21999A0824(01)



Official Journal L 222 , 24/08/1999 P. 0031 - 0037


L-ANNESS A

Konvenzjoni Ewropea GĦall- Ħarsien Ta' Annimali Vertebrati WŻati GĦal Sperimentazzjoni U GĦal Skopijiet XjentifiĊi OĦra

Preambolu

L- ISTATI MEMBRI TAL- KUNSILL TA' L-EWROPA, LI HUMA FIRMATARJI TA' DAN,

Waqt li jiftakru li l-għan tal-Kunsill ta' l-Ewropa huwa li tinkiseb għaqda ikbar bejn il-membri u li jixtieq jikkoopera ma' Stati oħrajn għall-ħarsien ta' annimali ħajjin użati għall-isperimentazzjoni u għal skopijiet xjentifiċi oħrajn;

Waqt li jirrikonoxxu li l- bniedem għandu obbligu morali biex jirrispetta l- annimali kollha u biex jikkunsidra l- kapaċità tagħhom ta' tbatija u memorja;

Waqt li jaċċettaw li madanakollu, il- bniedem, fit- tfittxija tiegħu għall- għarfien, saħħa u salvagwardji għandu bżonn juża l- animali billi hemm aspettattivi raġonevoli li r- riżultat ikun jista' jestendi l- għerf jew jista jkun ta' benefiċċju ġenerali għall- bniedem jew għall- annimali, bl- istess mod bħal ma jużahom għall- ikel, ilbies u tgħobija;

Determinati biex jillimitaw l- użu ta' annimali għall- isperimentazzjoni u għal skopijiet xjentifiċi oħrajn, bil- għan li jbiddel dan l- użu kull meta jkun prattiku, partikolarment billi jfittex miżuri alternattivi billi jinkoraġġixxi l- użu ta' dawn il- miżuri alternattivi;

Xewqana li jaddottaw dispożizzjonijiet komuni sabiex iħarsu annimali użati f' dawk il- proċeduri li jistgħu possibilment jikkawżaw uġigħ, sofferenza, tbatija jew ħsara permanenti u sabiex jiġi żgurat li fejn ma jistgħux jiġu evitati, għandhom jinżammu għal minimu,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

PARTI I

Prinċipji ġenerali

Artikolu 1

1. Din il- Konvenzjoni tapplika għal kull annimal użat jew intenzjonat għal użu f' kull proċedura sperimentali jew xjentifika fejn dik il- proċedura tista' tikkawża uġigħ, sofferenza, tbatija jew ħsara permanenti. Ma tapplikax għal ebda prattika agrikola jew veterinarja klinika li m' hijiex sperimentali.

2. F'din il- Konvenzjoni:

"Annimal", sakemm m’ hijiex kwalifikata mod ieħor, tfisser kull vertebrat ħaj u mhux uman inklużi forom larvali li jgħixu indipendentement u/jew li jirriproduċu, imma esklużi forom fetali jew embrijoniċi oħrajn:;

"intrenzjonat għal użu" tfisser imrobbi jew miżmum bl- iskop ta' bejgħ, trasferiment jew użu f’ kull proċedura sperimentali jew xjentifika oħra;

"proċedura" tfisser kull użu sperimentali jew xjentifiku ieħor ta' annimal li jista’ jikkawżalu uġigħ, sofferenza, tbatija jew ħsara permanenti, inkluża kull azzjoni intenzjonati biex, jew li tista’, tirrisulta fit- twelid ta' annimal f’ kundizzjonijiet ta' din ix- xorta, imma esklużi l- metodi li l- inqas jikkawżaw uġigħ u li huma aċċettati fi prattika moderna (jiġifieri metodi "b’mod uman") ta' qtil jew immarkar ta' annimal.. Proċedura tibda meta annimal ikun l- ewwel preparat għal użu u tispiċċa meta ma jkun fadal xi jsiru ebda osservazzjonijiet ulterjuri għal dik il- proċedura; l- eliminazzjoni ta' uġigħ, sofferenza, tbatija jew ħsara permanenti permezz ta' użu li jirnexxi ta' anestesija jew analġesija jew metodi oħrajn ma tpoġġix l- użu ta' annimal barra mill- iskop ta' din id- definizzjoni;

"persuna kompetenti" tfisser kull persuna li hija kunsidrata minn xi Parti li hija kompetenti fit- territorju tagħha biex twettaq il- funzjoni rilevanti deskritta f din il- Konvenzjoni;

"awtorità responsabbli" tfisser, fit- territorju ta' Parti partikolari, kull awtorità, organu jew persuna nominata għall- iskop rilevanti;

