31977R2182



Official Journal L 251 , 01/10/1977 P. 0060 - 0063
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 9 P. 0071
Greek special edition: Chapter 03 Volume 19 P. 0098
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 9 P. 0071
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 13 P. 0058
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 13 P. 0058


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2182/77

tat-30 ta’ Settembru 1977

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-bejgħ taċ-ċanga ffriżata mill-ħażniet ta’ intervent biex ikunu proċessati fil-Komunita u li jemenda Regolament (KEE) Nru 1687/76

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea;

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella [1], kif ġie emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 425/77 [2], u b’mod speċjali l-Artikolu 7(3) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 98/69 tas-16 ta’ Jannar 1969 li jistabbilixxi regoli ġenerali ta’ kif l-aġenziji ta’ intervent [3] għandhom jiddisponu miċ-ċanga friżata u l-vitella, kif emendat mir-Regolament (KEE) Nru 429/77 [4], jistipula li laħam bħal dan jista’jinbiegħ għal użu speċjali; billi jridu jkunu stabbiliti regoli dettaljati kif għandhom jiddisponu minn dak il-laħam għall-industrija ta’ l-ipproċessar tal-laħam tal-Komunita;

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 597/77 tat-18 ta’ Marzu 1977 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikabbiltà ta’ ftehim ta’ importazzjoni speċjali għal ċerti tipi ta’ ċanga friżata għall-ipproċessar [5], kif emendat mir-Regolament (KEE) Nru1384/77 [6], jispeċifika li l-prodotti li fihom se jkun ipproċessat il-laħam; billi, biex jitħaffef il-kontroll ta’ l-ipproċessar ta’dan it-tip, irid isir disposizzjoni biex il-prodotti mibjugħa skond ir-Regolament preżenti jkunu pproċessati f’dawk speċifikati fir-Regolament (KEE) Nru 597/77, jew fi prodotti li jaqgħu taħt l-intestatura tat-Tariffa Komuni tad-Dwana 02.06 C I a) 2;

Billi, barra minn hekk, ir-Regolament (KEE) Nru 597/77 jagħti lok biex ikun hemm ftehim iżjed favorevoli għal-laħam li jrid ikun manifatturat fi priservati, sabiex tittejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-priservati fis-suq; billi jrid ikun hemm disposizzjoni li tgħid li l-laħam li jitneħħa skond dan ir-Regolament jinbiegħ bi prezzijiet differenti skond l-użu aħħari tiegħu;

Billi l-bejgħ skond dan ir-Regolament bi prezzijiet iffissati bil-quddiem għandu jkun kopert bid-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 216/69 ta’ l-4 ta’ Frar 1969 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex titneħħa ċ-ċanga friżata mixtrija mill-aġenziji ta’ intervent [7], skond ċerti eċċezzjonijiet speċjali li jiddependu mill-użu partikulari li jsir minn dawn il-prodotti;

Billi jrid ikun stabbilit li, minbarra l-garanzija msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 216/69, trid tingħata garanzija li sservi bħala garanzija għall-użu li jsir mill-prodotti mibjugħa skond dan ir-Regolament; billi din il-garanzija għandha tvarja skond l-użu li se jsir mil-laħam;

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 1687/76 tat-30 ta’ Ġunju 1976 [8], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (EEC) Nru 1723/77 [9], stabbilixxa regoli dettaljati biex ikun verifikat l-użu jew id-destinazzjoni tal-prodotti ta’ intervent; billi xi wħud minn dawn ir-regoli jridu jiġu applikati fil-każ tal-bejgħ li jsir skond dan ir-Regolament;

Billi l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru1134/68 tat-30 ta’ Lulju 1968 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 653/68 dwar il-kondizzjonijiet biex isiru tibdiliet fil-valur ta l-unità tal-kontijiet użata fil-politika agrikola komuni [10] jistipula li, fil-każ tat-transazzjonijiet li jkunu saru skond il-politika agrikola komuni, il-flus dovuti mill-Istat Membru jew minn korp awtorizzat apposta, imsarrfa f’muniti nazzjonali u li jirrappreżentaw ammonti stabbiliti f’unitajiet tal-kontijiet, għandhom jitħallsu skond relazzjoni li jkun hemm bejn il-unità ta kontijiet u l-muniti nazzjonali miksuba meta saret it-transazzjoni jew parti minn tranżazzjoni;

