22003D0026



Official Journal L 137 , 05/06/2003 P. 0014 - 0016


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 26/2003

ta' l-14 ta' Marzu 2003

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u tas-saħħa tal-pjanti) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 157/2002 tas-6 ta' Diċembru 2002 [1].

(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 t'Ottubru 2001 fuq il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer [2], kif ikkorreġuta mill-ĠU L 168, tas-27.6.2002, p. 59, għandha tkun inkoporata fil-Ftehim.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/106/KE ta' l-1 ta' Frar 2002 li tapprova l-Manwal tad-Dijanjosi li jistabbilixxi l-proċeduri dijanjostiċi, il-metodi tat-teħid tal-kampjuni u l-kriterji għall-evalwazzjoni tat-testijiet tal-laboratorju għall-konferma tad-deni klassiku tal-ħnieżer [3] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/161/KE tat-22 ta' Frar 2002 li tapprova l-pjanijiet mogħtija mill-Ġermanja biex jinqered id-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ f'Saarland u l-vaċċinazzjon ta' l-emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ fir-Rhineland-Pfalz u f'Saarland [4] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/181/KE tat-28 ta' Frar 2002 li tapprova l-pjan ippreżentat mil-Lussemburgu biex jinqered id-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ f'ċerti żoni tal-Lussemburgu għandha tkun inkorporata fil-Ftehim [5].

(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/182/KE tat-28 ta' Frar 2002 li tapprova l-pjan emendat ippreżentat mill-Awstrija biex jinqered id-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ fl-Awstrija t'Isfelgħandha tkun inkorporata fil-Ftehim [6].

(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/526/KE tat-28 ta' Ġunju 2002 li tħassar id-Deċiżjoni 94/141/KE li tapprova l-pjan ippreżentat minn Franza biex jinqered id-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ fil-Vosges tat-tramuntana għandha tkun inkorporata fil-Ftehim [7].

(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/531/KE tat-28 ta' Ġunju 2002 li temenda d-Deċiżjoni 2002/161/KE li tapprova l-pjanijiet mogħtija mill-Ġermanja biex jinqered id-deni klassiku tal-ħnieżer u l-vaċċinazzjon ta' l-emerġenza tal-ħnieżer slavaġ fin-North Rhine-Westfalia [8] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(9) Id-Direttiva 2001/89/KE li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 80/217/KEE [9], li hija nkorporata fil-Ftehim u li għandha tkun konsegwentement imħassra mill-Ftehim.

(10) Id-Deċiżjoni 2002/182/KE li tħassar id-Deċiżjoni 2001/140/KE [10], li hija nkoporata fil-Ftehim u li għandha tkun konsegwentement imħassra mill-Ftehim.

(11) Din id-Deċiżjoni m'għandix tapplika għall-Islanda u l-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jkun emendat kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2001/89/KE, kif ikkoreġuti mill-ĠU L 168, tas-27.6.2002, p. 59, u d-Deċiżjonijiet 2002/106/KE, 2002/161/KE, 2002/181/KE, 2002/182/KE, 2002/526/KE u 2002/531/KE fil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2003, iżda n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għandhom ikunu magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [11].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fl-14 ta' Marzu 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 38, tat-13.2.2003, p. 3.

[2] ĠU L 316, ta' l-1.12.2001, p. 5.

[3] ĠU L 39, tad-9.2.2002, p. 71.

[4] ĠU L 53, tat-23.2.2002, p. 43.

[5] ĠU L 61, tat 2.3.2002, p. 54.

[6] ĠU L 61, tat 2.3.2002, p. 55.

[7] ĠU L 170, tad 29.6.2002, p. 85.

[8] ĠU L 172, tat-2.7.2002, p. 63.

[9] ĠU L 47, tal-21.2.1980, p. 11.

[10] ĠU L 50, tal-21.2.2001, p. 22.

[11] L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma kienu indikati.

--------------------------------------------------

L-ANNESS TAD-DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 26/2003

Il-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jkun emendat kif speċifikat hawn taħt:

1. It-test tal-punt 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 80/217/KEE) fil-Parti 3.1 għandha tkun mibdula b'dan li ġej:

"32001 L 0089: Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 t'Ottubru 2001 fuq il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (ĠU L 316, ta' l-1.12.2001, p. 5), kif ikkoreġuta mill-ĠU L 168, tas-27.6.2002, p. 59.

It-test tad-Direttiva għandu, għar-raġunijiet tal-Ftehim, jinqara bl-adattament li ġej:

Fil-punt 1 ta' l-Anness III, dan li ġej għandu jkun miżjud:

"in-Norveġja

Veterinærinstituttet, P.O. Box 8156, 0033 Oslo, in-Norveġja.""

2. Il-punt li ġej għandu jkun inkluż wara l-punt 22 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/783/KE) fil-Parti 3.2:

"23. 32002 D 0106: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/106/KE ta' l-1 ta' Frar 2002 li tapprova l-Manwal tad-Dijanjosi li jistabbilixxi l-proċeduri dijanjostiċi, il-metodi tat-teħid tal-kampjuni u l-kriterji għall-evalwazzjoni tat-testijiet tal-laboratorju għall-konferma tad-deni klassiku tal-ħnieżer (ĠU L 39, tad-9.2.2002, p. 71)."

3. Taħt l-intestatura "ATTI LI TAGĦHOM L-ISTATI TA" L-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA' L-EFTA SER JIEĦDU AKKONT DOVUT', it-testi tal-punti 2 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/141/KE) u 13 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/140/KE) fil-Parti 3.2 għandha tkun imħassra.

4. Taħt l-intestatura "ATTI LI TAGĦHOM L-ISTATI TA" L-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA' L-EFTA SER JIEĦDU AKKONT DOVUT', il-punti li ġejjin għandhom ikunu inklużi wara l-punt 14 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/872/KE) fil-Parti 3.2:

"15. 32002 D 0161: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/161/KE tat-22 ta' Frar 2002 li tapprova l-pjanijiet mogħtija mill-Ġermanja biex jinqered id-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ f'Saarland u l-vaċċinazzjon ta' l-emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ f'Rhineland-Pfalz u f'Saarland (ĠU L 53, tat-23.2.2002, p. 43), kif emendata mid-:

- 32002 D 0531: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/531/KE tat-28 ta' Ġunju 2002 (ĠU L 172, tat-2.7.2002, p. 63).

16. 32002 D 0181: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/181/KE tat-28 ta' Frar 2002 li tapprova l-pjan ippreżentat mill-Lussemburgu biex jinqered id-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ f'ċerti żoni tal-Lussemburgu (ĠU L 61, tat-2.3.2002, p. 54).

17. 32002 D 0182: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/182/KE tat-28 ta' Frar 2002 li tapprova l-pjan emendat ippreżentat mill-Awstrija biex jinqered id-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ fl-Awstrija t'Isfel (ĠU L 61, tat-2.3.2002, p. 55).

18. 32002 D 0526: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/526/KE tat-28 ta' Ġunju 2002 li tħassar id-Deċiżjoni 94/141/KE li tapprova l-pjan ippreżentat minn Franza biex jinqered id-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ fil-Vosges tat-tramuntana (ĠU L 170, tad-29.6.2002, p. 85)."

--------------------------------------------------