"stabbiliment" tfisser kull faċilità stabbli jew mobbli, kull bini, grupp ta' bini jew fond ieħor, inkluż post li mhuwiex kompletament magħluq jew imsaqqaf;

"stabbiliment ta' trobbija" tfisser kull stabbiliment fejn jitrabbew l- annimali bil- għan li jintużaw fi proċeduri;

"stabbiliment li jissupplixxi" tfisser kull stabbiliment, apparti minn stabbiliment ta' trobbija, li minnu huma forniti l- annimali bil- għan li jintużaw fi proċeduri;

"stabbiliment ta' utenti" tfisser kull stabbiliment fejn jintużaw l- annimali fi proċeduri;

"metodu b'mod uman ta' qtil" tfisser il- qtil ta' annimal b’ minimu ta' sofferenza fisika u mentali xierqa għall- ispeċi.

Artikolu 2

Proċedura tista' tiġi imwettqa għal wieħed jew iżjed minn dawn l- iskopijiet li ġejjin biss, u bla ħsara għar-restrizzjonijiet stipulati f' din il- Konvenzjoni:

(a) (i) ħelsien minn jew prevenzjoni ta' mard, nuqqas ta' saħħa jew abnormalità oħra, jew l- effetti tagħhom, fil- bniedem, annimali vertebrati jew invertebrati jew pjanti, inkluża l- produzzjoni u l- eżami tal- kwalità, effikaċja u sigurtà ta' drogi, sustanzi jew prodotti;

(ii) dianjosi jew trattament ta' mard, nuqqas ta' saħħa jew abnormalità oħra, jew l- effetti tagħhom, fil- bniedem, annimali vertebrati jew invertebrati jew pjanti;

(b) skoperta, evalwazzjoni, regolament jew modifikazzjoni ta' kundizzjonijiet fisjoloġiċi fil- bniedem, annimali vertebrati jew invertebrati jew pjanti;

(ċ) ħarsien ta' l- ambjent;

(d) riċerka xjentifika;

(e) edukazzjoni u taħriġ;

(f) inkjesti forensiċi.

Artikolu 3

Kull Parti timpenja ruħha li tieħu l- passi meħtieġa kollha sabiex tagħti effett lid- dispożizzjonijiet ta' din il- Konvenzjoni u sabiex tiżgura li jkun hemm sistema effettiva ta' kontroll u sorveljanza kemm jista' jkun malajr, u f' kull każ fi żmien ħames snin mid- data tad- dħul fis- seħħ tal- Konvenzjoni presenti fir- rigward ta' dik il- Parti.

Artikolu 4

Ebda dispożizzjoni f' din il- Konvenzjoni m' għandha taffettwa l- libertà tal- Partijiet li jadottaw miżuri iktar iebsa għall- ħarsien ta' annimali użati fi proċeduri jew għall- kontroll u restrizzjoni ta' l- użu ta' annimali fi proċeduri.

PARTI II

Kura ġenerali u akkomodazzjoni

Artikolu 5

1. Kull annimal użat jew intenzjonat għal użu fi proċedura għandu jiġi provdut b' akkomodazzjoni, ambjent, ta' mill- inqas grad minimu ta' libertà ta' moviment, ikel, ilma u kura, li huma xierqa għas- saħħa u għall-benessri tiegħu. Kull restrizzjoni ta' kemm l- annimal jista' jissodisfa l- bżonnijiet fisjoloġiċi u etoloġiċi tiegħu għandha tiġi ristretta skond kemm hu prattikabbli. Fl- implimentazzjoni ta' din id- dispożizzjoni, għandhom jiġu meqjusa l- pariri dwar akkomodazzjoni u kura ta' annimali stipulati fl- Appendiċi A ta' din il- Konvenzjoni.

2. Il- kundizzjonijiet ambjentali li fihom jitrabbew, jinżammu jew jintużaw l- annimali għandhom jiġu kontrollati kulljum.

3. Il- benessere u l- istat ta' saħħa ta' l- annimali għandhom jiġu osservati mill- viċin u ta' spiss biżżejjed sabiex jiġu evitati uġigħ jew sofferenza, tbatija jew ħsara permanenti li huma evitabbli.

4. Kull Parti għandha tistabilixxi arranġamenti li jagħmlu ċert li kull difett jew sofferenza li tinstab tiġi korreġuta kemm jista' jkun malajr.

PARTI III

Kif għandha titmexxa proċedura

Artikolu 6

1. Proċedura m' għandhiex issir għal ebda wieħed mill- iskopijiet imsemmija fl- l-Artikolu 2, jekk xi metodu ieħor li jkun xjentifikament sodisfaċenti u li ma jinvolvix l- użu ta' annimal, ikun raġonevolemnt u prattikament disponibbli.

