31982L0893



Official Journal L 378 , 31/12/1982 P. 0057 - 0057
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0214
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0214


Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-21 ta' Diċembru 1982

li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 72/461/KEE fir-rigward ta' ċerti miżuri relatati mal-marda ta' l-ilsien u tad-dwiefer u l-marda vexxikolari tal-majjali

(82/893/KEE)

Il-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunisdra t-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 43 u 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi d-Direttiva 64/432/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 82/61/KEE [4], tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti, fir-rigward tas-saħħa, minn bhejjem ħajjin u, majjali intiżi għall-kummerċ intra-Komunitarju;

Billi, invista ta' l-iżvilupp tal-marda ta' l-ilsien u tad-dwiefer u l-marda vexxikolari tal-majjali fil-Komunità, il-miżuri Komunitarji previsti fl-Artikoli 4a u 4b tad-Direttiva 64/432/KEE għandhom jinżammu għal perjodu addizzjonali; billi, wkoll, jekk il-marda ta' l-ilsien u tad-dwiefer tirriżulta inċidentalment f'parti limitata tat-territorju ta' Stat Membru, id-dritt ta' l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni għandu jinżamm jekk il-marda hija eliminata;

Billi d-Direttiva 72/461/KEE [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 81/476/KEE [6], tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti, fir-rigward tas-saħħa, minn annimali li l-laħam tagħhom huwa ntiż għall-kummerċ intra-Komunitarju;

Billi, fir-rigward tat-tendenza tal-marda ta' l-ilsien u tad-dwiefer fil-Komunità, il-miżuri Komunitarji previsti bl-Artikolu 13 tad-Direttiva 72/461/KEE għandhom jinżammu,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 64/432/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4a, id-data "il-31 ta' Diċembru 1982" għandha tiġi sostitwita b "il-31 ta' Diċembru 1983";

2. fl-Artikolu 4b:

(a) fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, "il-31 ta' Diċembru 1982", għandu jiġi sostitwit b "il-31 ta' Diċembru 1983";

(b) il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:

"Dan l-Artikolu għandu jibqa japplika għall:

(i) Istati Membri definiti fil-parti introduttorja ta' l-ewwel paragrafu meta l-marda ta' l-ilsien u tad-dwiefer tkun irriżultat f'parti limitata tat-territorju tagħhom u tkun ġiet eliminata,

(ii) Istati Membri definiti fil-punti A u B ta' l-ewwel paragrafu meta l-marda ta' l-ilsien u tad-dwiefer tkun irriżultat f'parti limitata tat-territorju tagħhom u tkun ġiet eliminata."

L-Artikolu 2

Fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 72/461/KEE, id-data "il-31 ta' Diċembru 1982" għandha tiġi sostitwita b "il-31 ta' Diċembru 1983".

L-Artikolu 3

L-Istati Membri ghandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regoli u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1983.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1982.

Għall-Kunsill

Il-President

O. Møller

[1] L-opinjoni mogħtija fis-17 ta' Diċembru 1982 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] L-opinjoni mogħtija fis-17 ta' Diċembru 1982 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU 121, tad- 29.7.1964, p. 1977/64.

[4] ĠU L 29, tas-6.2.1982, p. 13.

[5] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 24.

[6] ĠU L 186, tat-8.7.1982, p. 20.

--------------------------------------------------