ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.112.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 112

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġislazzjoni

Volum 55
24 ta' April 2012


Werrej

 

Paġna

 

*

Opinjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2011 dwar l-applikazzjoni ta' adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja

3

 

*

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (14409/2011 — C7-0252/2011 — 2011/0805(NLE)) (Approvazzjoni)

5

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-5 ta' Diċembru 2011 dwar l-ammissjoni tar-Repubblika tal-Kroazja għall-Unjoni Ewropea

6

Werrej

7

Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (Stati membri tal-Unjoni Ewropea) u r-Repubblika tal-Kroazja dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

10

Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

21

ANNESS I Lista ta' konvenzjonijiet u protokolli li għalihom taderixxi r-Repubblika tal-Kroazja mal-adeżjoni (imsemmija fl-Artikolu 3(4) tal-Att tal-Adeżjoni)

35

ANNESS II Lista ta’ dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen kif integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea u l-atti li jibnu fuqu jew li huma b'xi mod ieħor relatati miegħu, li għandhom jorbtu lir-Repubblika tal-Kroazja, fuq u jkunu applikabbli fiha, mill-adeżjoni (imsemmija fl-Artikolu 4(1) tal-Att tal-Adeżjoni)

36

ANNESS III Lista msemmija fl-Artikolu 15 tal-Att tal-Adeżjoni: adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet

41

ANNESS IV Lista msemmija fl-Artikolu 16 tal-Att tal-Adeżjoni: dispożizzjonijiet permanenti oħrajn

60

ANNESS V Lista msemmija fl-Artikolu 18 tal-Att tal-Adeżjoni: miżuri transitorji

67

ANNESS VI Żvilupp rurali (imsemmi fl-Artikolu 35 (2) tal-Att tal-Adeżjoni)

87

ANNESS VII Impenji speċifiċi meħudin mir-Repubblika tal-Kroazja fin-negozjati tal-adeżjoni (imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(1) tal-Att tal-Adeżjoni)

88

ANNESS VIII Impenji meħudin mir-Repubblika tal-Kroazja dwar ir-ristrutturar tal-industrija Kroata tal-bini ta' bastimenti (imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 36(1), tal-Att tal-Adeżjoni)

89

ANNESS IX Impenji meħudin mir-Repubblika tal-Kroazja dwar ir-ristrutturar tas-settur tal-azzar (imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 36(1) tal-Att tal-Adeżjoni)

91

Protokoll dwar ċerti arranġamenti dwar trasferiment possibbli ta' darba ta' unitajiet ta' ammont assenjati maħruġa taħt il-Protokoll ta' Kjoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonjiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima lir-Repubblika tal-Kroazja, kif ukoll il-kumpens relatat

92

Att finali

95

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


24.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/3


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Ottubru 2011

dwar l-applikazzjoni ta' adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu,

Billi:

(1)

Kwalunkwe stat Ewropew li jirrispetta l-valuri tal-Unjoni Ewropea u huwa impenjat li jippromwovihom jista' japplika biex isir membru tal-Unjoni. L-Unjoni twaqqfet fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għall-minoranzi.

(2)

Ir-Repubblika tal-Kroazja applikat biex issir membru tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Fl-Opinjoni tagħha dwar il-Kroazja tal-20 ta' April 2004 (1), il-Kummissjoni diġà espremiet l-ideat tagħha dwar ċerti aspetti essenzjali tal-kwistjonijiet li joħorġu f'konnessjoni ma' din l-applikazzjoni.

(4)

Il-Kunsill Ewropew li ltaqa' f'Kopenħagen f'Ġunju tal-1993 stipula l-kondizzjonijiet ta' eliġibbiltà li jiggwidaw il-proċess ta' adeżjoni u l-valutazzjonijiet regolari tal-Kummissjoni ta' kemm il-Kroazja hi lesta għall-isħubija. Il-kriterji politiċi jirrikjedu li l-Kroazja tiżgura l-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi; dawn ir-rekwiżiti issa huma stabbiliti fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-kriterji ekonomiċi jirrikjedu l-eżistenza ta' ekonomija bbażata fuq is-suq li tiffunzjona kif ukoll il-kapaċità li tlaħħaq mal-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fi ħdan l-Unjoni. Il-Kriterju tal-acquis jirreferi għall-kapaċità li tieħu l-obbligazzjonijiet tas-sħubija li jiġu mit-Trattati u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-acquis, inkluża l-fedeltà mal-għanijiet tal-unjoni politika, ekonomika u monetarja. Il-kapaċità tal-Unjoni li tassorbi membri ġodda, filwaqt li żżomm għaddej il-momentum tal-integrazzjoni Ewropea, hija wkoll konsiderazzjoni importanti fl-interess ġenerali kemm tal-Unjoni kif ukoll tal-pajjiż kandidat.

(5)

Il-kundizzjonalità tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent ġiet iddefinita mill-Kunsill fil-31 ta' Mejju 1999 u tinkludi l-koperazzjoni mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja, u l-koperazzjoni reġjonali.

(6)

F'Diċembru 2006, il-Kunsill Ewropew qabel li l-istrateġija tat-tkabbir imsejsa fuq il-konsolidament, il-kundizzjonalità u l-komunikazzjoni, imħallta mal-kapaċità tal-UE li tintegra membri ġodda, tifforma l-bażi għal konsensus imġedded dwar it-tkabbir.

(7)

Il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni u l-aġġustamenti tat-Trattati ġew innegozjati waqt Konferenza bejn l-Istati Membri u l-Kroazja. Dawn in-negozjati saru f'konformità mal-qafas ta' negozjar, li jipprovdi għal kundizzjonalità stretta fl-istadju tal-ftuħ u l-għeluq tal-kapitoli. In-negozjati tlestew fit-30 ta' Ġunju 2011, u d-dispożizzjonijiet miftiehma huma ġusti u xierqa.

(8)

Bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, il-Kroazja taċċetta, mingħajr riżervi, it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika inkluż l-objettivi kollha tagħhom u d-deċiżjonijiet kollha li ttieħdu mindu daħlu fis-seħħ, kif ukoll l-għażliet li ttieħdu rigward l-iżvilupp u t-tisħiħ tal-Unjoni Ewropea u dik il-Komunità.

(9)

Hu fattur essenzjali tal-ordni legali li ġiet introdotta permezz ta' dawn it-trattati, li uħud mid-dispożizzjonijiet tagħhom u ċerti atti adottati mill-istituzjonijiet japplikaw b'mod dirett, li l-liġi tal-Unjoni tieħu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jistgħu joħolqu konflitt magħha, u li jeżistu proċeduri biex tkun żgurata interpretazzjoni uniformi tal-liġi tal-Unjoni. Adeżjoni fl-Unjoni Ewropea timplika rikonoxximent tan-natura vinkolanti ta' dawn ir-regoli, u li l-osservanza tagħhom hi indispensabbli biex tiggarantixxi l-effettività u l-unità tal-liġi tal-Unjoni.

(10)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Kroazja tilħaq il-kriterji politiċi u tistenna li l-Kroazja tilħaq il-kriterji ekonomiċi u tal-acquis u li tkun lesta għall-isħubija sal-1 ta' Lulju 2013 L-isħubija tirrikjedi li jibqgħu jiġu rrispettati l-valuri li fuqhom twaqqfet l-Unjoni kif ukoll l-impenn biex tippromwovihom.

(11)

Il-Kroazja laħqet livell għoli ta' tħejjija għall-isħubija. Il-Kummissjoni tappella lill-Kroazja biex iżżomm l-isforzi tagħha biex tikkonforma mal-acquis u tkompli ssaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tagħha, inkluż permezz ta' progress sostenibbli tar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika tagħha. Il-Kummissjoni se tkompli teżamina mill-qrib il-progress tal-Kroazja fil-kisbiet tal-impenji li ħadet fin-negozjati ta' adeżjoni, inkluż dawk li jridu jinkisbu qabel id-data tal-adeżjoni, u l-preparamenti kontienwi tagħha biex tieħu r-responsabbiltajiet tas-sħubija wara l-adeżjoni. Il-monitoraġġ se jiffoka b'mod partikolari fuq l-impenji meħuda mill-Kroazja fiż-żona ġudizzjarja, dik tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u d-drittijiet fundamentali, fiż-żona tal-ġustizzja, il-libertà, u s-sigurtà, inkluż il-ġestjoni tal-fruntieri, kif ukoll fiż-żona tal-politika tal-kompetizzjoni. Jekk kwistjonijiet importanti jiġu identifikati waqt il-proċess ta' monitoraġġ u ma jiġux irrimedjati mill-Kroazja, il-Kummissjoni, fejn neċessarju, se tindirizza ittri ta' twissija minn qabel lill-awtoritajiet tal-Kroazja u tista' tipproponi lill-Kunsill biex jieħu l-miżuri kollha xierqa qabel l-adeżjoni. Il-Kummissjoni għandha d-dritt ukoll li tinvoka diversi klawżoli ta' salvagwardja stabbiliti fit-Trattat ta' Adeżjoni kif ukoll mekkaniżmi speċifiċi għall-għajnuna mill-Istat għall-industriji tal-bini tal-bastimenti u tal-azzar tal-Kroazja.

(12)

Il-Kummissjoni titlob lill-awtoritajiet tal-Kroazja biex itemmu t-traduzzjoni u r-reviżjoni tal-acquis qabel id-data tal-adeżjoni sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE.

(13)

Wieħed mill-għanijiet tal-Unjoni Ewropea huwa li ssaħħaħ is-solidarjetà bejn il-popli tagħha filwaqt li tirrispetta l-istorja, il-kultura u t-tradizzjonijiet tagħhom.

(14)

It-tkabbir tal-Unjoni Ewropea, permezz tal-adeżjoni tal-Kroazja, se jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-istabbiltà, il-libertà u l-prosperità fl-Ewropa. Il-Kroazja hi mistennija li tkompli jkollha rwol attiv fil-koperazzjoni reġjonali fil-Balkani tal-Punent. Il-Kummissjoni tilqa' d-dikjarazzjoni tal-Kroazja dwar il-promozzjoni tal-valuri Ewropej fix-Xlokk tal-Ewropa u b'mod partikolari l-impenn tal-Kroazja biex kwistjonijiet bilaterali ma jxekklux il-proċess ta' adeżjoni tal-pajjiżi kandidati. L-adeżjoni tal-Kroazja tikkonferma l-impenn tal-UE għall-perspettiva Ewropea tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent kollha.

B'DAN TESPRIMI OPINJONI FAVOREVOLI:

dwar l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja.

Din l-opinjoni hija indirizzata lill-Kunsill.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

Štefan FÜLE

Membru tal-Kummissjoni responsabbli mit-tkabbir

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  COM(2004) 257 finali.


24.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/5


RIŻOLUZZJONI LEĠISLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-1 ta' Diċembru 2011

dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (14409/2011 — C7-0252/2011 — 2011/0805(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba tar-Repubblika tal-Kroazja sabiex issir membru tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (14409/2011 — C7-0252/2011),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2011) 667),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Trattat dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea, il-Protokoll u l-Att Finali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 74c u l-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0390/2011),

A.

billi l-kundizzjonijiet għall-adeżjoni tal-pajjiż kandidat u l-modifiki li tinvolvi l-adeżjoni tiegħu huma stipulati fl-abbozz ta' Trattat dwar l-Adezjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, u billi l-Parlament għandu jiġi kkonsultat dwar kwalunkwe modifiki sostanzjali tal-abbozz ta' Trattat,

B.

billi l-Kummissjoni għandha tissorvelja iktar preparamenti għall-adeżjoni bir-reqqa u b'oġġettività u għandha tgħin lill-awtoritajiet Kroati jissodisfaw l-impenji u l-obbligi tagħhom kif stipulati fin-negozjati; billi l-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament informat regolarment dwar sa liema punt l-awtoritajiet Kroati jonoraw l-impenji tagħhom sabiex jassumu b'mod sħiħ l-obbligi tas-sħubija tagħhom wara l-adeżjoni fl-1 ta' Lulju 2013,

1.

Japprova l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lir-Repubblika tal-Kroazja.


24.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

tal-5 ta' Diċembru 2011

dwar l-ammissjoni tar-Repubblika tal-Kroazja għall-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea (1),

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (2),

Billi r-Repubblika tal-Kroazja applikat biex issir membru tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu waħdieni

Il-Kunsill jaċċetta din l-applikazzjoni għall-ammissjoni; il-kondizzjonijiet ta' ammissjoni u l-aġġustamenti lit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, li jkunu meħtieġa b’tali ammissjoni, għandhom ikunu s-suġġett ta' ftehim bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Kroazja.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  Ara paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Ara paġna 5 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


WERREJ

A.

Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Stati Membri tal-Unjoni Ewropea) u r-Repubblika tal-Kroazja dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

B.

Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

L-Ewwel Parti:

Prinċipji

It-Tieni Parti:

Aġġustamenti għat-Trattati

Titolu I:

Dispożizzjonijiet istituzzjonali

Titolu II:

Aġġustamenti oħrajn

It-Tielet Parti:

Dispożizzjonijiet permanenti

Ir-Raba' Parti:

Dispożizzjonijiet temporanji

Titolu I:

Miżuri transitorji

Titolu II:

Dispożizzjonijiet istituzzjonali

Titolu III:

Dispożizzjonijiet finanzjarji

Titolu IV:

Dispożizzjonijiet oħrajn

Il-Ħames Parti:

Dispożizzjonijet relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan l-Att

Titolu I:

Adattamenti għar-regoli ta’ proċedura tal-istituzzjonijiet u għar-regoli u r-regoli ta’ proċedura tal-kumitati

Titolu II:

Applikabbiltà tal-atti tal-istituzzjonijiet

Titolu III:

Dispożizzjonijiet finali

ANNESSI

ANNESS I:

Lista ta’ konvenzjonijiet u protokolli li għalihom ir-Repubblika tal-Kroazja taderixxi mal-adeżjoni (imsemmija fl-Artikolu 3(4) tal-Att tal-Adeżjoni)

ANNESS II:

Lista ta’ dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen kif integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea u l-atti li jibnu fuqu jew li huma b'xi mod ieħor relatati miegħu, li għandhom jorbtu lir-Repubblika tal-Kroazja, u jkunu applikabbli fiha, mill-adeżjoni (imsemmija fl-Artikolu 4(1) tal-Att tal-Adeżjoni)

ANNESS III:

Lista msemmija fl-Artikolu 15 tal-Att tal-Adeżjoni: adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet

1.

Libertà ta’ provvista ta’ servizzi

2.

Liġi dwar il-proprjetà intellettwali

I.

Trade mark Komunitarja

II.

Ċertifikati supplementari ta’ protezzjoni

III.

Disinni Komunitarji

3.

Servizzi finanzjarji

4.

Agrikoltura

5.

Sajd

6.

Tassazzjoni

7.

Politika reġjonali u koordinazzjoni ta’ strumenti strutturali

8.

Ambjent

ANNESS IV:

Lista msemmija fl-Artikolu 16 tal-Att tal-Adeżjoni: dispożizzjonijiet permanenti oħrajn

1.

Liġi dwar il-proprjetà intellettwali

2.

Politika dwar il-kompetizzjoni

3.

Agrikoltura

4.

Sajd

5.

Unjoni doganali

Appendiċi għall-Anness IV

ANNESS V:

Lista msemmija fl-Artikolu 18 tal-Att tal-Adeżjoni: miżuri transitorji

1.

Moviment liberu tal-merkanzija

2.

Moviment liberu tal-persuni

3.

Moviment liberu tal-kapital

4.

Agrikoltura

I.

Miżuri Transitorji għall-Kroazja

II.

Kwota tariffarja transitorja għaż-żokkor tal-kannamieli għar-raffinar

III.

Miżuri ta’ pagamenti diretti temporanji għall-Kroazja

5.

Sikurezza tal-ikel, politika veterinarja u fitosanitarja

I.

Tiġieġ li jbid

II.

Stabbilimenti (laħam, ħalib, ħut u prodotti sekondarji li joriġinaw mill-annimali)

III.

Kummerċjalizzazzjoni ta’ żrieragħ

IV.

Neum

6.

Sajd

7.

Politika dwar it-trasport

8.

Tassazzjoni

9.

Libertà, sigurtà u ġustizzja

10.

Ambjent

I.

Leġislazzjoni orizzontali

II.

Kwalità tal-arja

III.

Ġestjoni tal-iskart

IV.

Kwalità tal-ilma

V.

Prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis (IPPC)

VI.

Sustanzi kimiċi

Appendiċi għall-Anness V

ANNESS VI:

Żvilupp rurali (imsemmi fl-Artikolu 35 (2) tal-Att tal-Adeżjoni)

ANNESS VII:

Impenji speċifiċi meħudin mir-Repubblika tal-Kroazja fin-negozjati tal-adeżjoni (imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(1) tal-Att tal-Adeżjoni)

ANNESS VIII:

Impenji meħudin mir-Repubblika tal-Kroazja dwar ir-ristrutturar tal-industrija Kroata tal-bini ta’ bastimenti (imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 36(1) tal-Att tal-Adeżjoni)

ANNESS IX:

Impenji meħudin mir-Repubblika tal-Kroazja dwar ir-ristrutturar tas-settur tal-azzar (imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 36(1) tal-Att tal-Adeżjoni)

PROTOKOLL

Protokoll dwar ċerti arranġamenti dwar trasferiment possibbli ta’ darba ta’ unitajiet ta’ ammont assenjati maħruġa taħt il-Protokoll ta’ Kjoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-tibdil fil-klima lir-Repubblika tal-Kroazja, kif ukoll il-kumpens relatat

ATT FINALI

I.

Test tal-Att Finali

II.

Dikjarazzjonijiet

A

Dikjarazzjoni Konġunta mill-Istati Membri attwali

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen

B

Dikjarazzjoni Konġunta minn diversi Stati Membri attwali

Dikjarazzjoni Konġunta mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika tal-Awstrija dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema: Kroazja.

C

Dikjarazzjoni Konġunta mill-Istati Membri attwali u r-Repubblika tal-Kroazja.

Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp

D

Dikjarazzjoni mir-Repubblika tal-Kroazja

Dikjarazzjoni mir-Repubblika tal-Kroazja dwar l-arranġament transitorji għal-liberalizzazzjoni tas-suq tal-art agrikola Kroata

III.

Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar proċedura ta’ informazzjoni u konsultazzjoni għall-adozzjoni ta’ ċerti deċiżjonijiet u miżuri oħra li għandhom jittieħdu matul il-perijodu ta’ qabel l-adeżjoni

TRATTAT

BEJN

IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA, IR-REPUBBLIKA ĊEKA, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IR-RENJU TA' SPANJA, IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, IR-REPUBBLIKA TALJANA, IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA, IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA, IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI, IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IR-RUMANIJA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-RENJU TAL-ISVEZJA, IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ

(STATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA)

U

R-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA

DWAR L-ADEŻJONI TAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA MAL-UNJONI EWROPEA

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLLIKA TAL-ESTONJA,

IL-PRESIDENT TAL-IRLANDA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA’ SPANJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLLIKA TAL-LATVJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLLIKA TAL-UNGERIJA,

IL-PRESIDENT TA' MALTA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

IL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IL-PRESIDENT TAR-RUMANIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IL-GVERN TAR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

MAGĦQUDIN fix-xewqa tagħhom li jfittxu li jilħqu l-għanijiet tal-Unjoni Ewropea,

DETERMINATI li jkomplu bil-proċess tal-ħolqien ta' unjoni dejjem eqreb bejn il-popli tal-Ewropa fuq il-pedamenti diġà stabbiliti,

FILWAQT LI JQISU li l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jagħti lill-Istati Ewropej l-opportunità li jsiru membri tal-Unjoni,

FILWAQT LI JQISU li r-Repubblika tal-Kroazja applikat biex issir membru tal-Unjoni,

FILWAQT LI JQISU li l-Kunsill, wara li kiseb l-opinjoni tal-Kummissjoni u l-kunsens tal-Parlament Ewropew, iddikjara li huwa favur l-ammissjoni tar-Repubblika tal-Kroazja,

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI,

Elio DI RUPO

Prim Ministru

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

Boyko BORISSOV

Prim Ministru

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊEKA,

Petr NECAS

Prim Ministru

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA,

Helle THORNING-SCHMIDT

Prim Ministru

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

Dr. Angela MERKEL

Kanċillier

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLLIKA TAL-ESTONJA,

Andrus ANSIP

Prim Ministru

IL-PRESIDENT TAL-IRLANDA,

Enda KENNY

Taoiseach (Prim Ministru)

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

Lucas PAPADEMOS

Prim Ministru

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA’ SPANJA,

José Luis RODRÍGUEZ ZAPATERO

President tal-Gvern

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

Jean LEONETTI

Ministru għall-Ewropa

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

Ivo JOSIPOVIĆ,

President

Jadranka KOSOR

Prim Ministru

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA,

Sen. Prof. Mario MONTI

President tal-Kunsill tal-Ministri

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

Demetris CHRISTOFIAS

President

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLLIKA TAL-LATVJA,

Valdis DOMBROVSKIS

Prim Ministru

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

Dalia GRYBAUSKAITĖ

President

L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU,

Jean-Claude JUNCKER

Prim Ministru, Ministru tal-Istat

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLLIKA TAL-UNGERIJA,

Viktor ORBÁN

Prim Ministru

IL-PRESIDENT TA' MALTA,

Lawrence GONZI

Prim Ministru

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

Mark RUTTE

Prim Ministru, Ministru tal-Affarijiet Ġenerali

IL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

Werner FAYMANN

Kanċillier Federali

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

Donald TUSK

Prim Ministru

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

Pedro PASSOS COELHO

Prim Ministru

IL-PRESIDENT TAR-RUMANIJA,

Traian BĂSESCU

President

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

Borut PAHOR

President tal-Gvern

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

Iveta RADICOVA

Prim Ministru

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

Jyrki KATAINEN

Prim Ministru

IL-GVERN TAR-RENJU TAL-ISVEZJA,

Fredrik REINFELDT

Prim Ministru

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

L-Onorevoli David CAMERON

Prim Ministru

QABLU DWAR DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Ir-Repubblika tal-Kroazja qiegħda b'dan issir membru tal-Unjoni Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

2.   Ir-Repubblika tal-Kroazja issir Parti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika kif emendati jew issupplimentati.

3.   Il-kondizzjonijiet tal-ammissjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati msemmija fil-paragrafu 2, li saru meħtieġa b'din l-ammissjoni, jinsabu fl-Att anness ma' dan it-Trattat. Id-dispożizzjonijiet ta' dak l-Att huma parti integrali minn dan it-Trattat.

Artikolu 2

Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw id-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri u l-poteri u l-ġurisdizzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni kif stabbilit fit-Trattati li għalihom issir Parti r-Repubblika tal-Kroazja bis-saħħa tal-Artikolu 1(2), għandhom japplikaw għal dan it-Trattat.

Artikolu 3

1.   Dan it-Trattat għandu jiġi ratifikat mill-Partijiet Kontraenti Għolja f'konformità mar-rekwiżiti kostituzzjonali rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta' ratifika għandhom jiġu depożitati mal-Gvern tar-Repubblika Taljana sat-30 ta' Ġunju 2013.

2.   Permezz tar-ratifika ta' dan it-Trattat, ir-Repubblika tal-Kroazja hi meqjusa wkoll li rratifikat jew approvat kwalunkwe emenda għat-Trattati msemmija fl-Artikolu 1(2) miftuħin għar-ratifika jew l-approvazzjoni mill-Istati Membri skont l-Artikolu 48 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea fil-mument tar-ratifika ta' dan it-Trattat mir-Repubblika tal-Kroazja, kif ukoll kwalunkwe att tal-istituzzjonijiet, li jkun adottat f'dak l-istess mument jew qablu u li jidħol fis-seħħ biss wara li jkun ġie approvat mill-Istati Membri f'konformità mar-rekwiżiti kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

3.   Dan it-Trattat għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2013 dment li l-istrumenti kollha ta’ ratifika jkunu ġew depożitati qabel dik id-data.

4.   Minkejja l-paragrafu 3, qabel l-adeżjoni l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jadottaw l-miżuri msemmija fl-Artikolu 3(7), l-Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu ta’ 6(3), it-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ 6(6), it-tieni subparagrafu ta’ 6(7), it-tielet subparagrafu ta’ 6(8), l-Artikolu 17, l-Artikoli 29(1), 30(5), 31(5), 35(3) u (4), l-Artikoli 38, 39, 41, 42, 43, 44, 49, 50 u 51, u l-Annessi IV sa VI tal-Att imsemmi fl-Artikolu 1(3).

Dawn il-miżuri għandhom jidħlu fis-seħħ biss soġġett għal dan it-Trattat u fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

5.   Minkejja l-paragrafu 3, l-Artikolu 36 tal-Att imsemmi fl-Artikolu 1(3) japplika mal-iffirmar ta’ dan it-Trattat.

Artikolu 4

Dan it-Trattat, imfassal f'oriġinal uniku bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża, bit-testi ta’ kull wieħed minn dawn il-lingwi ugwalment awtentiċi, għandu jiġi ddepożitat fl-arkivji tal-Gvern tar-Repubblika Taljana, li għandu jitrasmetti kopja awtentikata lil kull wieħed mill-Gvernijiet tal-Istati Firmatarji l-oħra.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-Plenipotenzjarji hawn sottoskritti ffirmaw dan it-Trattat.

Съставено в Брюксел на девети декември две хиляди и единадесета година.

Hecho en Bruselas, el nueve de diciembre de dos mil once.

V Bruselu dne devátého prosince dva tisíce jedenáct.

Udfærdiget i Bruxelles den niende december to tusind og elleve.

Geschehen zu Brüssel am neunten Dezember zweitausendelf.

Kahe tuhande üheteistkümnenda aasta detsembrikuu üheksandal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις εννέα Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες έντεκα.

Done at Brussels on the ninth day of December in the year two thousand and eleven.

Fait à Bruxelles, le neuf décembre deux mille onze.

Arna dhéanamh sa Bhruiséil, an naoú lá de mhí na Nollag an bhliain dhá mhíle agus a haon déag.

Sastavljeno u Bruxellesu dana devetog prosinca godine dvije tisuće jedanaeste.

Fatto a Bruxelles, addì nove dicembre duemilaundici.

Briselē, divtūkstoš vienpadsmitā gada devītajā decembrī.

Priimta du tūkstančiai vienuoliktų metų gruodžio devintą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenegyedik év december havának kilencedik napján.

Magħmul fi Brussell, fid-disa jum ta’ Diċembru tas-sena elfejn u ħdax.

Gedaan te Brussel, de negende december tweeduizend elf.

Sporządzono w Brukseli dnia dziewiątego grudnia roku dwa tysiące jedenastego.

Feito em Bruxelas, em nove de Dezembro de dois mil e onze.

Întocmit la Bruxelles la nouă decembrie două mii unsprezece.

V Bruseli dňa deviateho decembra dvetisícjedenásť.

V Bruslju, dne devetega decembra leta dva tisoč enajst.

Tehty Brysselissä yhdeksäntenä päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattayksitoista.

Som skedde i Bryssel den nionde december tjugohundraelva.

Voor Zijne Majesteit de Koning der Belgen

Pour Sa Majesté le Roi des Belges

Für Seine Majestät den König der Belgier

Image

Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaams Gewest, het Waals Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.

Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

За Република България

Image

Za prezidenta České republiky

Image

For Hendes Majestæt Danmarks Dronning

Image

Für den Präsidenten der Bundesrepublik Deutschland

Image

Eesti Vabariigi Presidendi nimel

Image

Thar ceann Uachtarán na hÉireann

For the President of Ireland

Image

Για τον Пρόεδρο της Еλληνικής Δημοκρατίας

Image

Por Su Majestad el Rey de España

Image

Pour le Président de la République française

Image

Za Republiku Hrvatsku

Image

Per il Presidente della Repubblica italiana

Image

Για τον Пρόεδρο της Кνπριαкής Δημοκρατίας

Image

Latvijas Republikas Valsts prezidenta vārdā –

Image

Image

Lietuvos Respublikos Prezidentės vardu

Image

Pour Son Altesse Royale le Grand-Duc de Luxembourg

Image

A Magyar Köztársaság Elnöke részéről

Image

Għall-President ta' Malta

Image

Voor Hare Majesteit de Koningin der Nederlanden

Image

Für den Bundespräsidenten der Republik Österreich

Image

Za Prezydenta Rzeczypospolitej Polskiej

Image

Pelo Presidente da República Portuguesa

Image

Pentru Președintele României

Image

Za predsednika Republike Slovenije

Image

Za prezidenta Slovenskej republiky

Image

Suomen Tasavallan Presidentin puolesta

För Republiken Finlands President

Image

För Konungariket Sveriges regering

Image

For Her Majesty the Queen of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

Image

ATT

dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

L-EWWEL PARTI

PRINĊIPJI

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ dan l-Att:

l-espressjoni “Trattati oriġinali” tfisser:

(a)

it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif emendati jew issupplimentati bi trattati jew atti oħrajn li jkunu daħlu fis-seħħ qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja,

(b)

it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Trattat KEEA) kif emendat jew issupplimentat bi trattati jew atti oħrajn li jkunu daħlu fis-seħħ qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja;

l-espressjoni “Stati Membri attwali” tfisser ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq;

l-espressjoni “l-Unjoni” tfisser l-Unjoni Ewropea bbażata fuq it-TUE u t-TFUE u/jew, skont il-każ, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika;

l-espressjoni “l-istituzzjonijiet” tfisser l-istituzzjonijiet stabbiliti bit-TUE.

Artikolu 2

Mid-data tal-adeżjoni, id-dispożizzjonjiet tat-Trattati oriġinali u l-atti adottati mill-istituzzjonijiet qabel l-adeżjoni għandhom jorbtu lill-Kroazja u għandhom japplikaw fil-Kroazja bil-kondizzjonijiet imniżżlin f’dawk it-Trattati u f’dan l-Att.

Meta jiġu miftehma emendi għat-Trattati oriġinali mir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri skont l-Artikolu 48(4) tat-TUE wara r-ratifika tat-Trattat tal-Adeżjoni mill-Kroazja u meta dawk l-emendi ma jkunux daħlu fis-seħħ sad-data tal-adeżjoni, il-Kroazja għandha tirratifika dawk l-emendi skont ir-rekwiżiti kostituzzjonali.

Artikolu 3

1.   Il-Kroazja taderixxi mad-deċiżjonijiet u l-ftehimiet tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill Ewropew.

2.   Il-Kroazja taderixxi mad-deċiżjonijiet u l-ftehimiet adottati mir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill.

3.   Il-Kroazja qiegħda fl-istess sitwazzjoni bħall-Istati Membri attwali fir-rigward ta’ dikjarazzjonijiet jew riżoluzzjonijiet tal-Kunsill Ewropew jew il-Kunsill, jew ta’ pożizzjonijiet oħra meħuda minnhom, u fir-rigward ta’ dawk li jikkonċernaw lill-Unjoni adottati bi ftehim komuni tal-Istati Membri. Għaldaqstant il-Kroazja għandha tosserva l-prinċipji u l-linji gwida li joħorġu minn dawk id-dikjarazzjonijiet, riżoluzzjonijiet jew pożizzjonijiet oħra u għandha tieħu l-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tagħhom.

4.   Il-Kroazja taderixxi mal-konvenzjonijiet u l-protokolli elenkati fl-Anness I. Dawk il-konvenzjonijiet u l-protokolli għandhom jidħlu fis-seħħ fir-rigward tal-Kroazja fid-data determinata mill-Kunsill fid-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5.

5.   Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’mod unanimu fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, għandu jiddeċiedi li jagħmel l-aġġustamenti kollha meħtieġa minħabba l-adeżjoni għall-konvenzjonijiet u l-protokolli msemmija fil-paragrafu 4 u jippubblika t-testi adattati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

6.   Il-Kroazja tintrabat, fir-rigward tal-konvenzjonijiet u l-protokolli msemmija fil-paragrafu 4, li tintroduċi arranġamenti amministrattivi u arranġamenti oħra, bħal dawk adottati sad-data tal-adeżjoni mill-Istati Membri attwali jew mill-Kunsill, u li tiffaċilita kooperazzjoni prattika bejn l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri.

7.   Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’ jissupplimenta l-Anness I bil-konvenzjonijiet, il-ftehimiet u l-protokolli rilevanti ffirmati qabel id-data tal-adeżjoni.

Artikolu 4

1.   Id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen kif imsemmija fil-Protokoll dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea (minn hawn il-quddiem imsejjaħ “il-Protokoll ta’ Schengen”), anness għat-TUE u t-TFUE, u l-atti li jibnu fuqu jew li huma b’xi mod ieħor relatati miegħu, elenkati fl-Anness II, kif ukoll kwalunkwe att ieħor bħal dan adottat qabel id-data tal-adeżjoni, għandhom jorbtu lill-Kroazja, u jkunu applikabbli fiha, mid-data tal-adeżjoni.

2.   Dawk id-dispożizzjonjiet tal-acquis ta’ Schengen kif integrati fil-qafas tal-Unjoni Ewropea u l-atti li jibnu fuqu jew li b’xi mod ieħor huma relatati miegħu li mhumiex imsemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li jorbtu lill-Kroazja mid-data tal-adeżjoni, għandhom japplikaw biss fil-Kroazja skont deċiżjoni tal-Kunsill għal dak il-għan, wara verifika, f’konformità mal-proċeduri ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen applikabbli, li l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-partijiet kollha tal-acquis rilevanti jkunu ġew sodisfatti fil-Kroazja, inkluża l-applikazzjoni effettiva tar-regoli kollha ta’ Schengen f’konformità mal-istandards komuni maqbula u mal-prinċipji fundamentali. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-Kunsill, f’konformità mal-proċeduri ta’ Schengen applikabbli u b’kont meħud ta’ rapport tal-Kummissjoni li jikkonferma li l-Kroazja għadha tissodisfa l-impenji li ħadet fin-negozjati dwar l-adeżjoni tagħha li huma rilevanti għall-acquis ta’ Schengen.

Il-Kunsill għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, waqt li jaġixxi bl-unanimità tal-membri tiegħu li jirrappreżentaw il-Gvernijiet tal-Istati Membri li fir-rigward tagħhom id-dispożizzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu diġà ddaħħlu fis-seħħ u tar-rappreżentant tal-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja. Il-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw il-Gvernijiet tal-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom jieħdu sehem f’tali deċiżjoni safejn tirrigwarda d-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen u l-atti li jibnu fuqu jew li huma b’xi mod ieħor relatati miegħu li fihom jipparteċipaw dawn l-Istati Membri.

Artikolu 5

Il-Kroazja għandha tipparteċipa fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja mid-data tal-adeżjoni bħala Stat Membru b’deroga fis-sens tal-Artikolu 139 tat-TFUE.

Artikolu 6

1.   Il-ftehimiet konklużi jew applikati b’mod proviżorju mill-Unjoni ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar, ma’ organizzazzjoni internazzjonali jew ma’ ċittadin ta’ pajjiż terz għandhom, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattati oriġinali u f’dan l-Att, jorbtu lill-Kroazja.

2.   Il-Kroazja timpenja ruħha li taderixxi, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Att, mal-ftehimiet konklużi jew iffirmati mill-Istati Membri attwali u l-Unjoni ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar jew ma’ organizzazzjoni internazzjonali.

Dment li ma jkunx previst mod ieħor fi ftehimiet speċifiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-adeżjoni tal-Kroazja ma’ dawn il-ftehimiet għandha tiġi maqbula bil-konklużjoni ta’ protokoll għal tali ftehimiet bejn il-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu f’isem l-Istati Membri, u l-pajjiż jew pajjiżi terzi jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernati. Il-Kummissjoni, jew ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-Rappreżentant Għoli) fejn il-ftehim jirrigwarda esklużivament jew prinċipalment il-politika estera u ta’ sigurtà komuni, għandha tinnegozja dawn il-protokolli f’isem l-Istati Membri abbażi ta’ direttivi ta’ negozjar approvati mil-Kunsill, li jaġixxi unanimament, u f’konsultazzjoni ma’ kumitat magħmul mir-rappreżentanti tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni, jew ir-Rappreżentant Għoli, skont il-każ, għandha tippreżenta lill-Kunsill abbozz tal-protokolli għall-konklużjoni.

Din il-proċedura hija mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tal-kompetenzi proprji tal-Unjoni u ma taffettwax l-allokazzjoni tal-poteri bejn l-Unjoni u l-Istati Membri fir-rigward tal-konklużjoni ta’ tali ftehimiet fil-ġejjieni jew ta’ kwalunkwe emenda oħra li mhijiex relatata mal-adeżjoni.

