25.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 153/2018

tas-6 ta’ Lulju 2018

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/215]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni (UE) 2017/899 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-użu tal-banda ta' frekwenzi 470-790 MHz fl-Unjoni (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jinħtieġ għalhekk, li l-Anness XI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 5czn (id-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“5czo.

32017 D 0899: Id-Deċiżjoni (UE) 2017/899 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-użu tal-banda ta' frekwenzi 470-790 MHz fl-Unjoni (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 131).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni (UE) 2017/899 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fiS-7 ta’ Lulju 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 138, 25.5.2017, p. 131.

(*1)  Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.