31968L0419



Official Journal L 309 , 24/12/1968 P. 0024 - 0024
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0107
Danish special edition: Series I Chapter 1968(II) P. 0586
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0107
English special edition: Series I Chapter 1968(II) P. 0597
Greek special edition: Chapter 03 Volume 4 P. 0055
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0151
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 1 P. 0151


Id-Direttiva tal-Kunsill

ta’ l-20 ta’ Diċembru 1968

li temenda għat-tielet darba d-Direttiva tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tar-regoli ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-materji kuluranti awtorizzati sabiex jintużaw fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem

(68/419/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Billi skond l-Artikoli 2 u 12 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 1962 [1] dwar l-approssimazzjoni tar-regoli ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-materji kuluranti awtorizzati sabiex jintużaw fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1967 [2], l-Istati Membri għandhom mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1967, jipprojbixxu l-użu ta’ ċerti materji kuluranti u b’mod partikolari l-orċein issulfonat; billi din il-projbizzjoni għandha tidħol f’effett qabel l-aħħar tas-sena 1968;

Billi għadu ma kienx possibbli illi tintemm ir-riċerka xjentifika dwar l-orċein issulfonat u huwa meħtieġ perjodu addizzjonali ta’ żmien sabiex tiġi kkompletata din ir-riċerka;

Billi huwa għalhekk meħtieġ illi l-Istati Membri ikkonċernati jiġu awtorizzati li jissospendu l-applikazzjoni tal-projbizzjoni dwar l-użu ta’ din il-materja kuluranti sabiex, sadattant, jista’ jinkiseb it-tagħrif kollu meħtieġ għall-istima definittiva tagħha;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Is-sentenza li ġejja għandha tiġi miżjuda ma’ l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 1962, kif l-aħħar emendata bl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottibru 1965 [3]:

"Madankollu, fil-każ ta’ l-orċein issulfonat, l-applikazzjoni tar-regoli emendati tista’ tiġi ddifferita sa l-1 ta’ Jannar 1972."

Artikolu 2

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ Diċembru 1968.

Għall-Kunsill

Il-President

V. Lattanzio

[1] ĠU Ċ 115, tal-11.11.1962, p. 2645/62.

[2] ĠU Ċ 263, tat-30.10.1967, p. 4.

[3] ĠU Ċ 178, tas-26.10.1965, p. 2793/65.

--------------------------------------------------