3.   Mid-data tal-adeżjoni, u sakemm jidħlu fis-seħħ il-protokolli meħtieġa msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, il-Kroazja għandha tapplika d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 konklużi jew applikati b’mod proviżorju qabel id-data tal-adeżjoni, bl-eċċezzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (1).

Sakemm jidħlu fis-seħħ il-protokolli msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, l-Unjoni u l-Istati Membri, waqt li jaġixxu b’mod konġunt kif ikun opportun fil-qafas tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, għandhom jieħdu kwalunkwe miżura adatta.

4.   Il-Kroazja taderixxi għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (2), kif ukoll għaż-żewġ ftehimiet li jemendaw dak il-Ftehim, iffirmati fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (3) u miftuħa għall-iffirmar f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 (4) rispettivament.

5.   Il-Kroazja timpenja ruħha li taderixxi, skont il-kondizzjonijiet imniżżlin f’dan l-Att, mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (5), f’konformità mal-Artikolu 128 ta’ dak il-Ftehim.

6.   Mid-data tal-adeżjoni, il-Kroazja għandha tapplika l-ftehimiet u l-arranġamenti bilaterali dwar it-tessuti konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.

Ir-restrizzjonijiet kwantitattivi applikati mill-Unjoni fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tat-tessuti u ta’ lbies għandhom jiġu aġġustati sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni. Għal dak il-għan, l-Unjoni tista’ tinnegozja emendi għall-ftehimiet u l-arranġamenti bilaterali dwar it-tessuti msemmija fl-ewwel subparagrafu mal-pajjiżi terzi kkonċernati qabel id-data tal-adeżjoni.

Jekk l-emendi għall-ftehimiet u l-arranġamenti bilaterali dwar it-tessuti ma jkunux daħlu fis-seħħ sad-data tal-adeżjoni, l-Unjoni għandha tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa għar-regoli tagħha dwar l-importazzjoni ta’ prodotti tat-tessuti u ta’ lbies minn pajjiżi terzi sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tal-Kroazja.

7.   Ir-restrizzjonijiet kwantitattivi applikati mill-Unjoni fuq l-importazzjoni ta’ azzar u ta’ prodotti tal-azzar għandhom jiġu aġġustati abbażi tal-importazzjonijiet tal-Kroazja matul is-snin reċenti tal-azzar u ta’ prodotti tal-azzar li joriġinaw mill-pajjiżi fornituri kkonċernati.

Għal dak il-għan, l-emendi meħtieġa għall-ftehimiet u l-arranġamenti bilaterali dwar l-azzar konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi għandhom jiġu nnegozjati qabel id-data tal-adeżjoni.

Jekk l-emendi għall-ftehimiet u l-arranġamenti bilaterali dwar l-azzar ma jkunux daħlu fis-seħħ sad-data tal-adeżjoni, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu.

8.   Mid-data tal-adeżjoni, il-ftehimiet dwar is-sajd konklużi bejn il-Kroazja u pajjiżi terzi qabel dik id-data għandhom jiġu amministrati mill-Unjoni.

Id-drittijiet u l-obbligi għall-Kroazja li jirriżultaw minn dawk il-ftehimiet ma għandhomx ikunu affettwati matul il-perijodu meta d-dispożizzjonijiet ta’ dawk il-ftehimiet jinżammu proviżorjament.

Kemm jista’ jkun malajr, u fi kwalunkwe każ qabel l-iskadenza tal-ftehimiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, id-deċiżijonijiet adatti għall-kontinwazzjoni tal-attivitajiet ta’ sajd li jirriżultaw minn dawk il-ftehimiet għandhom jiġu adottati f’kull każ mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, inkluża l-possibbiltà li ċerti ftehimiet jiġu estiżi għal perijodi ta’ mhux aktar minn sena.

9.   Il-Kroazja għandha tirtira ruħha minn kwalunkwe ftehim ta’ kummerċ ħieles ma’ pajjiżi terzi, inkluż il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles Ċentru-Ewropew kif emendat.

Safejn il-ftehimiet bejn il-Kroazja min-naħa waħda, u pajjiż terz wieħed jew aktar, min-naħa l-oħra, ma jkunux kompatibbli mal-obbligi li jirriżultaw minn dan l-Att, il-Kroazja għandha tieħu l-passi kollha adegwati biex telimina l-inkompatibbilitajiet stabbiliti. Jekk il-Kroazja tiltaqa’ ma’ diffikultajiet fl-aġġustament ta’ ftehim konkluż ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar, hi għandha tirtira ruħha minn dak il-ftehim.

Il-Kroazja għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura konformità mal-obbligi ta’ dan il-paragrafu mill-jum tal-adeżjoni.

10.   Il-Kroazja taderixxi, skont il-kondizzjonijiet imniżżlin f’dan l-Att, mal-ftehimiet interni konklużi mill-Istati Membri attwali għall-fini tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 4.

11.   Il-Kroazja għandha tieħu miżuri adatti, fejn meħtieġ, sabiex taġġusta l-pożizzjoni tagħha fir-rigward ta’ organizzazzjonjiet internazzjonali, u ta’ dawk il-ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni jew Stati Membri oħra huma wkoll partijiet għalihom, mad-drittijiet u l-obbligi li joriġinaw mill-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni.

Il-Kroazja għandha, b’mod partikolari, tirtira ruħha minn ftehimiet u organizzazzjoniet internazzjonali tas-sajd u li l-Unjoni hija wkoll parti għalihom, sakemm is-sħubija tagħha ma tirrigwardax kwistjonijiet differenti mis-sajd.

Il-Kroazja għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura konformità mal-obbligi ta’ dan il-paragrafu mid-data tal-adeżjoni.

Artikolu 7

1.   Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan l-Att, id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att ma jistgħux jiġu sospiżi, emendati jew imħassra ħlief permezz tal-proċedura mniżżla fit-Trattati oriġinali li tippermetti r-reviżjoni ta’ dawk it-Trattati.

2.   L-atti adottati mill-istituzzjonijiet li magħhom huma relatati d-dispożizzjonijiet transitorji mniżżlin f’dan l-Att għandhom iżommu l-istatus tagħhom fil-liġi; b’mod partikolari, għandhom ikomplu japplikaw il-proċeduri sabiex jiġu emendati dawk l-atti.

3.   Dawk id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att li għandhom il-fini jew l-effett li jħassru jew jemendaw atti adottati mill-istituzzjonijiet, sakemm tali dispożizzjonijiet ma jkunux ta’ natura transitorja, għandhom ikollhom l-istess status fil-liġi bħad-dispożizzjonijiet li huma jħassru jew jemendaw u għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli bħal dawk id-dispożizzjonijiet.

Artikolu 8

L-applikazzjoni tat-Trattati oriġinali u tal-atti adottati mill-istituzzjonijiet għandha, bħala miżura transitorja, tkun soġġetta għad-derogi previsti f’dan l-Att.

IT-TIENI PARTI

AĠĠUSTAMENTI GĦAT-TRATTATI

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI

Artikolu 9

Il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, anness għat-TUE, it-TFUE u t-Trattat tal-KEEA, għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Meta, kull tliet snin, ikun hemm sostituzzjoni parzjali tal-Imħallfin, għandhom jiġu sostitwiti 14-il Imħallef.”.

(2)

L-Artikolu 48 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 48

Il-Qorti Ġenerali għandha tikkonsisti minn 28 Imħallef.”.

Artikolu 10

Il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment, anness għat-TUE u t-TFUE, għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1):

(a)

is-sentenza introduttorja għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“1.   Il-kapital tal-Bank għandu jkun ta’ EUR 233 247 390 000, sottoskritt mill-Istati Membri kif ġej:”

(b)

dan li ġej għandu jiddaħħal bejn l-entrati għar-Rumanija u s-Slovakkja:

“Kroazja

854 400 000”.

(2)

Fl-Artikolu 9(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   Il-Bord tad-Diretturi għandu jikkonsisti minn disgħa u għoxrin direttur u dsatax-il direttur supplenti.

Id-Diretturi għandhom jinħatru mill-Bord ta’ Gvernaturi għal ħames snin, wieħed innominat minn kull Stat Membru, u wieħed innominat mill-Kummissjoni.

Id-diretturi supplenti għandhom jinħatru mill-Bord tal-Gvernaturi għal ħames snin kif jidher hawn taħt:

żewġ supplenti nnominati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

żewġ supplenti nnominati mir-Repubblika Franċiza,

żewġ supplenti nnominati mir-Repubblika Taljana,

żewġ supplenti nnominati mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq,

membru supplenti wieħed nnominat bi qbil komuni bejn ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Portugiża,

membru supplenti wieħed innominat bi qbil komuni bejn ir-Renju tal-Belġu, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi,

żewġ supplenti nnominati bi qbil komuni bejn ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Ellenika, l-Irlanda u r-Rumanija,

żewġ supplenti nnominati bi qbil komuni bejn ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja,

erba’ supplenti nnominati bi qbil komuni bejn ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka,

supplent wieħed innominat mill-Kummissjoni.”.

Artikolu 11

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 134(2) tat-Trattat tal-KEEA dwar il-kompożizzjoni tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-Kumitat għandu jikkonsisti minn tnejn u erbgħin membru, maħtura mill-Kunsill wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni.”.

TITOLU II

AĠĠUSTAMENTI OĦRAJN

Artikolu 12

Fl-Artikolu 64(1) tat-TFUE, għandha tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Rigward ir-restrizzjonijiet eżistenti skont il-liġi nazzjonali fil-Kroazja, id-data rilevanti għandha tkun il-31 ta’ Diċembru 2002.”.

Artikolu 13

L-Artikolu 52(1) tat-TUE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   It-Trattati għandhom japplikaw għar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.”.

Artikolu 14

1.   L-Artikolu 55(1) tat-TUE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Dan it-Trattat, redatt f’oriġinal wieħed bl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Irlandiż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan u Ungeriż, bit-testi ta’ kull wieħed minn dawn ugwalment awtentiċi, għandu jiġi ddepożitat fl-arkivji tal-Gvern tar-Repubblika Taljana, li għandu jibgħat kopja awtentikata lil kull wieħed mill-Gvernijiet tal-Istati firmatarji l-oħra.”.

2.   L-Artikolu 225(2) tat-Trattat tal-KEEA għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Skont it-Trattati tal-Adeżjoni, il-verżjonijiet bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven u bl-Ungeriż ta’ dan it-Trattat għandhom ukoll ikunu awtentiċi.”.

IT-TIELET PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET PERMANENTI

Artikolu 15

L-atti elenkati fl-Anness III għandhom jiġu adattati kif speċifikat f’dak l-Anness.

Artikolu 16

Il-miżuri elenkati fl-Anness IV għandhom jiġu applikati skont il-kondizzjonijiet imniżżlin f’dak l-Anness.

Artikolu 17

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, jista’ jagħmel l-adattamenti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att marbuta mal-politika agrikola komuni li jistgħu jirriżultaw meħtieġa b’riżultat ta’ modifika fir-regoli tal-Unjoni.

IR-RABA’ PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET TEMPORANJI

TITOLU I

MIŻURI TRANSITORJI

Artikolu 18

Il-miżuri elenkati fl-Anness V għandhom jiġu applikati fir-rigward tal-Kroazja skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

TITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI

Artikolu 19

1.   B’deroga mill-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji anness għat-TUE, it-TFUE u t-Trattat tal-KEEA, u b’deroga mill-għadd massimu ta’ siġġijiet previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tat-TUE, l-għadd ta’ membri tal-Parlament Ewropew għandu jiżdied bi 12-il membru mill-Kroazja, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tal-Kroazja, għall-perijodu li jtawwal mid-data tal-adeżjoni sal-aħħar tal-mandat 2009-2014 tal-Parlament Ewropew.

2.   B’deroga mill-Artikolu 14(3) tat-TUE, il-Kroazja għandha, qabel id-data tal-adeżjoni, torganizza elezzjonijiet ad hoc għall-Parlament Ewropew, b’vot universali dirett tal-poplu tagħha, għall-għadd ta’ membri iffissat fil-paragrafu 1, f’konformità mal-acquis tal-Unjoni. Madankollu, jekk id-data tal-adeżjoni tkun inqas minn sitt xhur qabel l-elezzjonijiet li jmiss tal-Parlament Ewropew, il-membri tal-Parlament Ewropew li jirrappreżentaw iċ-ċittadini tal-Kroazja jistgħu jintgħażlu mill-Parlament nazzjonali tal-Kroazja, minn fost il-membri tiegħu, dment li l-persuni inkwistjoni jkunu ġew eletti b’vot universali dirett.

Artikolu 20

L-Artikolu 3(3) tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, anness għat-TUE, it-TFUE u t-Trattat tal-KEEA, għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3   Sal-31 ta’ Ottubru 2014, għandhom jibqgħu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet li ġejjin, mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 235(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Għal atti tal-Kunsill Ewropew u l-Kunsill li jeħtieġu maġġoranza kwalifikata, il-voti tal-membri għandhom jitqiesu li għandhom il-piż kif ġej:

Belġju

12

Bulgarija

10

Repubblika Ċeka

12

Danimarka

7

Ġermanja

29

Estonja

4

Irlanda

7

Greċja

12

Spanja

27

Franza

29

Kroazja

7

Italja

29

Ċipru

4

Latvja

4

Litwanja

7

Lussemburgu

4

Ungerija

12

Malta

3

Pajjiżi l-Baxxi

13

Awstrija

10

Polonja

27

Portugall

12

Rumanija

14

Slovenja

4

Slovakkja

7

Finlandja

7

Svezja

10

Renju Unit

29

L-atti għandhom jiġu adottati jekk ikun hemm mill-inqas 260 voti favur li jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-membri meta, skont it-Trattati, għandhom jiġu adottati fuq proposta mill-Kummissjoni. F’każijiet oħra d-deċiżjonijiet għandhom jiġu adottati jekk ikun hemm mill-inqas 260 vot favur li jirrappreżentaw mill-inqas żewġ terzi tal-membri.

Membru tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill jista’ jitlob li, fejn att huwa adottat mill-Kunsill Ewropew jew mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata, jiġi verifikat jekk l-Istati Membri li jiffurmaw il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentawx mill-inqas 62 % tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni. Jekk jinstab li dan ma jkunx il-każ, l-att m’għandux ikun adottat.”

Artikolu 21

1.   Ċittadin Kroat għandu jinħatar għall-Kummissjoni mid-data tal-adeżjoni sal-31 ta’ Ottubru 2014. Il-Membru l-ġdid tal-Kummissjoni għandu jinħatar mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata u bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u f’konformità mal-kriterji stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(3) tat-TUE.

2.   Il-mandat tal-Membru maħtur f’konformtià mal-paragrafu 1 għandu jiskadi fl-istess żmien bħal dak tal-Membri li jkunu fil-kariga fil-mument tal-adeżjoni.

Artikolu 22

1.   Il-mandat tal-Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Imħallef tal-Qorti Ġenerali maħturin mill-Kroazja mal-adeżjoni tagħha f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 19(2) tat-TUE għandu jiskadi, rispettivament, fis-6 ta’ Ottubru 2015 u l-31 ta’ Awwissu 2013.

2.   Għall-fini ta’ sentenzi dwar każijiet pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali fid-data tal-adeżjoni li fir-rigward tagħhom ikunu nbdew proċedimenti orali qabel dik id-data, il-Qrati sħaħ tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali jew l-Awli plenarji tagħhom għandhom ikunu magħmulin bħal ma kienu qabel l-adeżjoni u għandhom japplikaw ir-Regoli ta’ Proċedura li jkunu fis-seħħ fil-jum ta’ qabel id-data tal-adeżjoni.

Artikolu 23

1.   B’deroga mill-Artikolu 301(1) tat-TFUE li jistabbilixxi l-għadd massimu ta’ membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, l-Artikolu 7 tal-Protokoll dwar dispożizzjonijiet transitorji anness għat-TUE, it-TFUE u t-Trattat tal-KEEA, għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Sakemm tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 301 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-allokazzjoni tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandha tkun kif ġej:

Belġju

12

Bulgarija

12

Repubblika Ċeka

12

Danimarka

9

Ġermanja

24

Estonja

7

Irlanda

9

Greċja

12

Spanja

21

Franza

24

Kroazja

9

Italja

24

Ċipru

6

Latvja

7

Litwanja

9

Lussemburgu

6

Ungerija

12

Malta

5

Pajjiżi l-Baxxi

12

Awstrija

12

Polonja

21

Portugall

12

Rumanija

15

Slovenja

7

Slovakkja

9

Finlandja

9

Svezja

12

Renju Unit

24”

2.   L-għadd ta’ membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jiżdied temporanjament għal 353 biex jittieħed kont tal-adeżjoni tal-Kroazja għall-perijodu li jibda mid-data tal-adeżjoni sa tmiem il-mandat li matulu l-Kroazja taderixxi mal-Unjoni jew sad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 301(2) tat-TFUE, skont liem minnhom jiġi l-ewwel.

3.   Jekk id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 301(2) tat-TFUE tkun diġà ġiet adottata sad-data tal-adeżjoni, b’deroga mill-Artikolu 301(1) tat-TFUE li jistabbilixxi l-għadd massimu ta’ membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kroazja għandha temporanjament tiġi allokata għadd adatt ta’ membri sa tmiem il-mandat li matulu taderixxi mal-Unjoni.

Artikolu 24

1.   B’deroga mill- Artikolu 305(1) tat-TFUE li jistabbilixxi l-għadd massimu ta’ membri tal-Kumitat tar-Reġjuni, l-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar dispożizzjonijiet transitorji anness għat-TUE, it-TFUE u t-Trattat tal-KEEA, għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Sakemm tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 305 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-allokazzjoni tal-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni għandha tkun kif ġej:

Belġju

12

Bulgarija

12

Repubblika Ċeka

12

Danimarka

9

Ġermanja

24

Estonja

7

Irlanda

9

Greċja

12

Spanja

21

Franza

24

Kroazja

9

Italja

24

Ċipru

6

Latvja

7

Litwanja

9

Lussemburgu

6

Ungerija

12

Malta

5

Pajjiżi l-Baxxi

12

Awstrija

12

Polonja

21

Portugall

12

Rumanija

15

Slovenja

7

Slovakkja

9

Finlandja

9

Svezja

12

Renju Unit

24”

2.   L-għadd ta’ membri tal-Kumitat tar-Reġjuni għandu jiżdied temporanjament għal 353 biex jittieħed kont tal-adeżjoni tal-Kroazja għall-perijodu li jibda mid-data tal-adeżjoni sa tmiem il-mandat li matulu l-Kroazja taderixxi mal-Unjoni jew sad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 305(2) tat-TFUE, skont liem minnhom jiġi l-ewwel.

3.   Jekk id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 305(2) tat-TFUE tkun diġà ġiet adottata sad-data tal-adeżjoni, b’deroga mill- Artikolu 305(1) tat-TFUE li jistabbilixxi l-għadd massimu ta’ membri tal-Kumitat tar-Reġjuni, il-Kroazja għandha temporanjament tiġi allokata għadd adatt ta’ membri sa tmiem il-mandat li matulu taderixxi mal-Unjoni.

Artikolu 25

Il-mandat tad-direttur tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ewropew tal-Investiment, innominat mill-Kroazja u maħtur mal-adeżjoni kif previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jiskadi fi tmiem il-laqgħa annwali tal-Bord tal-Gvernaturi li matulha jiġi eżaminat ir-rapport annwali għas-sena finanzjarja 2017.

Artikolu 26

1.   Membri ġodda tal-kumitati, il-gruppi, l-aġenziji jew korpi oħrajn li nħolqu bit-Trattati oriġinali jew b’att tal-istituzzjonijiet għandhom jinħatru skont il-kondizzjonijiet u skont il-proċeduri mniżżlin għall-ħatra ta’ membri ta’ dawk il-kumitati, gruppi, aġenziji jew korpi oħrajn. Il-mandati tal-membri li għadhom kemm ġew maħtura għandu jiskadi fl-istess żmien bħal dak tal-membri li jkunu fil-kariga fil-mument tal-adeżjoni.

2.   Is-sħubija fil-kumitati, gruppi, aġenziji jew korpi oħrajn maħluqa bit-Trattati oriġinali jew b’att tal-istituzzjonijiet b’għadd ta’ membri li huwa fiss, irrispettivament mill-għadd ta’ Stati Membri, għandha tiġi mġedda kompletament mal-adeżjoni, dment li l-mandat tal-membri attwali ma jiskadix fi żmien 12-il xahar mill-adeżjoni.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 27

1.   Mid-data tal-adeżjoni, il-Kroazja għandha tħallas l-ammont segwenti li jikkorrispondi għas-sehem tagħha mill-kapital imħallas għall-kapital sottoskritt kif definit fl-Artikolu 4 tal-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment:

Kroazja

EUR 42 720 000

Din il-kontribuzzjoni għandha titħallas fi tmien pagamenti indaqs li għandhom isiru fit-30 ta’ Novembru 2013, it-30 ta’ Novembru 2014, it-30 ta’ Novembru 2015, il-31 ta’ Mejju 2016, it-30 ta’ Novembru 2016, il-31 ta’ Mejju 2017, it-30 ta’ Novembru 2017 u l-31 ta’ Mejju 2018.

2.   Il-Kroazja għandha tikkontribwixxi, fi tmien pagamenti ndaqs li għandhom isiru fid-dati previsti fil-paragrafu 1, għar-riservi u l-provvedimenti ekwivalenti għal riservi, kif ukoll għall-ammont li għad irid ikun approprjat għar-riservi u l-provvedimenti, li jinkludu l-bilanċ tal-kont tal-qligħ u t-telf, stabbilit fl-aħħar tax-xahar ta’ qabel l-adeżjoni, kif imniżżel fil-karta tal-bilanċ tal-Bank, f’ammonti li jikkorrispondu għall-perċentwali li ġejja tar-riservi u l-provvedimenti:

Kroazja

0,368 %

3.   Il-kapital u l-pagamenti previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jitħallsu mill-Kroazja f’euro f’kontanti, ħlief jekk ikun hemm deroga deċiża b’mod unanimu mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Ewropew tal-Investiment.

4.   Iċ-ċifri għall-Kroazja msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll fl-Artikolu 10, punt 1, jistgħu jiġu adattati b’deċiżjoni tal-korpi governattivi tal-Bank Ewropew tal-Investiment abbażi tal-aħħar data finali dwar il-PDG ppubblikata mill-Eurostat qabel l-adeżjoni.

Artikolu 28

1.   Il-Kroazja għandha tħallas l-ammont li ġej lill-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar imsemmi fid-Deċiżjoni 2002/234/KEFA tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, fis-27 ta’ Frar 2002 fuq il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (6):

(EUR, prezzijiet attwali)

Kroazja

494 000.

2.   Il-kontribuzzjoni għall-Fond ta’ Ricerka għall-Faħam u l-Azzar għandha ssir f’erba’ pagamenti li jibdew fl-2015 u għandha titħallas kif ġej, f’kull każ fl-ewwel jum ta’ xogħol tal-ewwel xahar ta’ kull sena:

2015: 15 %,

2016: 20 %,

2017: 30 %,

2018: 35 %.

Artikolu 29

1.   L-akkwist, l-għotjiet u l-pagamenti għal assistenza finanzjarja ta’ qabel l-adeżjoni taħt il-Komponent dwar l-Assistenza tat-Transizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet u l-Komponent tal-Kooperazzjoni Transkonfinali tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta’ Lulju 2006 (7), għal fondi kommessi qabel l-adeżjoni, bl-esklużjoni tal-programmi transkonfinali Kroazja-Ungerija u Kroazja-Slovenja, u għal assistenza taħt il-Faċilità ta’ Transizzjoni msemmija fl-Artikolu 30, għandhom ikunu ġestiti mill-aġenziji implimentattivi tal-Kroazja mid-data tal-adeżjoni ’l quddiem.

Ir-rinunċja tal-kontroll ex ante mill-Kummissjoni fir-rigward tal-akkwist u l-għotjiet għandha ssir b’deċiżjoni tal-Kummissjoni għal dak il-għan, wara li l-Kummissjoni tkun sodisfatta bit-tħaddim effettiv tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll ikkonċernata f’konformità mal-kriterji u l-kondizzjonijiet imniżżlin fl-Artikolu 56(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (8) u fl-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007 tat-12 ta’ Ġunju 2007 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi strument għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni (IPA) (9).

Jekk id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrinunċja għall-kontroll ex ante ma tkunx ġiet adottata qabel id-data tal-adeżjoni, kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn id-data tal-adeżjoni u d-data meta tiġi adottata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma għandux ikun eliġibbli taħt l-assistenza finanzjarja ta’ qabel l-adeżjoni u l-Faċilità ta’ Transizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

2.   L-impenji baġitarji li jsiru qabel id-data tal-adeżjoni taħt l-assistenza finanzjarja ta’ qabel l-adeżjoni u l-Faċilità ta’ Transizzjoni msemmija fil-paragrafu 1, inklużi l-konklużjoni u r-reġistrazzjoni ta’ impenji legali u pagamenti individwali sussegwenti li jsiru wara l-adeżjoni, għandhom ikomplu jkunu regolati bir-regoli li japplikaw għall-istrumenti finanzjarji ta’ qabel l-adeżjoni u jitħallsu mill-kapitoli baġitarji korrispondenti sal-għeluq tal-programmi u l-proġetti kkonċernati.

3.   Id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-impenji baġitarji ta’ ftehimiet ta’ finanzjament dwar l-assistenza finanzjarja ta’ qabel l-adeżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, u l-Komponent tal-IPA tal-Iżvilupp Rurali, rigward deċiżjonijiet finanzjarji meħudin qabel l-adeżjoni, għandhom ikomplu japplikaw wara d-data tal-adeżjoni. Huma għandhom jiġu rregolati bir-regoli li japplikaw għall-istrumenti finanzjarji ta’ qabel l-adeżjoni. Minkejja dan, il-proċeduri tal-akkwist pubbliku li jinbdew wara l-adeżjoni għandhom jitwettqu f’konformità mad-direttivi rilevanti tal-Unjoni.

4.   Il-fondi ta’ qabel l-adeżjoni li jkopru n-nefqa amministrattiva, kif imsemmija fl-Artikolu 44, jistgħu jigu impenjati fl-ewwel sentejn wara l-adezjoni. Għal spejjeż ta’ verifika u evalwazzjoni, jistgħu jiġu impenjati fondi ta’ qabel l-adeżjoni sa ħames snin wara l-adeżjoni.

Artikolu 30

1.   Għall-ewwel sena wara l-adeżjoni, l-Unjoni għandha tipprovdi lill-Kroazja b’assistenza finanzjarja temporanja (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Faċilità ta’ Transizzjoni”) sabiex tiżviluppa u ssaħħaħ il-kapaċità amministrattiva u ġudizzjarja tagħha biex timplimenta u tinforza l-liġi tal-Unjoni u biex tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki fost il-pari. Dik l-assistenza għandha tiffinanzja proġetti ta’ bini ta’ istituzzjonijiet u investimenti limitati u fuq skala żgħira li jkunu anċillari għalihom.

2.   L-assistenza għandha tindirizza l-ħtieġa kontinwa għat-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali f’ċerti oqsma permezz ta’ azzjoni li ma tistax tiġi ffinanzjata mill-Fondi Strutturali jew mill-Fondi għall-Iżvilupp Rurali.

3.   Għal proġetti ta’ ġemellaġġ bejn amministrazzjonijiet pubbliċi għall-finijiet ta’ bini ta’ istituzzjonijiet, għandha tkompli tapplika l-proċedura tas-sejħa għal proposti permezz tan-netwerk ta’ punti ta’ kuntatt fl-Istati Membri.

4.   L-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Faċilità ta’ Transizzjoni, bil-prezzijiet attwali, għall-Kroazja għandhom ikunu ta’ total ta’ EUR 29 miljun fl-2013 biex jiġu indirizzati l-prijoritajiet nazzjonali u orizzontali.

5.   L-assistenza taħt il-Faċilità ta’ Transizzjoni għandha tiġi deċiża u implimentata f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 jew abbażi ta’ dispożizzjonijiet tekniċi oħra meħtieġa għat-tħaddim tal-Faċilità ta’ Transizzjoni, li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.

6.   Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi żgurata komplementarjetà adatta mal-appoġġ previst mill-Fond Soċjali Ewropew għar-riforma amministrattiva u l-kapaċità istituzzjonali.

Artikolu 31

1.   Qed tinħoloq b’dan Faċilità ta’ Schengen (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Faċilità temporanja ta’ Schengen”) bħala strument temporanju biex jgħin lill-Kroazja bejn id-data tal-adeżjoni u l-aħħar tal-2014 biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet fil-fruntieri esterni l-ġodda tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u l-kontroll tal-fruntieri esterni.

2.   Għall-perijodu bejn l-1 ta’ Lulju 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2014, l-ammonti li ġejjin (prezzijiet attwali) għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-Kroazja fl-għamla ta’ pagamenti ta’ darba taħt il-Faċilità temporanja ta’ Schengen:

(EUR miljun, prezzijiet attwali)

 

2013

2014

Kroazja

40

80

3.   L-ammont annwali għall-2013 għandu jkun pagabbli lill-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013 u l-ammont annwali għall-2014 għandu jsir disponibbli fl-ewwel jum ta’ xogħol wara l-1 ta’ Jannar 2014.

4.   Il-pagamenti f’somma waħda għandhom jintużaw fi żmien tliet snin mill-ewwel pagament. Il-Kroazja għandha tippreżenta, sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-iskadenza ta’ dan il-perijodu ta’ tliet snin, rapport komprensiv dwar l-eżekuzzjoni finali tal-pagamenti taħt il-Faċilità temporanja ta’ Schengen b’dikjarazzjoni li tiġġustifika n-nefqa. Kwalunkwe parti mill-fondi mhux użata jew li tintefaq bla ġustifikazzjoni għandha tiġi rkuprata mill-Kummissjoni.

5.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta kwalunkwe dispożizzjoniet tekniċi meħtieġa għat-tħaddim tal-Faċilità temporanja ta’ Schengen.

Artikolu 32

1.   B’dan qiegħda tiġi stabbilita Faċilità ta’ Likwidità (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Faċilità temporanja ta’ Likwidità”) bħala strument temporanju sabiex jgħin lill-Kroazja bejn id-data tal-adeżjoni u l-aħħar tal-2014 biex ittejjeb il-likwidità fil-baġit nazzjonali.

2.   Għall-perijodu bejn l-1 ta’ Lulju 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2014, l-ammonti li ġejjin (prezzijiet attwali) għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-Kroazja fil-forma ta’ pagamenti ta’ darba taħt il-Faċilità temporanja ta’ Likwidità:

(EUR miljun, prezzijiet attwali)

 

2013

2014

Kroazja

75

28,6

3.   Kull ammont annwali għandu jinqasam f’pagamenti ndaqs ta’ kull xhar, li jitħallsu fl-ewwel jum ta’ xogħol ta’ kull xhar.

Artikolu 33

1.   Ammont ta’ EUR 449,4 miljun (prezzijiet attwali) f’approprjazzjonijiet ta’ impenn għandu jiġi riżervat għall-Kroazja taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni fl-2013.

2.   Terz tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi riżervat għall-Fond ta’ Koeżjoni.

3.   Għall-perijodu kopert mill-qafas finanzjarju li jmiss, l-ammonti li għandhom isiru disponibbli għall-Kroazja f’approprjazzjonijiet ta’ impenn taħt il-Finanzjament Strutturali u ta’ Koeżjoni għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-acquis tal-Unjoni applikabbli f’dak iż-żmien. Dawn l-ammonti għandhom jiġu aġġustati f’konformità mal-iskeda ta’ introduzzjoni gradwali li ġejja:

70 % fl-2014,

90 % fl-2015,

100 % mill-2016 ’il quddiem.

4.   Fil-limiti permessi mill-acquis tal-Unjoni l-ġdid, għandu jsir aġġustament biex tiġi żgurata żieda fil-fondi għall-Kroazja fl-2014 ta’ 2,33 darba l-ammont tal-2013, u fl-2015 ta’ 3 darbiet l-ammont tal-2013.

Artikolu 34

1.   L-ammont totali li għandu jsir disponibbli għall-Kroazja taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd fl-2013 għandu jkun ta’ EUR 8,7 miljuni (prezzijiet attwali) f’approprjazzjonijiet ta’ impenn.

2.   Il-prefinanzjament taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd għandu jkun 25 % tal-ammont totali msemmi fil-paragrafu 1 u għandu jitħallas f’pagament wieħed.

3.   Għall-perijodu kopert mill-qafas finanzjarju li jmiss, l-ammonti li għandhom isiru disponibbli għall-Kroazja f’approprjazzjonijiet ta’ impenn għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-acquis tal-Unjoni applikabbli f’dak iż-żmien. Dawn l-ammonti għandhom jiġu aġġustati f’konformità mal-iskeda ta’ introduzzjoni gradwali li ġejja:

70 % fl-2014,

90 % fl-2015,

100 % mill-2016 ’il quddiem.

4.   Fil-limiti permessi mill-acquis tal-Unjoni l-ġdid, għandu jsir aġġustament biex tiġi żgurata żieda fil-fondi għall-Kroazja fl-2014 ta’ 2,33 darba l-ammont tal-2013, u fl-2015 ta’ 3 darbiet l-ammont tal-2013.

Artikolu 35

1.   Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (10) m’għandux japplika għall-Kroazja għall-perijodu kollu ta’ programmazzjoni 2007-2013.

Fis-sena 2013, il-Kroazja ser tiġi allokata EUR 27,7 miljun (prezzijiet kurrenti) taħt il-Komponent tal-Iżvilupp Rurali msemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006.

2.   Il-miżuri addizzjonali temporanji għall-iżvilupp rurali għall-Kroazja huma mniżżlin fl-Anness VI.

3.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti implimentattivi, tadotta regoli meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Anness VI. Dawk l-atti implimentattivi għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 90(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 flimkien mal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (11) jew il-proċedura rilevanti kif iddeterminat fil-leġislazzjoni applikabbli.

4.   Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, għandu jagħmel kwalunkwe adattament tal-Anness VI, fejn meħtieġ, sabiex jiżgura l-koerenza mar-regolamenti dwar l-iżvilupp rurali.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET OĦRAJN

Artikolu 36

1.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja mill-qrib l-impenji kollha meħudin mill-Kroazja fin-negozjati dwar l-adeżjoni, inklużi dawk li għandhom jintlaħqu qabel jew sad-data tal-adeżjoni. Il-monitoraġġ mill-Kummissjoni għandu jikkonsisti minn tabelli ta’ monitoraġġ aġġornati regolarment, id-djalogu taħt il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra (12) (minn issa “il-FSA”), missjonijiet ta’ valutazzjoni mill-pari, il-programm ekonomiku ta’ qabel l-adeżjoni, notifiki fiskali u, fejn meħtieġ, ittri ta’ twissija bikrija lill-awtoritajiet Kroati. Fil-ħarifa tal-2011, il-Kummissjoni għandha tippreżenta Rapport ta’ Progress lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fil-ħarifa tal-2012 hija għandha tippreżenta Rapport ta’ Monitoraġġ Komprensiv lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Tul il-proċess kollu ta’ monitoraġġ, il-Kummissjoni għandha tagħmel użu wkoll mill-kontribut mill-Istati Membri u tikkunsidra l-kontribut minn organizzazzjonijiet internazzjonali u tas-soċjetà ċivili kif adatt.

Il-monitoraġġ tal-Kummissjoni għandu jiffoka b’mod partikolari fuq l-impenji li ttieħdu mill-Kroazja fil-qasam tad-drittijiet ġudizzjarji u fundamentali (l-Anness VII), inkluż l-iżvilupp kontinwu ta’ rekords dwar ir-riforma u l-effiċjenza ġudizzjarja, it-trattament imparzjali ta’ każijiet ta’ reati tal-gwerra, u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Barra minn hekk, il-monitoraġġ tal-Kummissjoni għandu jiffoka fuq l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, inkluża l-implimentazzjoni u l-infurzar tar-rekwiżiti tal-Unjoni fir-rigward tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, il-kooperazzjoni tal-pulizija, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali, kif ukoll fuq impenji fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni inkluż ir-ristrutturar tal-industrija tal-bini ta’ bastimenti (Anness VIII) u tas-settur tal-azzar (Anness IX).