2. Kull Parti għandha tinkoraġġixxi riċerka xjentifika dwar l- iżvilupp ta' metodi li jistgħu jipprovdu l- istess informazzjoni bħal dik miksuba permezz ta' proċeduri.

Artikolu 7

Meta tkun trid issir proċedura, l- għażla ta' l- ispeċji għandha tiġi meqjusa b' attenzjoni u, fejn meħtieġ, għandha tiġi spjegata lill- awtorità responsabbli; f' għażla bejn proċeduri, għandhom jintgħażlu dawk li jużaw in- numru minimu ta' annimali, li jikkawżaw l- inqas uġigħ, sofferenza, tbatija jew ħsara permanenti u li għandhom l- ikbar ċans li jipprovdu riżultati sodisfaċenti.

Artikolu 8

Proċedura għandha ssir taħt anestesija jew analġesija ġenerali jew lokali jew permezz ta' metodi oħrajn disinjati biex kemm jista' jkun jeliminaw l- uġigħ, sofferenza, tbatija jew ħsara permanenti applikati matul il- proċedura kollha, ħlief jekk:

(a) l- uġigħ ikkawżat mill- proċedura ikun inqas mill- ħsara għall- benessere ta' l- annimal ikkawżata mill- użu ta' anestesija jew analġesija; jew

(b) l- użu ta' anestesija jew analġesija ikun kumpatibbli ma' l- iskop tal- proċedura. F' dawn il- każijiet, miżuri leġislattivi u/jew amministrattivi xierqa għandhom jittieħdu sabiex jiġi żgurat li ebda proċedura ma ssir mingħajr bżonn.

Artikolu 9

1. Fejn ikun ippjanat li annimal għandu jiġi soġġettat għal proċedura li fiha huwa jista' jew sejjer iħoss uġigħ sever li aktarx sejjer idum, dik il- proċedura trid tiġi dikjarata speċifikament u trid tiġi ġustifikata, jew awtorizzata speċifikament, mill- awtorità responsabbli.

2. Miżuri leġistlattivi u/jew amministrattivi xierqa għandhom jittieħdu sabiex jiġi żgurat li ebda proċedura ta' din ix- xorta ma titwettaq mingħajr bżonn.

Dawn il- miżuri għandhom jinkludu:

- jew awtorizzazzjoni speċifika mill- awtorità responsabbli,

- jew dikjarazzjoni speċfika ta' dik il- proċedura lill- awtorità responsabbli u azzjoni ġudizzjarja jew amministrattiva minn dik l- awtorità jekk ma tkunx sodisfatta li l- proċedura hija ta' importanza biżżejjed biex tissodisfa l- bżonnijiet essenzjali tal- bniedem jew ta' l- annimal, inkluża s- soluzzjoni ta' problemi xjentifiċi.

Artikolu 10

Waqt proċedura, annimal użat għandu jibqa' soġġett għad- dispożizzjonijiet ta' l- L-artikolu 5, ħlief fejn dawk id- dispożizzjonijiet ma jkunux kumpatibbli ma' l- għan tal- proċedura.

Artikolu 11

1. Fit- tmiem ta' proċedura għandu jiġi deċiż jekk l- annimal għandu jitħalla jgħix jew inkella għandux jinqatel b' mod uman. Annimal m' għandux jitħalla jgħix jekk, għalkemm jista' jinġieb lura għal saħħa normali fl- aspetti l- oħrajn kollha, ikun aktarx sejjer jibqa' f' uġigħ u fi tbatija permanenti.

2. Id- deċiżjonijiet imsemmija fil- paragrafu 1 ta' dan l- Artikolu għandhom jittieħdu minn persuna kompetenti, b' mod partikolari veterinarju, jew il- persuna li, skond l- l-Artikolu 13, hija responsabbli, jew tkun wettqet, il- proċedura.

3. Jekk, fit- tmiem tal- proċedura:

(a) annimal ikun sejjer jinżamm ħaj, għandu jirċievi l- kura xierqa għal- istat ta' saħħa tiegħu, għandu jitpoġġa taħt is- superviżjoni ta' veterinarju jew persuna kompetenti oħra u għandu jinżamm f' kundizzjonijiet li jikkonformaw mar- rekwiżiti ta' l- l-Artikolu 5. Il- kundizzjonijiet stipulati f' dan is- subparagrafu jistgħu, madanakollu, jiġu rinunzjati meta, fil- fehma ta' veterinarju, l- annimal m' huwiex sejjer isofri bħala konsegwenza ta' din l- eżenzjoni;

(b) annimal ma jkunx sejjer jinżamm ħaj jew ma jkunx jista' jibbenefika mid- dispożizzjonijiet ta' l- L-artikolu 5 għall-benessere tiegħu, għandu jinqatel b' mod uman kemm jista' jkun malajr.

