16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 91/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2017/2041]

IL-KUMITAT KONĠUNT DWAR IŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188 tat-28 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Annessi II u IV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jinħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 6o (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095) tal-Kapitolu IV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“6p.

32015 R 1188: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188 tat-28 ta' April 2015 li jimplementa d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 76).”

Artikolu 2

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 26p (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095) tal-Anness IV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“26q.

32015 R 1188: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188 tat-28 ta' April 2015 li jimplementa d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 76).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/1188 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 193, 21.7.2015, p. 76.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.