Bħala parti integrali mit-tabelli u r-rapporti ta’ monitoraġġ regolari tagħha, il-Kummissjoni għandha toħroġ valutazzjonijiet ta’ kull sitt xhur sal-adeżjoni tal-Kroazja dwar l-impenji meħudin mill-Kroazja f’dawn l-oqsma.

2.   Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’ jieħu l-miżuri kollha adatti jekk jiġu identifikati kwistjonijiet ta’ tħassib waqt il-proċess ta’ monitoraġġ. Il-miżuri ma għandhomx jinżammu aktar milli huwa strettament meħtieg u, fi kwalunkwe każ, għandhom jitneħħew mill-Kunsill, waqt li jaġixxi skont l-istess proċedura, meta jkunu ġew indirizzati b’mod effettiv il-kwistjonijiet rilevanti ta’ tħassib.

Artikolu 37

1.   Jekk, sa tmiem ta’ perijodu ta’ mhux aktar minn tliet snin wara l-adeżjoni, jinqalgħu diffikultajiet li huma serji u li x’aktarx jippersistu fi kwalunkwe settur tal-ekonomija jew li jistgħu jikkawżaw deterjorament serju fis-sitwazzjoni ekonomika ta’ xi żona partikolari, il-Kroazja tista’ tapplika għal awtorizzazzjoni sabiex tieħu miżuri protettivi sabiex tiġi rettifikata s-sitwazzjoni u jiġi aġġustat is-settur ikkonċernat għall-ekonomija tas-suq intern.

Fl-istess ċirkostanzi, kwalunkwe Stat Membru attwali jista’ japplika għal awtorizzazzjoni sabiex jieħu miżuri protettivi fir-rigward tal-Kroazja.

2.   Fuq talba tal-Istat ikkonċernat, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ proċedura ta’ emerġenza, tiddetermina l-miżuri protettivi li hija tikkunsidra meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-kondizzjonijiet u l-arranġamenti applikabbli għalihom.

F’każ ta’ diffikultajiet ekonomiċi serji fuq talba espressa mill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha taġixxi fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta taslilha t-talba flimkien mal-informazzjoni ta’ sfond rilevanti meħtieġa. Il-miżuri hekk deċiżi għandhom ikunu applikabbli minnufih, għandhom jieħdu kont tal-interess tal-partijiet kollha kkonċernati u m’għandhomx jinvolvu kontrolli fuq il-fruntieri.

3.   Il-miżuri awtorizzati taħt dan l-Artikolu jistgħu jinvolvu derogi mir-regoli tat-TUE, it-TFUE u dan l-Att safejn u għal tali perijodi li huma strettament meħtieġa sabiex jinkisbu l-għanijiet ta’ din is-salvagwardja. Għandha tingħata prijorità lil tali miżuri li jfixklu l-anqas il-funzjonament tas-suq intern.

Artikolu 38

Jekk il-Kroazja tonqos milli tilħaq l-impenji meħudin fil-kuntest tan-negozjati dwar l-adeżjoni, inklużi l-impenji fi kwalunkwe linja ta’ politika settorjali li tikkonċerna attivitajiet ekonomiċi b’effett transkonfinali, u b’hekk tikkawża ksur serju fit-tħaddim tas-suq intern jew theddida għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew riskju imminenti ta’ tali ksur jew theddida, il-Kummissjoni tista’, sat-tmiem ta’ perijodu ta’ mhux aktar minn tliet snin wara l-adeżjoni, fuq it-talba motivata minn Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tieħu miżuri adatti.

Dawn il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati u għandha tingħata prijorità lil miżuri li jfixklu l-anqas il-funzjonament tas-suq intern u, fejn adatt, lill-applikazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ salvagwardja settorali eżistenti. Il-miżuri ta’ salvagwardja skont dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu invokati bħala mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew ta’ restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-klawsola ta’ salvagwardja tista’ tiġi invokata saħansitra qabel l-adezjoni abbażi tas-sejbiet tal-monitoraġġ u l-miżuri adottati għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data tal-adeżjoni dment li ma jipprevedux data aktar tard. Il-miżuri ma għandhomx jinżammu aktar milli huwa strettament meħtieg, u, f’kull każ, għandhom jitneħħew meta l-impenn rilevanti jkun intlaħaq. Huma jistgħu, madankollu, jiġu applikati lil hinn mill-perijodu msemmi fl-ewwel paragrafu dment li l-impenji rilevanti ma jkunux ġew sodisfatti. Bi tweġiba għall-progress li għamlet il-Kroazja fit-twettiq tal-impenji tagħha, il-Kummissjoni tista’ tadatta l-miżuri kif adatt. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill fi żmien suffiċjenti qabel ma tirrevoka l-miżuri ta’ salvagwardja, u hija għandha tikkunsidra kif dovut kull osservazzjoni tal-Kunsill f’dan ir-rigward.

Artikolu 39

Jekk ikun hemm nuqqasijiet serji jew perikli imminenti ta’ tali nuqqasijiet fil-Kroazja fir-rigward tat-traspożizzjoni jew l-istat ta’ implimentazzjoni tal-atti adottati mill-istituzzjonijiet skont it-Tielet Parti, Titolu V tat-TFUE kif ukoll tal-atti adottati mill-istituzzjonijiet qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona skont it-Titolu VI tat-TUE jew skont it-Tielet Parti, Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni tista’, sat-tmiem ta’ perijodu ta’ mhux aktar minn tliet snin wara l-adeżjoni, fuq it-talba motivata minn Stat Membru, jew fuq l-inizjattiva tagħha stess u wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, tadotta miżuri adatti u tispeċifika l-kondizzjonijiet u l-arranġamenti applikabbli għalihom.

Dawn il-miżuri jistgħu jieħdu l-għamla ta’ sospensjoni temporanja tal-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet u deċiżjonijiet rilevanti fir-relazzjonijiet bejn il-Kroazja u kwalunkwe Stat Membru jew Stati Membri oħra, mingħajr preġudizzju għall-kontinwazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja mill-qrib. Il-klawsola ta’ salvagwardja tista’ tiġi invokata saħansitra qabel l-adezjoni abbażi tas-sejbiet tal-monitoraġġ u l-miżuri adottati għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data tal-adeżjoni dment li ma jipprevedux data aktar tard. Il-miżuri m’għandhomx jinżammu aktar milli huwa strettament meħtieġ u, fi kwalunkwe każ, għandhom jitneħħew meta n-nuqqasijiet jiġu rimedjati. Madankollu jistgħu jiġu applikati lil hinn mill-perijodu msemmi fl-ewwel paragrafu sakemm dawn in-nuqqasijiet jippersistu. Bi tweġiba għall-progress li għamlet il-Kroazja fir-rigward tar-rettifika tan-nuqqasijiet identifikati, il-Kummissjoni tista’ tadatta l-miżuri kif adatt wara li tikkonsulta mal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill fi żmien suffiċjenti qabel ma tirrevoka l-miżuri ta’ salvagwardja, u hija għandha tikkunsidra kif dovut kull osservazzjoni tal-Kunsill f’dan ir-rigward.

Artikolu 40

Sabiex ma jiġix ostakolat il-funzjonament korrett tas-suq intern, l-infurzar tar-regoli nazzjonali tal-Kroazja matul il-perijodi transitorji msemmija fl-Annessi V ma għandux iwassal għal kontrolli fuq il-fruntieri bejn l-Istati Membri.

Artikolu 41

Jekk ikunu meħtieġa miżuri transitorji biex jiffaċilitaw it-transizzjoni mis-sistema eżistenti fil-Kroazja għal dik li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-politika agrikola komuni taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Att, dawn għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (13) flimkien mal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 182/2011 (14) jew il-proċedura rilevanti kif iddeterminata fil-leġislazzjoni applikabbli. Dawn jistgħu jiġu adottati fi żmien perijodu ta’ tliet snin mid-data tal-adeżjoni u l-applikazzjoni tagħhom għandha tkun limitata għal dak il-perijodu. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, jista’ jestendi dan il-perijodu.

Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jiġu adottati wkoll il-miżuri transitorji msemmija fl-ewwel paragrafu, qabel id-data tal-adeżjoni. Tali miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni jew, meta dawn jaffettwaw strumenti adottati inizjalment mill-Kummissjoni, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċeduri meħtieġa għall-adozzjoni tal-istrumenti inkwistjoni.

Artikolu 42

Jekk ikunu meħtieġa miżuri transitorji sabiex tiġi faċilitata t-transizzjoni mis-sistema eżistenti fil-Kroazja għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-regoli veterinarji, fitosanitarji u dwar is-sikurezza tal-ikel tal-Unjoni, tali miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura rilevanti kif determinat fil-leġislazzjoni applikabbli. Dawn il-miżuri għandhom jittieħdu fi żmien perijodu ta’ tliet snin mid-data tal-adeżjoni u l-applikazzjoni tagħhom għandha tkun limitata għal dak il-perijodu.

Artikolu 43

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddefinixxi t-termini li taħthom:

(a)

ir-rekwiżit għal dikjarazzjoni sommarja ta’ ħruġ jista’ jitneħħa għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 28(2) tat-TFUE li jħallu t-territorju tal-Kroazja sabiex jaqsmu t-territorju tal-Bosnja-Ħerzegovina f’Neum (“il-Kuritur ta’ Neum”);

(b)

ir-rekwiżit għal dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul jista’ jitneħħa għall-prodotti li jaqgħu fl-ambitu tal-punt (a) meta jerġgħu jidħlu fit-territorju tal-Kroazja wara li jkunu qasmu t-territorju tal-Bosnja-Ħerzegovina f’Neum.

Artikolu 44

Il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri adatti kollha biex tiżgura li l-persunal statutorju meħtieġ jinżamm fil-Kroazja għal mhux aktar minn 18-il xahar wara l-adeżjoni. Matul dan il-perijodu, l-uffiċjali, il-persunal temporanju u l-persunal kuntrattwali assenjati għal karigi fil-Kroazja qabel l-adeżjoni u li huma meħtieġa jibqgħu fis-servizz fil-Kroazja wara d-data tal-adeżjoni għandhom jibbenefikaw mill-istess kondizzjonijiet finanzjarji u materjali bħal dawk li kienu applikati qabel l-adeżjoni f’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg għal impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru. 259/68 (15). L-infiq amministrattiv, inklużi s-salarji għal persunal ieħor meħtieġ, għandu jkun kopert bil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

IL-ĦAMES PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET RELATATI MAL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ DAN L-ATT

TITOLU I

ADATTAMENTI GĦAR-REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-ISTITUZZJONIJIET U GĦAR-REGOLI U R-REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-KUMITATI

Artikolu 45

L-istituzzjonijiet għandhom, f’konformità mal-proċeduri rispettivi previsti fit-Trattati oriġinali, jadattaw ir-Regoli ta’ Proċedura tagħhom skont kif meħtieġ minħabba l-adeżjoni.

L-adattamenti għar-regoli tal-Kumitati stabbiliti bit-Trattati oriġinali u għar-Regoli ta’ Proċedura tagħhom li jsiru meħtieġa minħabba l-adeżjoni, għandhom isiru mill-iktar fis possibbli wara l-adeżjoni.

TITOLU II

APPLIKABBILTÀ TAL-ATTI TAL-ISTITUZZJONIJIET

Artikolu 46

Mal-adeżjoni, il-Kroazja għandha titqies bħala destinatarju, f’konformità mat-Trattati orġinali, tad-direttivi u deċiżjonijiet fis-sens tal-Artikolu 288 tat-TFUE. Ħlief fir-rigward ta’ direttivi u deċiżjonijiet li daħlu fis-seħħ skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 297(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 297(2) tat-TFUE, il-Kroazja għandha titqies li tkun irċeviet notifika ta’ tali direttivi u deċiżjonijiet mal-adeżjoni.

Artikolu 47

1.   Il-Kroazja għandha ddaħħal fis-seħħ il-miżuri meħtieġa sabiex tikkonforma, mid-data tal-adeżjoni, mad-dispożizzjonijiet ta’ direttivi u deċiżjonijiet fis-sens tal-Artikolu 288 tat-TFUE, sakemm ma tkunx prevista skadenza oħra f’dan l-Att. Il-Kroazja għandha tikkomunika dawk il-miżuri lill-Kummissjoni sad-data tal-adeżjoni jew, f’każijiet meta l-komunikazzjoni ssir aktar tard, sal-iskadenza prevista f’dan l-Att.

2.   Safejn l-emendi għad-direttivi fis-sens tal-Artikolu 288 tat-TFUE introdotti b’dan l-Att jeħtieġu modifika tal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri attwali, l-Istati Membri attwali għandhom idaħħlu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw, mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja, mad-direttivi emendati, sakemm ma tkunx prevista skadenza oħra f’dan l-Att. Huma għandhom jikkomunikaw dawk il-miżuri lill-Kummissjoni sad-data tal-adeżjoni jew, meta aktar tard, sal-iskadenza prevista f’dan l-Att.

Artikolu 48

Id-dispożizzjonijiet stabbiliti b’leġislazzjoni, regolament jew azzjoni amministrattiva mfasslin sabiex jiżguraw il-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali fit-territorju tal-Kroazja kontra l-perikli li jirriżultaw minn radjazzjoni jonizzanti għandhom, f’konformità mal-Artikolu 33 tat-Trattat tal-KEEA, ikunu komunikati mill-Kroazja lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-adeżjoni.

Artikolu 49

Fuq talba debitament sostanzjata mill-Kroazja, ippreżentata lill-Kumissjoni mhux aktar tard mid-data tal-adeżjoni, il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jew il-Kummissjoni, jekk l-att oriġinali kien adottat mill-Kummissjoni, jistgħu jieħdu miżuri li jikkonsistu f’derogi temporanji minn atti adottati mill-istituzzjonijiet bejn l-1 ta’ Lulju 2011 u d-data tal-adeżjoni. Il-miżuri għandhom jiġu adottati skont ir-regoli ta’ votazzjoni li jirregolaw l-adozzjoni tal-att li minnu qed tintalab deroga temporanja. Meta dawk id-derogi jiġu adottati wara l-adeżjoni, huma jistgħu jiġu applikati mid-data tal-adeżjoni.

Artikolu 50

Fejn l-atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma ġewx previsti f’dan l-Att jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jew il-Kummissjoni, jekk l-att oriġinali ġie adottat mill-Kummissjoni, għandhom għal dan il-għan jadottaw l-atti meħtieġa. Fejn dawk l-atti jiġu adottati wara l-adeżjoni, dawn jistgħu jiġu applikati mid-data tal-adeżjoni.

Artikolu 51

Dment li ma jkunx stipulat mod ieħor, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri meħtieġa sabiex jimplimenta d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att.

Artikolu 52

It-testi tal-atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni u mfasslin minn dawn l-istituzzjonijiet bil-lingwa Kroata għandhom, mid-data tal-adeżjoni, ikunu awtentiċi taħt l-istess kondizzjonijet bħat-testi mfasslin fil-lingwi uffiċjali attwali. Dawn għandhom ikunu pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jekk it-testi fil-lingwi uffiċjali attwali kienu ġew ippubblikati bl-istess mod.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 53

L-Annessi I sa IX, l-Appendiċi tagħhom u l-Protokoll huma parti integrali minn dan l-Att.

Artikolu 54

Il-Gvern tar-Repubblika Taljana għandu jitrasmetti lill-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja kopja awtentikata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u t-Trattati li jemendawhom jew jissupplimentawhom, inkluż it-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, tal-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, it-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika, it-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u tar-Repubblika Portugiża, it-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja, it-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u t-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża.

It-testi tat-Trattati msemmija fl-ewwel paragrafu, imfasslin fil-lingwa Kroata, għandhom jiġu annessi ma’ dan l-Att. Dawk it-testi għandhom ikunu awtentiċi taħt l-istess kondizzjonijiet bħat-testi ta’ dawk it-Trattati, imfassla fil-lingwi uffiċjali attwali.

Artikolu 55

Kopja awtentikata tal-ftehimiet internazzjonali depożitati fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandha tiġi trasmessa lill-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja mis-Segretarju Ġenerali.


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.

(2)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(3)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27, ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4 u ĠU L 168M, 21.6.2006, p. 33.

(4)  ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.

(5)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(6)  ĠU L 79, 22.3.2002, p. 42.

(7)  GU L 210, 31.7.2006, p. 82.

(8)  ĠU L 248, 19.9.2002, p. 1.

(9)  ĠU L 170, 29.6.2007, p. 1

(10)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. u ĠU L 286M, 4.11.2010, p. 26.

(11)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(12)  ĠU L 26, 28.1.2005, p. 3.

(13)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(14)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(15)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

ANNESS I

Lista ta' konvenzjonijiet u protokolli li għalihom taderixxi r-Repubblika tal-Kroazja mal-adeżjoni (imsemmija fl-Artikolu 3(4) tal-Att tal-Adeżjoni)

1.

Il-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati (ĠU L 225, 20.8.1990, p. 10)

Il-Konvenzjoni tal-21 ta' Diċembru 1995 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja mal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati (ĠU C 26, 31.1.1996, p. 1)

Il-Protokoll tal-25 ta' Mejju 1999 li jemenda l-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati (ĠU C 202, 16.7.1999, p. 1)

Il-Konvenzjoni tat-8 ta' Diċembru 2004 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati (ĠU C 160, 30.6.2005, p. 1).

2.

Il-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995, li saret fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU C 316, 27.11.1995, p. 49)

Il-Protokoll tas-27 ta' Settembru 1996, tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea mfassal Abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 313, 23.10.1996, p. 2)

Il-Protokoll tad-29 ta' Novembru 1996, imfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, permezz ta' deċiżjonijiet preliminari mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU C 151, 20.5.1997, p. 2)

It-Tieni Protokoll tad-19 ta' Ġunju 1997, stabbilit abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU C 221, 19.7.1997, p. 12)

3.

Il-Konvenzjoni tas-26 ta' Mejju 1997, imfassla abbażi tal-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 195, 25.6.1997, p. 2)

4.

Il-Konvenzjoni tat-18 ta' Diċembru 1997, magħmula fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fuq assistenza reċiproka u kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali (ĠU C 24, 23.1.1998, p. 2)

5.

Il-Konvenzjoni tas-17 ta' Ġunju 1998, imfassla abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar skwalifiki tas-sewqan (ĠU C 216, 10.7.1998, p. 2)

6.

Il-Konvenzjoni tad-29 ta' Mejju 2000, stabbilita mill-Kunsill skont l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 197, 12.7.2000, p. 3)

Il-Protokoll tas-16 ta' Ottubru 2001, stabbilit mill-Kunsill skont l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 326, 21.11.2001, p. 2)

ANNESS II

Lista ta’ dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen kif integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea u l-atti li jibnu fuqu jew li huma b'xi mod ieħor relatati miegħu, li għandhom jorbtu lir-Repubblika tal-Kroazja, fuq u jkunu applikabbli fiha, mill-adeżjoni (imsemmija fl-Artikolu 4(1) tal-Att tal-Adeżjoni)

1.

Il-Ftehim bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom tal-14 ta’ Ġunju 1985 (1).

2.

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Konvenzjoni ffirmata f'Schengen fid-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, l-Att Finali u d-Dikjarazzjonijiet Konġunti relatati miegħu (2), kif emendati minn uħud mill-atti elenkati fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Anness:

L-Artikolu 1 safejn jirrigwarda d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu; l-Artikolu 26; l-Artikolu 39; l-Artikoli 44 sa 49 (bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 47(4) u l-Artikolu 49(a)), l-Artikolu 51, l-Artikoli 54 sa 58; l-Artikolu 62(3); l-Artikoli 67 sa 69; l-Artikoli 71 u 72; l-Artikoli 75 u 76; l-Artikolu 82; l-Artikolu 91; l-Artikoli 126 sa 130 safejn jirrigwardaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu; u l-Artikolu 136; id-Dikjarazzjonijiet Konġunti 1 u 3 tal-Att Finali.

3.

Id-dispożizzjonijiet, li ġejjin, tal-Ftehim dwar l-Adeżjoni mal-Konvenzjoni ffirmata f'Schengen fid-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, l-Atti Finali tagħhom u d-Dikjarazzjonijiet relatati, kif emendati b'ċerti atti elenkati fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Anness:

(a)

il-Ftehim iffirmat fid-19 ta’ Diċembru 1996 dwar l-Adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka:

l-Artikoli 5(2) u l-Artikolu 6,

(b)

il-Ftehim iffirmat fid-19 ta’ Diċembru 1996 dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Finlandja:

l-Artikolu 5,

id-Dikjarazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja dwar il-gżejjer Åland fil-Parti III tal-Att Finali;

(c)

il-Ftehim iffirmat fid-19 ta’ Diċembru 1996 dwar l-Adeżjoni tar-Renju tal-Isvezja:

l-Artikolu 5.

4.

Il-ftehimiet u l-arranġamenti li ġejjin li jibnu fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huma b'xi mod ieħor relatati miegħu:

il-Ftehim tat-18 ta’ Mejju 1999 konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u mir-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dan tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, inkluż l-Annessi, l-Att Finali tiegħu, id-Dikjarazzjonijiet u l-Iskambji ta’ Ittri annessi miegħu, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/439/KE (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 35)

Il-Ftehim tat-30 ta’ Ġunju 1999 konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mir-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-istabbiliment tad-drittijiet u l-obbligi bejn l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa 'l waħda, u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja, min-naħa l-oħra, fl-oqsma tal-acquis ta’ Schengen li japplikaw għal dawn l-Istati, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/29/KE (ĠU L 15, 20.1.2000, p. 1)

il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, iffirmat fis-26 ta’ Ottubru 2004 u approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1 u p. 50)

il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen iffirmat fit-28 ta’ Frar 2008 u approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 1 u p. 19)

l-Arranġament bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dikjarazzjoni konġunta annessa miegħu, iffirmat fl-1 ta’ Frar 2007 u approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/511/KE (ĠU L 188, 20.7.2007, p. 15)

l-Arranġament bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Membri tal-Unjoni Ewropea, inkluż l-Anness u d-Dikjarazzjonijiet Konġunti tiegħu, iffirmat fit-30 ta’ Settembru 2009 u approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/490/UE (ĠU L 243, 16.9.2010, p. 2)

il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar ir-regoli supplementari fir-rigward tal-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013, inkluż id-Dikjarazzjonijiet annessi miegħu, iffirmat fid-19 ta’ Marzu 2010 u approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/305/UE (ĠU L 137, 25.5.2011, p. 1) (3).

5.

Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjonijiet li ġejjin (ara ĠU L 239, 22.9.2000, p. 1) tal-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni iffirmata f'Schengen fid-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, kif emendati b'ċerti atti elenkati fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Anness:

SCH/Com-ex (93) 10 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-14 ta’ Diċembru 1993 dwar id- dikjarazzjonijiet mill-Ministri u mis-Segretarji tal-Istat

SCH/Com-ex (93) 14 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-14 ta’ Diċembru 1993 dwar it-titjib tal-koperazzjoni ġudizzjarja prattika għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi

SCH/Com-ex (94) 16 rev Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-21 ta’ Novembru 1994 dwar l-akkwist ta’ timbri komuni ta’ dħul u ta’ ħruġ

SCH/Com-ex (94) 28 rev Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 75 għall-ġarr ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi

SCH/Com-ex (94) 29 rev 2 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tad-19 ta’ Ġunju 1990

SCH/Com-ex (95) 21 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-20 ta’ Diċembru 1995 dwar l-iskambju rapidu, bejn l-Istati ta’ Schengen, ta’ data stastistika u speċifika dwar il-problemi li jistgħu jinqalgħu fuq il-fruntieri esterni

SCH/Com-ex (98) 1 rev 2 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-21 ta’ April 1998 dwar l-attivitajiet tat-Task Force, safejn din hija relatata mad-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Anness

SCH/Com-ex (98) 26 def Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li tistabbilixxi Kumitat Permanenti dwar il-valutazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen

SCH/Com-ex (98) 37 def 2 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar l-adozzjoni ta’ miżuri sabiex tiġi miġġielda l-immigrazzjoni illegali, safejn din hija relatata mad-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Anness

SCH/Com-ex (98) 52 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Diċembru 1998 dwar il-Ktieb- Gwida dwar il-Koperazzjoni transkonfinali bejn il-pulizija, safejn din hija relatata mad-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Anness

SCH/Com-ex (98) 59 rev Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Diċembru 1998 dwar l-insedjament koordinat ta’ konsulenti dwar id-dokumenti

SCH/Com-ex (99) 1 rev 2 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-28 ta’ April 1999 dwar is-sitwazzjoni tad-drogi

SCH/Com-ex (99) 6 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-28 ta’ April 1999 dwar l-acquis ta’ Schengen dwar it-telekomunikazzjoni

SCH/Com-ex (99) 7 rev 2 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-28 ta’ April 1999 dwar l-uffiċjali tal-kollegament

SCH/Com-ex (99) 8 rev 2 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-28 ta’ April 1999 dwar il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-ħlas ta’ informaturi

SCH/Com-ex (99) 10 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-28 ta’ April 1999 dwar il-kummerċ illegali tal-armi tan-nar.

6.

Id-Dikjarazzjonijiet li ġejjin (ara ĠU L 239, 22.9.2000, p. 1) tal-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni ffirmata f'Schengen fid-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, sa fejn huma relatati mad-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Anness:

SCH/Com-ex (96) dikj 6 rev 2 Dikjarazzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-26 ta’ Ġunju 1996 dwar l-estradizzjoni

SCH/Com-ex (97) dikj 13 rev 2 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tad-9 ta’ Frar 1998 dwar il-ħtif ta’ minorenni.

7.

Id-Deċiżjonijiet li ġejjin (ara ĠU L 239, 22.9.2000, p. 1) tal-Grupp Ċentrali stabbilit mill-Konvenzjoni ffirmata f'Schengen fid-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, sa fejn huma relatati mad-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Anness:

SCH/C (98) 117 Deċiżjoni tal-Grupp Ċentrali tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar l-adozzjoni ta’ miżuri sabiex tiġi miġġielda l-immigrazzjoni illegali

SCH/C (99) 25 Deċiżjoni tal-Grupp Ċentrali tat-22 ta’ Marzu 1999 dwar il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-ħlas ta’ infurmaturi.

8.

L-atti li ġejjin li jibnu fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huma b'xi mod ieħor relatati miegħu:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad-29 ta’ Mejju 1995 li jistabbilixxi format uniformi għall-viżi (ĠU L 164, 14.7.1995, p. 1)

Id-Deċizjoni tal-Kunsill 1999/307/KE tal-1 ta’ Mejju 1999 li tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għall-integrazzjoni tas-Segretarjat ta’ Schengen fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (ĠU L 119, 7.5.1999, p. 49)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/435/KE tal-20 ta’ Mejju 1999 dwar id-definizzjoni tal-acquis ta’ Schengen bil-għan li tkun determinata, b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, il-bażi legali għal kull waħda mid-dispożizzjonijiet jew id-deċiżjonijiet li jagħmlu l-acquis (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/436/KE tal-20 ta’ Mejju 1999 li tiddetermina, b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-bażi legali għal kull waħda mid-dispożizzjonijiet jew id-deċiżjonijiet li jagħmlu l-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 17)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja rigward l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/848/KE tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar l-applikazzjoni sħiħa tal-acquis ta’ Schengen fil-Greċja (ĠU L 327, 21.12.1999, p. 58)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq sabiex jieħu sehem f'xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/586/ĠAI tat-28 ta’ Settembru 2000 li tistabbilixxi proċedura għall-emenda tal-Artikoli 40(4) u (5), 41(7) u 65(2) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fuq il-fruntieri komuni (ĠU L 248, 3.10.2000, p. 1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/777/KE tal-1 ta’ Diċembru 2000 dwar l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen fid-Danimarka, il-Finlandja u l-Isvezja, u fl-Islanda u n-Norveġja (ĠU L 309, 9.12.2000, p. 24)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni jrid ikollhom fil-pussess tagħhom viża u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/51/KE tat-28 ta’ Ġunju 2001 li tissupplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 (ĠU L 187, 10.7.2001, p. 45)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 333/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 dwar format uniformi għal formoli għat-twaħħil tal-viża maħruġa mill-Istati Membri lil persuni li jkollhom dokumenti tal-ivvjaġġar mhux rikonoxxuti mill-Istat Membru li jfassal il-formola (ĠU L 53, 23.2.2002, p. 4)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda sabiex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi format uniformi għal permessi ta’ residenza għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi (ĠU L 157, 15.6.2002, p. 1)

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/946/ĠAI tat- 28 ta’ Novembru 2002 dwar it-tisħiħ tal-qafas penali għall-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul, transitu u residenza mhux awtorizzati (ĠU L 328, 5.12.2002, p. 1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE tat-28 ta’ Novembru 2002 li tiddefinixxi t-tħaffif ta’ dħul, transitu u residenza mhux awtorizzati (ĠU L 328, 5.12.2002, p. 17)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/170/ĠAI tas-27 ta’ Frar 2003 dwar l-użu komuni ta’ uffiċjali ta’ kollegament mibgħuta barra l-pajjiż mill-aġenziji ta’ infurzar tal-liġi tal-Istati Membri (ĠU L 67, 12.3.2003, p. 27)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/725/ĠAI tat-2 ta’ Ottubru 2003 li temenda d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 40(1) u (7) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fuq il-fruntieri komuni (ĠU L 260, 11.10.2003, p. 37)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/110/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar assistenza f'każijiet ta’ transitu bl-għan ta’ tneħħija bl-ajru (ĠU L 321, 6.12.2003, p. 26)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 dwar il-ħolqien ta’ network ta’ uffiċjali tal-kollegament tal-immigrazzjoni (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE tad-19 ta’ April 2004 dwar l-obbligu ta’ trasportaturi sabiex jikkomunikaw data dwar il-passiġġieri (ĠU L 261, 6.8.2004, p. 24)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/573/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar l-organizzazzjoni ta’ titjiriet konġunti għat-tneħħija mit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iżjed, ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma s-suġġett ta’ ordnijiet ta’ tneħħija individwali (ĠU L 261, 6.8.2004, p. 28)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE tat-8 ta’ Ġunju 2004 li tistabbilixxi s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viżi (VIS) (ĠU L 213, 15.6.2004, p. 5 u ĠU L 142 M, 30.5.2006, p. 60)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fuq il-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1 u ĠU L 153 M, 7.6.2006, p. 136)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi u bijometriċi ta’ sigurtà fil-passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1 u ĠU L 153 M, 7.6.2006, p. 375)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/926/KE tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar id-dħul b'effett ta’ partijiet tal-acquis ta’ Schengen mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (ĠU L 395, 31.12.2004, p. 70)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE tas-16 ta’ Marzu 2005 li tistabbilixxi Network sigur ibbażat fuq il-web dwar l-Informazzjoni u l-Kordinazzjoni għas-Servizzi ta’ Amministrazzjoni tal-Migrazzjoni tal-Istati Membri (ĠU L 83,1.4.2005, p. 48 u ĠU L 159 M, 13.6.2006, p. 288)

Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1), minbarra l-ewwel sentenza tal-Artikolu 1, l-Artikolu 5(4)(a), it-Titolu III u d-dispożizzjonijiet tat-Titolu II u l-annessi għalih li jirreferu għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS)

Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89)

Regolament (KE) Nru 1931/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli dwar it-traffiku lokali tal-fruntiera fil-fruntieri esterni fuq l-art tal-Istati Membri u li jemenda d-dispożizzjonijiettal-Konvenzjoni ta’ Schengen (ĠU L 405, 30.12.2006, p. 1), minbarra l-Artikoli 4(b) u 9(c)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/471/KE tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika Ċeka, fir-Repubblika tal-Estonja, fir-Repubblika tal-Latvja, fir-Repubblika tal-Litwanja, fir-Repubblika tal-Ungerija, fir-Repubblika ta’ Malta, fir-Repubblika tal-Polonja, fir-Repubblika tas-Slovenja u fir-Repubblika Slovakka (ĠU L 179, 7.7.2007, p. 46)

Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għall-ħolqien ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 fir-rigward ta’ dak il-mekkaniżmu u li jirregola l-kompiti u l-poteri ta’ uffiċjali mistiedna (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 30), minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(8) u (9) safejn jirreferu għall-aċċessjoni li qed jingħata għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen

Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/801/KE tas-6 ta’ Diċembru 2007 dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fir-Repubblika Ċeka, fir-Repubblika tal-Estonja, fir-Repubblika tal-Latvja, fir-Repubblika tal-Litwanja, fir-Repubblika tal-Ungerija, fir-Repubblika ta’ Malta, fir-Repubblika tal-Polonja, fir-Repubblika tas-Slovenja u fir-Repubblika Slovakka (ĠU L 323, 8.12.2007, p. 34)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/421/KE tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fil-Konfederazzjoni Svizzera (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 74)

L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta’ Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/903/KE tat-27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fil-Konfederazzjoni Svizzera (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 15)

Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60)

Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarji dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/252/UE tas-26 ta’ April 2010 li tissupplimenta l-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen rigward is-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar fil-kuntest tal-kooperazzjoni operattiva kkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 111, 4.5.2010, p. 20)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/365/UE dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 166, 1.7.2010, p. 17).


(1)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 13.

(2)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

(3)  Sakemm dak il-Protokoll għadu mhux konkluż, safejn huwa japplika proviżorjament.

ANNESS III

Lista msemmija fl-Artikolu 15 tal-Att tal-Adeżjoni: adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet

1.   LIBERTÀ TA' PROVVISTA TA' SERVIZZI

32005 L 0036: Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali, (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).

(a)

L-Artikolu 23(5) huwa sostitwit b'dan li ġej:

•5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 43b, kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi l-provi ta' kwalifiki formali għal tabib li jagħtu aċċess għall-attivitajiet professjonali ta' tabib b'taħriġ bażiku u tabib speċjalizzat, bħala infermiera responsabbli għall-kura ġenerali, bħala dentist, bħala dentist speċjalizzat, bħala kirurgu veterinarju, bħala qabla, bħala spiżjar u bħala perit li jkollhom iċ-ċittadini tal-Istati Membri u li jkunu nħarġu minn dik li kienet il-Jugoslavja, jew li t-taħriġ tagħhom beda,

(a)

għas-Slovenja, qabel il-25 ta' Ġunju 1991, u

(b)

għall-Kroazja, qabel it-8 ta' Ottubru 1991,

fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri msemmija hawn fuq jiċċertifikaw li dawn il-provi għandhom l-istess validità legali fit-territorju tagħhom bħall-provi maħruġin minnhom u, rigward il-periti, bħall-provi ta' kwalifiki formali speċifikati għal dawk l-Istati Membri fil-punt 6 tal-Anness VI, rigward l-aċċess għall-attivitajiet professjonali ta' tabib b'taħriġ bażiku, tabib speċjalizzat, infermiera responsabbli għall-kura ġenerali, dentist, dentist speċjalizzat, kirurgu veterinarju, qabla u spiżjar rigward l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 45(2), u perit rigward l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 48, u l-eżerċizzju ta' dawn l-attivitajiet.

Din iċ-ċertifikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat maħruġ minn dawk l-istess awtoritajiet li jiddikjara li dawn il-persuni kienu jeżerċitaw effettivament u legalment l-attivitajiet inkwistjoni fit-territorju tagħhom għal mhux inqas minn tliet snin konsekuttivi matul il-ħames snin qabel id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat.•.

(b)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

•Artikolu 43b

Id-drittijiet miksuba fl-ostetriċja m'għandhomx japplikaw għall-kwalifiki li ġejjin li kienu nkisbu fil-Kroazja qabel l-1 ta' Lulju 2013: viša medicinska sestra ginekološko-opstetričkog smjera (Ġinekoloġija ta' Livell Għoli-Infermiera Ostetrika), medicinska sestra ginekološko-opstetričkog smjera (Ġinekoloġija-Infermiera Ostetrika), viša medicinska sestra primaljskog smjera (Infermiera ta' Livell Għoli b'Lawrja fl-Ostetriċja), medicinska sestra primaljskog smjera (Infermiera b'Lawrja fl-Ostetriċja), ginekološko-opstetrička primalja (Ġinekoloġija-Qabla Ostetrika) kif ukoll primalja (Qabla).•.

2.   LIĠI DWAR IL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI

I.   TRADE MARK KOMUNITARJA

32009 R 0207: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1).

L-Artikolu 165(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Mid-data tal-adeżjoni tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Kroazja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Istat Membru l-ġdid jew l-Istati Membri l-ġodda”), trade mark Komunitarja reġistrata jew li saret applikazzjoni għaliha skont dan ir-Regolament qabel id-data tal-adeżjoni rispettiva tagħhom għandha tiġi estiża għat-territorju ta' dawk l-Istati Membri sabiex ikollha effett ugwali fil-Komunità kollha.”