Billi skond l-Artikolu 6 tar-Regolament hawn fuq imsemmi ż-żmien meta ssir it-transazzjoni hu meqjus bħala d-data meta jiġri l-avveniment, kif definit fir-regoli tal-Komunita jew, fin-nuqqas tagħhom jew minħabba li jkunu għadhom qegħdin jiġu addottati dawk ir-regoli, mir-regoli ta’ l-Istat Membru konċernat, li fihom l-ammont involut fit-transazzjoni jkun dovut u jrid jitħallas;

Billi d-data ta’ l-avveniment meta s-sigurta u l-prezz tal-bejgħ tal-prodott jkunu dovuti u jridu jitħallsu tkun dik meta jseħħ il-kuntratt ta’ bejgħ;

Billi l-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament jaqblu mal-fehma tal-Kumitat tal-Amministraxxjoni għaċ-Ċanga u l-Vitella,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Il-laħam mibjugħ skond dan ir-Regolament se jintuża’ fil-manifattura fil-Komunita, fuq għażla tax-xerrej, jew

(a) bħala ikel ippreservat kif definit fl-Artikolu 1(5) tar-Regolament (KEE) Nru 597/77, jew

(b) prodotti oħra kif definiti fl-Artikolu 1(6) ta’ l-istess Regolament, jew prodotti li jaqgħu taħt is-subtitolu tat-Tariffa Komuni tad-Dwana 02.06 C I a) 2.

2. Fil-każ tal-laħam friżat ipproċessat fi prodotti kif stabbilit fil-paragrafu 1 (a), ma jiġux aċċettati l-provi ta’ l-ipproċessar sakemm l-ammont ta’ ikel priservat magħmul minn dak il-laħam ma’ jkunx mill-inqas ugwali għall-ammont mixtri.

Il-koeffiċjenti użati biex ikun determinat l-ammont ta’ laħam bil-għadam iffriżat li jinsab f’ċertu ammont ta’ laħam ppreservat se jkun stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

3. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, 100 kilogramma ta’ laħam mingħajr għadam għandha titqies li tammonta għal 77 kilogramma ta’ laħam bil-għadam.

Iżda, fil-każ tal-biċċiet ta’ quddiem, 100 kilogramma ta’ laħam mingħajr għadam għandha titqies li tammonta għal 70 kilogramma ta’ laħam bil-għadam.

Artikolu 2

Jistgħu jiġu ffissati prezzijiet differenti għal-laħam mibjugħ skond dan ir-Regolament skond jekk it-tip ta’ laħam ikunx għal produzzjoni tal-ikel preservat kif stabbilit fis-sottoparagrafu (a) ta’ l-Artikolu 1(1) jew fil-produzzjoni ta’ prodotti oħra kif stabbilit fis-subparagrafu (b) tiegħu.

Artikolu 3

1. L-Applikazzjonijiet għax-xiri jew offerti jridu jinkludu dikjarazzjoni bil-miktub mix-xerrej li l-laħam ikun maħsub jew għall-fabbrikazzjoni tal-prodotti kif stabbilit fl-Artikolu 1(1)(a) jew għall-fabbrikazzjoni tal-prodotti kif imsemmi fl-Artikolu 1(1)(b), u għandu jkun indikat l-Istat jew Stati Membri fejn għandha ssir il-manifattura.

2. Qabel ma jseħħ il-kuntratt ta’ bejgħ, ix-xerrej irid jagħmel stqarrija bil-miktub lill-awtorita kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn irid isir l-ipproċessar li fiha jgħid li fi żmien 30 ġurnata mid-data ta’ l-għeluq tal-kuntratt irid jindika l-istabbiliment jew stabbilimenti fejn għandu jiġi proċessat il-laħam mixtri.

