31977L0389



Official Journal L 145 , 13/06/1977 P. 0041 - 0042
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0044
Greek special edition: Chapter 13 Volume 6 P. 0050
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0044
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0056
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 7 P. 0056


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-17 ta’ Mejju 1977

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-mezzi ta’ rmunkar ta’ vetturi bil-mutur

(77/389/KEE)

IL-KUNSILL TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-ħtiġiet tekniċi li vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali għandhom x’jaqsmu inter alia mal-mezzi ta’ rmunkar tagħhom;

Billi dawk il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi hu għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet jew flimkien ma’ jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex, b’mod partikolari, jippermettu li l-proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li kienet is-suġġett tad- Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3], tkun introdotta fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura;

Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali dwar vetturi bil-mutur tinvoli r-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri tal-kontrolli mwettqa minn kull wieħed minnhom abbażi ta’ ħtiġiet komuni,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, “vettura” tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għal użu fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha, li jkollha ta’ l- anqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata ta’ aktar minn 25 kilometru fis-siegħa, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji, tratturi u makkinarju għall-agrikoltura jew għall-forestrija u vetturi tax- xogħlijiet pubbliċi.

Artikolu 2

Ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ vettura għal raġunijiet relatati mal-mezzi ta’ rmunkar tagħhom, jekk dawn jissodisfaw il-ħtiġiet stipulati fl-Anness.

Artikolu 3

Ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta r-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi l-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ vettura għal raġunijiet relatati mal-mezzi ta’ rmunkar tagħhom, jekk dawn jissodisfaw il-ħtiġiet stipulati fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 4

Kull emenda meħtieġa biex il-ħtiġiet ta’ dan l-Anness jiġu addattati sabiex jieħdu kont tal-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE.

Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifikazzjoni tagħha, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b’dan.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet leġislattivi li jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva jkun ikkomunikat lill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fis-17 ta’ Mejju 1977.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Silkin

[1] ĠU C 76, tas-7.4.1975, p. 37.

[2] ĠU C 248, tad-29.10.1975, p. 24.

[3] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

MEZZI TA’ L-IRMONKAR

1. Numru

1.1. Kull vettura bil-mutur għandu jkollha mezz ta’ rmunkar speċjali imwaħħal fuq quddiem, li miegħu tista’ titqabbad xi attrezzatura ta’ kollegament bħalma huma xi ħadida jew ħabel ta’ l-irmonk.

1.2. Vetturi fil-kategorija M1 - kif definit fl-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE - ħlief għal dawk il-vetturi li m’humiex adatti għall-irmunkar ta’ tagħbijiet, għandhom jiġu mgħammra wkoll b’mezz ta’ rmunkar fuq wara.

2. Stabbilità

2.1. Kull mezz speċjali għall-irmonk armat fuq il-vettura għandu jkun kapaċi jiflaħ għal forza statika ta’ ġibda u kompressiva ta’ mill-anqas nofs il-piż totali awtorizzat tal-vettura, biss mingħajr it-tagħbija rmunkata li hija mqabbda magħha.

--------------------------------------------------