II.   ĊERTIFIKATI SUPPLEMENTARI TA' PROTEZZJONI

1.

31996 R 1610: Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar il-ħolqien ta' kull ċertifikat supplimentari ta' ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 198, 8.8.1996, p. 30).

(a)

Dan il-punt huwa miżjud mal-Artikolu 19a:

“(m)

kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti protett bi privattiva bażika valida u li għalih l-ewwel awtorizzazzjoni sabiex jitqiegħed fis-suq bħala prodott għall-protezzjoni tal-pjanti tkun inkisbet wara l-1 ta' Jannar 2003 jista' jingħata ċertifikat fil-Kroazja, sakemm l-applikazzjoni għal ċertifikat tiġi ppreżentata fi żmien sitt xhur mid-data tal-adeżjoni.”

(b)

L-Artikolu 20(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal ċertifikati ta' protezzjoni supplimentari mogħtija skont il-liġijiet nazzjonali tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, tal-Kroazja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta' Malta, tal-Polonja, tar-Rumanija, tas-Slovenja u tas-Slovakkja qabel id-data tal-adeżjoni rispettiva tagħhom.”.

2.

32009 R 0469: Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta' protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 1).

(a)

Il-punt li ġej jiżdied mal-Artikolu 20:

“(m)

kull prodott mediċinali protett bi privattiva bażika valida u li għalih l-ewwel awtorizzazzjoni sabiex jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali tkun inkisbet wara l-1 ta' Jannar 2003 jista' jingħata ċertifikat fil-Kroazja, sakemm l-applikazzjoni għal ċertifikat tiġi preżentata fi żmien sitt xhur mid-data tal-adeżjoni.”;

(b)

L-Artikolu 21(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal ċertifikati ta' protezzjoni supplimentari mogħtija skont il-liġijiet nazzjonali tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, tal-Kroazja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta' Malta, tal-Polonja, tar-Rumanija, tas-Slovenja u tas-Slovakkja qabel id-data tal-adeżjoni rispettiva tagħhom.”.

III.   DISINNI KOMUNITARJI

32002 R 0006: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji (ĠU L 3, 5.1.2002, p. 1).

L-Artikolu 110a(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Mid-data tal-adeżjoni tal-Bulgarija, tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, tal-Kroazja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Ungerija, ta' Malta, tal-Polonja, tar-Rumanija, tas-Slovenja u tas-Slovakkja (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Istat Membru l-ġdid jew l-Istati Membri l-ġodda”), disinn Komunitarju protett jew li għalih issir applikazzjoni skont dan ir-Regolament qabel id-data tal-adeżjoni rispettiva għandu jiġi estiż għat-territorju ta' dawk l-Istati Membri sabiex ikollu effett ugwali fil-Komunità kollha.”.

3.   SERVIZZI FINANZJARJI

32006 L 0048: Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).

Fl-Artikolu 2, jiddaħħal dan li ġej wara l-entrata għal Franza:

“—

fil-Kroazja, il-“kreditne unije” u l-“Hrvatska banka za obnovu i razvitak”,”

4.   AGRIKOLTURA

1.

31991 R 1601: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 tal-10 ta' Ġunju 1991 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta' nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid (ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1).

Fl-Anness II, jiddaħħal dan li ġej wara d-denominazzjoni ġeografika “Nürnberger Glühwein”:

“Samoborski bermet”

2.

32007 R 1234: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(a)

Fl-Artikolu 66, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“4a.   Għall-Kroazja għandha tiġi stabbilita riżerva speċjali għall-istrutturar kif imniżżel fil-punt 2 tal-Anness IX. Din ir-riżerva għandha tkun rilaxxata mill-1 ta' April tal-ewwel sena tal-kwota wara l-adeżjoni sal-punt li l-konsum ta' ħalib u prodotti tal-ħalib fl-azjenda agrikola jkun naqas fil-perijodu 2008-2012.

Id-deċiżjoni dwar ir-rilaxx tar-riserva u d-distribuzzjoni tagħha għall-kwota tat-twassil u tal-bejgħ dirett għandha tittieħed mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) abbażi ta' stima ta' rapport li għandu jiġi ppreżentat mill-Kroazja sal-31 ta' Diċembru 2013. Dak ir-rapport għandu jkun fih dettalji dwar ir-riżultati u x-xejriet tal-proċess attwali ta' ristrutturazzjoni fis-settur tal-prodotti tal-ħalib tal-Kroazja u, b'mod partikolari l-bidla mill-produzzjoni għall-konsum fl-azjenda nnifisha għall-produzzjoni għas-suq.”;

(b)

Fl-Artikolu 103k(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Dan il-paragrafu m'għandux japplika għall-Kroazja għas-sena finanzjarja 2013. Il-Kroazja għandha tippreżenta lill-Kummissjoni abbozz ta' programm ta' appoġġ ta' ħames snin għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2018.”

(c)

Fl-Anness III, Parti II, il-punt 13 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(13)

“Raffinatur full-time” tfisser unità ta' produzzjoni:

li l-unika attività tagħha tikkonsisti fir-raffinar ta' zokkor tal-kannamieli importat mhux maħdum,

jew

li fis-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2004/2005 rraffinat kwantità ta' mill-inqas 15 000 tunnellata ta' zokkor tal-kannamieli importat mhux maħdum. Għall-fini ta' dan l-inċiż, fil-każ tal-Kroazja, is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni għandha tkun l-2007/2008.”

(d)

L-Anness VI huwa sostitwit b'dan li ġej:

"ANNESS VI

KWOTI NAZZJONALI U REĠJONALI

mis-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2010/2011 'il quddiem

(f'tunnellati)

Stati Membri jew reġjuni

Zokkor

Isoglukożju

Xiropp tal-inulina

Belġju

676 235,0

114 580,2

0

Bulgarija

0

89 198,0

 

Repubblika Ċeka

372 459,3

 

 

Danimarka

372 383,0

 

 

Ġermanja

2 898 255,7

56 638,2

 

Irlanda

0

 

 

Greċja

158 702,0

0

 

Spanja

498 480,2

53 810,2

 

Franza

(metropolitana)

3 004 811,15

 

0

Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej

432 220,05

 

 

Kroazja

192 877,0

 

 

Italja

508 379,0

32 492,5

 

Latvja

0

 

 

Litwanja

90 252,0

 

 

Ungerija

105 420,0

220 265,8

 

Pajjiżi l-Baxxi

804 888,0

0

0

Awstrija

351 027,4

 

 

Polonja

1 405 608,1

42 861,4

 

Portugall

(kontinentali)

0

12 500,0

 

Reġjun Awtonomu tal-Azores

9 953,0

 

 

Rumanija

104 688,8

0

 

Slovenja

0

 

 

Slovakkja

112 319,5

68 094,5

 

Finlandja

80 999,0

0

 

Svezja

293 186,0

 

 

Renju Unit

1 056 474,0

0

 

TOTAL

13 529 618,20

690 440,8

0"

(e)

Fl-Anness IX, punt 1, jiddaħħal dan li ġej wara l-entrata għal Franza:

“Stat Membru

2008/09

2009/10

2010/11

2011/12

2012/13

2013/14

2014/15

Kroazja

 

 

 

 

 

765 000

765 000”

(f)

Fl-Anness IX, punt 2, it-hija sostitwita b'dan li ġej:

“Stat Membru

Tunnellati

Bulgarija

39 180

Kroazja

15 000

Rumanija

188 400”

(g)

Fl-Anness X, jiddaħħal dan li ġej wara l-entrata għal Franza:

“Kroazja

40,70”

(h)

Fl-Anness Xb, tiddaħħal it-tabella li ġejja:

f'EUR 1000

“Sena baġitarja

2013

2014

2015

2016

2017 u 'l quddiem

HR

0

11 885

11 885

11 885

10 832”

(i)

Fil-paragrafu 2 tal-Appendiċi għall-Anness XIb, jiżdied il-punt li ġej:

“(h)

fil-Kroazja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fis-subreġjuni li ġejjin: Moslavina, PrigorjeBilogora, Plešivica, Pokuplje u ZagorjeMeđimurje.”

(j)

Fil-paragrafu 3 tal-Appendiċi għall-Anness XIb, jiżdied il-punt li ġej:

“(h)

fil-Kroazja, żoni mħawlin bid-dwieli fis-subreġjuni li ġejjin: Hrvatsko Podunavlje u Slavonija.”

(k)

Fil-paragrafu 4 tal-Appendiċi għall-Anness XIb, jiżdied il-punt li ġej:

“(g)

fil-Kroazja, żoni mħawlin bid-dwieli fis-subreġjuni li ġejjin: Hrvatska Istra, Hrvatsko primorje, Dalmatinska zagora, Sjeverna Dalmacija u Srednja i Južna Dalmacija.”

3.

32008 R 0110: Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).

(a)

Fl-Artikolu 20, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   L-iskadenza msemmija fil-paragrafu 1 għall-preżentazzjoni tal-fajls tekniċi għandha tapplika wkoll għall-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Kroazja elenkati fl-Anness III.”

(b)

Fl-Anness III, il-punt 9, għandhom jiżdiedu l-indikazzjonijiet ġeografiċi li ġejjin:

 

“Hrvatska loza

Kroazja

 

Hrvatska stara šljivovica

Kroazja

 

Slavonska šljivovica

Kroazja”

(c)

Fl-Anness III, il-punt 32, tiżdied l-indikazzjoni ġeografika li ġejja:

 

“Hrvatski pelinkovac

Kroazja”

(d)

Fl-Anness III, jiżdied il-punt li ġej:

“39.

Maraschino/Marrasquino/Maraskino

Zadarski maraschino

Kroazja”

(e)

Fl-Anness III, taħt il-kategorija ta' prodott “Xorb spirituż ieħor”, tiżdied l-indikazzjoni ġeografika li ġejja:

 

“Hrvatska travarica

Kroazja”

4.

32009 R 0073: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).

(a)

L-Artikolu 2(g) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(g)

“Stati Membri ġodda” tfisser il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Kroazja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja;”

(b)

Fl-Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri minbarra l-Istati Membri l-ġodda għandhom jiżguraw li l-art li kienet mergħa permanenti fid-data mniżżla fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-erja tal-2003 tinżamm bħala mergħa permanenti. L-Istati Membri l-ġodda minbarra l-Bulgarija, il-Kroazja u r-Rumanija għandhom jiżguraw li l-art li kienet mergħa permanenti fl-1 ta' Mejju 2004 tinżamm bħala mergħa permanenti. Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jiżguraw li art li kienet mergħa permanenti fl-1 ta' Jannar 2007 tinżamm bħala mergħa permanenti. Il-Kroazja għandha tiżgura li art li kienet mergħa permanenti fl-1 ta' Lulju 2013 tinżamm bħala mergħa permanenti.”

(c)

L-Artikolu 33(1)(b)(iv) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(iv)

skont l-Artikolu 47(2), l-Artikolu 57a u 59, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 64(2), l-Artikolu 65 u l-Artikolu 68(4)(c).”

(d)

Fl-Artikolu 51(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-Kroazja tista' tiddeċiedi li tagħmel użu mill-għażliet previsti fl-Artikolu 52 u l-Artikolu 53(1) ta' dan ir-Regolament. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni sal-15 ta' Lulju 2013.”

(e)

Fl-Artikolu 51(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“B'deroga mit-tieni subparagrafu, fil-każ tal-Kroazja, dan il-limitu huwa determinat abbażi tal-limiti nazzjonali stabbiliti fl-Artikoli 104(4) u 112(5) fir-rigward tal-pagamenti tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż u tal-pagamenti tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella rispettivament imsemmija fl-Artikoli 52 u 53, b'kont meħud tal-iskeda tal-introduzzjoni tal-pagamenti diretti stabbilita fl-Artikolu 121.”

(f)

Fl-Artikolu 52, il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-ewwel paragrafu:

“B'deroga mill-ewwel paragrafu, il-Kroazja tista' żżomm sa 50 % tal-ammont li jirriżulta mil-limitu msemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 51(2) ta’ dan ir-Regolament, sabiex tagħmel, fuq bażi annwali, pagament addizzjonali lill-bdiewa.”

(g)

Fl-Artikolu 53(1), is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu:

“B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-Kroazja tista' żżomm l-ammont kollu jew parti minnu li jirriżulta mil-limitu msemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 51(2) ta’ dan ir-Regolament sabiex tagħmel, fuq bażi annwali, pagament addizzjonali lill-bdiewa.”

(h)

It-titolu tal-Kapitolu 3 tat-Titolu III huwa sostitwit b'dan li ġej:

(i)

It-titolu tal-Artikolu 55 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Introduzzjoni tal-iskema ta' pagament uniku fl-Istati Membri li applikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja u fil-Kroazja”

(j)

L-Artikolu 55(1), l-ewwel subparagrafu, huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Għajr jekk previst mod ieħor f'dan il-Kapitolu, dan it-Titolu għandu japplika għall-Istati Membri l-ġodda li applikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja prevista fil-Kapitolu 2 tat-Titolu V u għall-Kroazja.”

(k)

Fl-Artikolu 57(1), tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Għall-Kroazja dan it-tnaqqis m'għandux ikun ogħla minn 20 % tal-limitu annwali kif indikat fit-tabella 3 tal-Anness VIII.”

(l)

Fl-Artikolu 57(3), jiżdiedu s-sentenzi li ġejjin:

“Fil-Kroazja, l-użu tar-riżerva nazzjonali għandu jkun soġġett għall-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni permezz ta' att implimentattiv mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 141. Il-Kummissjoni għandha teżamina, b'mod partikolari, l-istabbiliment ta' kwalunkwe skema ta' pagamenti diretti nazzjonali li tkun applikabbli qabel id-data tal-adeżjoni u l-kondizzjonijiet li taħthom hija applikabbli. It-talba biex tiġi awtorizzata r-riżerva nazzjonali għandha tintbagħat mill-Kroazja lill-Kummissjoni sal-15 ta' Lulju 2013.”

(m)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 57a

Riżerva nazzjonali speċjali ta' tneħħija ta' mini fil-Kroazja

1.   Il-Kroazja għandha toħloq riżerva nazzjonali speċjali ta' tneħħija ta' mini li għandha tintuża bl-għan li jiġu allokati, matul perijodu ta' għaxar snin wara l-adeżjoni u skont kriterji oġġettivi u b'tali mod li jiġi żgurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u jiġu evitati d-distorsjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni, id-drittijiet għal pagamenti lil bdiewa b'art bil-mini mneħħijin li tmur lura għall-użu għal attivitajiet agrikoli.

2.   L-art eliġibbli għall-allokazzjoni tad-drittijiet għal pagamenti skont dan l-Artikolu m'għandhiex tkun eliġibbli għall-allokazzjoni tad-drittijiet għal pagamenti skont l-Artikoli 59 u 61.

3.   Il-valur tad-drittijiet għal pagamenti stabbilit skont dan l-Artikolu m'għandux ikun ogħla mill-valur tad-drittijiet għal pagament stabbilit skont l-Artikoli 59 u 61, rispettivament.

4.   L-ammont massimu allokat lir-riżerva nazzjonali speċjali ta' tneħħija ta' mini għandu jkun ta' EUR 9 600 000 u għandu jkun soġġett għall-iskeda ta' introduzzjoni ta' pagamenti diretti li tinsab fl-Artikolu 121. L-ammonti massimi għal kull sena għandhom ikunu kif ġej:

(EUR 1000)

Kroazja

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

2021

2022

Ammont massimu għar-riżerva nazzjonali speċjali ta' tneħħija ta' mini

2 400

2 880

3 360

3 840

4 800

5 760

6 720

7 680

8 640

9 600

5.   Fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament uniku, il-Kroazja għandha talloka drittijiet għal pagamenti lill-bdiewa abbażi tal-art li jkunu tneħħewlha l-mini u li tkun ġiet iddikjarata mill-bdiewa fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna ppreżentati fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament uniku u li tkun reġgħat bdiet tintuża għal attivitajiet agrikoli bejn l-1 ta' Jannar 2005 u l-31 ta' Diċembru 2012.

6.   Għas-snin bejn l-2013 u l-2022, id-drittijiet għal pagamenti għandhom jiġu allokati lill-bdiewa abbażi tal-art li jitneħħewlha l-mini ddikjarata mill-bdiewa fis-sena kkonċernata bil-kondizzjoni li tali art tkun reġgħet bdiet tintuża għal attivitajiet agrikoli matul is-sena kalendarja preċedenti, u li tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 9.

7.   Sabiex tiżgura l-użu adatt tal-fondi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 141(2), timmodifika l-limitu fit-tabella 3 tal-Anness VIII sabiex iżżid fih l-ammonti mir-riżerva nazzjonali speċjali ta' tneħħija ta' mini li ġew allokati sal-31 ta' Diċembru 2022.

8.   L-art kollha ddikjarata għall-fini ta' dan l-Artikolu għandha tikkonforma mad-definizzjoni tal-ettaru eliġibbli previst fl-Artikolu 34(2).

9.   Sal-15 ta' Lulju 2013, il-Kroazja għandha tinnotifika lill-Kummisssjoni l-erja ta' art eliġibbli skont il-paragrafu 5, waqt li tindika kemm l-art eliġibbli għal-livelli ta' appoġġ skont l-Artikolu 59, kif ukoll l-art eliġibbli għal-livelli ta' appoġġ skont l-Artikolu 61. Din in-notifika għandha wkoll tinkludi informazzjoni dwar il-pakketti baġitarji korrispondenti u l-ammonti mhux użati. Mill-2014 'il quddiem, komunikazzjoni bl-istess informazzjoni għandha tintbagħat lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar kull sena u għandha tkopri s-sena kalendarja preċedenti u tispeċifika l-erja li reġgħet bdiet tintuża għal attivitajiet agrikoli u l-pakketti baġitarji korrispondenti.

10.   Sal-31 ta' Diċembru 2012, l-art kollha mminata u li tneħħewlha l-mini li fuqha l-bdiewa jistgħu jirċievu dritt għal pagamenti minn din ir-riżerva nazzjonali speċjali ta' tneħħija ta' mini għandha tiġi identifikata fis-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll stabbilita skont il-Kapitolu 4 tat-Titolu II.”

(n)

Fl-Artikolu 59, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni għandha, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 141(2), tadotta regoli dwar l-allokazzjoni inizjali tad-drittijiet għal pagament fil-Kroazja.”

(o)

Fl-Artikolu 61, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Għall-Kroazja, id-dati msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu għandhom ikunu t-30 ta' Ġunju 2011.”

(p)

Fl-Artikolu 69(1), jiżdied dan li ġej mal-ewwel subparagrafu:

“Il-Kroazja tista' tiddeċiedi, sad-data tal-adeżjoni, li tuża mill-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament uniku kif previst fl-Artikolu 59(2), sa 10 % tal-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 40 kif indikat fit-tabella 3 tal-Anness VIII.”

(q)

Fl-Artikolu 69(9), l-ewwel subparagrafu, jiddaħħal il-punt li ġej wara l-punt (a):

“(aa)

speċifikat għas-sena 2022 fil-każ tal-Kroazja;”.

(r)

L-Artikolu 104(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Għandhom japplikaw il-limiti nazzjonali li ġejjin:

Stati Membri

Limitu massimu nazzjonali

Bulgarija

2 058 483

Repubblika Ċeka

66 733

Danimarka

104 000

Estonja

48 000

Spanja

19 580 000

Franza

7 842 000

Kroazja

542 651

Ċipru

472 401

Latvja

18 437

Litwanja

17 304

Ungerija

1 146 000

Polonja

335 880

Portugall

2 690 000

Rumanija

5 880 620

Slovenja

84 909

Slovakkja

305 756

Finlandja

80 000

Total

41 273 174”

(s)

Fl-Artikolu 112(5), jiddaħħal dan li ġej wara l-entrata għal Franza:

“Kroazja

105 270”

(t)

L-Artikolu 121 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 121

Introduzzjoni ta' pagamenti diretti

Fl-Istati Membri l-ġodda għajr għall-Bulgarija, il-Kroazja u r-Rumanija, il-pagamenti diretti għandhom jiġu introdotti f'konformità mal-iskeda ta' inkrementi li ġejja espressa bħala perċentwali tal-livell applikabbli dakinhar ta' tali pagamenti fl-Istati Membri għajr l-Istati Membri l-ġodda:

60 % fl-2009,

70 % fl-2010,

80 % fl-2011,

90 % fl-2012,

100 % mill-2013 'il quddiem.

Fil-Bulgarija u r-Rumanija, il-pagamenti diretti għandhom jiġu introdotti f'konformità mal-iskeda ta' inkrementi li ġejja espressa bħala perċentwali tal-livell applikabbli dakinhar ta' tali pagamenti fl-Istati Membri għajr l-Istati Membri l-ġodda:

35 % fl-2009,

40 % fl-2010,

50 % fl-2011,

60 % fl-2012,

70 % fl-2013,

80 % fl-2014,

90 % fl-2015,

100 % mill-2016 'il quddiem.

Fil-Kroazja, il-pagamenti diretti għandhom jiġu introdotti f'konformità mal-iskeda ta' inkrementi li ġejja espressa bħala perċentwali tal-livell applikabbli dakinhar ta' tali pagamenti fl-Istati Membri għajr l-Istati Membri l-ġodda:

25 % fl-2013,

30 % fl-2014,

35 % fl-2015,

40 % fl-2016,

50 % fl-2017,

60 % fl-2018,

70 % fl-2019,

80 % fl-2020,

90 % fl-2021,

100 % mill-2022 'il quddiem.”

(u)

Fl-Artikolu 132(2), is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara t-tieni subparagrafu:

“B'deroga mill-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, il-Kroazja għandu jkollha l-possibbiltà li tikkomplementa l-pagamenti diretti sa 100 % tal-livell applikabbli fl-Istati Membri għajr l-Istati Membri l-ġodda.”.

(v)

Fl-Anness VII, jiddaħħal dan li ġej wara l-entrata għal Franza:

“Kroazja

100

1”

(w)

Fl-Anness VIII, tiddaħħal it-tabella li ġejja:

Tabella 3  (1)

Stat Membru

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

2021

2022

Kroazja

93 250

111 900

130 550

149 200

186 500

223 800

261 100

298 400

335 700

373 000

5.   SAJD

1.

32002 R 2371: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59).

Fl-Anness I, jiżdiedu l-partijiet li ġejjin:

“11.   ILMIJIET TAL-KOSTA TAL-KROAZJA (2)

Żona ġeografika

Stat Membru

Speċi

Importanza jew karatteristiċi partikolari

12-il mil limitati għaż-żona tal-baħar taħt is-sovranità tal-Kroazja li tinsab lejn it-tramuntana tal-45 grad u parallela 10 minuti fit-tramuntana tal-latitudni matul il-kosta tal-punent tal-Istria, mill-fruntiera ta' barra tal-baħar territorjali tal-Kroazja, fejn dan il-parallel imiss mal-art tal-kosta tal-punent ta' Istria (il-kap Grgatov rt Funtana)

Slovenja

Speċi tal-qiegħ u speċi pelaġiċi żgħar inkluż is-sardin u l-inċova

100 tunnellata għal numru massimu ta' 25 bastiment tas-sajd li jinkludi 5 bastimenti tas-sajd mgħammra bi xbieki tat-tkarkir


12.   ILMIJIET TAL-KOSTA TAS-SLOVENJA (3)

Żona ġeografika

Stat Membru

Speċi

Importanza jew karatteristiċi partikolari

12-il mil limitati għaż-żona tal-baħar taħt is-sovranità tas-Slovenja li tinsab lejn it-tramuntana tal-45 grad u parallela 10 minuti fit-tramuntana tal-latitudni matul il-kosta tal-punent tal-Istria, mill-fruntiera ta' barra tal-baħar territorjali tal-Kroazja, fejn dan il-parallel imiss mal-art tal-kosta tal-punent ta' Istria (il-kap Grgatov rt Funtana)

Kroazja

Speċi tal-qiegħ u speċi pelaġiċi żgħar inkluż is-sardin u l-inċova

100 tunnellata għal numru massimu ta' 25 bastiment tas-sajd li jinkludi 5 bastimenti tas-sajd mgħammra bi xbieki tat-tkarkir

2.

32006 R 1198: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1).

(a)

Fl-Artikolu 27, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   Il-FES jista' jikkontribwixxi għall-finanzjament ta' skema ta' premiums individwali għas-sajjieda li ser jibbenefikaw mir-reġim ta' aċċess stabbilit fil-Parti 11 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 kif emendat bl-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja. L-iskema tista' tapplika biss matul il-perijodu mill-2014 sal-2015 jew, jekk dan iseħħ qabel, sad-data tal-implimentazzjoni sħiħa tas-sentenza tal-arbitraġġ li hi riżultat tal-Ftehim ta' Arbitraġġ bejn ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tal-Kroazja, iffirmat fi Stokkolma fl-4 ta' Novembru 2009.”

(b)

L-Artikolu 29(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   B'deroga mill-paragrafu 2, fir-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer Griegi mbiegħdin kif ukoll fil-gżejjer Kroati Dugi otok, Vis, Mljet u Lastovo, l-għajnuna tista' tingħata lill-intrapriżi kollha.”

(c)

L-Artikolu 35(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   B'deroga mill-paragrafu 3, fir-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer Griegi mbiegħdin kif ukoll fil-gżejjer Kroati Dugi otok, Vis, Mljet u Lastovo, l-għajnuna tista' tingħata lill-intrapriżi kollha.”

(d)

Fl-Artikolu 53(9), l-ewwel subparagrafu, huwa sostitwit b'dan li ġej:

“9.   Meta l-operazzjonijiet jiġu ffinanzjati mill-FES fil-gżejjer Griegi mbiegħdin li jkunu fi żvantaġġ minħabba l-pożizzjoni mbiegħda tagħhom u fir-reġjuni ultraperiferiċi kif ukoll fil-gżejjer Kroati Dugi otok, Vis, Mljet u Lastovo, il-limitu massimu għall-kontribuzzjoni mill-FES għal kull linja ta' prijorità għandu jiżdied sa 10 punti perċentwali fir-reġjuni eliġibbli taħt l-objettiv ta' Konverġenza u sa 35 punt perċentwali għar-reġjuni mhux eliġibbli taħt l-objettiv ta' Konverġenza.”

(e)

Fl-Anness II, il-punt (a), it-tabella hija sostitwita b'din li ġejja:

 

“Grupp 1

Grupp 2

Grupp 3

Grupp 4

Reġjuni koperti mill-objettiv ta' Konverġenza u l-gżejjer Griegi mbiegħdin u l-gżejjer Kroati Dugi otok, Vis, Mljet u Lastovo

A ≤ 100 %

B ≥ 0 %

A ≤ 40 %

B ≥ 60 % (4)  (5)

A ≤ 80 %

B ≥ 20 %

A ≤ 60 %

B ≥ 40 % (6)

Reġjuni mhux koperti mill-objettiv ta' Konverġenza

A ≤ 100 %

B ≥ 0 %

A ≤ 40 %

B ≥ 60 % (4)  (5)

A ≤ 60 %

B ≥ 40 %

A ≤ 40 %

B ≥ 60 % (6)

Ir-reġjuni ultraperiferiċi

A ≤ 100 %

B ≥ 0 %

A ≤ 50 %

B ≥ 50 % (4)  (5)

A ≤ 80 %

B ≥ 20 %

A ≤ 75 %

B ≥ 25 %

(f)

Fl-Anness II, il-punt (a), it-tieni paragrafu tas-subtitolu “Grupp 2” huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Bħala segwitu għall-applikazzjoni ta' (*) u (**) fejn il-FES jiffinanzja l-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 25(3) favur bastimenti tas-sajd kostali fuq skala żgħira, ir-rati (B) għall-Grupp 2 ser ikunu:

għar-reġjuni koperti mill-objettiv ta' Konverġenza, il-gżejjer Griegi mbiegħda u l-gżejjer Kroati Dugi otok, Vis, Mljet u Lastovo u r-reġjuni mhux koperti mill-objettiv ta' Konverġenza, ugwali għal jew aktar minn 60 punt perċentwali (B ≥ 60 %),

u

għar-reġjuni ultraperiferiċi, ugwali għal jew aktar minn 50 punt perċentwali (B ≥ 50 %).”

6.   TASSAZZJONI

1.

32006 L 0112: Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

Fl-Artikolu 287, jiżdied il-punt li ġej:

“(19)

il-Kroazja: EUR 35 000.”

2.

32008 L 0118: Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12).

L-Artikolu 46(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 32, l-Istati Membri mhux imsemmija fit-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 92/79/KEE jistgħu, fir-rigward tas-sigaretti li jistgħu jiddaħħlu fit-territorju tagħhom mingħajr aktar ħlas ta' dazji tas-sisa, japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014 limitu kwantitattiv ta' mhux inqas minn 300 oġġett fir-rigward ta' sigaretti mdaħħlin minn Stat Membru li japplika, f'konformità mat-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 2(2) ta' dik id-Direttiva, dazji tas-sisa aktar baxxi minn dawk li jirriżultaw mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tagħha.

L-Istati Membri msemmija fit-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 92/79/KEE li jimponu dazju tas-sisa ta' mill-anqas EUR 77 għal kull 1 000 sigarett irrispettivament mill-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut, jistgħu, mill-1 ta' Jannar 2014, japplikaw limitu kwantitattiv ta' mhux inqas minn 300 oġġett fir-rigward ta' sigaretti mdaħħlin fit-territorju tagħhom mingħajr ma jitħallsu aktar dazji tas-sisa minn Stat Membru li japplika dazju tas-sisa aktar baxx f'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(2) ta' dik id-Direttiva.

L-Istati Membri li japplikaw limitu kwantitattiv f'konformità mal-ewwel u t-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan. Huma jistgħu jwettqu l-kontrolli meħtieġa dment li dawn il-kontrolli ma jaffettwawx il-funzjonament korrett tas-suq intern.”

7.   POLITIKA REĠJONALI U KOORDINAZZJONI TA’ STRUMENTI STRUTTURALI

1.

32006 R 1083: Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25).

(a)

Fl-Artikolu 15(4), is-sentenza li ġejja tiżdied mat-tieni subparagrafu:

“Fir-rigward tal-Kroazja, id-data għal din il-verifika għandha tkun il-31 ta' Diċembru 2017.”

(b)

Fl-Artikolu 18(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Ir-riżorsi disponibbli għall-impenji mill-Fondi għall-perijodu 2007 sa 2013 għandhom ikunu EUR 308 417 037 817 bil-prezzijiet tal-2004 skont it-tqassim annwali muri fl-Anness I.”

(c)

L-Artikolu 19 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 19

Riżorsi għall-Objettiv ta' konverġenza

Ir-riżorsi globali għall-Objettiv ta' konverġenza għandhom jammontaw għal 81,56 % tar-riżorsi msemmija fl-Artikolu 18(1) (jiġifieri total ta' EUR 251 529 800 379) u għandhom jitqassmu bejn il-komponenti differenti kif ġej:

(a)

70,50 % (jiġifieri total ta' EUR 177 324 921 223) għall-finanzjament imsemmi fl-Artikolu 5(1), bl-użu tal-popolazzjoni eliġibbli, il-prosperità reġjonali, il-prosperità nazzjonali u r-rata ta' qgħad bħala l-kriterji għall-kalkolu tat-tqassim indikattiv skont l-Istat Membru;

(b)

4,98 % (jiġifieri total ta' EUR 12 521 289 405) għas-sostenn transitorju u speċifiku msemmi fl-Artikolu 8(1), bl-użu tal-popolazzjoni eliġibbli, tal-prosperità reġjonali, tal-prosperità nazzjonali u tar-rata ta' qgħad bħala l-kriterji għall-kalkolu tat-tqassim indikattiv skont l-Istat Membru;

(c)

23,23 % (jiġifieri total ta' EUR 58 433 589 750) għall-finanzjament imsemmi fl-Artikolu 5(2), bl-użu tal-popolazzjoni, tal-prosperità nazzjonali, u tal-êrja superfiċjali bħala l-kriterji għall-kalkolu tat-tqassim indikattiv skont l-Istat Membru;

(d)

1,29 % (jiġifieri total ta' EUR 3 250 000 000) għas-sostenn transitorju u speċifiku msemmi fl-Artikolu 8(3).’

(d)

Fl-Artikolu 20, il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

“Ir-riżorsi globali għall-Objettiv tal-kompetittività reġjonali u l-impjiegi għandhom jammontaw għal 15,93 % tar-riżorsi msemmija fl-Artikolu 18(1) (jiġifieri total ta' EUR 49 127 784 318) u għandhom jitqassmu bejn il-komponenti differenti kif ġej:”

(e)

Fl-Artikolu 21, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   Ir-riżorsi globali għall-Objettiv tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea għandhom jammontaw għal 2,52 % tar-riżorsi msemmija taħt l-Artikolu 18(1) (jiġifieri total ta' EUR 7 759 453 120) u, eskluż l-ammont imsemmi fil-paragrafu 22 tal-Anness II, għandhom jiġu distribwiti bejn il-komponenti differenti kif ġej:

(a)

73,86 % (jiġifieri total ta' EUR 5 583 386 893) għall-finanzjament tal-kooperazzjoni transkonfinali kif imsemmija fl-Artikolu 7(1), bl-użu tal-popolazzjoni eliġibbli bħala l-kriterju għall-kalkolu tat-tqassim indikattiv skont l-Istat Membru;

(b)

20,95 % (jiġifieri total ta' EUR 1 583 594 654) għall-finanzjament tal-kooperazzjoni transnazzjonali kif msemmija fl-Artikolu 7(2), bl-użu tal-popolazzjoni eliġibbli bħala l-kriterju għall-kalkolu tat-tqassim indikattiv skont l-Istat Membru;

(c)

5,19 % (jiġifieri total ta' EUR 392 471 574) għall-finanzjament tal-kooperazzjoni interreġjonali, in-networks ta' kooperazzjoni u l-iskambju ta' esperjenza msemmija fl-Artikolu 7(3).

2.   Il-kontribuzzjoni mill-FEŻR għall-programmi transkonfinali u tal-baċini marini taħt l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija u għall-programmi transkonfinali taħt l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006 għandha tkun ta' EUR 817 691 234, bħala riżultat tal-indikazzjoni ta' kull Stat Membru kkonċernat, imnaqqsa mill-allokazzjonijiet tagħhom taħt il-paragrafu 1(a). Dawn il-kontribuzzjonijiet tal-FEŻR m'għandhomx ikunu soġġetti għal allokazzjoni mill-ġdid bejn l-Istati Membri kkonċernati.”

(f)

Fl-Artikolu 22, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“B'deroga mill-ewwel paragrafu, il-Kroazja tista' tqassam l-allokazzjoni finanzjarja tagħha taħt l-Objettiv ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea fost it-tliet komponenti msemmija fl-Artikolu 21(1)(a) sa (c) bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta' effiċjenza u simplifikazzjoni.”

(g)

L-Artikolu 23 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 23

Riżorsi għar-riżerva ta' prestazzjoni

Tlieta fil-mija tar-riżorsi msemmija fl-Artikolu 19(a) u (b) u fl-Artikolu 20 jistgħu jiġu allokati mill-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tal-Kroazja, f'konformità mal-Artikolu 50.”

(h)

L-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:

(i)

Fil-paragrafu 1, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara l-ewwel subparagrafu:

“Fir-rigward tal-Kroazja, il-qafas ta' riferiment strateġiku nazzjonali għandu jkopri l-perijodu mid-data tal-adeżjoni sal-31 ta' Diċembru 2013.”

(ii)

Fil-paragrafu 2, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara l-ewwel subparagrafu:

“Il-Kroazja għandha tittrasmetti l-qafas ta' riferiment strateġiku nazzjonali lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-data tal-adeżjoni.”

(i)

Fl-Artikolu 29, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   Il-paragrafi 1 sa 4 m'għandhomx japplikaw għall-Kroazja.”

(j)

Fl-Artikolu 32(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fir-rigward tal-Kroazja, il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni li tapprova programm operattiv li għandu jiġi ffinanzjat taħt il-perijodu ta' programmazzjoni 2007-2013 mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2013. Il-Kroazja għandha f’dan il-programm operattiv tieħu kont ta' kwalunkwe osservazzjoni magħmula mill-Kummissjoni u tissottomettih lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data tal-adeżjoni.”