3. Fejn ikun applikat l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1687/76, l-aġenzija ta’ intervent li żżomm il-prodotti trid minnufih tgħarraf lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru bil-post fejn għandu jsir l-ipproċessar u d-data ta’ meta jseħħ il-kuntratt ta’ bejgħ.

Artikolu 4

1. Qabel ma jseħħ il-kuntratt tal-bejgħ, għandha tiġi depożitata garanzija kalkolata biex tiżgura li li l-prodotti jkunu pproċessati ma’ l-awtorita kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn ikun se jsir l-ipproċessar. Din għandha tkun fil-munita nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru.

L-ammont tal-garanzija jista’ jinbidel skond il-prodott għall-bejgħ u l-użu aħħari tiegħu

2. Fejn ikun applikat l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1687/76, ma’ jistgħux isiru kuntratti ta’ bejgħ qabel ma l-aġenzija ta’ intervent li tkun qiegħda żżomm dawk il-prodotti tirċievi ċ-ċertifikat imsemmi f’dak il-paragrafu.

Artikolu 5

1. L-ipproċessar tal-laħam mixtri skond dan ir-Regolament għandu jsir fi żmien erba’ xhur minn meta jsir il-kuntratt tal-bejgħ.

2. Il-provi stipulati fl-Artikolu 12 tar-Regolament (EEC) Nru 1687/76 għandhom jinġabru fi żmien ħames xhur mid-data ta’ l-għeluq tal-kuntratt ta’ bejgħ.

3. Ir-rilaxx tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 4(1) għandha tkun suġġetta għal provi msemmija fil-paragrafu 2, u għat-tħaris tal-kondizzjonijiet l-oħra msemmija f’dan ir-Regolament.

4. Is-sigurtà msemmija fl-Artikolu 4(1) għandha tinħeles minnufih jekk l-applikazzjoni għax-xiri tkun rifjutata, proporzjonalment ma’ l-ammonti li għalihom ma jkun sar l-ebda kuntratt ta’ bejgħ.

Artikolu 6

1. Bħala deroga mill-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 216/69, il-prezz għandu jitħallas kif u meta l-prodotti jitneħħew mill-maħżen, proporzjonalment ma’ l-ammonti mneħħija u mhux aktar tard mill-jum qabel kull tneħħija.

2. Il-prezz għandu jitħallas bil-munita nazzjonali ta’ l-Istat Membru fejn tinsab l-aġenzija ta’ intervent li tkun qiegħda żżomm il-prodotti.

3. Bħala deroga mill-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 216/69, l-ammont ta’ bejgħ minimu għandu jkun ta’ 10 tunnellati.

Artikolu 7

Fejn, minħabba xi forza maġġura, ix-xerrej ma jkunx jista’ jżomm maż-żmien stipulat biex jirċievi l-kunsinna, l-aġenzija ta’ intervent trid tieħu l-passi li tqis meħtieġa fiċ-ċirkustanzi invokati.

L-aġenzija ta’ intervent għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b’kull każ ta’ forza maġġuri u bil-miżuri meħuda għal kull wieħed minnhom.

Artikolu 8

Id-data ta’ l-avveniment skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) 1134/68, li fih il-garanzija msemmija fl-Artikolu 4(1) u l-prezz tal-bejgħ ikunu dovuti u jridu jitħallsu, trid titqies bħala dakinhar li jsir il-kuntratt ta’ bejgħ.

Artikolu 9

Il-Paragrafu 17 hawn taħt u n-noti relevanti f’qiegħ il-paġna (8) għandhom jiddaħħlu wara l-paragrafu 16 fl-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 1687/76 taħt it-titolu "II prodotti maħsuba għal użu jew skop ieħor barra minn dawk elenkati taħt I":

"17. Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2182/77 tat-30 ta’ Settembru 1977 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-bejgħ taċ-ċanga ffriżata mill-ħażniet ta’ intervent biex ikunu pproċessati fil-Komunita, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1687/76 [8] ĠU Nru L 251, ta’ l-1.10.1977, p. 60..

