16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 75/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/2025]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1910 tal-21 ta' Ottubru 2015 li jemenda l-Annessi III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi ta' guażatina f'ċerti prodotti jew fuqhom (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 1910: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1910 tal-21 ta' Ottubru 2015 (ĠU L 280, 24.10.2015, p. 2).”

Artikolu 2

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 1910: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1910 tal-21 ta' Ottubru 2015 (ĠU L 280, 24.10.2015, p. 2).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/1910 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 280, 24.10.2015, p. 2.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.