(k)

Fl-Artikolu 33(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fir-rigward tal-Kroazja, il-programmi operattivi adottati qabel id-data tal-adeżjoni jistgħu jiġu riveduti bl-għan uniku ta' allinjament aħjar ma' dan ir-Regolament.”

(l)

Fl-Artikolu 49(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fir-rigward tal-programmi operattivi tal-Kroazja, l-evalwazzjoni ex post għandha titlesta sal-31 ta' Diċembru 2016.”

(m)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 51a

L-Artikoli 50 u 51 m'għandhomx japplikaw għall-Kroazja.”

(n)

L-Artikolu 53(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Għal programmi operattivi taħt l-Objettiv ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea li fihom mill-inqas parteċipant wieħed jappartjeni għal Stat Membru li l-PDG medju tiegħu per capita għall-perijodu 2001 sa 2003 kien anqas minn 85 % tal-medja tal-UE-25 matul l-istess perijodu, jew għal programmi bħal dawn fejn il-Kroazja hija pajjiż parteċipant, il-kontribuzzjoni mill-FEŻR m'għandhiex tkun ogħla minn 85 % tan-nefqa eliġibbli. Għall-programmi operattivi l-oħra kollha, il-kontribuzzjoni mill-FEŻR m'għandhiex tkun ogħla minn 75 % tan-nefqa eliġibbli kofinanzjata mill-FEŻR.”

(o)

Fl-Artikolu 56(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fir-rigward tal-Kroazja, in-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fondi bejn id-data inizjali tal-eliġibbiltà tan-nefqa kif stabbilit f'konformità mal-istrumenti adottati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006 u l-31 ta' Diċembru 2016. Madankollu, għall-programmi operattivi adottati wara l-adeżjoni, in-nefqa għal kontribuzzjoni mill-Fondi għandha tkun eliġibbli mid-data tal-adeżjoni, dment li ma tiġix speċifikata data aktar tard fid-deċiżjoni dwar il-programm operattiv ikkonċernat.”

(p)

Fl-Artikolu 56(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Minkejja dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-eliġibbiltà kif stabbilit fl-Artikolu 105a, il-kriterji ffissati mill-kumitat ta' monitoraġġ tal-programmi operattivi għall-Kroazja m'għandhomx japplikaw għal operazzjonijiet li għalihom id-deċiżjoni ta' approvazzjoni tkun ġiet adottata qabel id-data tal-adeżjoni u li kienu parti mill-istrumenti adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006.”

(q)

L-Artikolu 62(1) huwa emendat kif ġej:

(i)

Fil-punt (c), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara l-ewwel subparagrafu:

“Fir-rigward tal-Kroazja, l-awtorità ta' verifika ta' programm operattiv għandha tippreżenta lill-Kummissjoni aġġornament tal-pjan ta' ħidma annwali għall-verifika kif imsemmi fl-Artikolu 29(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007 tat-12 ta' Ġunju 2007 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) (7) fi żmien tliet xhur mid-data tal-adeżjoni.

(ii)

Fil-punt (d)(i), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fir-rigward tal-Kroazja, l-ewwel rapport annwali ta' kontroll għandu jiġi ppreżentat sal-31 ta' Diċembru 2013 u jkopri l-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Ġunju 2013. Ir-rapporti li ġejjin li jkopru l-perijodi mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014, mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 u mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016 għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2014, il-31 ta' Diċembru 2015 u l-31 ta' Diċembru 2016, rispettivament. L-informazzjoni li tikkonċerna l-verifiki mwettqa wara l-1 ta' Lulju 2016 għandha tiġi inkluża fir-rapport ta' kontroll finali b'appoġġ għad-dikjarazzjoni ta' għeluq imsemmija fil-punt (e);”

(iii)

Fil-punt (e), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fir-rigward tal-Kroazja, dikjarazzjoni ta' għeluq sostnuta mir-rapport ta' kontroll finali, għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2018.”

(r)

Fl-Artikolu 67(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fir-rigward tal-Kroazja, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tibgħat rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm operattiv sal-31 ta' Marzu 2018.”

(s)

L-Artikolu 71 huwa emendat kif ġej:

(i)

Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Minkejja l-paragrafu 1, kemm jista' jkun malajr wara d-data tal-adeżjoni tagħha jew, sa mhux aktar tard minn meta jsir kwalunkwe ħlas mill-Kummissjoni, il-Kroazja għandha tippreżenta lill-Kummissjoni deskrizzjoni tas-sistemi, li tkopri l-elementi li jinsabu fil-punti (a) u (b) ta' dak il-paragrafu.”

(ii)

Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   Il-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis għall-Kroazja. Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jitqies li jkun aċċettat taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk stabbiliti fit-tieni subparagrafu. Madankollu, tali aċċettazzjoni għandha tkun pre-rekwiżit għall-ammont ta' prefinanzjament imsemmi fl-Artikolu 82.”

(t)

Fl-Artikolu 75, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Fir-rigward tal-Kroazja, l-impenji baġitarji rispettivi mill-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FES għall-2013 għandhom isiru abbażi tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 28(3) qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni ta' programm operattiv adottat. Id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 28(3) għandha tikkostitwixxi deċiżjoni ta' finanzjament fit-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 għal kull impenn tal-baġit favur il-Kroazja.”

(u)

Fl-Artikolu 78(2)(c), tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Fir-rigward tal-Kroazja, dawn għandhom ikunu koperti min-nefqa mħallsa minn benefiċjarji fl-implementazzjoni tal-proġett u jkunu appoġġati minn fatturi kwittanzati jew dokumenti ta' kontabbiltà ta' valur probatorju ekwivalenti sa mhux aktar tard minn tliet snin wara sena li jkun sar il-ħlas tal-avvanz jew fil-31 ta' Diċembru 2016, skont liema data tiġi l-ewwel; jekk ma jkunux, id-dikjarazzjoni ta' nfiq li jkun imiss għandha tiġi korretta kif meħtieġ.”

(v)

Fl-Artikolu 82, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Fir-rigward tal-Kroazja, wara l-aċċettazzjoni tar-rapport kif imsemmi fl-Artikolu 71(2a) u wara l-impenji baġitarji rispettivi kif imsemmi fl-Artikolu 75(1a), ammont ta' prefinanzjament uniku għall-bqija tal-perijodu mill-2007 sal-2013 għandu jitħallas f'pagament uniku u ser jirrappreżenta 30 % tal-kontribuzzjoni mill-Fondi Strutturali u 40 % tal-kontribuzzjoni mill-Fond ta' Koeżjoni għall-programm operattiv.”

(w)

Fl-Artikolu 89(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fir-rigward tal-Kroazja, applikazzjoni għall-ħlas li tinkludi d-dokumenti elenkati fil-punt (a) (i) sa (iii) għandha tintbagħat sal-31 ta' Marzu 2018.”

(x)

Fl-Artikolu 93, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   B'deroga mill-paragrafi 1 sa 3, Fir-rigward tal-Kroazja l-Kummissjoni għandha tapplika l-mekkaniżmu ta' diżimpenn li jinsab fil-paragrafu 1 bil-mod segwenti:

(i)

id-data ta' skadenza għal kwalunkwe parti miftuħa tal-impenn tal-2010 għandha tkun il-31 ta' Diċembru 2013;

(ii)

id-data ta' skadenza għal kwalunkwe parti miftuħa tal-impenn tal-2011 għandha tkun il-31 ta' Diċembru 2014;

(iii)

id-data ta' skadenza għal kwalunkwe parti miftuħa tal-impenn tal-2012 għandha tkun il-31 ta' Diċembru 2015;

(iv)

kwalunkwe parti tal-impenji tal-2013 li tkun għadha miftuħa fil-31 ta' Diċembru 2016 għandha tiġi diżimpenjata awtomatikament jekk il-Kummissjoni ma tkunx irċeviet applikazzjoni aċċettabli għall-ħlas tagħha sal-31 ta' Marzu 2018.”

(y)

Fl-Artikolu 95, jiddaħħal il-paragrafu li ġej wara t-tieni paragrafu:

“B'deroga mill-ewwel u t-tieni paragrafi, fir-rigward tal-Kroazja d-dati ta' skadenza msemmijin fl-Artikolu 93(3a) għandhom jiġu interrotti taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu fir-rigward tal-ammont li jirrigwarda l-operazzjonijiet ikkonċernati.”

(z)

Fl-Artikolu 98(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fir-rigward tal-Kroazja, ir-riżorsi mill-Fondi rilaxxati b'dan il-mod jistgħu jerġgħu jintużaw mill-Kroazja sal-31 ta' Diċembru 2016.”

(za)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 105a

Dispożizzjonijiet speċifiċi wara l-adeżjoni tal-Kroazja

1.   Programmi u proġetti ewlenin li, fid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja, ikunu ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 u li l-implimentazzjoni tagħhom ma tkunx tlestiet sa dik id-data, għandhom jitqiesu li jkunu ġew approvati mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta' programmi approvati taħt il-komponenti msemmija fil-punti (a) u (e) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1085/2006.

Barra minn hekk, il-programmi li ġejjin li jaqgħu taħt il-komponent imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1085/2006 għandhom ukoll jiġu esklużi:

(a)

il-“programm ta' kooperazzjoni transkonfinali Adrijatiku tal-IPA”;

(b)

il-programm transkonfinali “Kroazja – Bosnja-Ħerzegovina”;

(c)

il-programm transkonfinali “Kroazja – Montenegro”;

(d)

il-programm transkonfinali “Kroazja-Serbja”.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 sa 7, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet u proġetti prinċipali approvati f'konformità ma' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal dawk l-operazzjonijiet u proġetti prinċipali.

2.   Kwalunkwe proċedura tal-akkwist li tirrigwarda operazzjonijiet fil-programmi jew tirrelata ma' proġetti prinċipali msemmija fil-paragrafu 1 li, fid-data tal-adeżjoni, diġà kienet is-suġġett ta' sejħa għall-offerti pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi implimentata skont ir-regoli stabbiliti f'dik is-sejħa għall-offerti. L-Artikolu 165 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 ma japplikax.

Kwalunkwe proċedura tal-akkwist li tirrigwarda operazzjonijiet fil-programmi jew tirrelata ma' proġetti prinċipali msemmija fil-paragrafu 1 li, fid-data tal-adeżjoni, ma kinitx diġà s-suġġett ta' sejħa għall-offerti pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi implimentata f'konformità mat-Trattati jew mal-atti adottati skont it-Trattati kif ukoll mal-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament.

Operazzjonijiet oħrajn għajr dawk imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi u li għalihom tniedu sejħiet għal proposti skont l-Artikolu 158 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007 tat-12 ta' Ġunju 2007 jew li jkunu ġew ippreżentati applikazzjonijiet għalihom lill-awtoritajiet kompetenti qabel id-data tal-adeżjoni, u li għalihom il-kuntratti setgħu jiġu ffinalizzati biss wara dik id-data, għandhom jiġu implimentati skont il-kondizzjonijiet u r-regoli ta' eliġibbiltà ppubblikati fis-sejħa rilevanti għall-proposti jew dawk ikkomunikati bil-quddiem lill-benefiċjarji potenzjali.

3.   Ħlasijiet magħmula mill-Kummissjoni taħt il-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala kontribuzzjoni mill-Fondi skont dan ir-Regolament u għandhom jiġu assenjati lill-impenn miftuħ l-iżjed kmieni, inklużi l-impenji tal-IPA.

Kwalunkwe parti mill-impenji magħmula mill-Kummissjoni taħt il-programmi msemmija fil-paragrafu 1 li tkun għadha miftuħa fid-data tal-adeżjoni għandha tkun irregolata minn dan ir-Regolament mid-data tal-adeżjoni.

4.   Għal operazzjonijiet approvati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li għalihom ingħatat l-approvazzjoni jew li għalihom il-ftehimiet ta' għotja rispettivi mal-benefiċjarji finali jkunu ġew iffirmati qabel id-data tal-adeżjoni, ir-regoli li jirregolaw l-eliġibbiltà tan-nefqa f'konformità ma' jew ibbażati fuq ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007 għandhom jibqgħu applikabbli, ħlief f'każijiet debitament ġustifikati li dwarhom għandha tittieħed deċiżjoni mill-Kummissjoni fuq talba tal-Kroazja.

Ir-regola ta' eliġibbiltà stabbilita fl-ewwel subparagrafu tapplika wkoll għal proġetti prinċipali msemmija fil-paragrafu 1 li għalihom ikunu ġew iffirmati ftehimiet ta' proġett bilaterali qabel id-data tal-adeżjoni.

5.   Fir-rigward tal-Kroazja, kwalunkwe referenza għall-Fondi kif definita fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 għandha titqies li tinkludi wkoll l-Istrument għal Assistenza Qabel l-Adeżjoni stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1085/2006.

6.   Skadenzi speċifiċi applikabbli għall-Kroazja għandhom japplikaw ukoll għall-programmi transkonfinali li ġejjin li jaqgħu taħt il-komponent imsemmi fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1085/2006, fejn il-Kroazja hija pajjiż parteċipanti:

(a)

il-programm transkonfinali “Ungerija - Kroazja”, u

(b)

il-programm transkonfinali “Slovenja - Kroazja”.

Skadenzi speċifiċi applikabbli għall-Kroazja skont dan ir-Regolament ma japplikawx għal programmi operattivi taħt il-komponenti transnazzjonali u interreġjonali taħt l-Objettiv ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea, fejn il-Kroazja hija pajjiż parteċipanti.

7.   Jekk ikunu meħtieġa xi miżuri biex jiffaċilitaw it-transizzjoni tal-Kroazja mir-reġim ta' qabel l-adeżjoni għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri meħtieġa.”

(zb)

L-Anness I huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS I

Tqassim annwali tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn mill-2007 sal-2013

(imsemmija fl-Artikolu 18)

(EUR, prezzijiet tal-2004)

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

42 863 000 000

43 318 000 000

43 862 000 000

43 860 000 000

44 073 000 000

44 723 000 000

45 718 037 817”

(zc)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(i)

Fil-paragrafu 5, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(c)

għall-Kroazja, ir-riżorsi għall-finanzjament tal-kooperazzjoni transkonfinali ser ikunu EUR 7 028 744 bi prezzijiet tal-2004;

(d)

għall-Kroazja, ir-riżorsi għall-finanzjament tal-kooperazzjoni transnazzjonali ser ikunu EUR 1 874 332 bi prezzijiet tal-2004.”

(ii)

Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“7a.

Għall-Kroazja, il-livell massimu tat-trasferiment mill-Fondi ser ikun ta' 3,5240% tal-PDG tagħha.”

(iii)

Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“9a.

Għall-Kroazja, il-kalkoli tal-PDG mill-Kummissjoni ser ikunu bbażati fuq statistika u projezzjonijiet ippubblikati f'Mejju 2011.”

(zd)

L-Anness III huwa sostitwit b'dan li ġej:

"ANNESS III

Limiti massimi applikabbli għal rati ta' kofinanzjament

(imsemmija fl-Artikolu 53)

Kriterji

Stati Membri

FEŻR u FES

Perċentwali tan-nefqa eliġibbli

Fond ta' Koeżjoni

Perċentwali tan-nefqa eliġibbli

1.

L-Istati Membri li l-PDG medju per capita tagħhom għall-perijodu 2001-2003 kien inqas minn 85 % tal-medja tal-UE-25 matul l-istess perijodu.

Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Greċja, il-Kroazja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Romanija, is-Slovenja u s-Slovakkja

85 % għall-Objettivi ta' Konverġenza u Kompetittività Reġjonali u Impjiegi

85 %

2.

Stati Membri minbarra dawk taħt (1) eliġibbli għar-reġim transitorju tal-Fond ta' Koeżjoni fl-1 ta' Jannar 2007

Spanja

80 % għall-Objettiv ta' Konverġenza u r-reġjuni ta' dħul gradwali taħt l-Objettiv ta' Kompetittività Reġjonali u Impjiegi

50 % għall-Objettiv ta' Kompetittività Reġjonali u Impjiegi barra mir-reġjuni ta' dħul gradwali

85 %

3.

Stati Membri minbarra dawk imsemmija taħt (1) u (2)

Belġju, Danimarka,Ġermanja, Franza, Irlanda, Italja, Lussemburgu, Pajjiżi l-Baxxi, Awstrija,Finlandja, Svezja u r-Renju Unit

75 % għall-Objettiv ta' Konverġenza

4.

Stati Membri minbarra dawk imsemmija taħt (1) u (2)

Belġju, Danimarka,Ġermanja, Franza, Irlanda, Italja, Lussemburgu, Pajjiżi l-Baxxi, Awstrija,Finlandja, Svezja u r-Renju Unit

50 % għall-Objettiv ta' Kompetittività Reġjonali u Impjiegi

5.

Ir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE li jibbenefikaw mill-allokazzjoni addizzjonali għal dawn ir-reġjuni prevista fil-paragrafu 20 tal-Anness II

Spanja, Franza u Portugall

50 %

6.

Ir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE

Spanja, Franza u Portugall

85 % taħt l-Objettivi ta' Konverġenza u Kompetittività Reġjonali u Impjiegi

—"

2.

32006 R 1084: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1164/94 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 79).

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 5a

Dispożizzjonijiet speċifiċi wara l-adeżjoni tal-Kroazja

1.   Miżuri li, fid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja, kienu s-suġġett ta' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar assistenza skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1267/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi kull strument għal Politika Strutturali għal Qabel l-Adeżjoni (8) u li l-implimentazzjoni tagħhom ma tlestietx sa dik id-data għandhom ikunu kkunsidrati bħala approvati mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 sa 5, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet approvati skont dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 għandhom japplikaw għall-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

2.   Kwalunkwe proċedura tal-akkwist li tirrigwarda miżuri msemmija fil-paragrafu 1 li, fid-data tal-adeżjoni, diġà kienu s-suġġett ta' sejħa għall-offerti pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi implimentata f'konformità mar-regoli stabbiliti f'dik is-sejħa għall-offerti. L-Artikolu 165 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (9) m’għandux japplika.

Kwalunkwe proċedura tal-akkwist li tirrigwarda miżura msemmija fil-paragrafu 1 li, fid-data tal-adeżjoni, kienet għadha ma saritx is-suġġett ta' sejħa għall-offerti pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi implimentata f'konformità mat-Trattati jew mal-atti adottati skont it-Trattati kif ukoll mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.

3.   Pagamenti magħmula mill-Kummissjoni taħt miżura msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala kontribuzzjoni mill-Fond skont dan ir-Regolament.

Pagamenti magħmula mill-Kummissjoni taħt miżura msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu assenjati lill-impenn miftuħ l-iżjed kmieni magħmul l-ewwelnett skont ir-Regolament (KE) Nru 1267/1999, u mbagħad skont dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 1083/2006.

Il-kondizzjonijiet għal pagamenti interim jew għall-bilanċ finali huma dawk kif stabbiliti fil-paragrafu 2 (b) sa (d) u l-paragrafi 3 sa 5 tal-Artikolu D fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1164/94.

4.   Għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, ir-regoli li jirregolaw l-eliġibbiltà tan-nefqa skont ir-Regolament (KE) Nru 1267/1999 jew speċifikament stabbiliti fil-ftehimiet ta' finanzjament rilevanti għandhom jibqgħu applikabbli, ħlief f'każijiet debitament ġustifikati li dwarhom għandha tittieħed deċiżjoni mill-Kummissjoni fuq talba tal-Kroazja.

5.   Jekk ikunu meħtieġa xi miżuri biex jiffaċilitaw it-transizzjoni tal-Kroazja mir-reġim ta' qabel l-adeżjoni għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri meħtieġa.

8.   AMBJENT

1.

32003 L 0087: Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(a)

Fl-Artikolu 9, tiżdied is-sentenza li ġejja mal-ewwel paragrafu:

“Il-kwantità tal-kwoti għall-Komunità kollha ser tiżdied bħala riżultat tal-adeżjoni tal-Kroazja biss bil-kwantità tal-kwoti li l-Kroazja għandha tirkanta skont l-Artikolu 10(1)”.

(b)

Fl-Anness IIa, jiddaħħal dan li ġej wara l-entrata għal Spanja:

“Il-Kroazja

26 %”.

2.

32009 D 0406: Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).

Fl-Anness II, jiddaħħal dan li ġej wara l-entrata għal Franza:

“Il-Kroazja

11 %”.


(1)  Limiti massimi kkalkulati b'kont meħud tal-iskeda ta' inkrementi prevista fl-Artikolu 121.”

(2)  Ir-reġim imsemmi hawn fuq għandu japplika mill-implimentazzjoni sħiħa tas-sentenza tal-arbitraġġ li hi riżultat tal-Ftehim ta' Arbitraġġ bejn il-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja, iffirmat fi Stokkolma fl-4 ta' Novembru 2009.

(3)  Ir-reġim imsemmi hawn fuq għandu japplika mill-implimentazzjoni sħiħa tas-sentenza tal-arbitraġġ li hi riżultat tal-Ftehim ta' Arbitraġġ bejn il-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja, iffirmat fi Stokkolma fl-4 ta' Novembru 2009.”

(4)  Fil-każ ta' operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 25(3), ir-rati (B) għall-Grupp 2 jiżdiedu b'20 punt perċentwali. Ir-rati (A) jitnaqqsu skont dan.

(5)  Fil-każ ta' operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 26(2), (investiment abbord fit-tifsira tal-Artikolu 25 f'bastimenti tas-sajd kostali ta' skala żgħira), ir-rati (B) għall-Grupp 2 jistgħu jitnaqqsu b'20 punt perċentwali. Ir-rati (A) jiżdiedu skont dan.

(6)  Fil-każ ta' operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 29 u 35 meta mwettqa minn intrapriżi mhux koperti mid-definizzjoni fl-Artikolu 3(f) b'inqas minn 750 impjegat jew bi dħul mill-bejgħ ta' inqas minn EUR 200 miljun, ir-rati (B) jiżdiedu fir-reġjuni koperti mill-objettiv ta' Konverġenza, bl-eċċezzjoni tal-gżejjer Griegi mbiegħda u l-gżejjer Kroati Dugi otok, Vis, Mljet u Lastovo, bi 30 punt perċentwali u fir-reġjuni mhux koperti mill-objettiv ta' Konverġenza b'20 punt perċentwali. Ir-rati (A) jitnaqqsu skont dan.”

(7)  ĠU L 170, 29.6.2007, p. 1.”

(8)  ĠU L 161, 26.6.1999, p. 73.

(9)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.”

ANNESS IV

Lista msemmija fl-Artikolu 16 tal-Att tal-Adeżjoni: dispożizzjonijiet permanenti oħrajn

1.   LIĠI DWAR IL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Parti Tlieta, Titolu II, Moviment Liberu tal-Merkanzija

MEKKANIŻMU SPEĊIFIKU

Fir-rigward tal-Kroazja, id-detentur, jew il-benefiċjarju tad-detentur, ta' privattiva jew Ċertifikat Supplimentari ta' Protezzjoni (ĊSP) għal prodott mediċinali depożitati fi Stat Membru fiż-żmien meta tali protezzjoni ma setgħetx tinkiseb fil-Kroazja għal dak il-prodott, jista' jserraħ fuq id-drittijiet garantiti minn dik il-privattiva jew ĊPS sabiex jipprevjeni l-importazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' dak il-prodott fl-Istat Membru jew l-Stati Membri fejn il-prodott inkwistjoni jgawdi privattiva jew protezzjoni ĊPS, anke jekk dan il-prodott ikun tqiegħed fis-suq fil-Kroazja għall-ewwel darba mid-detentur jew fil-kunsens tad-detentur.

Kwalunkwe persuna li għandha l-ħsieb timporta jew tikkummerċjalizza prodott mediċinali kopert mill-ewwel paragrafu fi Stat Membru fejn il-prodott igawdi protezzjoni permezz ta' privattiva jew ċertifikat ta' protezzjoni ĊPS għandha turi lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni rigward dik l-importazzjoni li ġiet mogħtija notifika ta' xahar bil-quddiem lid-detentur jew lill-benefiċjarju ta' tali protezzjoni.

2.   POLITIKA DWAR IL-KOMPETIZZJONI

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Parti Tlieta, Titolu VII, Kapitolu 1, Regoli dwar il-Kompetizzjoni

1.

L-iskemi ta' għajnuna li ġejjin u l-għajnuna individwali li daħlu fis-seħħ fil-Kroazja qabel id-data tal-adeżjoni u li jkunu għadhom applikabbli wara dik id-data għandhom jitqiesu mal-adeżjoni, bħala għajnuna eżistenti fit-tifsira tal-Artikolu 108(1) tat-TFUE:

(a)

miżuri ta' għajnuna li daħlu fis-seħħ qabel l-1 ta' Marzu 2002;

(b)

miżuri ta' għajnuna elenkati fl-Appendiċi għal dan l-Anness;

(c)

miżuri ta' għajnuna li qabel id-data tal-adeżjoni kienu valutati mill-Aġenzija Kroata tal-Kompetizzjoni u nstabu li kienu kompatibbli mal-acquis tal-Unjoni, u li dwarhom il-Kummissjoni ma tkun ressqet l-ebda oġġezzjoni abbażi ta' dubji serji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura mas-suq intern, skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2.

Il-miżuri kollha li jkunu għadhom applikabbli wara d-data tal-adeżjoni li jikkostitwixxu Għajnuna mill-Istat u li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet stabbiliti hawn fuq għandhom jitqiesu bħala għajnuna ġdida mal-adeżjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

Id-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq ma japplikawx għal għajnuna għal attivitajiet marbutin mal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti elenkati fl-Anness I għat-TUE u t-TFUE.

2.

Sa fejn il-Kroazja tkun tixtieq li l-Kummissjoni teżamina miżura ta' għajnuna taħt il-proċedura deskritta fil-punt (c) tal-paragrafu 1, din għandha regolarment tipprovdi lill-Kummissjoni:

(a)

lista tal-miżuri ta' għajnuna eżistenti li jkunu ġew ivvalutati mill-Aġenzija Kroata tal-Kompetizzjoni u li nstabu li kienu kompatibbli mal-acquis tal-Unjoni minn dik l-awtorità; u

(b)

kull informazzjoni oħra li hija essenzjali għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżura ta' għajnuna li għandha tiġi eżaminata,

skont il-format għar-rapportaġġ konkret ipprovdut mill-Kummissjoni.

Jekk il-Kummissjoni ma toġġezzjonax għall-miżura ta' għajnuna eżistenti abbażi ta' dubbji serji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura mas-suq intern, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni kompleta dwar dik il-miżura jew minn meta tasal id-dikjarazzjoni tal-Kroazja li fiha tinforma lill-Kummissjoni li hija tqis l-informazzjoni pprovduta bħala kompleta billi l-informazzjoni supplimentari mitluba mhijiex disponibbli jew tkun diġà ngħatat, il-Kummissjoni għandha titqies li ma tkunx ressqet oġġezzjoni.

Il-miżuri ta' għajnuna kollha ppreżentati lill-Kummissjoni skont il-proċedura deskritta fil-punt (c) tal-paragrafu 1 qabel id-data tal-adeżjoni huma soġġetti għal dik il-proċedura irrispettivament mill-fatt li fil-perijodu tal-eżami l-Kroazja tkun diġà saret membru tal-Unjoni.

3.

Deċiżjoni tal-Kummissjoni li toġġezzjona għal miżura, fit-tifsira tal-punt (c) tal-paragrafu 1, għandha titqies bħala deċiżjoni sabiex jingħata bidu għall-proċedura ta' investigazzjoni formali fit-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1) (issa l-Artikolu 108 tat-TFUE).

Jekk tali deċiżjoni tittieħed qabel id-data tal-adeżjoni, id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ biss fid-data tal-adeżjoni.

3.   AGRIKOLTURA

(a)   Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Parti Tlieta, Titolu III, Agrikoltura u Sajd

1.

L-istokkijiet pubbliċi miżmumin fid-data tal-adeżjoni mill-Kroazja u li jirriżultaw mill-politika tagħha ta' appoġġ għas-suq għandhom jiġu ttrasferiti lill-Unjoni bil-valur li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1)(d) u l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 tal-21 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (EAGF) tal-miżuri ta' intervent taħt forma ta' operazzjonijiet ta' ħżin pubbliku u l-kontabilità tal-operazzjonijiet ta' ħżin pubbliku mill-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri (2). L-istokkijiet imsemmija għandhom jiġu ttrasferiti biss bil-kondizzjoni li l-intervent pubbliku għall-prodotti inkwistjoni jiġi operat fl-Unjoni u li l-istokkijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' intervent tal-Unjoni.

2.

Għal kwalunkwe stokkijiet, kemm jekk privati jew pubbliċi, f'ċirkolazzjoni libera fid-data tal-adeżjoni fil-Kroazja u li jaqbżu l-livell ta' dak li jista' jitqies bħala riport normali ta' stokk, il-Kroazja għandha tiġi imposta pagament għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

L-ammont tal-pagament għandu jkun fiss f'livell li jirrifletti l-ispiża relatata mal-effetti tal-istokk żejjed fis-swieq ta' prodotti agrikoli.

Il-livell tal-istokk żejjed għandu jiġi ddeterminat għal kull prodott b'kont meħud tal-karatteristiċi ta' kull prodott u s-swieq rilevanti kif ukoll tal-leġislazzjoni tal-Unjoni applikabbli għalih.

3.

L-istokkijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitnaqqsu mill-kwantità li taqbeż ir-riport normali tal-istokkijiet.

4.

Il-Kummissjoni għandha timplimenta u tapplika l-arranġamenti deskritti fil-paragrafi 1 sa 3 f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (3) jew, kif adatt, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 jew il-proċedura ta' kumitat rilevanti kif iddeterminat fil-leġislazzjoni applikabbli).

(b)   Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Parti Tlieta, Titolu VII, Kapitolu 1, Regoli dwar il-kompetizzjoni

Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri dwar l-għajnuna eżistenti previsti fl-Artikolu 108 tat-TFUE, skemi ta' għajnuna u għajnuna individwali mogħtija għal attivitajiet marbutin mal-produzzjoni ta' u l-kummerċ fi prodotti elenkati fl-Anness I għat-TUE u t-TFUE, bl-eċċezzjoni ta' prodotti tas-sajd u prodotti derivati minnhom, li jkunu bdew jitwettqu fil-Kroazja qabel id-data tal-adeżjoni u li jkunu għadhom applikabbli wara dik id-data, għandhom jitqiesu bħala għajnuna eżistenti fit-tifsira tal-Artikolu 108(1) tat-TFUE soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

il-miżuri ta' għajnuna għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni fi żmien perjodu ta’ erba' xhur mid-data tal-adeżjoni. Din il-komunikazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar il-bażi legali għal kull miżura. Miżuri ta' għajnuna eżistenti u pjani sabiex tingħata jew tinbidel għajnuna kkomunikati lill-Kummissjoni qabel id-data tal-adeżjoni għandhom jitqiesu bħallikieku ġew ikkomunikati fid-data tal-adeżjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta' tali l-għajnuna.

Dawk il-miżuri ta' għajnuna għandhom jitqiesu bħala għajnuna “eżistenti” fit-tifsira tal-Artikolu 108(1) tat-TFUE għal perijodu ta' tliet snin mid-data tal-adeżjoni.

Fi żmien tliet snin mid-data tal-adeżjoni l-Kroazja għandha, fejn meħtieġ, temenda dawn il-miżuri ta' għajnuna sabiex jikkonformaw mal-linji gwida applikati mill-Kummissjoni. Wara dak il-perijodu, kwalunkwe għajnuna li tinsab li tkun inkompatibbli ma' dawk il-linji gwida għandha titqies bħala għajnuna ġdida.

4.   SAJD

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Parti Tlieta, Titolu VII, Kapitolu 1, Regoli dwar il-kompetizzjoni

Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri dwar l-għajnuna eżistenti previsti fl-Artikolu 108 tat-TFUE, skemi ta' għajnuna u għajnuna individwali mogħtija għal attivitajiet marbutin mal-produzzjoni u l-kummerċ ta' prodotti tas-sajd u prodotti derivati minnhom elenkati fl-Anness I għat-TUE u t-TFUE, li daħlu fis-seħħ fil-Kroazja qabel id-data tal-adeżjoni u li jkunu għadhom applikabbli wara dik id-data, għandhom jitqiesu bħala għajnuna eżistenti fit-tifsira tal-Artikolu 108(1) tat-TFUE soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

il-miżuri ta' għajnuna għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni fi żmien perijodu ta’ erba' xhur mid-data tal-adeżjoni. Din il-komunikazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar il-bażi legali għal kull miżura. Miżuri ta' għajnuna eżistenti u pjani sabiex jingħataw jew jinbidlu għajnuniet li jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni qabel id-data tal-adeżjoni għandhom jitqiesu bħallikieku ġew ikkomunikati fid-data tal-adeżjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta' dawn l-għajnuniet.

Dawk il-miżuri ta' għajnuna għandhom jitqiesu bħala għajnuna “eżistenti” fit-tifsira tal-Artikolu 108(1) tat-TFUE matul perijodu ta' tliet snin mid-data tal-adeżjoni.

Fi żmien tliet snin mid-data tal-adeżjoni il-Kroazja għandha, fejn meħtieġ, temenda dawn il-miżuri ta' għajnuna sabiex jikkonformaw mal-linji gwida applikati mill-Kummissjoni. Wara dak il-perijodu, kwalunkwe għajnuna li tinsab li tkun inkompatibbli ma' dawk il-linji gwida għandha titqies bħala għajnuna ġdida.

5.   UNJONI DOGANALI

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Parti Tlieta, Titolu II, Moviment Liberu tal-Merkanzija, Kapitolu 1, L-Unjoni doganali

31992 R 2913: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).

31993 R 2454: Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 għandhom japplikaw għall-Kroazja soġġett għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin.

PROVA TA' STATUS TAL-UNJONI (KUMMERĊ FL-UNJONI MKABBRA)

1.

Minkejja l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, il-merkanzija li fid-data tal-adeżjoni tkun tinsab maħżuna temporanjament jew taħt xi wieħed mit-trattamenti u proċeduri doganali msemmija fl-Artikolu 4(15)(b) u (16)(b) sa (h) ta' dak ir-Regolament fl-Unjoni mkabbra, jew li tkun qiegħda tiġi trasportata wara li kienet soġġetta għall-formalitajiet tal-esportazzjoni fl-Unjoni mkabbra, għandha tkun ħielsa mid-dazji doganali u miżuri doganali oħrajn meta tiġi ddikjarata għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni mkabbra bil-kondizzjoni li jiġi ppreżentat wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

prova tal-oriġini preferenzjali maħruġa kif suppost jew kompilata qabel id-data tal-adeżjoni taħt il-FSA;

(b)

kwalunkwe wieħed mill-mezzi ta' prova ta' status tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 314c tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2454/93;

(c)

carnet tal-ATA maħruġ qabel id-data tal-adeżjoni fi Stat Membru attwali jew fil-Kroazja.

2.

Għall-fini tal-ħruġ tal-provi msemmija fil-paragrafu 1(b), b'referenza għas-sitwazzjoni fid-data tal-adeżjoni u flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, "merkanzija Komunitarja" għandha tfisser merkanzija:

miksuba interament fit-territorju tal-Kroazja b'kondizzjonijiet identiċi għal dawk tal-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 u li ma tinkorporax merkanzija importata minn pajjiżi jew territorji oħrajn;

importata minn pajjiżi jew territorji oħra ħlief il-Kroazja, u rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Kroazja; jew

miksuba jew prodotta fil-Kroazja, jew minn merkanzija msemmija fit-tieni inċiż biss jew minn merkanzija msemmija fl-ewwel u fit-tieni inċiż.

3.

Għall-finijiet tal-verifika tal-provi msemmija fil-paragrafu 1(a) hawn fuq, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-definizzjoni ta' "prodotti oriġinarji" u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva taħt il-FSA. It-talbiet għal verifika sussegwenti ta' tali provi għandhom ikunu aċċettati mill-awtoritajiet doganali kompetenti tal-Istati Membri attwali u tal-Kroazja għal perijodu ta' tliet snin mill-ħruġ jew il-kompilazzjoni tal-prova tal-oriġini kkonċernata u jistgħu jsiru minn dawk l-awtoritajiet għal perijodu ta' tliet snin wara li tkun ġiet aċċettata l-prova tal-oriġini b'appoġġ għal dikjarazzjoni ta' ċirkolazzjoni libera.

