31974L0148



Official Journal L 084 , 28/03/1974 P. 0003 - 0007
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0222
Greek special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0202
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0222
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0178
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 3 P. 0178


Id-Direttiva tal-Kunsill

ta’ l-4 ta’ Marzu 1974

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma' l-użin minn 1 mg sa 50 kg ta’ preċiżjoni ogħla mill-medja

(74/148/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali;

Billi l-fabbrikazzjoni u l-proċeduri għall-ispezzjoni ta' l-użin ta' preċiżjoni ogħla mill-medja huma soġġetti għal regolamenti stretti li jvarjaw bejn l-Stati Membri u għaldaqstant ifixklu l-kummerċ ta’ dawn l-użin; billi, għaldaqstant, dawn ir-regolamenti għandhom jiġu allinejati;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1971 [1] dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ disposizzjonijiet komuni kemm għal strumenti ta’ kejl kif ukoll għal metodi ta’ kontroll metroloġiku stabbiliet il-proċeduri ta’ l-approvazzjoni tad-disinn tal-KEE u l-proċedura tal-verifika inizjali tal-KEE; billi, bi qbil ma' dik id-Direttiva, għandhom jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li l-użin ta' preċiżjoni ogħla mill-medja għandhom jissodisfaw sabiex jitqiegħdu b’mod liberu fis-suq u jidħlu fis-servizz, wara l-verifiki u t-twaħħil tal-marka tal-verifika ta’ l-inizjali tal-KEE;

Billi għandu jitqies l-abbozz tar-rakkomandazzjoni internazzjonali, "valeur conventionnelle du résultat des pesées dans l'air", ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Metroloġija Legali, Mejju 1973, fir-rigward tal-kunċett ta' massa konvenzjonali,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA

Artikolu 1

Din id-Direttiva tikkonċerna użin ta’ preċiżjoni ogħla mill-medja li l-valur nominali tagħhom huwa ugwali għal 1 mg jew aktar u anqas minn jew ugwali għal 50 kg.

Din id-Direttiva ma tapplikax għall-użin ta’ karat metriku jew għall-użin speċjali koperti minn direttivi oħra.

Artikolu 2

L-użin li jistgħu jirċievu l-marki u s-sinjali tal-KEE huma elenkati fl-Anness. Huma mhumiex soġġetti għall-approvazzjoni tad-disinn tal-KEE; huma għandhom jgħaddu minn verifika inizjali tal-KEE.

Artikolu 3

L-ebda Stat Membru ma jista’ jimpedixxi, jipprojbixxi jew jirrestrinġi t-tqegħid fis-suq jew id-dħul fis-servizz ta' l-użin imsemmija fl-Artikolu 1 u li jkollhom il-marka tal-verifika inizjali tal-KEE.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar min-notifika tagħha u għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, l-4 ta’ Marzu 1974.

Għall-Kunsill

Il-President

W.Scheel

[1] ĠU Nru L 202, 26.7.1971, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

1. Definizzjonijiet

1.1. Użin

Kejl fiżiku ta’ massa, li l-karatteristiċi tiegħu ta' kostruzzjoni u metroloġija huma stabbiliti permezz tas-sura, id-daqs, il-materjal, l-irfinitura, il-valur nominali u l-iżball massimu permissibbli.

1.2. Settijiet ta’ użin

Serje ta’ użin li ġeneralment jiġu ppreżentati f'kaxxa, f'kombinazzjoni tali li tippermetti li jsir użin tat-tagħbijiet kollha mill-iżgħar piż nominali sas-somma ta' l-użin kollha fis-sett, f’sekwenza li fiha, l-iżgħar użin nominali fis-sett huwa l-unità.

Is-sekwenza fis-sett ta' l-użin hija ġeneralment kif ġej:

(1; 1; 2; 5) × 10n kg

(1; 1; 1; 2; 5) × 10n kg

(1; 2; 2; 5) × 10n kg

(1; 1; 2; 2; 5) × 10n kg

F’dawn l-espressjonijiet, n tirrappreżenta jew żero, jew numru sħiħ negattiv jew pożittiv.

1.3. Użin standard

Użin użati fl-ispezzjoni tal-magni ta’ l-użin u użin huma magħrufa bħala użin standard.