4. Ebda annimal li jkun intuża fi proċedura li tinvolvi uġigħ jew sofferenza severa jew li ddum, irrispettivament minn jekk tkunx intużat anestesija jew analġesija, m' għandu jintuża fi proċedura oħra, sakemm ma jinġiebx lura għal saħħa u benessere, u jekk:

(a) il- proċedura l- oħra tkun waħda li fiha l- annimal huwa l- ħin kollu soġġett għal anestesija ġenerali li għandha tinżamm sakemm jinqatel l- annimal; jew

(b) il- proċedura l- oħra tkun sejra tinvolvi interventi minuri biss.

Artikolu 12

Minkejja d- dispożizzjonijiet l- oħrajn ta' din il- Konvenzjoni, fejn dan ikun meħtieġ għall- iskopijiet leġittimi tal- proċedura, l- awtorità responsabbli tista' tippermetti li l- annimal konċernat jinħeles, sakemm tkun sodisfatta li tkun ittieħdet l- kura massima prattikabbli sabiex jiġi salvagwardjat il- benessere ta' l- annimal. Proċeduri li jinvolvu l- ħelsien ta' l- annimal m' għandhomx jitħallew isiru biss għal skopijiet ta' edukazzjoni jew taħriġ.

PARTI IV

Awtorizzazzjoni

Artikolu 13

Proċedura għall- iskopijiet imsemmija fl- l-Artikolu 2 tista' tiġi mwettqa biss minn persuni awtorizzati, jew fir- responsabbiltà diretta ta' persuna awtorizzata, jew jekk il- proġett sperimentali jew xjentifiku konċernat ikun awtorizzat b' mod konformi mad- dispożizzjonijiet tal- leġislazzjoni nazzjonali. L- awtorizzazzjoni għandha tingħata biss lil persuni meqjusa li huma kompetenti mill- awtorità responsabbli.

PARTI V

Stabbilimenti ta' trobbija jew ta' provvista

Artikolu 14

Stabbilimenti ta' trobbija jew ta' provvista għandhom jkunu reġistrati ma' l- awtorità responsabbli, mingħajr preġudizzju għall- għoti ta' eżenzjoni skond l- l-Artikolu 21 jew l- l-Artikolu 22. Dawn l- istabbilimenti reġistrati għandhom iħarsu r- rekwiżiti ta' l- l-Artikolu 5.

Artikolu 15

Ir- reġistrazzjoni provduta fl- l-Artikolu 14 għandha tispeċifika l- persuna li tieħu ħsieb l- istabbiliment, li għandha tkun kompetenti biex tamministra jew tirranġa għall- kura xierqa ta' l- annimali ta' l- ispeċji mrobbija jew miżmuma fl- istabbiliment.

Artikolu 16

1. Għandhom isiru arranġamenti sabiex l- istabbilimenti ta' trobbija reġistrati jirreġistraw, fir- rigward ta' l- annimali mrobbija hemmhekk, in- numru u l- ispeċji ta' dawk l- annimali li jitilqu, id- dati meta jitilqu u l- isem u l- indirizz tad- destinatarju.

2. Għandhom isiru arranġamenti sabiex l- istabbilimenti ta' trobbija reġistrati jirreġistraw in- numru u l- ispeċji ta' dawk l- annimali li jidħlu u jitilqu, id- dati ta' dawn il- movimenti, mingħand min ikunu inxtraw l- annimali konċernati u l- isem u l- indirizz tad- destinatarju.

3. L- awtorità responsabbli għandha tippreskrivi r- reġistri li jridu jinżammu u li jridu jipoġġew għad- dispożizzjoni tagħha mill- persuna inkarigata biex tieħu ħsieb l- istabbilimenti imsemmija fil- paragrafi 1 u 2 ta' dan l- Artikolu; dawn ir- reġistri għandhom jinżammu għal minimu ta' tlett snin mid- data ta' l- aħħar daħla.

Artikolu 17

1. Kull kelb u qattus fi stabbiliment għandu jiġi individwalment u permanentament immarkat b' mod li l- inqas jikkawża uġigħ qabel ma jinfatam.

2. Jekk kelb jew qattus li ma jkunx immarkat jittieħed fi stabbiliment għall- ewwel darba wara li jkun infatam, għandu jiġi immarkat kemm jista jkun malajr.