PROVA TAL-ORIĠINI PREFERENZJALI (KUMMERĊ MA' PAJJIŻI TERZI, INKLUŻA T-TURKIJA, FIL-QAFAS TAL-FTEHIM PREFERENZJALI DWAR L-AGRIKOLTURA, IL-FAĦAM U PRODOTTI TAL-AZZAR)

4.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' kwalunkwe miżura li tirriżulta mill-politika kummerċjali komuni, il-prova tal-oriġini maħruġa kif suppost minn pajjiżi terzi jew kompilata fil-qafas ta' ftehimiet preferenzjali konklużi mill-Kroazja ma' dawk il-pajjiżi terzi għandha tiġi aċċettata fil-Kroazja, dment li:

(a)

l-akkwist ta' din l-oriġini jikkonferixxi trattament tariffarju preferenzjali abbażi tal-miżuri tariffarji preferenzjali li jinsabu fi ftehimiet jew f'arranġamenti li l-Unjoni tkun ikkonkludiet ma' dawk il-pajjiżi terzi jew gruppi ta' pajjiżi terzi jew li adottat fir-rigward tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 20(3)(d) u (e) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92;

(b)

il-prova tal-oriġini u d-dokumenti tat-trasport ikunu nħarġu jew ġew kompilati mhux aktar tard mill-jum ta' qabel id-data tal-adeżjoni; u

(c)

il-prova tal-oriġini tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali matul perijodu ta' erba' xhur wara d-data tal-adeżjoni.

Fejn il-merkanzija tkun ġiet dikjarata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Kroazja qabel id-data tal-adeżjoni, il-prova tal-oriġini maħruġa jew kompilata retrospettivament skont ftehimiet preferenzjali fis-seħħ fid-data għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tista' tiġi aċċettata wkoll fil-Kroazja, dment li tali prova tal-oriġini tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali matul il-perijodu ta' erba' xhur mid-data tal-adeżjoni.

5.

Il-Kroazja hija awtorizzata li żżomm l-awtorizzazzjonijiet li bihom ġie mogħti l-istatus ta' "esportaturi approvati" fil-qafas ta' ftehimiet konklużi ma' pajjiżi terzi, dment li:

(a)

tali dispożizzjoni hija prevista wkoll fil-ftehimiet jew arranġamenti li l-Unjoni tkun ikkonkludiet ma', jew adottat fir-rigward ta’, dawk il-pajjiżi terzi jew gruppi ta' pajjiżi terzi qabel id-data tal-adeżjoni; u

(b)

l-esportaturi approvati japplikaw ir-regoli tal-oriġini previsti f'dawk il-ftehimiet jew arranġamenti.

Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu sostitwiti mill-Kroazja, mhux aktar tard minn sena mid-data tal-adeżjoni, b'awtorizzazzjonijiet ġodda maħruġin skont il-kondizzjonijiet tal-leġislazzjoni tal-Unjoni.

6.

Għall-fini tal-verifika tal-prova msemmija fil-paragrafu 4, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-definizzjoni ta' "prodotti oriġinarji" u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva tal-ftehimiet jew l-arranġamenti rilevanti. It-talbiet għal verifika sussegwenti ta' tali prova għandhom ikunu aċċettati mill-awtoritajiet doganali kompetenti tal-Istati Membri attwali u tal-Kroazja għal perijodu ta' tliet snin wara l-ħruġ jew il-kompilazzjoni tal-prova tal-oriġini kkonċernata u jistgħu jsiru minn dawk l-awtoritajiet għal perijodu ta' tliet snin wara li tkun ġiet aċċettata l-prova tal-oriġini b'appoġġ għal dikjarazzjoni ta' ċirkolazzjoni libera.

7.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' kwalunkwe miżura li tirriżulta mill-politika kummerċjali komuni, il-prova tal-oriġini maħruġa jew kompilata retrospettivament minn pajjiżi terzi fil-qafas ta' ftehimiet jew arranġamenti preferenzjali li l-Unjoni tkun ikkonkludiet ma', jew adottat fir-rigward ta' dawn il-pajjiżi terzi għandha tkun aċċettata fil-Kroazja għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' merkanzija li fid-data tal-adeżjoni tkun qiegħda tiġi trasportata jew tkun f'ħażna temporanja, f'maħżen doganali jew f'żona ħielsa f'wieħed minn dawn il-pajjiżi terzi jew fil-Kroazja, dment li l-Kroazja ma kellha l-ebda ftehim ta' kummerċ ħieles fis-seħħ mal-pajjiż terz, għall-prodotti kkonċernati, fil-mument meta d-dokumenti tat-trasport ikunu nħarġu, u dment li:

(a)

l-akkwist ta' din l-oriġini jikkonferixxi trattament tariffarju preferenzjali abbażi tal-miżuri tariffarji preferenzjali li jinsabu fi ftehimiet jew f'arranġamenti li l-Unjoni tkun ikkonkludiet ma' pajjiżi terzi jew gruppi ta' pajjiżi terzi, jew li adottat fir-rigward tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 20(3)(d) u (e) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92;

(b)

id-dokumenti tat-trasport ikunu nħarġu mhux aktar tard mill-jum ta' qabel id-data tal-adeżjoni; u

(c)

il-prova tal-oriġini maħruġa jew kompilata retrospettivament tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali fi żmien perijodu ta’ erba' xhur mid-data tal-adeżjoni.

8.

Għall-fini tal-verifika tal-provi msemmija fil-paragrafu 7, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-definizzjoni ta' "prodotti oriġinarji" u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva tal-ftehimiet jew l-arranġamenti rilevanti.

PROVA TA' STATUS SKONT ID-DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IĊ-ĊIRKOLAZZJONI LIBERA GĦAL PRODOTTI INDUSTRIJALI FL-UNJONI DOGANALI UE-TURKIJA

9.

Il-prova tal-oriġini maħruġa kif suppost mit-Turkija jew mill-Kroazja jew kompilata fil-qafas ta' ftehimiet ta' kummerċ preferenzjali applikati bejniethom u li jipprevedu l-projbizzjoni tar-restituzzjoni, jew eżenzjoni minn, dazji doganali fuq il-merkanzija konċernata għandha tkun aċċettata fil-pajjiżi rispettivi bħala prova ta' status skont id-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċirkolazzjoni libera għal prodotti industrijali, stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni KE-Turkija tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar l-implimentazzjoni tal-fażi finali ta' l-Unjoni Doganali (4) (minn issa "id-Deċiżjoni Nru 1/95"), dment li:

(a)

il-prova tal-oriġini u d-dokumenti tat-trasport ikunu nħarġu jew ġew kompilati mhux aktar tard mill-jum ta' qabel id-data tal-adeżjoni; u

(b)

il-prova tal-oriġini tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali fi żmien perijodu ta' erba' xhur mid-data tal-adeżjoni.

Fejn il-merkanzija tkun ġiet iddikjarata għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fit-Turkija jew fil-Kroazja, qabel id-data tal-adeżjoni, fil-qafas ta' ftehimiet ta' kummerċ preferenzjali msemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-prova tal-oriġini maħruġa jew kompilata retrospettivament skont dawk il-ftehimiet tista' wkoll tiġi aċċettata dment li tiġi preżentata lill-awtoritajiet doganali fi żmien perijodu ta' erba' xhur mid-data tal-adeżjoni.

10.

Għall-fini tal-verifika tal-prova msemmija fil-paragrafu 9, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-definizzjoni ta' "prodotti oriġinarji" u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva tal-ftehimiet preferenzjali rilevanti. It-talbiet għal verifika sussegwenti ta' tali prova għandhom ikunu aċċettati mill-awtoritajiet doganali kompetenti tal-Istati Membri attwali u tal-Kroazja għal perijodu ta' tliet snin wara l-ħruġ jew il-kompilazzjoni tal-prova tal-oriġini kkonċernata u jistgħu jsiru minn dawk l-awtoritajiet għal perijodu ta' tliet snin wara li tkun ġiet aċċettata l-prova tal-oriġini b'appoġġ għal dikjarazzjoni ta' ċirkolazzjoni libera.

11.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' kwalunkwe miżura li tirriżulta mill-politika kummerċjali komuni, għandu jiġi aċċettat fil-Kroazja ċertifikat ta' moviment A.TR maħruġ skont id-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċirkolazzjoni libera għal prodotti industrijali, stabbilit fid-Deċiżjoni Nru 1/95, għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' merkanzija li fid-data tal-adeżjoni tkun qiegħda tiġi trasportata wara li tkun ġiet soġġetta għall-formalitajiet ta' esportazzjoni fl-Unjoni jew fit-Turkija, jew li tkun qiegħda f'ħażna temporanja jew skont xi proċedura doganali msemmija fl-Artikolu 4(16)(b) sa (h) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 fit-Turkija jew fil-Kroazja, dment li:

(a)

ma tiġi ppreżentata l-ebda prova tal-oriġini msemmija fil-paragrafu 9 għall-merkanzija kkonċernata;

(b)

il-merkanzija tikkonforma mal-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċirkolazzjoni libera għal prodotti industrijali;

(c)

id-dokumenti tat-trasport ikunu nħarġu mhux aktar tard mill-jum ta' qabel id-data tal-adeżjoni; u

(d)

iċ-ċertifikat ta' moviment A.TR jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet doganali fi żmien erba' xhur mid-data tal-adeżjoni.

12.

Għall-fini tal-verifika taċ-ċertifikati ta' moviment A.TR imsemmija fil-paragrafu 11, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar il-ħruġ ta' ċertifikati ta' moviment A.TR u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva skont Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni Doganali KE-Turkija tas-26 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija (5).

PROĊEDURI DOGANALI

13.

Il-ħażna temporanja u l-proċeduri doganali msemmija fl-Artikolu 4(16)(b) sa (h) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li bdew qabel l-adeżjoni għandhom jintemmu jew jitwettqu skont il-kondizzjonijiet tal-leġislazzjoni tal-Unjoni.

Fejn it-tmiem jew ir-rilaxx jagħti lok għal dejn doganali, l-ammont ta' dazju tal-importazzjoni li għandu jitħallas għandu jkun dak fis-seħħ meta sar id-dejn doganali f'konformità mat-Tariffa Doganali Komuni u l-ammont imħallas għandu jitqies bħala parti mir-riżorsi proprji tal-Unjoni.

14.

Il-proċeduri li jirregolaw it-tqegħid f'imħażen doganali stabbiliti fl-Artikoli 84 sa 90 u 98 sa 113 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 u l-Artikoli 496 sa 535 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 għandhom japplikaw għall-Kroazja soġġett għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:

fejn l-ammont tad-dejn doganali jkun iddeterminat abbażi tan-natura tal-merkanzija importata u fejn id-dikjarazzjoni li tqiegħed il-merkanzija taħt il-proċedura tkun ġiet aċċettata qabel id-data tal-adeżjoni, il-klassifikazzjoni tariffarja, il-kwantità, il-valur għall-finijiet doganali u l-oriġini tal-merkanzija importata fil-mument li tkun ġiet imqiegħda taħt il-proċedura għandhom jirriżultaw mil-leġislazzjoni applikabbli fil-Kroazja fid-data li fiha d-dikjarazzjoni tkun ġiet aċċettata mill-awtoritajiet doganali.

15.

Il-proċeduri li jirregolaw l-ipproċessar attiv stabbiliti fl-Artikoli 84 sa 90 u 114 sa 129 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 u l-Artikoli 496 sa 523 u 536 sa 550 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 għandhom japplikaw għall-Kroazja soġġett għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:

fejn l-ammont tad-dejn doganali jkun iddeterminat abbażi tan-natura tal-merkanzija importata u fejn id-dikjarazzjoni li tqiegħed il-merkanzija taħt il-proċedura tkun ġiet aċċettata qabel id-data tal-adeżjoni, il-klassifikazzjoni tariffarja, il-kwantità, il-valur għall-finijiet doganali u l-oriġini tal-merkanzija importata fil-mument li tkun ġiet imqiegħda taħt il-proċedura għandhom jirriżultaw mil-leġislazzjoni applikabbli fil-Kroazja fid-data li fiha d-dikjarazzjoni tkun ġiet aċċettata mill-awtoritajiet doganali;

fejn ir-rilaxx iwassal għal dejn doganali, sabiex tinżamm l-ekwità bejn id-detenturi ta' awtorizzazzjonijiet stabbiliti fl-Istati Membri attwali u dawk fil-Kroazja, għandu jitħallas imgħax kumpensattiv fuq id-dazji tal-importazzjoni dovuti skont il-kondizzjonijiet tal-leġislazzjoni tal-Unjoni mid-data tal-adeżjoni;

jekk id-dikjarazzjoni għall-ipproċessar attiv tkun ġiet aċċettata taħt sistema ta' restituzzjoni, ir-restituzzjoni għandha ssir skont il-kondizzjonijiet tal-leġislazzjoni tal-Unjoni, mill-Kroazja u bi spejjeż tagħha, fejn id-dejn doganali li għalih tintalab ir-restituzzjoni jkun sar qabel id-data tal-adeżjoni.

16.

Il-proċeduri li jirregolaw l-importazzjoni temporanja stabbiliti fl-Artikoli 84 sa 90 u 137 sa 144 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 u l-Artikoli 496 sa 523 u 553 sa 584 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 għandhom japplikaw għall-Kroazja soġġett għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:

fejn l-ammont tad-dejn doganali jkun iddeterminat abbażi tan-natura tal-merkanzija importata u fejn id-dikjarazzjoni li tqiegħed il-merkanzija taħt il-proċedura tkun ġiet aċċettata qabel id-data tal-adeżjoni, il-klassifikazzjoni tariffarja, il-kwantità, il-valur għall-finijiet doganali u l-oriġini tal-merkanzija importata fil-mument li tkun ġiet imqiegħda taħt il-proċedura għandhom jirriżultaw mil-leġislazzjoni applikabbli fil-Kroazja fid-data li fiha d-dikjarazzjoni tkun ġiet aċċettata mill-awtoritajiet doganali;

fejn ir-rilaxx iwassal għal dejn doganali, sabiex tinżamm l-ekwità bejn id-detenturi ta' awtorizzazzjonijiet stabbiliti fl-Istati Membri attwali u dawk fil-Kroazja, għandu jitħallas imgħax kumpensattiv fuq id-dazji tal-importazzjoni dovuti skont il-kondizzjonijiet tal-leġislazzjoni tal-Unjoni mid-data tal-adeżjoni.

17.

Il-proċeduri li jirregolaw l-ipproċessar passiv stabbiliti fl-Artikoli 84 sa 90 u 145 sa 160 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 u l-Artikoli 496 sa 523 u 585 sa 592 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 għandhom japplikaw għall-Kroazja soġġett għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 591 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 għandu japplika mutatis mutandis għal merkanzija esportata temporanjament li tkun ġiet esportata temporanjament mill-Kroazja qabel id-data tal-adeżjoni.

DISPOŻIZZJONIJIET OĦRAJN

18.

L-awtorizzazzjonijiet li jkunu ngħataw mill-Kroazja qabel id-data tal-adeżjoni għall-użu tal-proċeduri doganali msemmija fl-Artikolu 4(16)(d), (e) u (g) jew l-istatus tal-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati msemmija fl-Artikolu 5a(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 għandhom ikunu validi sal-aħħar tal-validità tagħhom jew sa sena mid-data tal-adeżjoni, skont liema tiġi l-ewwel.

19.

Il-proċeduri li jirregolaw il-ħolqien ta' dejn doganali, l-entrati fil-kotba tal-kontijiet u l-irkupru wara r-rilaxx tal-merkanzija stabbiliti fl-Artikoli 201 sa 232 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 u l-Artikoli 859 sa 876a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 għandhom japplikaw għall-Kroazja soġġett għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:

l-irkupru għandu jsir skont il-kondizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni. Madanakollu, fejn id-dejn doganali jkun sar qabel id-data tal-adeżjoni, l-irkupru għandu jsir mill-Kroazja, u favur tagħha, skont il-kondizzjonijiet fis-seħħ fil-Kroazja qabel l-adeżjoni.

20.

Il-proċeduri li jirregolaw il-ħlas lura u l-maħfra ta' dazju stabbiliti fl-Artikoli 235 sa 242 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 u l-Artikoli 877 sa 912 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 għandhom japplikaw għall-Kroazja soġġett għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:

il-ħlas lura u l-maħfra tad-dazji għandhom isiru skont il-kondizzjonijiet tal-leġislazzjoni tal-Unjoni. Madankollu, fejn id-dazji li għalihom issir talba sabiex jiġu mħallsa lura jew maħfura jkunu jirrigwardaw dejn doganali li jkun sar qabel id-data tal-adeżjoni, il-ħlas lura u l-maħfra tad-dazji għandhom isiru mill-Kroazja, u għas-spejjeż tagħha, skont il-kondizzjonijiet fis-seħħ fil-Kroazja qabel l-adeżjoni.


(1)  ĠU L 83, 27.3.99, p. 1.

(2)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35 u ĠU L 326 M, 10.12.2010, p. 70.

(3)  ĠU L 209, 11.08.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 35, 13.2.1996, p. 1.

(5)  ĠU L 265, 26.9.2006, p. 18.

Appendiċi għall-ANNESS IV

Lista ta' miżuri ta' għajnuna eżistenti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1tal-mekkaniżmu eżistenti ta' għajnuna previst fit-Taqsima 2 (“Politika tal-kompetizzjoni”)

Nota:

Il-miżuri ta' għajnuna elenkati f'dan l-Appendiċi għandhom jitqiesu biss bħala għajnuna eżistenti għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' għajnuna eżistenti stabbilit fit-Taqsima 2 sa fejn dawn jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 1 tiegħu.

Numru ta’ Reġistrazzjoni

Titolu (oriġinali)

Data ta' approvazzjoni mill-Aġenzija Kroata tal-Kompetizzjoni

Tul ta' żmien

Stat Membru

Nru

Sena

HR

1

2011

Zakon o slobodnim zonama (NN 44/96, 92/05, 85/08)

17/06/2008

31/12/2016

HR

3

2011

Zakon o Hrvatskoj radioteleviziji (NN 137/10)

21/10/2010

Mingħajr limitu

HR

4

2011

Odluka o otvorenosti Zračne luke Osijek d.o.o. u razdoblju od 2009. do 2013. godine, od 20. veljače 2009. i 24. travnja 2009.

25/05/2009

31/12/2013

HR

5

2011

Program financiranja nakladništva od 2011. do 2013.

10/02/2011

31/12/2013

HR

6

2011

Naknadno odobrenje državnih potpora poduzetniku Rockwool Adriatic d.o.o.

30/12/2010

31/12/2015

HR

9

2011

Zakon o znanstvenoj djelatnosti i visokom obrazovanju

(NN 123/03, 198/03, 105/04, 174/04, 46/07)

01/02/2007

31/12/2014

HR

10

2011

Odluka o obvezi otvorenosti Zračne luke Rijeka d.o.o. za javni zračni promet u razdoblju od 2010. do 2014., od 25. siječnja 2010. i 3. studenoga 2010.

10/03/2011

31/12/2014

ANNESS V

Lista msemmija fl-Artikolu 18 tal-Att tal-Adeżjoni: miżuri transitorji

1.   MOVIMENT LIBERU TAL-MERKANZIJA

32001 L 0083: Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

B'deroga mir-rekwiżiti ta' kwalità, sikurezza u effiċjenza stabbilita fid-Direttiva 2001/83/KE, l-awtorizzazzjonijiet għal tqegħid fis-suq għal prodotti mediċinali, li mhumiex soġġetti għall-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (1) u li mhumiex fil-lista (fl-Appendiċi għal dan l-Anness kif ipprovduta mill-Kroazja) maħruġa taħt il-liġi Kroata qabel id-data tal-adeżjoni għandhom jibqgħu validi sakemm jiġġeddu konformement mal-acquis tal-Unjoni jew sa erba' snin mid-data tal-adeżjoni, skont liema waħda tiġi l-ewwel.

L-awtorizzazzjonijiet għal tqegħid fis-suq koperti b'din id-deroga m'għandhomx jibbenefikaw minn rikonoxximent reċiproku fl-Istati Membri sakemm dawn il-prodotti ma kinux ġew awtorizzati skont id-Direttiva 2001/83/KE.

L-awtorizzazzjonijiet nazzjonali għal tqegħid fis-suq mogħtija skont il-liġi nazzjonali qabel l-adeżjoni u mhux koperti b'din id-deroga u kull awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq għandha, mid-data tal-adeżjoni, tkun f'konformità mad-Direttiva 2001/83/KE.

2.   MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

31996 L 0071: Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).

32004 L 0038: Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familji tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

32011 R 0492: Regolament (KE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1).

1.

L-Artikolu 45 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tat-TFUE għandhom japplikaw fl-intier biss, fir-rigward tal-libertà ta' moviment tal-ħaddiema u l-libertà tal-provvista ta' servizzi li jinvolvu l-moviment temporanju ta' ħaddiema kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 96/71/KE, bejn il-Kroazja minn naħa waħda u kull wieħed mill-Istati Membri attwali min-naħa l-oħra, soġġett għad-dispożizzjonijiet transitorji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 13.

2.

B'deroga mill-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 u sal-aħħar tal-perijodu ta' sentejn wara d-data tal-adeżjoni, l-Istati Membri attwali ser japplikaw il-miżuri nazzjonali, jew dawk li jirriżultaw minn ftehimiet bilaterali, sabiex jirregolaw l-aċċess għas-swieq tax-xogħol tagħhom minn ċittadini Kroati. L-Istati Membri attwali jistgħu jkomplu japplikaw dawn il-miżuri sal-aħħar tal-perijodu ta' ħames snin wara d-data tal-adeżjoni.

Ċittadini Kroati li jkunu jaħdmu legalment f'xi Stat Membru attwali fid-data tal-adeżjoni u ammessi fis-suq tax-xogħol ta' dak l-Istat Membru għal perijodu mingħajr interruzzjoni ta' 12-il xahar jew aktar għandhom igawdu aċċess għas-suq tax-xogħol ta' dak l-Istat Membru iżda mhux għas-suq tax-xogħol ta' Stati Membri oħra li japplikaw il-miżuri nazzjonali.

Ċittadini Kroati ammessi fis-suq tax-xogħol ta' Stat Membru attwali wara l-adeżjoni għal perijodu mingħajr interruzzjoni ta' 12-il xahar jew aktar għandhom ukoll igawdu l-istess drittijiet.

Iċ-ċittadini Kroati msemmijin fit-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom jitilfu d-drittijiet li imsemmija f'dawk is-subparagrafi jekk huma jitilqu volontarjament mis-suq tax-xogħol tal-Istat Membru attwali inkwistjoni.

Ċittadini Kroati li jkunu jaħdmu legalment fi Stat Membru attwali fid-data tal-adeżjoni, jew matul perijodu li fih ikunu applikati miżuri nazzjonali, u li kienu ammessi fis-suq tax-xogħol ta' dak l-Istat Membru għal perijodu ta' inqas minn 12-il xahar m'għandhomx igawdu mid-drittijiet imsemmija fit-tieni u fit-tielet subparagrafi.

3.

Qabel it-tmiem tal-perijodu ta' sentejn wara d-data tal-adeżjoni, il-Kunsill għandu jirrevedi l-funzjonament tad-dispożizzjonijiet transitorji stabbiliti fil-paragrafu 2, abbażi ta' rapport mill-Kummissjoni.

Hekk kif din ir-reviżjoni titlesta, u mhux aktar tard mill-aħħar tal-perijodu ta' sentejn wara d-data tal-adeżjoni, l-Istati Membri attwali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar jekk humiex sejrin ikomplu japplikaw il-miżuri nazzjonali jew il-miżuri li jirriżultaw minn ftehimiet bilaterali, jew jekk humiex sejrin japplikaw l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 minn dakinhar 'il quddiem. Fin-nuqqas ta' din in-notifika, għandhom japplikaw l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011.

4.

Fuq talba tal-Kroazja, tista' ssir reviżjoni oħra. Għandha tapplika l-proċedura msemmija fil-paragrafu 3 u din għandha tiġi kompletata fi żmien sitt xhur minn meta tasal it-talba tal-Kroazja.

5.

Stat Membru li jibqa' jżomm il-miżuri nazzjonali jew il-miżuri li jirriżultaw minn ftehimiet bilaterali fl-aħħar tal-perijodu ta' ħames snin imsemmi fil-paragrafu 2 jista', f'każ ta' disturbi serji tas-suq tax-xogħol tiegħu jew ta' theddida tagħhom u wara li jinnotifika lill-Kummissjoni, ikompli japplika dawn il-miżuri sal-aħħar tal-perijodu ta' seba' snin wara d-data tal-adeżjoni. Fin-nuqqas ta' din in-notifika, għandhom japplikaw l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011.

6.

Matul il-perijodu ta' seba' snin wara d-data tal-adeżjoni, dawk l-Istati Membri li fihom, bis-saħħa tal-paragrafi 3, 4 jew 5, japplikaw l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 fir-rigward ta' ċittadini Kroati, u li joħorġu permessi tax-xogħol lil ċittadini tal-Kroazja għall-finijiet ta' monitoraġġ matul dan il-perijodu, ser jagħmlu dan awtomatikament.

7.

Dawk l-Istati Membri li fihom, bis-saħħa tal-paragrafi 3, 4 jew 5, japplikaw l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru 492/2011 fir-rigward ta' ċittadini Kroati, jistgħu jirrikorru għall-proċeduri stabbiliti fit-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu sal-aħħar tal-perijodu ta' seba' snin wara d-data tal-adeżjoni.

Meta xi Stat Membru msemmi fl-ewwel subparagrafu jġarrab jew jipprevedi disturbi fis-suq tax-xogħol tiegħu li jistgħu jheddu serjament l-istandard tal-għixien jew il-livell tal-impjiegi f'xi reġjun jew f'xi okkupazzjoni partikolari, dak l-Istat Membru għandu jinforma b'dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn u għandu jipprovdilhom id-dettalji rilevanti kollha. Abbażi ta' din l-informazzjoni, l-Istat Membru jista' jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiddikjara li l-applikazzjoni tal-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 hija sospiża kompletament jew parzjalment sabiex tiġi normalizzata mill-ġdid is-sitwazzjoni f'dak ir-reġjun jew f'dik l-okkupazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar is-sospensjoni u dwar it-tul ta' żmien u l-kamp ta' applikazzjoni tagħha mhux aktar tard minn ġimagħtejn wara li tirċievi din it-talba u għandha tinnotifika lill-Kunsill bid-deċiżjoni tagħha. Kwalunkwe Stat Membru jista', fi żmien ġimagħtejn mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, jitlob lill-Kunsill sabiex iħassar jew jemenda dik id-deċiżjoni. Il-Kunsill għandu jaġixxi, b'maġġoranza kwalifikata, fuq din it-talba fi żmien ġimgħatejn.

Stat Membru msemmi fl-ewwel subparagrafu jista', f'każijiet urġenti u eċċezzjonali, jissospendi l-applikazzjoni tal-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, u jagħti notifika motivata ex post lill-Kummissjoni.

8.

Dment li l-applikazzjoni tal-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tkun sospiża bis-saħħa tal-paragrafi 2 sa 5 u 7 hawn fuq, għandu japplika fil-Kroazja l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2004/38/KE fir-rigward ta' ċittadini tal-Istati Membri attwali, u fl-Istati Membri attwali fir-rigward ta' ċittadini Kroati, skont il-kondizzjonijiet li ġejjin, għal dak li jirrigwarda d-dritt tal-membri tal-familja tal-ħaddiema li jiksbu impjieg:

il-konjuġi ta' ħaddiem u d-dixxendenti tagħhom li huma taħt il-21 sena jew huma dipendenti, li jirrisjedu legalment mal-ħaddiem fit-territorju ta' Stat Membru fid-data tal-adeżjoni, għandhom ikollhom, mal-adeżjoni, aċċess immedjat għas-suq tax-xogħol ta' dak l-Istat Membru. Dan ma japplikax għall-membri tal-familja ta' ħaddiem ammess legalment fis-suq tax-xogħol ta' dak l-Istat Membru għal perijodu ta' inqas minn 12-il xahar;

il-konjuġi ta' ħaddiem u d-dixxendenti tagħhom li huma taħt il-21 sena jew huma dipendenti, li jirrisjedu legalment mal-ħaddiem fit-territorju ta' Stat Membru minn data li tiġi wara d-data tal-adeżjoni, iżda matul il-perijodu li fih japplikaw id-dispożizzjonijiet transitorji stabbiliti hawn fuq, għandhom ikollhom aċċess għas-suq tax-xogħol tal-Istat Membru konċernat ladarba jkunu ilhom residenti fl-Istat Membru konċernat għal mill-inqas tmintax-il xahar jew mit-tielet sena wara d-data tal-adeżjoni, skont liema tiġi l-ewwel.

Dawn id-dispożizzjonijiet m'għandhomx jippreġudikaw miżuri aktar favorevoli, kemm jekk huma miżuri nazzjonali jew miżuri li jirriżultaw minn ftehimiet bilaterali.

9.

Sa fejn dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38/KE li jipprevalixxu fuq dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 68/360/KEE tal-15 ta' Ottubru 1968 dwar it-tneħħija ta' restrizzjonijiet fuq il-moviment u residenza fi ħdan il-Komunità għal ħaddiema ta' Stati Membri u l-familji tagħhom (2) ma jistgħux jiġu dissoċjati minn dawk tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 li l-applikazzjoni tagħhom hija differita skont il-paragrafi 2 sa 5 u 7 u 8, il-Kroazja u l-Istati Membri attwali jistgħu jidderogaw minn dawk id-dispożizzjonijiet sa fejn ikun meħtieġ għall-applikazzjoni tal-paragrafi 2 sa 5 u 7 u 8.

10.

Kull meta l-miżuri nazzjonali, jew dawk li jirriżultaw minn ftehimiet bilaterali, jiġu applikati mill-Istati Membri attwali bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet transitorji stabbiliti hawn fuq, il-Kroazja tista' żżomm fis-seħħ il-miżuri ekwivalenti fir-rigward taċ-ċittadini tal-Istat Membru jew Stati Membri inkwistjoni.

11.

Kwalunkwe Stat Membru attwali li japplika miżuri nazzjonali skont il-paragrafi 2 sa 5 u 7 sa 9, jista' jintroduċi, skont il-liġi nazzjonali, libertà ta' moviment akbar minn dik li tkun teżisti fid-data tal-adeżjoni, inkluż l-aċċess sħiħ għas-suq tax-xogħol. Mit-tielet sena wara d-data tal-adeżjoni, kwalunkwe Stat Membru attwali li japplika l-miżuri nazzjonali jista' f'kull waqt jiddeċiedi li minflok japplika l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011. Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din.

12.

Sabiex jiġu indirizzati disturbi serji jew it-theddida tagħhom f'setturi sensittivi u speċifiċi ta' servizzi fis-swieq tax-xogħol tal-Ġermanja u tal-Awstrija, li jistgħu jirriżultaw f'ċerti reġjuni mill-provvista transnazzjonali ta' servizzi, kif definita fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 96/71/KE, u dment li huma japplikaw bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet ta' transizzjoni stabbiliti hawn fuq, il-miżuri nazzjonali jew dawk li jirriżultaw minn ftehimiet bilaterali dwar il-libertà ta' moviment ta' ħaddiema Kroati, il-Ġermanja u l-Awstrija jistgħu, wara li jinnotifikaw lill-Kummissjoni, jidderogaw mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tat-TFUE bil-ħsieb li jillimitaw fil-kuntest tal-provvista ta' servizzi minn kumpanniji stabbiliti fil-Kroazja, il-moviment temporanju ta' ħaddiema li d-dritt tagħhom li jiksbu xogħol fil-Ġermanja u fl-Awstrija jkun soġġett għal miżuri nazzjonali.

Il-lista tas-setturi tas-servizzi li jistgħu jkunu koperti minn din id-deroga hija kif ġej:

fil-Ġermanja:

Settur

Kodiċi NACE (3), dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor

Kostruzzjoni, inklużi fergħat relatati

45.1 sa 4;

Attivitajiet elenkati fl-Anness għad-Direttiva 96/71/KE

Tindif industrijali

74.70 Tindif industrijali

Servizzi Oħrajn

74.87 L-attivitajiet ta' arredaturi biss

fl-Awstrija:

Settur

Kodiċi NACE (4), dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor

Attivitajiet ta' servizzi ortikulturali

01.41

Qtugħ, tinġir u tlestija tal-ġebla

26.7

Manifattura ta' strutturi tal-metall u ta' partijiet ta' strutturi

28.11

Kostruzzjoni, inklużi fergħat relatati

45.1 sa 4;

Attivitajiet elenkati fl-Anness għad-Direttiva 96/71/KE

Attivitajiet ta' sigurtà

74.60

Tindif industrijali

74.70

Kura infermjeristika fid-dar

85.14

Xogħol soċjali u attivitajiet mingħajr akkomodazzjoni

85.32

Jekk il-Ġermanja jew l-Awstrija jidderogaw mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tat-TFUE f'konformità mal-ewwel u mat-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, il-Kroazja tista', tieħu miżuri ekwivalenti wara li tinnotifika lill-Kummissjoni.

L-effett tal-applikazzjoni tal-paragrafu preżenti m'għandux jirriżulta f'kondizzjonijiet għall-moviment temporanju ta' ħaddiema fil-kuntest tal-provvista transnazzjonali ta' servizzi bejn il-Ġermanja jew l-Awstrija u l-Kroazja li huma aktar restrittivi minn dawk li jkunu fis-seħħ fid-data tal-iffirmar tat-Trattat tal-Adeżjoni.

13.

L-effett tal-applikazzjoni tal-paragrafi 2 sa 5 u 7 sa 11 m'għandux jirriżulta, għal ċittadini Kroati, f'kondizzjonijiet ta' aċċess iktar restrittiv għas-swieq tax-xogħol tal-Istati Membri attwali minn dawk li jkunu fis-seħħ fid-data tal-iffirmar tat-Trattat tal-Adeżjoni.

Minkejja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 12, l-Istati Membri attwali għandhom, matul kwalunkwe perijodu li fih jiġu applikati l-miżuri nazzjonali jew il-miżuri li jirriżultaw minn ftehimiet bilaterali, jagħtu preferenza lil ħaddiema li huma ċittadini tal-Istati Membri vis-à-vis ħaddiema li huma ċittadini ta' pajjiżi terzi fir-rigward tal-aċċess għas-suq tax-xogħol tagħhom.

Il-ħaddiema migranti Kroati u l-familji tagħhom li jirrisjedu u jaħdmu legalment fi Stat Membru ieħor jew ħaddiema migranti minn Stati Membri oħrajn u l-familji tagħhom li jirrisjedu u jaħdmu legalment fil-Kroazja m'għandhomx jiġu trattati b'mod iktar restrittiv minn dawk il-persuni minn pajjiżi terzi li jirrisjedu u jaħdmu f'dak l-Istat Membru jew fil-Kroazja rispettivament. Barra minn hekk, fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta' preferenza tal-Unjoni, ħaddiema migranti minn pajjiżi terzi li jirrisjedu u jaħdmu fil-Kroazja m'għandhomx jiġu trattati aħjar minn ċittadini tal-Kroazja.

3.   MOVIMENT LIBERU TAL-KAPITAL

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Minkejja l-obbligi taħt it-Trattati li fuqhom hi bbażata l-Unjoni Ewropea, il-Kroazja tista' żżomm fis-seħħ għal seba' snin mid-data tal-adeżjoni r-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Att tagħha dwar l-Artijiet Agrikoli (OG 152/08), kif ikun fis-seħħ fid-data tal-iffirmar tat-Trattat tal-Adeżjoni, fir-rigward tal-akkwist ta' artijiet agrikoli minn ċittadini ta' Stat Membru ieħor, minn ċittadini tal-Istati li huma parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Ftehim ŻEE) u minn persuni ġuridiċi kostitwiti f'konformità mal-liġijiet ta' Stat Membru ieħor jew ta' Stat li japparteċipa fil-Ftehim ŻEE. Madankollu, ċittadin ta' Stat Membru jew persuna ġuridika kostitwita f'konformità mal-liġijiet ta' Stat Membru ieħor, fl-ebda każ ma jistgħu jiġu tttrattati b'mod anqas favorevoli fir-rigward tal-akkwist ta' artijiet agrikoli minn kif jiġu ttrattati ċittadini jew persuni fid-data tal-iffirmar tat-Trattat tal-Adeżjoni jew jiġu trattati b'mod aktar restrittiv minn ċittadin jew persuna ġuridika ta' pajjiż terz.

Il-bdiewa li jaħdmu għal rashom, li jkunu ċittadini ta' Stat Membru ieħor u li jixtiequ jistabbilixxu ruħhom u jirrisjedu fil-Kroazja, ma għandhomx ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu jew għal kwalunkwe regola jew proċedura li mhumiex soġġetti għaliha ċ-ċittadini tal-Kroazja.