(a) Il-laħam għall-fabbrikazzjoni tal-ikel preservat:

- Is-sezzjoni 104:

"Il-laħam għall-fabbrikazzjoni tal-ikel ppreservat.Sistema (a). (Regolament (KEE) Nru 2182/77)."

"Kød bestemt til fremstilling af konserves.Ordning (a). (Forordning (EØF) nr. 2182/77)."

"Fleisch zur Herstellung von Konserven bestimmt.Regelung (a). (Verordnung (EWG) Nr. 2182/77)."

"Viandes destinées à la fabrication de conserves.Régime (a). (Règlement (CEE) no 2182/77)."

"Carni destinate alle fabbricazione di conserve.Regime (a). (Regolamento (CEE) n. 2182/77)."

"Vlees bestemd voor de vervaardiging van conserve.Regeling (a). (Verordening (EEG) nr. 2182/77)."

- Sezzjoni 106:

Id-data ta’ meta jkun sar il-kuntratt tal-bejgħ.

(b) Laħam għall-fabbrikazzjoni ta’prodotti oħra:

- Sezzjoni 104:

"Laħam għall-ipproċessar.Sistema (b). (Ir-Regolament (KEE) Nru 2182/77)."

"Kød bestemt til forarbejdning.Ordning (b). (Forordning (EØF) nr. 2182/77)."

"Zur Verarbeitung bestimmtes Fleisch.Regelung (b). (Verordnung (EWG) Nr. 2182/77)."

"Viandes destinées à la transformation.Régime (b). (Règlement (CEE) no 2182/77)."

"Carni destinate alle trasformazione.Regime (b). (Regolamento (CEE) n. 2182/77)."

"Vlees bestemd voor verwerking.Regeling (b). (Verordening (EEG) nr. 2182/77)."

- Sezzjoni 106:

Id-data ta’meta jkun sar il-kuntratt tal-bejgħ"

Artikolu 10

Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fl-10 t’Ottubru 1977.

Dan ir-Regolament se jorbot bis-sħiħ u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-30 ta’ Settembru 1977.

Għall -Kummissjoni

Finn Gundelach

Viċi-President

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

[2] ĠU L 61, tal-5.3.1977, p. 1.

[3] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 2.

[4] ĠU L 61, tal-5.3.1977, p. 18.

[5] ĠU L 76, ta’ l-24.3.1977, p. 1.

[6] ĠU L 157, tat-28.6.1977, p. 16.

[7] ĠU L 28, tal-5.2.1969, p. 10.

[8] ĠU L 190, ta’ l-14.7.1976, p. 1.

[9] ĠU L 190, ta’ l-14.7.1976, p. 1.

[10] ĠU L 188, ta’ l-1.8.1968, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Koeffiċjenti maħsubha biex jiddeterminaw l-ammont ta’ laħam bil-għadma friżat li jinsab f’ċertu ammont ta’ laħam preservat

Prodotti | Koeffiċjenti |

I.Ikel preservat, barra minn dak omoġenizzat, li jinsab fil-persentaġġi li ġejjin tal-laħam ta’ l-annimali bovini: | |

1.80 % jew aktar tal-laħam, minbarra l-intern u x-xaħam | 1·50 |

2.60 % jew aktar iżda inqas minn 80 % tal-laħam, minbarra l-intern u x-xaħam | 1·10 |

3.40 % jew aktar iżda inqas minn 60 % tal-laħam, minbarra l-intern u x-xaħam | 0 ·90 |

8.20 % jew aktar iżda inqas minn 40 % tal-laħam, minbarra l-intern u x-xaħam | 0·30 |

II.Il-koeffiċjent li jgħodd fil-każ tal-laħam priservat omoġenizzat se jkun ugwali għall-ammont, imsarraf f’kilos, ta’ laħam bil-għadam iffriżat użat fil-fabbrikazzjoni ta’ kilo laħam priservat | |

--------------------------------------------------