2. Valuri nominali ta' l-użin

Il-valur nominali ta' l-użin għandu jkun ugwali għal 1 × 10 n kg, or 2 × 10n kg, jew 5 × 10n kg; f’dawn l-espressjonijiet n tirrappreżenta jew żero jew numru sħiħ pożittiv jew negattiv.

3. Massa konvenzjonali

3.1. Għal użin meħud f’20º Ċ, il-massa konvenzjonali hija l-massa ta’ użin ta’ referenza ta’ densità ta’ 8000 kg/m3 li tibbilanċja f’arja ta’ densità ta’ 1.2 kg/m3.

3.2 L-iżbalji massimi permissibbli, msemmija f’punt 4, għandhom x'jaqsmu mal-massa konvenzjonali.

4. Żbalji massimi permissibbli għall-verifika inizjali tal-KEE

4.1. L-iżball massimu permissibbli, bejn wieħed u ieħor, għal kull użin individwali jingħata f’milligrammi fit-tabella t'hawn taħt:

Valuri Nominali | Klassi E1 | Klassi E2 | Klassi F1 | Klassi F2 | Klassi M1 |

50 kg | 25 | 75 | 250 | 750 | 2500 |

20 kg | 10 | 30 | 100 | 300 | 1000 |

10 kg | 5 | 15 | 50 | 150 | 500 |

5 kg | 2,5 | 7,5 | 25 | 75 | 250 |

2 kg | 1,0 | 3,0 | 10 | 30 | 100 |

1 kg | 0,50 | 1,5 | 5 | 15 | 50 |

550 g | 0,25 | 0,75 | 2,5 | 7,5 | 25 |

200 g | 0,10 | 0,30 | 1,0 | 3,0 | 10 |

100 g | 0,05 | 0,15 | 0,5 | 1,5 | 5 |

50 g | 0,030 | 0,10 | 0,30 | 1,0 | 3,0 |

20 g | 0,25 | 0,080 | 0,25 | 0,8 | 2,5 |

10 g | 0,020 | 0,060 | 0,20 | 0,6 | 2,0 |

5 g | 0,015 | 0,050 | 0,15 | 0,5 | 1,5 |

2 g | 0,012 | 0,040 | 0,12 | 0,4 | 1,2 |

1 g | 0,010 | 0,030 | 0,10 | 0,3 | 1,0 |

500 mg | 0,008 | 0,020 | 0,06 | 0,20 | 0,6 |

200 mg | 0,006 | 0,020 | 0,06 | 0,20 | 0,6 |

100 mg | 0,005 | 0,015 | 0,05 | 0,15 | 0,5 |

50 mg | 0,004 | 0,012 | 0,04 | 0,12 | 0,4 |

20 mg | 0,003 | 0,010 | 0,03 | 0,10 | 0,3 |

10 mg | 0,002 | 0,008 | 0,025 | 0,08 | 0,25 |

5 mg | 0,002 | 0,006 | 0,020 | 0,06 | 0,20 |

2 mg | 0,002 | 0,006 | 0,020 | 0,06 | 0,20 |

1 mg | 0,002 | 0,006 | 0,020 | 0,06 | 0,20 |

5. Sura ġenerali ta' l-użin

Użin ta’ gramma jista’ jkollu s-sura ta’ multipli ta’ gramma waħda jew is-sura tas-sotto-multipli.

5.1. Użin ta’ gramma waħda u użin ta’ gramma multipli

5.1.1. Użin ta’ Grad M1 għandu jkollhom s-sura ta’ użin tal-klassi ta' preċiżjoni medja.

5.1.2. Użin ta' klassijiet oħra ta’ preċiżjoni jista’ jkollhom id-dimensjonijiet esterni ta' l-użin tal-klassi ta’ preċiżjoni medja. Użin ta’ 10 kg sa gramma waħda jistgħu jkunu wkoll f'forma ċilindrika jew fis-sura ta’ kon kemmxejn maqtugħ b'maqbad tond fuq.

5.1.2.1. L-għoli tal-body għandu jkun bejn wieħed u ieħor daqs id-dijametru medju, id-differenza permissibbli bejn id-dijametru medju u l-għoli tkun bejn 3/4 u 5/4 ta’ dan id-dijametru.

5.1.2.2. Fuq l-użin kollha l-għoli tal-maqbad tond għandu jkun bejn id-dijametru medju u n-nofs dijametru medju tal-body.

5.1.3. L-użin tal-klassi E1, E2 u F1 ma għandhomx għalfejn ikollhom maqbad tond; jistgħu jkunu magħmulin minn sura ċilindrika biss.