Rieżami ġenerali ta' din il-miżura transitorja għandu jsir sal-aħħar tat-tielet sena wara d-data tal-adeżjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill. Il-Kunsill jista', filwaqt li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jiddeċiedi li jqassar jew itemm il-perijodu transitorju indikat fl-ewwel paragrafu.

Jekk ikun hemm provi biżżejjed li, mal-iskadenza tal-perijodu transitorju, ikun hemm disturbi serji jew theddida ta' disturbi serji fis-suq tal-artijiet agrikoli tal-Kroazja, il-Kummissjoni, fuq talba mill-Kroazja, għandha tiddeċiedi dwar l-estensjoni tal-perijodu transitorju għal tliet snin. Din l-estensjoni tista' tkun limitata għal żoni ġeografiċi magħżula milqutin b'mod partikolari.

4.   AGRIKOLTURA

I.   MIŻURI TRANSITORJI GĦALL-KROAZJA

1.

32001 L 0113: Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2001 li għandha x'taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 67).

B'deroga mill-obbligu li jinsab fl-Artikolu 8, it-tqegħid fis-suq ta' prodotti denominati taħt l-ismijiet “domaća marmelada” u “ekstra domaća marmelada” għandhom ikunu permessi fis-suq Kroat sa ma jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti fid-data tal-adeżjoni.

2.

32006 R 0510: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12 u ĠU L 335 M, 13.12.2008, p. 213).

(a)

L-Artikolu 5(8), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja għandhom jintroduċu l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi msemmija sa mhux aktar tard minn sena wara d-data rispettiva tal-adeżjoni tagħhom.”

(b)

Fl-Artikolu 5(11), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“11.   Fil-każ tal-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja, il-protezzjoni nazzjonali tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini eżistenti fid-data tal-adeżjoni tagħhom tista' tkompli għal tnax-il xahar mid-data rispettiva tagħhom tal-adeżjoni.”

3.

32007 R 1234: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(a)

Fl-Artikolu 118m, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   B'deroga mill-paragrafi 1 sa 4, il-Kroazja għandha titħalla tqiegħed fis-suq fil-Kroazja jew tesporta għal pajjiżi terzi, inbejjed bid-denominazzjoni ‘Mlado vino portugizac’, sa ma jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti fid-data tal-adeżjoni. Il-Kroazja għandha tistabbilixxi bank ta' data kkompjuterizzat b'informazzjoni dwar l-istokkijiet eżistenti fid-data tal-adeżjoni, u għandha tiżgura li dawn l-istokkijiet jiġu vverifikati u ddikjarati lill-Kummissjoni.”

(b)

Fl-Artikolu 118s, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   Għall-Kroazja, l-ismijiet tal-inbejjed ippubblikati fil-ĠU C 116 tal-14 ta' April 2011 għandhom jiġu protetti skont dan ir-Regolament, soġġett għal eżitu favorevoli tal-proċedura ta' oġġezzjoni. Il-Kummissjoni għandha telenkahom fir-reġistru previst fl-Artikolu 118n.

Il-paragrafi 2 sa 4 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw, soġġett għal dan li ġej: l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 3 għandha tkun ta' sena mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja. L-iskadenza msemmija fil-paragrafu 4 għandha tkun ta' erba' snin mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja.”

4.

32009 R 0073: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).

(a)

B'deroga mill-obbligu stabbilit fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 ta' rispett għar-rekwiżiti statutorji ta' tmexxija elenkati fl-Anness II ta' dak ir-Regolament, il-bdiewa fil-Kroazja li jirċievu pagamenti diretti għandhom jinkludu fl-ambitu tal-kondizzjonalità r-rekwiżiti statutorji ta' tmexxija li jinsabu fil-Punti A, B u C tal-Anness II skont l-iskeda ta' żmien li ġejja: mill-1 ta' Jannar 2014 għall-Punt A, mill-1 ta' Jannar 2016 għall-Punt B u mill-1 ta' Jannar 2018 għall-Punt C.

(b)

L-intestatura tal-Kapitolu u l-Artikolu li ġejjin jiddaħħlu wara l-Kapitolu 1 fit-Titolu V tar-Reglament (KE) Nru 73/2009:

KAPITOLU 1a

Skema ta' pagament uniku

Artikolu 121a

Skema ta' pagament uniku fil-Kroazja

Għall-Kroazja, l-applikazzjoni tal-Artikoli 4, 5, 23, 24 u 25 għandha tkun fakultattiva sal-31 ta' Diċembru 2013, sa fejn dawk id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw ir-rekwiżiti statutorji ta' tmexxija. Mill-1 ta' Jannar 2014, bidwi li jirċievi pagamenti taħt l-iskema ta' pagament uniku fil-Kroazja għandu jirrispetta r-rekwiżiti statutorji ta' tmexxija msemmija fl-Anness II f'konformità mal-iskeda ta' żmien li ġejja:

(a)

ir-rekwiżiti msemmija fil-Punt A tal-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014;

(b)

ir-rekwiżiti msemmija fil-Punt B tal-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2016;

(c)

ir-rekwiżiti msemmija fil-Punt C tal-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2018.”

II.   KWOTA TARIFFARJA TRANSITORJA GĦAZ-ZOKKOR TAL-KANNAMIELI GĦAR-RAFFINAR

Kwota ta' importazzjoni erga omnes awtonoma annwali ta' 40 000 tunnellata ta' zokkor tal-kannamieli mhux maħdum għandha tkun riservata għall-Kroazja għal perijodu ta' mhux aktar minn tliet snin ta' kummerċjalizzazzjoni wara l-adeżjoni tagħha b'dazju ta' importazzjoni ta' EUR 98,00 għal kull tunnellata. Jekk in-negozjati ma' Stati Membri oħrajn tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ skont l-Artikolu XXIV.6 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ rigward l-aġġustament kumpensatorju wara l-adeżjoni tal-Kroazja jirriżultaw fi ftuħ ta' kwoti kumpensatorji għaz-zokkor qabel tmiem il-perijodu transitorju, il-kwota ta' 40 000 tunnellata allokata lill-Kroazja għandha tiġi tterminata, kompletament jew parzjalment, mal-ftuħ tal-kwoti kumpensatorji għaz-zokkor. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri implimentattivi meħtieġa f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 flimkien mal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 182/2011.

III.   MIŻURI TA' PAGAMENTI DIRETTI TEMPORANJI GĦALL-KROAZJA

Ir-rimborż ta' pagamenti diretti mogħtija lil bdiewa għas-sena 2013 għandu jkun bil-kondizzjoni li, qabel l-adeżjoni, il-Kroazja tapplika regoli identiċi għal dawk stipulati għal tali pagamenti diretti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) 73/2009 u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 tad-29 ta' Ottubru 2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa (5), Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1121/2009 tad-29 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-iskemi ta' appoġġ għal bdiewa previsti fit-Titoli IV u V tiegħu (6) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (7).

5.   SIKUREZZA TAL-IKEL, POLITIKA VETERINARJA U FITOSANITARJA

I.   TIĠIEĠ LI JBID

31999 L 0074: Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta' Lulju 1999 li tistabbilixxi standards minimi għall-ħarsien ta' tiġieġ li jbid (ĠU L 203, 3.8.1999, p. 53).

B'deroga mill-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE, it-tiġieġ li jbid attiv fid-data tal-adeżjoni jista' jinżamm f'gaġeġ li mhumiex f'konformità mar-rekwiżiti strutturali mniżżlin f'dak l-Artikolu. Il-Kroazja għandha tiżgura li l-użu ta' dawn il-gaġeġ jieqaf mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-adeżjoni.

Il-bajd minn dawk il-gaġeġ mhux arrikkiti għandu jitqiegħed biss fis-suq nazzjonali tal-Kroazja. Tali bajd u l-imballaġġ tiegħu għandhom ikunu identifikati b'mod ċar b'marka speċjali, li tippermetti l-kontrolli meħtieġa. Għandha tiġi kkomunikata deskrizzjoni ċara ta' din il-marka speċjali lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn sena qabel id-data tal-adeżjoni.

II.   STABBILIMENTI (LAĦAM, ĦALIB, ĦUT U PRODOTTI SEKONDARJI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI)

32004 R 0852: Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1);

32004 R 0853: Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

32009 R 1069: Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p.1).

1.

Ir-rekwiżiti strutturali stabbiliti fi:

(a)

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004:

Anness II, Kapitolu II;

(b)

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004:

Anness III, Taqsima I, Kapitoli II u III,

Anness III, Taqsima II, Kapitoli II u III,

Anness III, Taqsima V, Kapitolu I,

(c)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (8):

Anness IV, Kapitolu I;

Anness IX, Kapitoli I, II u III,

Anness X, Kapitoli I u II, u

Anness XIII;

m'għandhomx japplikaw għal ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-prodotti sekondarji tal-laħam, tal-ħalib, tal-ħut u li joriġinaw mill-annimali fil-Kroazja sal-31 ta' Diċembru 2015, soġġetti għall-kondizzjonijiet imniżżlin hawn isfel.

2.

Sakemm l-istabbilimenti msemmijin fil-paragrafu 1 jibbenefikaw minn dak il-paragrafu, il-prodotti li joriġinaw minn dawk l-istabbilimenti għandhom jitqiegħdu biss fis-suq nazzjonali tal-Kroazja u fi swieq ta' pajjiżi terzi skont il-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni, jew użati għal ipproċessar ulterjuri fi stabbilimenti fil-Kroazja koperti wkoll mill-paragrafu 1, irrispettivament mid-data tal-kummerċjalizzazzjoni.

3.

L-ikel minn stabbilimenti msemmijin fil-paragrafu 1 għandu jkollu fuqu marka sanitarja jew marka ta' identifikazzjoni differenti minn dik prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Deskrizzjoni ċara tal-marka sanitarja jew marka ta' identifikazzjoni differenti għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn sena qabel id-data tal-adeżjoni.

4.

Il-paragrafi 2 u 3 japplikaw ukoll għall-prodotti kollha li joriġinaw minn stabbilimenti tal-laħam, ħalib jew sajd integrati fejn parti mill-istabbiliment hija soġġetta għall-paragrafu 1.

5.

Il-Kroazja għandha tissorvelja kontinwament l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali għat-titjib tal-istabbilimenti u għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bi pjan annwali ta' progress f'dan ir-rigward. Il-Kroazja għandha tiżgura li pjan ta' titjib individwali għal kull wieħed minn dawn l-istabbilimenti bi skadenzi għall-korrezzjoni tar-rekwiżiti strutturali jkun elaborat u magħmul disponibbli lill-Kummissjoni fuq talba.

6.

Fi żmien xieraq qabel l-adeżjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta' stabbilimenti msemmijin fil-paragrafu (a). Din il-lista għandha ssir pubblika u tinkludi l-isem u l-indirizz ta' kull stabbiliment.

7.

Il-Kroazja għandha tiżgura li kwalunkwe stabbiliment li saż-żmien tal-adeżjoni jonqos milli jikkonforma bis-sħiħ mal-acquis tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-ikel, ħlief fejn kopert mid-dispożizzjonijiet ta' din il-miżura transitorja, itemm l-attivitajiet tiegħu.

8.

Ir-regoli ta' implimentazzjoni biex tiġi żgurata l-operazzjoni bla xkiel tar-reġim transitorju msemmi fir-rigward tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u Nru 853/2004, għandhom jiġu adottati f'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 9 tiegħu rispettivament.

9.

Ir-regoli ta' implimentazzjoni biex tiġi żgurata l-operazzjoni bla xkiel tar-reġim transitorju fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 52(4) tiegħu.

III.   KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAŻ-ŻRIERAGĦ

32002 L 0053: Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1).

32002 L 0055: Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta' żrieragħ tal-ħxejjex (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33).

Il-Kroazja tista' tipposponi sal-31 ta' Diċembru 2014 l-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/53/KE u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/55/KE fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni fit-territorju tagħha ta' żrieragħ ta' varjetajiet elenkati fil-katalgi nazzjonali rispettivi tagħha ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli u varjetajiet ta' speċi ta' pjanti veġetali li ma ġewx uffiċjalment aċċettati skont dawk id-Direttivi. Matul dak il-perijodu, dawn iż-żrieragħ m'għandhomx jiġu kkummerċjalizzati fit-territorju ta' Stati Membri oħrajn.

IV.   NEUM

31997 L 0078: Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9).

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Il-verifiki veterinarji ta' prodotti minn pajjiżi terzi introdotti f'wieħed mit-territorji elenkati fl-Anness I għandhom jitwettqu minn Stati Membri skont din id-Direttiva u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u t-trattament xieraq tal-annimali (9).

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, il-konsenji ta' prodotti li ġejjin mit-territorju tal-Kroazja u li jgħaddu mit-territorju tal-Bosnja-Ħerzegovina f'Neum (“Il-kuritur ta' Neum”) qabel ma jerġgħu jidħlu fit-territorju tal-Kroazja permezz tal-punti ta' dħul ta' Klek jew Zaton Doli, jistgħu jiġu eżentati mill-verifiki veterinarji, soġġetti għall-konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Il-Kroazja għandu jkollha stabbiliti, fid-data tal-adeżjoni jew qabel din id-data, punti ta' dħul fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar tal-kuritur ta' Neum li huma mgħammra, li għandhom il-persunal u mħejjija biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu;

(b)

Il-Kroazja għandha tiżgura li:

(i)

jintużaw biss vetturi magħluqin għat-trasport tal-konsenji;

(ii)

il-vetturi li jittrasportaw il-konsenji jiġu ssiġillati b'siġilli nnumerati b'numru uniku qabel ma jgħaddu mill-kuritur ta' Neum;

(iii)

dawn jiġu rreġistrati, bid-dettalji dwar liem siġilli nnumerati jkunu twaħħlu ma' liema vetturi, u dan jippermetti li jsiru l-verifiki meħtieġa;

(iv)

id-data u l-ħin tat-tluq u d-dħul mill-ġdid fit-territorju tal-Kroazja tal-vetturi li qed jittrasportaw il-konsenji għandhom jiġu rreġustrati, sabiex ikun jista' jiġi kkalkolat il-ħin totali tat-transitu.

(c)

Il-Kroazja għandha tiżgura li l-konsenji ma jitħallewx jidħlu mill-ġdid it-territorju tal-Kroazja fejn:

(i)

is-siġill ta' vettura nkiser jew ikun ġie ssostitwit matul it-transitu mill-kuritur ta' Neum; u/jew

(ii)

il-ħin totali tat-transitu jaqbeż konsiderevolment il-ħin totali aċċettabbli tat-transitu, b'konsiderazzjoni tad-distanza totali tat-transitu dment li l-awtorità kompetenti ma tkunx wettqet valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-annimali u dik pubblika u adottat miżuri effettivi, proporzjonati u mmirati bbażati fuq dik il-valutazzjoni.

(d)

Il-Kroazja għandha regolarment u kif meħtieġ tinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-punt (b) u tal-miżuri li hija ħadet skont il-punt (c).

(e)

Fejn meħtieġ, għandha tiġi adottata deċiżjoni biex tiġi sospiża jew irtirata d-deroga mill-paragrafu 1 skont il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 29.

(f)

Fejn meħtieġ, regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu jistgħu jiġu adottati f'konformità mal-proċedura mniżżla fl-Artikolu 29.

6.   SAJD

32006 R 1967: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11. Verżjoni kkoreġuta f'ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6).

(a)

B'deroga mill-Artikolu 13(1) u (2), f'fond ta' inqas minn 50 metru, il-bastimenti li jkunu reġistrati u qed joperaw biss fir-reġjun tal-Istria tal-Punent għandhom jitħallew jużaw sat-30 ta' Ġunju 2014, it-tkarkir tal-qiegħ b'mod temporanju fid-distanza minima ta' 1,5 mil nawtiku mill-kosta.

Din id-deroga għandha tapplika fiż-żona magħżula bħala l-Istria tal-Punent, definita mill-punt bil-koordinati ġeografiċi ta' φ=44.52135 u λ=14.29244 b'linja lejn it-Tramuntana u linja lejn il-Punent.

Għal bastimenti li t-tul totali tagħhom ikun inqas minn 15-il metru, f'fond ta' aktar minn 50 metru l-Kroazja għandha temporanjament titħalla, sat-30 ta' Ġunju 2014, tuża t-tkarkir tal-qiegħ fid-distanza minima ta' mil nawtiku mill-kosta, filwaqt li żżomm ir-restrizzjonijiet spazjali u temporali l-oħra kollha applikati fid-data tal-adeżjoni.

(b)

B'deroga mill-Artikolu 17 (1), numru limitat ta' bastimenti inklużi fil-kategorija speċifika ta' sajd mhux kummerċjali “sajd artiġjanali fuq skala żgħira għal ħtiġijiet personali”, li m'għandux jaqbeż l-2 000 bastiment, għandu jitħalla juża massimu ta' 200 metru ta' xbieki tal-garġi sal-31 ta' Diċembru 2014, dment li r-restrizzjonijiet l-oħra kollha li jkun hemm fis-seħħ fid-data tal-adeżjoni jibqgħu japplikaw. Il-Kroazja għandha tippreżenta lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mid-data tal-adeżjoni, il-lista ta' bastimenti koperti minn dan il-perijodu transitorju, inkluż il-karatteristiċi u l-kapaċità tagħhom, espressi f'termini ta' tunnellaġġ gross u kilowatts.

7.   POLITIKA DWAR IT-TRASPORT

1.

31992 R 3577: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta' Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta' libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7).

Fl-Artikolu 6, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“4.   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1), il-kuntratti għal servizzi pubbliċi konklużi qabel id-data tal-adeżjoni tal-Kroazja jistgħu jibqgħu jiġu applikati sal-31 ta' Diċembru 2016.

5.   B'deroga mill-Artikolu 1(1), sal-31 ta' Diċembru 2014, is-servizzi tal-kruċieri mwettqin bejn il-portijiet Kroati minn vapuri iżgħar minn 650 tunnellata gross għandhom ikunu riservati għal vapuri rreġistrati fil-Kroazja, u li jtajru l-bandiera Kroata, li huma operati minn kumpanniji marittimi, stabbiliti f'konformità mal-liġi Kroata, u li l-post prinċipali tan-negozju tagħhom ikun jinsab fil-Kroazja, u fejn il-kontroll effettiv jiġi eżerċitat hemmhekk.

6.   B'deroga mill-Artikolu 1(1), u għall-perijodu transitorju sal-31 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni tista', fuq talba sostanzjata minn Stat Membru, tiddeċiedi, fi żmien 30 jum ta' xogħol minn meta tirċievi t-talba rilevanti, li l-vapuri li jibbenefikaw mid-deroga stabbilita fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu m'għandhomx iwettqu servizzi ta' kruċieri bejn il-portijiet ta' ċerti żoni ta' Stat Membru minbarra l-Kroazja fejn jintwera li l-operazzjoni ta' dawn is-servizzi tfixkel serjament jew thedded li tfixkel serjament is-suq intern tat-trasport fiż-żoni kkonċernati. Jekk wara l-perijodu ta' 30 jum ta' xogħol il-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni, l-Istat Membru interessat għandu jkun intitolat li japplika l-miżuri ta' salvagwardja sakemm il-Kummissjoni tkun ħadet id-deċiżjoni tagħha. Fil-każ ta' emerġenza, l-Istat Membru jista' b'mod unilaterali jadotta l-miżuri proviżorji xierqa li jistgħu jibqgħu fis-seħħ għal mhux aktar minn tliet xhur. Dak l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan immedjatament. Il-Kummissjoni tista' tirrevoka l-miżuri jew tikkonfermahom sakemm hija tieħu d-deċiżjoni finali tagħha. L-Istati Membri għandhom jinżammu informati.”

2.

32009 R 1072: Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (imfassal mill-ġdid) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).

B'deroga mill-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009, għandu japplika dan li ġej:

għal perijodu ta' sentejn mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja, l-impriżi stabbiliti fil-Kroazja għandhom jiġu esklużi minn kabotaġġ fl-Istati Membri l-oħra;

għal perijodu ta' sentejn mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja, Stati Membri oħra jistgħu jinnotifikaw lill-Kummissjoni jekk għandhomx l-intenzjoni li jestendu l-perijodu transitorju msemmi fl-ewwel inċiż għal mhux aktar minn sentejn jew jekk għandhomx l-intenzjoni li japplikaw l-Artikolu 8 fir-rigward ta' impriżi stabbiliti fil-Kroazja. Fin-nuqqas ta' tali notifika, għandu japplika l-Artikolu 8;

kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri attwali jista', fi kwalunkwe ħin matul perijodu ta' sentejn mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja, jinnotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li japplika l-Artikolu 8 fir-rigward ta' impriżi stabbiliti fil-Kroazja;

huma biss it-trasportaturi stabbiliti fi Stati Membri fejn l-Artikolu 8 japplika fir-rigward ta' impriżi stabbiliti fil-Kroazja, li jistgħu jwettqu kabotaġġ fil-Kroazja;

għal perijodu ta' erba' snin mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja, kwalunkwe Stat Membru li japplika l-Artikolu 8 jista', f'każ ta' tfixkil serju tas-suq nazzjonali tiegħu jew ta' partijiet minnu minħabba kabotaġġ jew aggravat mill-kabotaġġ, bħal eċċess serju tal-provvista meta mqabbla mad-domanda jew theddida għall-istabbiltà finanzjarja jew is-sopravvivenza ta' numru sinifikanti ta' impriżi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq, jitlob lill-Kummissjoni biex tissospendi kompletament jew parzjalment l-applikazzjoni tal-Artikolu 8 fir-rigward ta' impriżi stabbiliti fil-Kroazja. F'dan il-każ, għandu japplika l-Artikolu 10.

L-Istati Membri li japplikaw il-miżura transitorja msemmija fl-ewwel u t-tieni inċiżi tal-ewwel paragrafu jistgħu progressivament jiskambjaw l-awtorizzazzjonijiet ta' kabotaġġ abbażi ta' ftehimiet bilaterali mal-Kroazja.

L-arranġamenti transitorji msemmija fl-ewwel u t-tieni paragrafi ma għandhomx iwasslu għal aċċess aktar ristrett għat-trasportaturi Kroati għal kabotaġġ fi kwalunkwe Stat Membru minn dak li jkun jeżisti fil-mument tal-iffirmar tat-Trattat tal-Adeżjoni.

8.   TASSAZZJONI

1.

31992 L 0079: Direttiva tal-Kunsill 92/79/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tat-taxxi fuq is-sigaretti (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 8).

Fl-Artikolu 2(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-Kroazja għandha tingħata perijodu transitorju sal-31 ta' Diċembru 2017 sabiex tilħaq ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi. Madankollu, mill-1 ta' Jannar 2014, id-dazju tas-sisa m'għandux ikun inqas minn EUR 77 għall kull 1 000 sigarett irrispettivament mill-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut.”

2.

32006 L 0112: Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(a)

L-Artikolu 13(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw attivitajiet, eżentati skont l-Artikoli 132, 135, 136 u 371, l-Artikoli 374 sa 377, l-Artikolu 378(2), l- Artikolu 379(2) jew l-Artikoli 380 sa 390c, li jitwettqu minn korpi rregolati mid-dritt pubbliku bħala attivitajiet li dawk il-korpi jwettqu bħala awtoritajiet pubbliċi.”

(b)

L-Artikolu 80(1)(b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

fejn il-konsiderazzjoni tkun aktar baxxa mill-valur tas-suq miftuħ u l-fornitur ma jkollux dritt sħiħ għal tnaqqis taħt l-Artikoli 167 sa 171 u l-Artikoli 173 sa 177 u l-forniment ikun soġġett għal eżenzjoni taħt l-Artikoli 132, 135, 136, 371, 375, 376, 377, 378(2), 379(2) jew l-Artikoli 380 sa 390c;”

(c)

Il-punt (a) tal-Artikolu 136 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

il-provvista ta' merkanzija użata biss għal attività eżenti taħt l-Artikoli 132, 135, 371, 375, 376 u 377, l-Artikolu 378(2), l-Artikolu 379(2) u l-Artikoli 380 sa 390c, jekk dik il- merkanzija ma tatx lok għal possibbiltà ta' tnaqqis;”

(d)

L-Artikolu 221(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri jistgħu jeħilsu persuni taxxabbli mill-obbligu stabbilit fl-Artikolu 220(1) jew l-Artikolu 220a li joħorġu fattura fir-rigward ta' provvisti ta' merkanzija jew servizzi li jkunu għamlu fit-territorju tagħhom u li jkunu eżentati, bil-possibbiltà ta' tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti jew mingħajrha, skont l-Artikoli 110 u 111, l-Artikolu 125(1), l-Artikolu 127, l-Artikolu 128(1), l-Artikolu 132, il-punti (h) sa (l) tal-Artikolu 135(1), l-Artikoli 136, 371, 375, 376 u 377, l-Artikoli 378(2) u 379(2) u l-Artikoli 380 sa 390c.”

(e)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 390c

Il-Kroazja tista', f'konformità mal-kondizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fid-data tal-adeżjoni tiegħu, tkompli teżenta t-transazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-forniment ta' art għall-bini, bi jew mingħajr bini fuqha, kif imsemmi fil-punt (j) tal-Artikolu 135(1) u fil-punt (9) tal-Anness X, il-Parti B, mhux rinnovabbli, sal-31 ta' Diċembru 2014;

(b)

it-trasport internazzjonali ta' passiġġieri, kif imsemmi fil-punt (10) tal-Anness X, il-Parti B, sakemm l-istess eżenzjoni tiġi applikata fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri li kienu membri tal-Unjoni qabel l-adeżjoni tal-Kroazja.”

(f)

L-Artikolu 391 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 391

L-Istati Membri li jeżentaw it-transazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 371, 375, 376 jew 377, l-Artikolu 378(2), l-Artikolu 379(2) jew l-Artikoli 380 sa 390c jistgħu jagħtu lill-persuni taxxabbli d-dritt li jagħżlu li jintaxxaw dawk it-transazzjonijiet.”

(g)

It-Titolu tal-Anness X (kif ukoll, b'mod korrispondenti, fil-Werrej) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“LISTA TA' TRANSAZZJONIJIET KOPERTI MID-DEROGI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 370 U 371 U FL-ARTIKOLI 375 SA 390c”.

9.   LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA

32006 R 0562: Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1).

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 19a

B'deroga mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament rigward l-istabbiliment ta' punti ta' qsim tal-fruntieri, u sad-dħul fis-seħħ ta' deċiżjoni mill-Kunsill dwar l-applikazzjoni kompleta tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fil-Kroazja skont l-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni jew sa ma jiġi emendat dan ir-Regolament biex jinkludi dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kontroll tal-fruntieri f'punti ta' qsim tal-fruntieri komuni, skont liema jiġi l-ewwel, il-Kroazja tista' żżomm il-punti ta' qsim tal-fruntieri komuni fil-fruntiera tagħha mal-Bosnja-Ħerzegovina. F'dawn il-punti ta' qsim tal-fruntieri komuni, il-gwardji tal-fruntieri għandhom iwettqu verifiki ta' dħul u ħruġ fit-territorju tal-parti l-oħra. Il-verifiki kollha ta' dħul u ħruġ mill-gwardji tal-fruntieri Kroati għandhom jitwettqu f'konformità mal-acquis tal-Unjoni, inklużi l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-protezzjoni internazzjonali u n-non-refoulement. Il-ftehimiet bilaterali rilevanti li jistabbilixxu l-punti ta' qsim tal-fruntieri komuni inkwistjoni għandhom, fejn meħtieġ, jiġu emendati għal dan il-għan.”

10.   AMBJENT

I.   LEĠISLAZZJONI ORIZZONTALI

1.

Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(a)

Fir-rigward tal-inklużjoni tat-titjiriet kollha bejn iż-żewġ ajrudromi li jinsabu fit-territorju Kroat, u t-titjiriet kollha bejn ajrudrom li jinsab fit-territorju Kroat u ajrudrom li jinsab f'pajjiż barra ż-ŻEE (minn issa “attivitajiet addizzjonali tal-avjazzjoni”), għandu japplika dan li ġej:

(i)

B'deroga mill-Artikolu 3c(2), il-perijodu msemmi fl-Artikolu 13(1) u li jibda fl-1 ta' Jannar 2013 għandu jibda fl-1 ta' Jannar 2014 għall-attivitajiet addizzjonali tal-avjazzjoni.

(ii)

B'deroga mill-Artikolu 3c(4), il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, b'segwitu għall-proċedura msemmija f'dik l-istess dispożizzjoni, dwar l-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni għall-attivitajiet addizzjonali tal-avjazzjoni fi żmien perijodu ta’ sitt xhur mid-data tal-adeżjoni.

(iii)

B'deroga mill-Artikolu 3d(2), mill-1 ta' Jannar 2014, il-perċentwali ta' kwoti għall-irkant għall-attivitajiet addizzjonali tal-avjazzjoni għandha tkun il-proporzjon tal-kwoti li jkun għad fadal wara li jkun ġie kkalkulat in-numru ta' kwoti li għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas skont il-punt (d) tal-Artikolu 3e(3) u n-numru ta' kwoti li għandhom jitwarrbu f'riżerva speċjali skont l-Artikolu 3f.

(iv)

B'deroga mill-Artikolu 3d(3), l-emissjonijiet tal-avjazzjoni attribwiti mill-attivitajiet addizzjonali tal-avjazzjoni għandhom jiġu deċiżi mill-Kummissjoni għas-sena ta' referenza 2010 abbażi tal-aħjar data disponibbli. In-numru ta' kwoti għall-irkant mill-Istati Membri fejn l-ammont totali ta' emissjonijiet tal-avjazzjoni attribwiti jinkludu dawk minn titjiriet li jaslu minn ajrudrom Kroat, għandhom ikunu aġġustati mill-1 ta' Lulju 2013, sabiex ikun hemm riallokazzjoni tad-drittijiet tal-irkant relatati ma' dawn l-emissjonijiet, għall-Kroazja.

(v)

B'deroga mill-Artikolu 3e(1), is-sena ta' monitoraġġ għall-attivitajiet addizzjonali tal-avjazzjoni għandha tkun 2012 u kwalunkwe applikazzjoni għal allokazzjoni ta' kwoti għandha ssir lill-awtoritajiet kompetenti Kroati sal-31 ta' Marzu 2013.

(vi)

B'deroga mill-Artikolu 3e(2), il-Kroazja għandha tippreżenta lill-Kummissjoni l-applikazzjonijiet relatati mal-attivitajiet addizzjonali tal-avjazzjoni sal-1 ta' Lulju 2013.

(vii)

B'deroga mill-Artikolu 3e(3), il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) tagħha, rigward l-attivitajiet addizzjonali tal-avjazzjoni sat-30 ta' Settembru 2013.

(viii)

B'deroga mill-punt (d) tal-Artikolu 3e(3), għall-attivitajiet addizzjonali tal-avjazzjoni, in-numru ta' kwoti li għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas għandhom ikunu kkalkulati permezz tal-multiplikazzjoni tal-parametru referenzjarju speċifikat fil-punt (e) bis-somma tad-data dwar it-tunnellati-kilometru inkluża fl-applikazzjonijiet ippreżentati lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 3e(2) aġġustati biex jittieħed kont tat-tibdil medju fl-attività ta' tunnellati-kilometru fl-avjazzjoni koperti mill-EU ETS rigward il-livelli tal-2010. Fejn meħtieġ, il-parametru referenzjarju jista' jkun soġġett għal fattur ta' korrezzjoni uniformi li għandu jiġi applikat mill-Kummissjoni.

(ix)

B'deroga mill-Artikolu 3e(3), għall-attivitajiet addizzjonali tal-avjazzjoni, il-parametru referenzjarju msemmi fil-punt (e) tiegħu għandu jkun l-istess bħal dak ikkalkulat għall-attivitajiet tal-avjazzjoni koperti mill-EU ETS mill-1 ta' Jannar 2012.

(x)

B'deroga mill-Artikolu 3e(5), id-data ta' ħruġ ta' kwoti għall-attivitajiet addizzjonali tal-avjazzjoni, għandha tkun it-28 ta' Frar 2014.

(xi)

B'deroga mill-Artikolu 3f, fir-rigward tal-attivitajiet addizzjonali tal-avjazzjoni, kwalunkwe referenza għat-tieni sena kalendarja tal-perijodu li jibda fl-2013 għandha tinqara bħala referenza għall-2014 u kwalunkwe referenza għat-tielet sena kalendarja ta' dak il-perijodu għandha tinqara bħala referenza għall-2015.

(xii)

B'deroga mill-Artikolu 14(3), għall-attivitajiet addizzjonali tal-avjazzjoni, id-data stabbilta f'dan ir-rigward għandha tkun l-1 ta' Lulju 2013.

(xiii)

B'deroga mill-Artikolu 18a(1), ir-riattribuzzjoni tar-responsabbiltajiet amministrattivi għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru għall-Kroazja, għandha ssir matul is-sena 2014, wara t-twettiq mill-operatur tal-obbligi tiegħu tal-2013, kemm-il darba ma jintlaħaqx qbil dwar data differenti bejn l-awtorità amministrattiva preċedenti u l-Kroazja b'segwitu għal talba mill-operatur tal-inġenjiu tal-ajru fi żmien sitt xhur mill-pubblikazzjoni tal-lista tal-operaturi aġġornata tal-Kummissjoni li tieħu kont tal-adeżjoni tal-Kroazja. F'dan il-każ, ir-riallokazzjoni għandha ssir mhux aktar tard mis-sena 2020 fir-rigward tal-perijodu ta' skambju li jibda fl-2021.

(xiv)

B'deroga mill-punt 6 tal-Anness I, l-attivitajiet addizzjonali tal-avjazzjoni għandhom jiġu inklużi mill-1 ta' Jannar 2014.

(b)

Mingħajr preġudizzju għad-derogi msemmija hawn fuq, il-Kroazja għandha ddaħħal fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tiżgura li hija tista' tikkonforma mad-Direttiva mill-adeżjoni għas-sena 2013 kollha.

2.

32010 R 0920: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 għal sistema standardizzata u sigura ta' reġistri skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 270, 14.10.2010, p. 1).

L-Artikoli 16, 29, 41, 46 u 54, u l-Anness VIII, relatati mal-attivitajiet tal-avjazzjoni, għandhom japplikaw fil-Kroazja mill-1 ta' Jannar 2014.

II.   KWALITÀ TAL-ARJA

32008 L 0050: Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p.1).

(a)

B'deroga mill-Anness XIV, is-sena ta' referenza tal-punt A, l-ewwel paragrafu għandha tkun it-tieni sena wara tmiem is-sena tal-adeżjoni tal-Kroazja. L-Indikatur ta' Espożizzjoni Medja għal dik is-sena ta' referenza għandu jkun il-konċentrazzjoni medja tas-sena tal-adeżjoni u l-ewwel u t-tieni sena wara s-sena tal-adeżjoni.

(b)

B'deroga mill-Anness XIV, il-punt B, il-mira ta' tnaqqis tal-espożizzjoni għandha tiġi kkalkulata b'relazzjoni mal-Indikatur ta' Espożizzjoni Medja fis-sena ta' referenza li hija t-tieni sena wara tmiem is-sena tal-adeżjoni tal-Kroazja.

III.   ĠESTJONI TAL-ISKART

31999 L 0031: Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April tal-1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma [miżbliet] (ĠU L 182, 16.7.1999, p.1).

(a)

B'deroga mill-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2), ir-rekwiżit li l-ammont ta' skart muniċipali bijodegradabbli li jinxteħet fil-miżbliet jitnaqqas għal 75 %, 50 % u 35 % rispettivament tal-ammont totali (skont il-piż) ta' skart muniċipali bijodegradabbli prodott fl-1997 għandu japplika fil-Kroazja f'konformità mal-iskadenzi speċifikati hawn taħt.

Il-Kroazja għandha tiżgura tnaqqis gradwali fl-ammont ta' skart muniċipali bijodegradabbli li jinxteħet fil-miżbliet f'konformità mal-iskema li ġejja:

(i)

sal-31 ta' Diċembru 2013, is-sehem ta' skart muniċipali bijodegradabbli ddepożitat f'miżbliet għandu jitnaqqas għal 75 % tal-ammont totali (skont il-piż) ta' skart muniċipali bijodegradabbli prodott fl-1997;

(ii)

sal-31 ta' Diċembru 2016, is-sehem ta' skart muniċipali bijodegradabbli ddepożitat f'miżbliet għandu jitnaqqas għal 50 % tal-ammont totali (skont il-piż) ta' skart muniċipali bijodegradabbli prodott fl-1997;

(iii)

sal-31 ta' Diċembru 2020, is-sehem ta' skart muniċipali bijodegradabbli ddepożitat f'miżbliet għandu jitnaqqas għal 35 % tal-ammont totali (skont il-piż) ta' skart muniċipali bijodegradabbli prodott fl-1997.

