
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 16 P. 0114


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1400/83

ta' l-1 ta' Ġunju 1983

li jemenda għas-16-il darba r-Regolament (KEE) Nru 2730/81 li jistabbilixxi lista ta' aġenziji fi stati importaturi li mhumiex membri u li huma intitolati li joħorġu sejħiet għal offerti għal xogħol bl-appalt fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir- Regolament (KEE) Nru 1183/82 [2], u partikolarment Artikoli 13(3) u 17 (4) ta' l-istess Regolament,

Billi r- Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2730/81 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1149/83 [4], stabbilixxa lista ta' stati importaturi li mhumiex membri u li huma intitolati li joħorġu seħjiet għal offerti għal xogħolijiet bl-appalt fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib;

Billi, fid-dawl ta' l-iktar informazzjoni reċenti disponibbli għall-Kummissjoni dwar il-prattiċi ta' kummerċ segwiti fl-istati importaturi konċernati u n-natura uffiċjali ta' l-aġenziji in kwistjoni, dan ir-Regolament għandu jiġi emendat;

Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 2730/81 huwa emendat kif ġej:

Il-lista ta' l-organizzazzjonijiet għandha tiġi kompletata biż-żieda ta' l-organizzazzjoni li ġejja, u l-inserzjoni għandha tiddaħħal f'ordni alfabetiku skond l-istat importatur:

Stat importatur | Organizzazzjoni tal-ħruġ |

Iran | République Islamique de l'Iran Ministère de l'Agriculture Société des Industries du lait de l'Iran Iran Milk Industry Avenue Dr Ali Shariati N 737 Teheran |

Sri Lanka | Lanka Milk Foods (CWE) Ltd Welisara Ragama |

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-1 ta' Ġunju 1983.

Għall-Kummissjoni

Poul Dalsager

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

[2] ĠU L 140, ta' l-20.5.1982, p. 1.

[3] ĠU L 272, tas-26.9.1981, p. 25..

[4] ĠU L 124, tat-12.5.1983, p. 33..

--------------------------------------------------