5.1.4. L-użin tal-klassi E1 u E2 għandhom ikunu fonduti f’biċċa waħda, użin oħra jista’ jkollhom ħofra ta' aġġustament magħluqa permezz tal-maqbad tond jew permezz ta' kwalunkwe apparat ieħor addattat. Il-volum tal-ħofra ta' aġġustament ma għandux ikun aktar minn 1/5 tal-volum totali ta' l-użin.

5.2. Użin ta’ gramma u użin sotto-multipli tal-gramma. Użin ta’ gramma waħda u użin sotto-multipli tal-gramma għandhom ikunu strixxi jew wires poligonali laminati li jkollhom sura addattata sabiex wieħed ikun jista' jaqbadhom faċilment.

Is-sura ta' l-użin għandha tagħti indikazzjoni tal-valur nominali tagħhom.

Strixxi poligonali laminati, is-sura u l-valuri tagħhom:

trijanglu għal 1 — 10 — 100 — 1000 mg

kwadrilaterali għal 2 — 20 — 200 mg

pentagonu għal 5 — 50 — 200 mg

Segmenti ta’ wire poligonali u l-valuri tagħhom:

segment 1 għal 1 — 10 — 100 — 1000 mg

2 segmenti għal 2 — 20 — 200 mg

5 segmenti għal 5 — 50 — 500 mg

Meta żewġ użin jew tlieta fis-sett huma identiċi, għandha ssir distinzjoni bejniethom permezz ta’ asterisk jew tnejn jew tikek rispettivament fil-każ ta’ strixxi laminati u ganċ jew tnejn rispettivament fil-każ ta’ wires.

5.3. L-użin ta’ 20 u 50 kg, għajr dawk fi klassi M1, jista’ jkollhom sura adatta għall-mod ta' kif jinqabdu.

6. Komponenti ta' l-użin

6.1. L-użin għandhom ikunu magħmulin minn metall jew minn metall ligat. Metall jew liga bħal dawn għandhom ikunu ta’ kwalità tali li taħt kondizzjonijiet normali ta' użu d-deterjorazzjoni ta' l-użin għandha tkun negliġibbli meta mqabbla ma' l-iżbalji massimi permissibbli fil-klassi ta' preċiżjoni tagħhom.

6.1.1. Id-densità ta' l-użin għandha tkun tali li devjazzjoni ta’ 10% tad-densità ta’ l-arja fir-rigward ta’ dik speċifikata (1.2 kg/m3 ) twassal għal żball ta’ mhux aktar minn 1/4 ta’ l-iżball massimu permissibbli.

6.1.2. Il-metall jew il-liga ta’ użin ta’ klassi E1, E2 u F1 għandhom ikunu prattikament mhux manjetiċi.

6.2. Ir-reżistenza għall-korrużjoni u għat-tqaxxir tal-komponent tal-metall jew tal-liga ta’ 5 sa 50 kg ta' l-użin ta’ klassi M1 ta’ sura parallelpiped għandha tkun għallinqas daqs dik ta’ ħadid fondut griż.

6.3. Użin ta’ klassi M1 ta’ sura ċilindrika li għandhom valuri nominali ta' inqas minn jew daqs 10kg għandhom ikunu magħmula mir-ram jew minn materjal li jkollu kwalità għall-inqas daqs dik tar-ram.

6.4. Il-kwalitajiet stabbiliti f’punti 6.2 u 6.3 jistgħu jinkisbu permezz ta’ trattament adatt tal-wiċċ.

7. L-istat tal-wiċċ

7.1. Il-wiċċ ta' l-użin, inklużi il-qigħan u t-truf tagħhom, għandhom ikunu lixxi għal kollox. Il-wiċċ ta' l-użin tal-klassi E1, E2, F1 u F2 ma għandux juri porożità meta jiġi eżaminat bl-għajn biss, u għandu jkun illustrat b'attenzjoni.

Il-wiċċ ta’ użin ċilindriċi minn 10kg sa 1kg ta’ klassi M1 għandhom ikunu illustrati, u ma għandhomx juru porożità meta jiġu eżaminati bl-għajn biss. Il-kondizzjoni tal-wiċċ ta' l-użin f'sura parallelpiped ta’ 50, 20, 10 u 5 kg ta’ klassi M1 għandha tkunu komparabbli ma’ dik ta’ ħadid fondut griż fondut b’attenzjoni f’forma magħmula minn ramel fin.