3. Jekk kelb jew qattus jiġi trasferit minn stabbiliment wieħed għal ieħor qabel ma jinfatam u ma jkunx prattiku li jiġi imarkat minn qabel, għandu jinżamm reġistru dokumentarju sħiħ, li jispeċifika partikolarment l- omm, sakemm ma jkun jista' jiġi immarkat.

4. Id- dettalji ta' l- identità u l- oriġini ta' kull kelb jew qattus għandhom jiddaħħlu fir- reġistri ta' l- istabbiliment.

PARTI VI

Stabbilimenti ta' l- utenti

Artikolu 18

Stabbilimenti ta' l- utenti għandhom ikunu reġistrati jew approvati mill- awtorità responsabbli u għandhom iħarsu l- kundizzjonijiet stipulati fl- l-Artikolu 5.

Artikolu 19

Għandhom isiru dispożizzjonijiet fi stabbilimenti ta' utenti għall-istallazzjonijiet u apparat xierqa għall- ispeċji ta' annimali wżati u t- twettiq tal- proċeduri li jsiru hemm. Id- disinn, il- kostruzzjoni u l- iffunzjonar ta' dawk l- istallazzjonijiet u apparat għandhom ikunu tali li jagħmlu ċert li l- proċeduri jsiru kemm jista' jkun effettivament, bil- għan li jinksibu riżultati konsistenti man- numru minimu ta' annimali u mal- grad minimu ta' uġigħ, sofferenza, tbatija jew ħsara permanenti.

Artikolu 20

Fi stabbilimenti ta' utenti:

(a) il- persuna jew persuni li huma amministrattivament responsabbli għall- kura ta' l- annimali u għall- iffunzjonar ta' l- apparat għandhom jiġu identifikati;

(b) għandhom jiġu provduti impjegati li huma imħarrġin biżżejjed;

(ċ) għandhom isiru arranġamenti għall- provvediment ta' pariri u trattament veterinarji;

(d) veterinarju jew persuna kompetenti oħra għandha tiġi inkarigata b' doveri konsultattivi fir- rigward tal- benessere ta' l- annimali.

Artikolu 21

1. Annimali ta' l-ispeċji elenkati hawn isfel li jkunu sejrin jintużaw fi proċeduri għandhom jiġu akkwistati direttament jew għandhom joriġinaw minn stabbilimenti ta' trobbija reġistrati, ħlief jekk tkun ingħatat eżenzjoni ġenerali jew speċjali skond arranġamenti li jridu jiġu stabiliti mill- Parti:

ġurdien : mus muskulus

far : rattus norveġikus

fenek tal-Indi : cavia porcellus

hamster dehbi : mesocricerus auratus

fenek : oryctolagus cuniculus

kelb : canis familiaris

qattus : felis catus

summiena : coturnix coturnix.

2. Kull Parti timpenja ruħha li testendi d-dispożizzjonijiet tal- paragrafu 1 ta' dan l- artikolu għal speċji oħrajn, b' mod partikolari ta' l- ordni tal- primati, malli jkun hemm ċans raġonevoli ta' provvista suffiċjenti ta' annimali ta' l- ispeċji konċernata mrobbija bi skop.

3. Annimali tat- triq ta' speċji domestikata m' għandhomx jintużaw fi proċeduri. Eżenzjoni ġenerali magħmula skond il- kundizzjonijiet tal- paragrafu 1 ta' dan l- Artikolu ma tistax testendi għal klieb u qtates tat- triq.

Artikolu 22

Fi stabbilimenti ta' utenti, annimali forniti minn stabbilimenti reġistrati ta' trobbija jew provvisti biss għandhom jintużaw, ħlief jekk tkun ingħatat eżenzjoni ġenerali jew speċjali skond arranġamenti li jridu jiġu stabiliti mill- Parti.

Artikolu 23

Il- proċeduri jistgħu, meta jkunu awtorizzati mill- awtorità responsabbli, isiru barra mill- istabbilimenti ta' l- utenti.

Artikolu 24

Għandhom isiru arranġamenti fi stabbilimenti ta' utenti sabiex jinżammu rekords u sabiex l- awtorità responsabbli tagħmilhom disponibbli skond il- ħtieġa. B' mod partikolari, dawn ir- rekords għandhom jissodisfaw ir- rekwiżiti ta' l- l-Artikolu 27 u, apparti dan, għandhom juru n- numru u l- ispeċji ta' l- annimali kollha akkwistati, mingħand min kienu akkwistati u d- data tal- wasla tagħhom.

