27.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/55 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 146/2014
tas-27 ta' Ġunju 2014
li temenda l-Protokoll 21 (Dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2013 tal-5 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 802/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Il-Protokoll 21 tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jkun miżjud mal-punt 2 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004) tal-Artikolu 3(1) tal-Protokoll 21 tal-Ftehim ŻEE:
“— |
32013 R 1269: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2013 tal-5 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 336, 14.12.2013, p. 1).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1269/2013 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE ma', Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 336, 14.12.2013, p. 1.
(*) Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.