7.2. Il-wiċċ ta’ użin ta’ klassi E1, E2, F1 and F2 ta’ gramma waħda u multipli ta’ gramma jista’ jkun protett b’kisja tal-metall.

7.3. Il-wiċċ ta' l-użin ta’ klassi M1 ta’ gramma waħda u multipli ta’ gramma jista’ jkun protett b’kisja adatta.

8. Materjal ta’ aġġustament

L-użin ta’ klassijiet ta’ preċiżjoni F1 u F2 b’ħofra ta’ aġġustament għandhom jiġu aġġustati jew bl-istess materjal li bih huma komposti, jew b’landa pura, jew bil-molibdenu.

L-użin ta’ klassi M1 jistgħu jiġu aġġustati biċ-ċomb.

9. Skrizzjonijiet

9.1. Użin ta' strixxi jew wires laminati li għandhom valuri nominali anqas minn jew daqs gramma waħda ma għandu jkollhom l-ebda indikazzjoni ta’ valur nominali.

9.2. Użin li għandhom valuri nominali daqs jew aktar minn gramma waħda:

- fi klassijiet E1 u E2 ma għandu jkollhom l-ebda indikazzjoni tal-valur nominali tagħhom;

- fil klassi F1 għandu jkollhom biss l-indikazzjoni ta’ valur nominali kif stipulat f’punt 9.2.1.; din l-indikazzjoni għandha tkun imbornata jew inċiża:

- fi klassi F2 għandu jkollhom l-iskrizzjonijiet ta’ klassi F1 akkompanjati mill-ittra F;

- fi klassi M1 għandu jkollhom il-valur nominali mmarkat bil-figuri segwit mis-simbolu ta' l-unità x-xierqa, minqux jew imbuzzat, fuq il-wiċċ ta' fuq tal-body jew fuq il-maqbad tond ta' l-użin.

L-użin ċilindriċi għandhom ikunu mmarkati bl-ittra M, minquxa jew imbuzzati; użin parallelpiped għandhom ikunu mmarkati bl-ittra M li ma hemmx għalfejn li tkun minquxa jew imbuzzati.

9.2.1. Il-valuri nominali ta' l-użin għandhom ikunu indikati fi:

- kilogrammi għall-użin ta’ 1 kilogramm jew aktar,

- grammi għall-użin ta’ 1 gramma sa 500 gramma.

9.2.2. Użin li jidhru darbtejn jew tliet darbiet fis-sekwenzi għadhom ikunu distinti permezz ta' asterisk jew tnejn jew permezz ta' tikka jew b’żewġ tikkiet.

10. Il-marka tal-verifika finali tal-KEE

Kaxex li jkollhom fihom użin ta’ klassi E1, E2, u F1, u l-kaxex kollha li jkollhom fihom gramma jew sotto-multipli tal-gramma, għandhom ikunu ssiġillati bil-marka tal-verifika finali tal-KEE.

Għall-użin ta’ klassi F2 il-marka tal-verifika finali tal-KEE għandha titwaħħal ma' l-għatu tal-ħofra ta' aġġustament, u fejn ma jkunx hemmx ħofra ta' aġġustament, fuq il-qiegħ tal-piż. Għall-użin ta’ klassi M1 ta’ gramma waħda sa 50 kg, il-marka tal-verifika finali tal-KEE għandha titqiegħed fuq iċ-ċomb li jissiġilla l-fetħa tal-ħofra ta' aġġustament, jew fuq il-qiegħ fil-każ ta' l-użin li ma għandhomx ħofra ta' aġġustament.

11. Preżentazzjoni

11.1. Użin individwali u serje ta’ użin ta’ klassijiet E1, E2, F1 u F2 għandhom jiġu miżmumin f'kaxex.

11.2. Għall-klassi M1

- użin individwali jew serje ta’ użin sal-valur ta’ 500 gramma għandhom jiġu miżmumin f'kaxex,

- użin li għandhom valur nominali akbar minn 500 gramma jistgħu jiġu miżmumin f'kaxex, impoġġija fi stand jew ippreżentati individwalment, mingħajr protezzjoni.

11.3. L-għotjien tal-kaxex għandhom jindikaw il-klassi ta' l-użin li jkunu jinsabu fiha: E1; E2; F1; F 2; M 1.

--------------------------------------------------