PARTI VII

Edukazzjoni u taħriġ

Artikolu 25

1. Proċeduri mwettqa bl- iskop ta' edukazzjoni, taħriġ jew taħriġ ulterjuri għal professjonijiet jew okkupazzjonijiet oħrajn, inkluża l- kura ta' annimali li jkunu qegħdin jintużaw jew li jkunu intenzjonati għall-użu fi proċeduri, iridu jiġu notifikati lill- awtorità responsabbli u għandhom jitwettqu minn jew bis- sorveljanza ta' persuna kompetenti, li għandha tkun responsabbli biex tagħmel ċert li l- proċeduri jikkonformaw mall- leġislazzjoni nazzjonali skond il- kundizzjonijiet ta' din il- Konvenzjoni.

2. Proċeduri li huma skond edukazzjoni, taħriġ, jew taħriġ ulterjuri għal xi skopijiet apparti minn dawk imsemmija fil- paragrafu 1 hawn fuq m' għandhomx jitħallew isiru.

3. Il- proċeduri msemmija fil- paragrafu 1 ta' dan l- Artikolu għandhom jiġu ristretti għal dawk li huma assolutament neċessarji għall- iskop ta' l- edukazzjoni jew tat- taħriġ konċernat u għandhom jitħallew isiru biss jekk l- għan tagħhom ma jistax jintlaħaq permezz ta' metodi awdjo- viżwali li huma kumparabbilment effettivi jew xi metodi xierqa oħrajn.

Artikolu 26

Persuni li jwettqu proċeduri, jew li jieħdu sehem fi proċeduri, jew li jieħdu ħsieb ta' annimali wżati fi proċeduri, inkluża sorveljanza, għandhom ikollhom edukazzjoni u taħriġ xieraq.

PARTI VIII

Informazzjoni statistika

Artikolu 27

1. Kull Parti għandha tiġbor informazzjoni satistika dawr l- użu ta' annimali fi proċeduri u din l- informazzjoni għandha, fejn dan ikun permess skond il- liġi, tkun disponibbli għall- pubbliku.

2. Għandha tinġabar informazzjoni fir- rigward ta':

(a) in- numri u t- tipi ta' annimali wżati fi proċeduri;

(b) in- numri ta' annimali f' kategoriji magħżula, użati fi proċeduri li huma direttament konċernati għall-mediċina u fl-edukazzjoni u t-taħriġ;

(ċ) in- numri ta' annimali f' kategoriji magħżula użati fi proċeduri għall- ħarsien tal- bniedem u ta' l- ambjent;

(d) in- numri ta' annimali f' kategoriji magħżula, użati fi proċeduri meħtieġa mill- liġi.

Artikolu 28

1. Bla ħsara għar- rekwiżiti tal- leġislazzjoni nazzjonali li għandhom x' jaqsmu ma' segretezza u kunfidenzjalità, kull Parti għandha tikkomunika kull sena lis- Segretarju- Ġenerali tal- Kunsill ta' l-Ewropa informazzjoni fir- rigward ta' l- affarijiet imsemmija fil- paragrafu 2 ta' l- l-Artikolu 27, preżentati fil- forma stipulata fl- Appendiċi B ta' din il- Konvenzjoni.

2. Is- Segretarju- Ġenerali tal- Kunsill ta' l-Ewropa għandu jippubblika l- informazzjoni statistika mibgħuta mill- Partijiet fir- rigward ta' l- affarijiet imsemmija fil- paragrafu 2 ta' l- l-Artikolu 27.

3. Kull Parti hija mistiedna sabiex tikkomunika lis- Segretarju- Ġenerali tal- Kunsill ta' l- Ewropa l- indirizz ta' l- awtorità nazzjonali li minn għandha, fuq talba, tista' tiġi miksuba informazzjoni dwar statistiċi nazzjonali iktar komprensivi. Dawn l- indirizzi għandhom ikunu jinsabu fil- pubblikazzjoni ta' statistiċi maħruġa mis- Segretarju- Ġenerali tal- Kunsill ta' l- Ewropa.

PARTI IX

Rikonoxximent ta' proċeduri mwettqa fit- territorju ta' Parti oħra

Artikolu 29

1. Sabiex tiġi evitata ripetizzjoni bla bżonn tal- proċeduri meħtieġa mill- liġi dwar Saħħa u Salvagwardji, kull Parti għandha, fejn dan ikun prattikabbli, tirrikonoxxi r- riżultati ta' proċeduri mwettqa fit- territorju ta' Parti oħra.

