22003D0028



Official Journal L 137 , 05/06/2003 P. 0019 - 0020


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 28/2003

ta' l-14 ta' Marzu 2003

li temenda l-Anness I (Materji Veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra il-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta il-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawn aktar 'il quddiem imsemmi bħala "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I għal Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 157/2002 tas-6 ta' Diċembru 2002 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/551/KE tad-9 ta' Lulju 2002 li rrevokat id-Deċiżjoni 2000/721/KE meta introduċiet tilqima sabiex issaħħaħ il-miżuri biex tikkontrolla influwenza relatata ma' l-għasafar fl-Italja u fuq moviment speċifiku ta' miżuri ta' kontroll [2] għandha tiġi inkorporata ġol-Ftehim.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/552/KE tad-9 ta' Lulju 2002 fuq miżuri restrittivi relatati mat-tilqim kontra l-influwenza relatata ma' l-għasafar fl-Italja [3] għandha tiġi inkorporata ġol-Ftehim.

(4) Din id-Deċiżjoni m'għandiex tapplika għal Islanda u l-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Parti 3.2 ta' Kapitolu I t'L-Anness I għal Ftehim għandha tiġi emendata bħal dan li ġej:

1. It-test ta' punt 15 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/721/KE) għandu jiġi mħassar.

2. Il-punti li ġejjin għandhom jiġu mdaħħlin wara punt 23 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/106/KE):

"24. 32002 D 0551: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/551/KE tad-9 ta' Lulju 2002 li rrevokat id-Deċiżjoni 2000/721/KE meta introduċiet tilqima sabiex issaħħaħ il-miżuri biex tikkontrolla influwenza relatata ma' l-għasafar fl-Italja u fuq moviment speċifiku ta' miżuri ta' kontroll (ĠU L 180, ta' l-10.7.2002, p. 22).

25. 32002 D 0552: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/552/KE tad-9 ta' Lulju 2002 fuq miżuri restrittivi relatati mat-tilqim kontra l-influwenza relatata ma' l-għasafar fl-Italja (ĠU L 180, ta' l-10.7.2002, p. 24)."

Artikolu 2

It-testijiet tad-Deċiżjonijiet 2002/551/KE u 2002/552/KE fil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2003, bil-kondizzjoni li n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ġew magħmula lil Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE tal-, u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-, Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta' Marzu 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 38, tat-13.2.2003, p. 3.

[2] ĠU L 180, ta' l-10.7.2002, p. 22.

[3] ĠU L 180, ta' l-10.7.2002, p. 24.

[4] L-ebda kondizzjonijiet kostituzzjonali meħtieġa mhuma ndikati

--------------------------------------------------