2. Għal dak il- għan il- Partijiet jimpenjaw ruħhom li, fejn ikun prattikabbli u skond il- liġi, jagħtu assistenza lil xulxin, b' mod partikolari billi jagħtu informazzjoni dwar il- leġislazzjoni u l- prattika amministrattiva li għandha x' taqsam mar- rekwiżiti għal proċeduri li jridu jsiru biex jappoġġaw sottomissjonijiet għar- reġistrazzjoni ta' prodotti, kif ukoll informazzjoni fattwali dwar proċeduri mwettqa fit- territorju tagħhom, u dwar awtorizzazzjoni jew dettalji amministrattivi oħrajn li għandhom x' jaqsmu ma' dawn il- proċeduri.

PARTI X

Konsultazzjonijiet multilaterali

Artikolu 30

Il- Partijiet għandhom, fi żmien ħames snin mid- dħul fis- seħħ ta' din il- Konvenzjoni u kull ħames snin wara dan, jew iktar ta' spiss jekk il- maġġoranza tal- Partijiet jitolbu dan, jagħmlu konsultazzjonijiet multilaterali fi ħdan il- Kunsill ta' l- Ewropa sabiex jeżaminaw l- applikazzjoni ta' din il- Konvenzjoni, u dwar kemm hu għaqli li tiġi reveduta jew li jiġu estiżi xi dispożizzjonijiet tagħha. Dawn il- konsultazzjonijiet għandhom isiru f' laqgħat imsejjħa mis- Segretarju- Ġenerali tal- Kunsill ta' l- Ewropa. Il- partijiet għandhom jikkomunikaw l- isem tar- rappresentant tagħhom lis- Segretarju- Ġenerali tal- Kunsill ta' l- Ewropa ta' mill- inqas xahrejn qabel il- laqgħat.

PARTI XI

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 31

Din il- Konvenzjoni hija miftuħa għall- firma mill- Istati Membri tal- Kunsill- ta' l- Ewropa u mill- Komunitajiet Ewropej. Hija soġġetta għal ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni. Strumenti ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni għandhom jiġu depositati mas- Segretarju Ġenerali tal- Kunsill ta' l- Ewropa.

Artikolu 32

1. Din il- Konvenzjoni għandha tidħol fis- seħħ fl- ewwel jum tax- xahar wara li jiskadi perijodu ta' sitt xhur wara d- data ta' meta erba' Stati Membri tal- Kunsill ta' l- Ewropa jkunu esprimew il- kunsens tagħhom biex jintrabtu permezz tal-Konvenzjoni b' mod konformi mad- dispożizzjonijiet ta' l- l-Artikolu 31.

2. Fir- rigward ta' firmatarju li sussegwentement jesprimi l- kunsens tiegħu li jintrabat minnha, il- Konvenzjoni għandha tidħol fis- seħħ fl- ewwel jum tax- xahar wara li jiskadi perijodu ta' sitt xhur wara d- data ta' depositu ta' l- istrument ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni.

Artikolu 33

1. Wara d- dħul fis- seħħ ta' din il- Konvenzjoni, l- Kumitat tal- Ministri tal- Kunsill ta' l- Ewropa jista' jistieden lil kull Stat li m' huwiex membru tal- Kunsill sabiex jissieħeb f' din il- Konvenzjoni, permezz ta' deċiżjoni meħuda mill- maġġoranza provduta mill- l-Artikolu 20.d ta' l- Istati tal- Kunsill ta' l- Ewropa u permezz ta' vot unanimu tar- rappresentanti ta' l- Istati Kuntrattanti intitolati biex ipoġġu fil- Kumitat.

2. Fir- rigward ta' Stat li jkun sejjer jissieħeb, il- Konvenzjoni għandha tidħol fis- seħħ fl- ewwel jum tax- xahar wara li jiskadi perijodu ta' sitt xhur wara d- data ta' depositu ta' l- istrument ta' adeżjoni mas- Segretarju Ġenerali tal- Kunsill ta' l- Ewropa.

Artikolu 34

1. Kull Firmatarju jista', fil- ħin tal- firma jew meta jiddeposita l- istrument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni, jagħmel riserva waħda jew iżjed. Ebda riserva, madanakollu, ma tista' ssir fir- rigward ta' l- l-Artikoli 1 sa 14 jew l- l-Artikoli 18 sa 20.

2. Kull Parti li tkun għamlet riserva skond il- paragrafu preċedenti tista' tirtiraha totalment jew parzjalment permezz ta' notifika indirizzata lis- Segretarju Ġenerali tal- Kunsill ta' l- Ewropa. L- irtirar għandu jidħol fis- seħħ fid- data ta' meta din in- notifika tasal għand is- Segretarju- Ġenerali.

3. Parti li tkun għamlet riserva fir- rigward ta' dispożizzjoni ta' din il- Konvezjoni ma tistax tippretendi li dik id- dispożizzjoni tiġi applikata minn xi parti oħra; tista', madanakollu, jekk ir- riserva tagħha tkun parzjali jew kondizzjonali, tippretendi l- applikazzjoni ta' dik id- dispożizzjoni sa l- estent li hija stess tkun aċċettatha.

Artikolu 35

1. Kull firmatarju jista', fil- ħin ta' l- iffirmar jew meta jiddeposita l- istrument tiegħu ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni, jispeċifika t- territorju jew territorji li li għalihom għandha tapplika din il- Konvenzjoni.

2. Kull Parti tista', f' xi data iktar tard, permezz ta' dikjarazzjoni indirizzata lis- Segretarju Ġenerali tal- Kunsill ta' l- Ewropa, testendi l- applikazzjoni ta' din il- Konvenzjoni għal kull territorju ieħor speċifikat fid- dikjarazzjoni. Fir- rigward ta' territorju ta' din ix- xorta, il- Konvenzjoni għandha tidħol fis- seħħ fl- ewwel jum tax- xahar ta' wara l- iskadenza ta' perijodu ta' sitt xhur wara d- data ta' meta s- Segretarju Ġenerali tasallu din id- dikjarazzjoni.

3. Kull dikjarazzjoni magħmula skond iż- żewġ paragrafi preċedenti tista', fir- rigward ta' kull territorju speċifikat f' dikjarazjoni ta' din ix- xorta, tiġi rtirata permezz ta' notifika indirizzata lis- Segretarju Ġenerali. L- irtirar għandu jsir effettiv fl- ewwel jum tax- xahar ta' wara l- iskadenza ta' perjodu ta' sitt xhur wara d- data ta' meta s- Segretarju Ġenerali tasallu din in- notifika.

Artikolu 36

1. Kull Parti tista f' kull ħin tiddenunzja din il- Konvenzjoni permezz ta' notifika indirizzata lis- Segretarju Ġenerali tal- Kunsill ta' l-Ewropa.

2. Din id- denunzja għandha ssir effettiva fl- ewwel jum tax- xahar wara l- iskadenza ta' perijodu ta' sitt xhur wara d- data ta' meta s- Segretarju Ġenerali tasallu din in- notifika.

Artikolu 37

Is- Segretarju Ġenerali tal- Kunsill ta' l-Ewropa għandu jinnotifika lill- Istati Membri tal- Kunsill ta' l- Ewropa, il- Komunitajiet Ewropej u kull Stat li jkun issieħeb f' din il- Konvenzjoni dwar:

(a) kull firma;

(b) id- depositu ta' kull strument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni;

(ċ) kull data tad- dħul fis-seħħ ta' din il- Konvenzjoni skond l- l-Artikoli 32, 33 u 35;

(d) kull att, notifikazzjoni jew komunikazzjoni oħra li għandha x' taqsam ma' din il- Konvenzjoni.

Bħala xhieda ta' dan, is- sottoskritti, li huma awtorizzati għal dan l- iskop, iffirmaw din il- Konvenzjoni.

Magħmula fi Strasburg, illum it− 18 ta' Marzu 1986 bl- Ingliż u bil- Franċiż, biż- żewġ testi awtentiċi indaqs, f' kopja waħda li għandha tiġi depositata fl- arkivji tal- Kunsill ta' l- Ewropa. Is- Segretarju-Ġeneral tal- Kunsill ta' l-Ewropa għandu jittrasmetti kopji ċertifikati lil kull Stat Membru tal- Kunsill ta' l- Ewropa, lill- Komunitajiet Ewropej u lil kull Stat mistieden biex jissieħeb f' din il- Konvenzjoni.

--------------------------------------------------

L-ANNESS B

RISERVA FIR- RIGWARD TA' L- L-ARTIKOLU 28(1) TAL- KONVENZJONI EWROPEA GĦALL- ĦARSIEN TA' ANNIMALI VERTEBRATI WŻATI GĦALL- ISPERIMENTAZZJONI U GĦAL SKOPIJIET XJENTIFIĊI OĦRAJN

B’ applikazzjoni ta' l- l-Artikolu 34(1) tal- Konvenzjoni Ewropea għall- Ħarsien ta' Annimali Vertebrati wżati għall- isperimentazzjoni u għal skopijiet xjentifiċi oħrajn, il- Komunità Ewropea tistqarr li hija ma tikkunsidrax lilha nnifisha bħala marbuta mir- rekwiżiti li tikkomunika informazzjoni statistika stipulati fl- l-Artikolu 28(1) ta' l- imsemmija Konvenzjoni.

--------------------------------------------------