(b)

B'deroga mill-Artikolu 14(c), il-miżbliet kollha eżistenti fil-Kroazja għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2018 bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I, il-punt 1.

Il-Kroazja għandha tiżgura tnaqqis gradwali ta' skart mormi f'miżbliet mhux konformi eżistenti f'konformità mal-kwantitajiet annwali massimi li ġejjin:

sal-31 ta' Diċembru 2013: 1 710 000 tunnellata,

sal-31 ta' Diċembru 2014: 1 410 000 tunnellata,

sal-31 ta' Diċembru 2015: 1 210 000 tunnellata,

sal-31 ta' Diċembru 2016: 1 010 000 tunnellata,

sal-31 ta' Diċembru 2017: 800 000 tunnellata.

Sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena, tibda bis-sena tal-adeżjoni, il-Kroazja għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’rapport dwar l-implimentazzjoni gradwali tad-Direttiva u l-konformità mal-miri intermedji.

IV.   KWALITÀ TAL-ILMA

1.

31991 L 0271: Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).

B'deroga mill-Artikoli 3, 4, 5, 6 u 7, ir-rekwiżiti għal sistemi ta' ġbir u trattament tal-ilma urban mormi għandhom japplikaw fil-Kroazja mill-1 ta' Jannar 2024, f'konformità mal-miri intermedji li ġejjin:

(a)

Sal-31 ta' Diċembru 2018, il-konformità mad-Direttiva għandha tintlaħaq f'agglomerazzjonijiet b'ekwivalenza ta' popolazzjoni ta' aktar minn 15 000, bl-eċċezzjoni tal-agglomerazzjonijiet kostali li ġejjin:

 

Bibinje - Sukošan,

 

Biograd,

 

Jelsa - Vrboska,

 

Makarska,

 

Mali Lošinj,

 

Malinska - Njivice,

 

Nin,

 

Pirovac - Tisno - Jezera,

 

Pula - sjever,

 

Vela Luka,

 

Vir.

(b)

Sal-31 ta' Diċembru 2020, il-konformità mad-Direttiva għandha tintlaħaq f'agglomerazzjonijiet b'ekwivalenza ta' popolazzjoni ta' aktar minn 10 000 fejn l-ilma mormi jiġi skarikat f'żoni sensittivi, kif ukoll għal impjanti ta' trattament li jinsabu f'żoni ta' ġbir rilevanti tad-Danubju u ta' żoni sensittivi oħra u li jikkontribwixxu għat-tniġġis ta' dawn iż-żoni, u fil-11-il agglomerazzjoni kostali elenkati fil-punt (a).

(c)

Sal-31 ta' Diċembru 2023, il-konformità mad-Direttiva għandha tintlaħaq f'agglomerazzjonijiet b'ekwivalenza ta' popolazzjoni ta' aktar minn 2 000.

2.

31998 L 0083: Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).

B'deroga, il-parametri mikrobijoloġiċi u l-parametri tal-indikatur stabbiliti, rispettivament, fl-Anness I - Partijiet A u C għandhom japplikaw għaż-żoni tal-provvista tal-ilma li ġejjin fil-Kroazja mill-1 ta' Jannar 2019:

Żona tal-Provvista tal-Ilma

Nru taż-Żona

Popolazzjoni

Kodiċi Nuts

DA BJELOVAR

107

51 921

HR02

DA DARUVAR

125

25 608

HR02

DA ĐURĐEVAC

204

30 079

HR01

DA GORSKI KOTAR

306

26 430

HR03

DA HRVATSKO ZAGORJE

101

143 093

HR01

DA ISTOČNA SLAVONIJA - SLAVONSKI BROD

129

124 349

HR02

DA ISTRA

301

97 046

HR03

DA JASTREBARSKO-KLINČA SELA

114

23 213

HR01

DA KARLOVAC-DUGA RESA

116

91 511

HR02

DA KNIN

404

17 187

HR03

DA KOPRIVNICA

203

58 050

HR01

DA KRIŽEVCI

103

36 338

HR01

DA LAPAC

311

1 880

HR03

DA LIČKA JESENICA

118

13 893

HR02

DA NAŠICE

210

37 109

HR02

DA NERETVA-PELJEŠAC-KORČULA-LASTOVO-MLJET

407

58 246

HR03

DA OGULIN

117

25 192

HR02

DA OPATIJA-RIJEKA-KRK

304

238 088

HR03

DA OTOČAC

309

15 434

HR03

DA OZALJ

113

11 458

HR02

DA PETRINJA-SISAK

121

84 528

HR02

DA PISAROVINA

115

3 910

HR01

DA PITOMAČA

205

10 465

HR02

DA POŽEŠTINE

128

70 302

HR02

DA SVETI IVAN ZELINA

102

17 790

HR01

DA UDBINA-KORENICA

310

6 747

HR03

DA VARAŽDIN

201

184 769

HR01

DA VELIKA GORICA

503

75 506

HR01

DA ZAGREB

501

831 047

HR01

DA ZAPREŠIĆ

502

50 379

HR01

DA ZRMANJA-ZADAR

401

158 122

HR03

DA ŽRNOVNICA

307

20 160

HR03

V.   PREVENZJONI U KONTROLL INTEGRATI TAT-TNIĠĠIS (IPPC)

1.

31999 L 0013: Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE tal-11 ta' Marzu 1999 dwar il-limitazzjoni ta' emissjonijiet ta' taħlit organiku volatili minħabba l-użu ta' solventi organiċi f'ċerti attivitajiet u installazzjonijiet (ĠU L 85, 29.3.1999, p. 1).

(a)

B'deroga mill-Artikolu 5 u l-Annessi IIA u IIB, il-valuri ta' limitu ta' emissjoni ta' taħlit organiku volatili minħabba l-użu ta' solventi organiċi f'ċerti attivitajiet u installazzjonijiet għandhom japplikaw għall-installazzjonijiet li ġejjin fil-Kroazja mid-dati msemmija hawn taħt:

(i)

Mill-1 ta' Jannar 2014:

1.

ČATEKS, dioničko društvo za proizvodnju tkanine, umjetne kože, kućanskog rublja i proizvoda za šport i rekreaciju (ČATEKS d.d.), Čakovec, Ulica Zrinsko-Frankopanska 25

2.

Drvna industrija KLANA d.d. (DI KLANA d.d.), Klana, Klana 264.

(ii)

Mill-1 ta' Jannar 2015:

1.

HEMPEL društvo s ograničenom odgovornošću Prerađivačka kemijska industrija (HEMPEL d.o.o.), Umag, Novigradska ulica 32

2.

ALUFLEXPACK, proizvodno, trgovačko, export-import društvo s ograničenom odgovornošću (ALUFLEXPACK, d.o.o.), Zadar, Murvica bb - pogon Zadar (faċilità ta’ Zadar, post: Zadar, Murvica bb)

3.

ALUFLEXPACK, proizvodno, trgovačko, export-import društvo s ograničenom odgovornošću (ALUFLEXPACK, d.o.o.), Zadar, Murvica bb - pogon Umag (faċilità ta’ Umag, post: Umag, Ungarija bb).

(iii)

Mill-1 ta' Jannar 2016:

1.

PALMA društvo s ograničenom odgovornošću za proizvodnju pogrebnih potrepština (PALMA d.o.o.), Jastrebarsko, Donja Reka 24

2.

FERRO-PREIS društvo s ograničenom odgovornošću za proizvodnju ljevanih, kovanih i prešanih metalnih proizvoda (FERRO-PREIS d.o.o.), Čakovec, Dr. Tome Bratkovića 2

3.

AD PLASTIK dioničko društvo za proizvodnju dijelova i pribora za motorna vozila i proizvoda iz plastičnih masa (AD PLASTIK d.d.), Solin, Matoševa ulica 8 - post: Zagreb, Jankomir 5

4.

REMONT ŽELJEZNIČKIH VOZILA BJELOVAR društvo s ograničenom odgovornošću (RŽV d.o.o.), Bjelovar, Trg kralja Tomislava 2

5.

FEROKOTAO d.o.o. za proizvodnju transformatorskih kotlova i ostalih metalnih konstrukcija (FEROKOTAO d.o.o.), Kolodvorska bb, Donji Kraljevec

6.

SAME DEUTZ-FAHR Žetelice, društvo s ograničenom odgovornošću za proizvodnju i usluge (SAME DEUTZ-FAHR Žetelice d.o.o.), Županja, Industrijska 5

7.

CMC Sisak d.o.o. za proizvodnju i usluge (CMC Sisak d.o.o.), Sisak, Braće Kavurića 12

8.

METALSKA INDUSTRIJA VARAŽDIN dioničko društvo (MIV d.d.), Varaždin, Fabijanska ulica 33

9.

CHROMOS BOJE I LAKOVI, dioničko društvo za proizvodnju boja i lakova (CHROMOS BOJE I LAKOVI, d.d.), Zagreb, Radnička cesta 173/d

10.

CHROMOS-SVJETLOST, Tvornica boja i lakova, društvo s ograničenom odgovornošću (CHROMOS-SVJETLOST d.o.o.), Lužani, Mijata Stojanovića 13

11.

MURAPLAST društvo s ograničenom odgovornošću za proizvodnju i preradu plastičnih masa (MURAPLAST d.o.o.), Kotoriba, Industrijska zona bb

12.

ISTRAPLASTIKA dioničko društvo za proizvodnju ambalaže (ISTRAPLASTIKA d.d.), Pazin, Dubravica 2/a

13.

GRUDINA društvo s ograničenom odgovornošću za proizvodnju i usluge (GRUDINA d.o.o.), Županja, Aleja Matice hrvatske 21

14.

SLAVICA - KEMIJSKA ČISTIONICA, vlasnik Slavica Hinek, Beli Manastir, J. J. Strossmayera 17

15.

MIDA d.o.o. za usluge i ugostiteljstvo (MIDA d.o.o.), Osijek, Ivana Gundulića 206

16.

EXPRESS KEMIJSKA ČISTIONA, vlasnik Ivanka Drčec, Križevci, Ulica Petra Preradovića 14

17.

Kemijska čistionica “BISER”, vlasnik Gojko Miletić, Dubrovnik, Nikole Tesle 20

18.

Kemijska čistionica “ELEGANT”, vlasnik Frane Miletić, Dubrovnik, Andrije Hebranga 106

19.

KOLAR obrt za kemijsko čišćenje odjeće, vlasnik Svjetlana Kolar, Žakanje, Kamanje 70/a

20.

MM d.o.o. za trgovinu i usluge (MM d.o.o.), Draganić, Lug 112

21.

KEMIJSKA ČISTIONA “AGATA”, vlasnik Branko Szabo, Virovitica, S. Radića 66

22.

Obrt za kemijsko čišćenje odjeća „KEKY“, vlasnik Jovita Malek-Milovanović, Pula, Dubrovačke bratovštine 29

23.

LORNA d.o.o. za pranje i kemijsko čišćenje tekstila i krznenih proizvoda (LORNA d.o.o.), Pula, Valdebečki put 3

24.

KEMIJSKA ČISTIONICA I KOPIRANJE KLJUČEVA “ŠUPER”, vlasnik Ivan Šuper, Virovitica, J.J. Strossmayera 5

25.

KEMIJSKO ČIŠĆENJE ŠTEFANEC kemijsko čišćenje tekstila i krznenih proizvoda, vlasnik Nadica Štefanec, Koprivnica, Ledinska 1a

26.

ARIES društvo s ograničenom odgovornošću za proizvodnju glazbala i usluge (ARIES d.o.o.), Varaždin, Creska 3

27.

OBRT ZA PRANJE I ČIŠĆENJE TEKSTILA I ODJEĆE ĐORĐEVIĆ, vlasnik Javorka Đorđević, Makarska, Ante Starčevića 2

28.

OBRT ZA USLUGE PRANJA I KEMIJSKOG ČIŠĆENJA “KORDIĆ”, vlasnik Pero Kordić, Makarska, Kipara Rendića 2

29.

Kemijsko čišćenje tekstila i krznenih proizvoda ČISTIONICA GALEB, vlasnik Stipan Radović, Zadar, Varoška 6

30.

KEMIJSKA ČISTIONICA, vlasnik Krešimir Borovec, Varaždin, Juraja Habdelića 2

31.

KEMIJSKA ČISTIONICA “VBM”, vlasnik Biserka Posavec, Maruševec, Biljevec 47

32.

OBRT ZA KEMIJSKO ČIŠĆENJE I PRANJE RUBLJA “PLITVICE”, vlasnik Momirka Ninić, Pula, Rizzijeva 34

33.

“ANA” KEMIJSKA ČISTIONA, vlasnik Saša Dadić, Pula, Zagrebačka 18

34.

Kemijska čistionica, vlasnik Gordana Bralić, Trogir, Put Demunta 16

35.

“ECONOMATIC” - PRAONICA RUBLJA, vlasnik Marino Bassanese, Umag, Savudrijska cesta 9

36.

SERVIS ZA ČIŠĆENJE “SJAJ”, vlasnik Danijela Brković, Virovitica, Golo Brdo 2A.

(b)

B'deroga mill-Artikolu 5(3)(b), l-obbligu għall-operatur biex juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li qed jintużaw l-aħjar tekniki disponibbli għall-proċessi ta' kisi fit-tarzna fir-rigward tal-installazzjonijiet li ġejjin fil-Kroazja għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2016:

1.

BRODOTROGIR d.d., Trogir, Put brodograditelja 16

2.

NCP-NAUTIČKI CENTAR PRGIN-REMONTNO BRODOGRADILIŠTE ŠIBENIK d.o.o. za remont i proizvodnju brodova (NCP - REMONTNO BRODOGRADILIŠTE ŠIBENIK d.o.o.), Šibenik, Obala Jerka Šižgorića 1

3.

BRODOGRADILIŠTE VIKTOR LENAC dioničko društvo (BRODOGRADILIŠTE VIKTOR LENAC d.d.), Rijeka, Martinšćica bb

4.

3. MAJ BRODOGRADILIŠTE d.d., Rijeka, Liburnijska 3

5.

BRODOSPLIT-BRODOGRADILIŠTE društvo s ograničenom odgovornošću (BRODOSPLIT-BRODOGRADILIŠTE d.o.o.), Split, Put Supavla 21

6.

ULJANIK Brodogradilište, d.d., Pula, Flaciusova 1.

2.

32001 L 0080: Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċertu tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1).

B'deroga mill-Artikolu 4(1) u (3), il-valuri ta' limitu ta' emissjoni għad-dijossidu tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu u t-trab għandhom japplikaw għall-impjanti li ġejjin fil-Kroazja mill-1 ta' Jannar 2018:

1.

BELIŠĆE d.d., Belišće: kaldaruni tal-fwar K3+K4 (240 MW)

2.

DIOKI d.d., Zagreb: kaldarun tal-fwar SG 6401C (86 MW)

3.

HEP-Proizvodnja d.o.o., Zagreb, TE Plomin 1: kaldarun tal-fwar (338 MW)

4.

TE PLOMIN d.o.o., Plomin, TE Plomin 2: kaldarun tal-fwar (544 MW)

5.

HEP-Proizvodnja d.o.o., Zagreb, TE Rijeka: kaldarun tal-fwar (800 MW)

6.

HEP-Proizvodnja d.o.o., Zagreb, TE Sisak - blokk 1: kaldaruni tal-fwar 1A+1B (548 MW)

7.

HEP-Proizvodnja d.o.o., Zagreb, TE Sisak - blokk 2: kaldaruni tal-fwar 2A+2B (548 MW)

8.

HEP-Proizvodnja d.o.o., Zagreb, TE-TO Zagreb: jikkonsisti fi blokk C kaldarun tal-fwar K3, kaldaruni għall-ilma sħun VK 3, VK 4, VK 5, VK 6 u kaldarun tal-fwar PK 3 (total: 828 MW)

9.

HEP-Proizvodnja d.o.o., Zagreb, EL-TO Zagreb: jikkonsisti fi blokk 30 MW bil-kaldaruni tal-fwar K4 (K8) u K5 (K9), blokk 12 MW bil-kaldarun tal-fwar K3 (K6), il-kaldaruni għall-ilma sħun WK 1 u WK 3, u l-kaldarun tal-fwar K2 (K7) (total: 510 MW)

10.

HEP-Proizvodnja d.o.o., Zagreb, TE-TO Osijek: kaldaruni tal-fwar K1+K2 (total: 196 MW)

3.

32008 L 0001: Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.).

B'deroga mill-Artikolu 5(1), ir-rekwiżiti għall-għoti ta' permessi għall-installazzjonijiet eżistenti għandhom japplikaw għall-installazzjonijiet li ġejjin fil-Kroazja biss mid-data indikata għal kull installazzjoni, safejn huwa kkonċernat l-obbligu li dawn l-installazzjonijiet jitħaddmu f'konformità mal-valuri ta' limitu ta' emissjoni, il-parametri ekwivalenti jew il-miżuri tekniċi bbażati fuq l-aħjar teknoloġija disponibbli skont l-Artikolu 2, il-punt 12:

(a)

Mill-1 ta' Jannar 2014:

1.

NAŠICECEMENT Tvornica cementa, dioničko društvo (NAŠICECEMENT d.d. Našice), Našice, Tajnovac 1, attività 3.1 tal-IPPC.

2.

LIPIK GLAS za proizvodnju stakla društvo s ograničenom odgovornošću (LIPIK GLAS d.o.o.), Lipik, Staklanska b.b., attività 3.3 tal-IPPC.

3.

KOKA peradarsko prehrambena industrija dioničko društvo (KOKA d.d.), Varaždin, Jalkovečka ulica bb – farma br. 18 (Farm No.18, post: Čakovec, Totovec), attività 6.6 a tal-IPPC.

4.

ŽITO d.o.o. za proizvodnju i trgovinu (ŽITO d.o.o.), Osijek, Đakovština 3 - farma Forkuševci (Farm Forkuševci), attività 6.6 c tal-IPPC.

5.

ŽITO d.o.o. za proizvodnju i trgovinu (ŽITO d.o.o.), Osijek, Đakovština 3 - farma V. Branjevina (Farm V. Branjevina), attività 6.6 c tal-IPPC.

6.

Drvna industrija KLANA d.d. (DI KLANA d.d.), Klana, Klana 264, attività 6.7 tal-IPPC.

7.

ČATEKS, dioničko društvo za proizvodnju tkanine, umjetne kože, kućanskog rublja i proizvoda za šport i rekreaciju (ČATEKS d.d.), Čakovec, Ulica Zrinsko-Frankopanska 25, attività 6.7 tal-IPPC.

(b)

Mill-1 ta' Jannar 2015:

1.

CIMOS LJEVAONICA ROČ d.o.o. proizvodnja aluminijskih odljevaka (CIMOS LJEVAONICA ROČ d.o.o.), Roč, Stanica Roč 21, attività 2.5.b tal-IPPC.

2.

P. P. C. BUZET društvo s ograničenom odgovornošću za proizvodnju, trgovinu i usluge (P. P. C. BUZET d.o.o.), Buzet, Most 24, attività 2.5.b tal-IPPC.

3.

Vetropack Straža tvornica stakla d.d. Hum na Sutli (Vetropack Straža d.d. Hum na Sutli), Hum na Sutli, Hum na Sutli 203, attività 3.3 tal-IPPC.

4.

KOKA peradarsko prehrambena industrija dioničko društvo (KOKA d.d.), Varaždin, Jalkovečka ulica bb - pogon mesa (meat facility), attività 6.4.a tal-IPPC.

5.

SLADORANA TVORNICA ŠEĆERA dioničko društvo (SLADORANA d.d.), Županja, Šećerana 63, attività 6.4.b tal-IPPC.

6.

KOKA peradarsko prehrambena industrija dioničko društvo (KOKA d.d.), Varaždin, Jalkovečka ulica bb – farma br. 19 (Azjenda agrikola Nru 19, post: Donji Martijanec, Vrbanovec), attività 6.6.a tal-IPPC.

7.

ŽITO d.o.o. za proizvodnju i trgovinu (ŽITO d.o.o.), Osijek, Đakovština 3 - farma Slaščak (Azjenda agrikola ta' Slaščak), attività 6.6.b tal-IPPC.

8.

ŽITO d.o.o. za proizvodnju i trgovinu (ŽITO d.o.o.), Osijek, Đakovština 3 - farma Magadenovac (Farm Magadenovac), attività 6.6.c tal-IPPC.

9.

ALUFLEXPACK, proizvodno, trgovačko, export-import društvo s ograničenom odgovornošću (ALUFLEXPACK, d.o.o.), Zadar, Murvica bb - pogon Umag (Faċilità ta' Umag, post: Umag, Ungarija bb), attività 6.7 tal-IPPC.

10.

ALUFLEXPACK, proizvodno, trgovačko, export-import društvo s ograničenom odgovornošću (ALUFLEXPACK, d.o.o.), Zadar, Murvica bb - pogon Zadar (Faċilità ta' Zadar, post: Zadar, Murvica bb), attività 6.7 tal-IPPC.

11.

HEMPEL društvo s ograničenom odgovornošću Prerađivačka kemijska industrija (HEMPEL d.o.o.), Umag, Novigradska ulica 32, attività 6.7 tal-IPPC.

12.

BELIŠĆE dioničko društvo za proizvodnju papira, kartonske ambalaže, strojeva, primarnu i finalnu preradu drva i suhu destilaciju drva (BELIŠĆE d.d.), Belišće, Trg Ante Starčevića 1 - minbarra l-Kaldaruni tal-fwar K3 u K4 (perijodu transitorju sal-31 ta' Diċembru 2017, ara hawn taħt), attività 6.1.b tal-IPPC.

13.

MAZIVA-ZAGREB d.o.o. za proizvodnju i trgovinu mazivima i srodnim proizvodima (MAZIVA-ZAGREB d.o.o.), Zagreb, Radnička cesta 175, attività 1.2 tal-IPPC.

(c)

Mill-1 ta' Lulju 2015:

GAVRILOVIĆ Prva hrvatska tvornica salame, sušena mesa i masti M. Gavrilovića potomci, d.o.o. (GAVRILOVIĆ d.o.o.), Petrinja, Gavrilovićev trg 1 - pogon klaonice: papkari, rezanje i prerada mesa i proizvodnja prerađevina od peradi i papkara, te skladištenje mesa (faċilità għat-tbiċċir tal-annimali: annimali tan-nagħal, tqattigħ u proċessar ta' laħam u produzzjoni ta' prodotti pproċessati mit-tjur u l-annimali tan-nagħal, u l-ħażna tal-laħam), attività 6.4.a tal-IPPC.

(d)

Mill-1 ta' Jannar 2016:

1.

FERRO-PREIS društvo s ograničenom odgovornošću za proizvodnju ljevanih, kovanih i prešanih metalnih proizvoda (FERRO-PREIS d.o.o.), Čakovec, Dr. Tome Bratkovića 2, attività 2.4 tal-IPPC.

2.

CEMEX Hrvatska dioničko društvo za proizvodnju i prodaju cementa i drugih građevinskih materijala (CEMEX Hrvatska d.d.), Kaštel Sućurac, Cesta dr. Franje Tuđmana bb - pogon Sv. Kajo (Faċilità ta' Sv. Kajo), attività 3.1. tal-IPPC.

3.

CEMEX Hrvatska dioničko društvo za proizvodnju i prodaju cementa i drugih građevinskih materijala (CEMEX Hrvatska d.d.), Kaštel Sućurac, Cesta dr. Franje Tuđmana bb - pogon Sv. Juraj (Faċilità ta' Sv. Juraj), attività 3.1 tal-IPPC.

4.

CEMEX Hrvatska dioničko društvo za proizvodnju i prodaju cementa i drugih građevinskih materijala (CEMEX Hrvatska d.d.), Kaštel Sućurac, Cesta dr. Franje Tuđmana bb - pogon 10. kolovoza (Faċilità 10.), attività 3.1 tal-IPPC.

5.

KIO KERAMIKA d.o.o. za proizvodnju keramičkih pločica - “u stečaju” (KIO KERAMIKA d.o.o. - “u stečaju”), Orahovica, V. Nazora bb - pogon Orahovica (Faċilità ta' Orahovica, post: Orahovica, V. Nazora bb), attività 3.5 tal-IPPC.

6.

KIO KERAMIKA d.o.o. za proizvodnju keramičkih pločica - “u stečaju” (KIO KERAMIKA d.o.o. - “u stečaju”), Orahovica, V. Nazora bb - pogon Rujevac (Faċilità ta' Rujevac, post: Dvor, Rujevac bb), attività 3.5 tal-IPPC.

7.

PLIVA HRVATSKA d.o.o. za razvoj, proizvodnju i prodaju lijekova i farmaceutskih proizvoda (PLIVA HRVATSKA d.o.o.), Zagreb, Prilaz baruna Filipovića 25 - pogon Savski Marof (Faċilità ta' Savski Marof, post: Prigorje Brdovečko, Prudnička 98), attività 4.5 tal-IPPC.

8.

PURIS, poljoprivredna, prehrambena, trgovačka i ugostiteljska djelatnost, dioničko društvo (PURIS d.d.), Pazin, Hrvatskog narodnog preporoda 2 - mesna industrija (industrija tal-laħam, post: Sv. Petar u Šumi), attività 6.4 a u b tal-IPPC.

9.

KOKA peradarsko prehrambena industrija dioničko društvo (KOKA d.d.), Varaždin, Jalkovečka ulica bb – farma br. 20 (Azjenda agrikola Nru 20, post: Petrijanec-Nova Ves), attività 6.6.a tal-IPPC.

10.

PURIS, poljoprivredna, prehrambena, trgovačka i ugostiteljska djelatnost, dioničko društvo (PURIS d.d.), Pazin, Hrvatskog narodnog preporoda 2 - farma Sv. Petar u Šumi 8 (Azjenda agrikola ta' Sv. Petar u Šumi 8, post: Sveti Petar u Šumi), attività 6.6.a tal-IPPC.

11.

PURIS, poljoprivredna, prehrambena, trgovačka i ugostiteljska djelatnost, dioničko društvo (PURIS d.d.), Pazin, Hrvatskog narodnog preporoda 2 - farma Sv. Petar u Šumi 9 (Azjenda agrikola ta' Sv. Petar u Šumi 9, post: Sveti Petar u Šumi), attività 6.6.a tal-IPPC.

12.

PURIS, poljoprivredna, prehrambena, trgovačka i ugostiteljska djelatnost, dioničko društvo (PURIS d.d.), Pazin, Hrvatskog narodnog preporoda 2 - farma Barban (Azjenda agrikola ta' Barban, post: Barban), attività 6.6a tal-IPPC.

13.

PURIS, poljoprivredna, prehrambena, trgovačka i ugostiteljska djelatnost, dioničko društvo (PURIS d.d.), Pazin, Hrvatskog narodnog preporoda 2 - farma Muntrilj (Azjenda agrikola ta' Muntrilj, post: Muntrilj), attività 6.6.a tal-IPPC.

14.

PURIS, poljoprivredna, prehrambena, trgovačka i ugostiteljska djelatnost, dioničko društvo (PURIS d.d.), Pazin, Hrvatskog narodnog preporoda 2 - farma Šikuti (Azjenda agrikola ta' Šikuti, post: Svetvinčenat), attività 6.6.a tal-IPPC.

15.

PURIS, poljoprivredna, prehrambena, trgovačka i ugostiteljska djelatnost, dioničko društvo (PURIS d.d.), Pazin, Hrvatskog narodnog preporoda 2 - farma Žminj 2 (Azjenda agrikola ta' Žminj 2, post: Žminj), attività 6.6.a tal-IPPC.

16.

PURIS, poljoprivredna, prehrambena, trgovačka i ugostiteljska djelatnost, dioničko društvo (PURIS d.d.), Pazin, Hrvatskog narodnog preporoda 2 - farma Surani 2 (Azjenda agrikola ta' Surani 2, post: Tinjani, Surani), attività 6.6.a tal-IPPC.

17.

PURIS, poljoprivredna, prehrambena, trgovačka i ugostiteljska djelatnost, dioničko društvo (PURIS d.d.), Pazin, Hrvatskog narodnog preporoda 2 - farma Pilati (Azjenda agrikola ta' Pilati, post: Lovrin, Pilati), attività 6.6.a tal-IPPC.

18.

PURIS, poljoprivredna, prehrambena, trgovačka i ugostiteljska djelatnost, dioničko društvo (PURIS d.d.), Pazin, Hrvatskog narodnog preporoda 2 - farma Škropeti 2 (Azjenda agrikola ta' Škropeti 2, post: Škropeti), attività 6.6.a tal-IPPC.

19.

PURIS, poljoprivredna, prehrambena, trgovačka i ugostiteljska djelatnost, dioničko društvo (PURIS d.d.), Pazin, Hrvatskog narodnog preporoda 2 - farma Katun 2 (Azjenda agrikola ta' Katun 2, post: Trviz, Katun Trviski), attività 6.6.a tal-IPPC.

20.

PURIS, poljoprivredna, prehrambena, trgovačka i ugostiteljska djelatnost, dioničko društvo (PURIS d.d.), Pazin, Hrvatskog narodnog preporoda 2 - farma Srbinjak (Azjenda agrikola ta' Srbinjak, post: Jakovici, Srbinjak), attività 6.6.a tal-IPPC.

21.

AD PLASTIK dioničko društvo za proizvodnju dijelova i pribora za motorna vozila i proizvoda iz plastičnih masa (AD PLASTIK d.d.), Solin, Matoševa ulica 8 - post: Zagreb, Jankomir 5, attività 6.7 tal-IPPC.

22.

BRODOSPLIT-BRODOGRADILIŠTE društvo s ograničenom odgovornošću (BRODOSPLIT-BRODOGRADILIŠTE d.o.o.), Split, Put Supavla 21, attività 6.7 tal-IPPC.

23.

CHROMOS BOJE I LAKOVI, dioničko društvo za proizvodnju boja i lakova (CHROMOS BOJE I LAKOVI, d.d.), Zagreb, Radnička cesta 173/d, attività 6.7 tal-IPPC.

24.

MURAPLAST društvo s ograničenom odgovornošću za proizvodnju i preradu plastičnih masa (MURAPLAST d.o.o.), Kotoriba, Industrijska zona bb, attività 6.7 tal-IPPC.

25.

3. MAJ BRODOGRADILIŠTE d.d., Rijeka, Liburnijska 3, attività 6.7 tal-IPPC.

26.

CHROMOS-SVJETLOST, Tvornica boja i lakova, društvo s ograničenom odgovornošću (CHROMOS-SVJETLOST d.o.o.), Lužani, Mijata Stojanovića 13, attività 6.7 tal-IPPC.

27.

BRODOTROGIR d.d., Trogir, Put brodograditelja 16, attività 6.7 tal-IPPC.

28.

ULJANIK Brodogradilište, d.d., Pula, Flaciusova 1, attività 6.7 tal-IPPC.

(e)

Mill-1 ta' Jannar 2017:

1.

METALSKA INDUSTRIJA VARAŽDIN dioničko društvo (MIV d.d.), Varaždin, Fabijanska ulica 33, attività 2.4 tal-IPPC.

2.

KANDIT PREMIJER d.o.o. za proizvodnju, promet i usluge (KANDIT PREMIJER d.o.o.), Osijek, Frankopanska 99, attività 6.4 tal-IPPC.

3.

KOKA peradarsko prehrambena industrija dioničko društvo (KOKA d.d.), Varaždin, Jalkovečka ulica bb – farma br. 21 (Azjenda agrikola Nru 21, post: Čakovec, Totovec), attività 6.6.a tal-IPPC.

4.

ŽITO d.o.o. za proizvodnju i trgovinu (ŽITO d.o.o.), Osijek, Đakovština 3 – farma Lužani (Farm Lužani), attività 6.6.b tal-IPPC.

(f)

Mill-1 ta' Jannar 2018:

1.

BELIŠĆE dioničko društvo za proizvodnju papira, kartonske ambalaže, strojeva, primarnu i finalnu preradu drva i suhu destilaciju drva (BELIŠĆE d.d.), Belišće, Trg Ante Starčevića 1 – parni kotao K3, parni kotao K4 (Kaldarun tal-fwar K3, Kaldarun tal-fwar K4), attività 1.1 tal-IPPC (dan jirrigwarda biss il-kaldaruni tal-fwar K3 u K4).

2.

HEP-Proizvodnja d.o.o. za proizvodnju električne i toplinske energije (HEP-Proizvodnja d.o.o.), Zagreb, Ulica grada Vukovara 37 – KTE Jertovec (Impjant tal-Elettriku b'Ċiklu Kkombinat ta' Jertovec, post: Konjšćina, Jertovec, Jertovec 151), attività 1.1 tal-IPPC.

3.

HEP-Proizvodnja d.o.o. za proizvodnju električne i toplinske energije (HEP-Proizvodnja d.o.o.), Zagreb, Ulica grada Vukovara 37 - TE Plomin 1 (Impjant tal-Elettriku Termali ta' Plomin 1, post: Plomin, Plomin bb), attività 1.1 tal-IPPC.

4.

TE PLOMIN društvo s ograničenom odgovornošću za proizvodnju električne energije (TE PLOMIN d.o.o.), Plomin, Plomin bb - TE Plomin 2 (Impjant tal-Elettriku Termali ta' Plomin 2, post: Plomin, Plomin bb), attività 1.1 tal-IPPC.

5.

HEP-Proizvodnja d.o.o. za proizvodnju električne i toplinske energije (HEP-Proizvodnja d.o.o.), Zagreb, Ulica grada Vukovara 37 - EL-TO Zagreb (Impjant tal-Elettriku - Stazzjon tat-Tisħin ta' Zagreb, post: Zagreb, Zagorska 1), attività 1.1 tal-IPPC.

6.

HEP-Proizvodnja d.o.o. za proizvodnju električne i toplinske energije (HEP-Proizvodnja d.o.o.), Zagreb, Ulica grada Vukovara 37 - TE-TO Zagreb (Impjant tal-Elettriku Termali - Stazzjon tat-Tisħin ta' Zagreb, post: Zagreb, Kuševačka 10 a), attività 1.1 tal-IPPC.

7.

HEP-Proizvodnja d.o.o. za proizvodnju električne i toplinske energije (HEP-Proizvodnja d.o.o.), Zagreb, Ulica grada Vukovara 37 - TE Sisak (Impjant tal-Elettriku Termali ta' Sisak, post: Sisak, Čret bb), attività 1.1 tal-IPPC.

8.

HEP-Proizvodnja d.o.o. za proizvodnju električne i toplinske energije (HEP-Proizvodnja d.o.o.), Zagreb, Ulica grada Vukovara 37 - TE-TO Osijek (Impjant tal-Elettriku Termali - Stazzjon tat-Tisħin ta' Osijek, post: Osijek, Martina Divalta 203), attività 1.1 tal-IPPC.

9.

HEP-Proizvodnja d.o.o. za proizvodnju električne i toplinske energije (HEP-Proizvodnja d.o.o.), Zagreb, Ulica grada Vukovara 37 - TE Rijeka (Impjant tal-Elettriku Termali ta' Rijeka, post: Kostrena, Urinj bb), attività 1.1 tal-IPPC.

10.

DIOKI Organska petrokemija dioničko društvo (DIOKI d.d.), Zagreb, Čulinečka cesta 252, attività 1.1 tal-IPPC.

11.

INA-INDUSTRIJA NAFTE, d.d. (INA, d.d.), Zagreb, Avenija V. Holjevca 10 – Rafinerija nafte Rijeka - Urinj (Raffinerija taż-Żejt ta' Rijeka - Urinj, post: Kostrena, Urinj), attività 1.2 tal-IPPC.

12.

INA-INDUSTRIJA NAFTE, d.d. (INA, d.d.), Zagreb, Avenija V. Holjevca 10 – Rafinerija nafte Sisak (Raffinerija taż-Żejt ta' Sisak, post: Sisak, Ante Kovačića 1), attività 1.2 tal-IPPC.

13.

ŽELJEZARA SPLIT poduzeće za proizvodnju i preradu čelika d.d. “u stečaju” (ŽELJEZARA SPLIT d.d. “u stečaju”), Kaštel Sućurac, Cesta dr. F. Tuđmana bb, attività 2.2 tal-IPPC.

14.

PETROKEMIJA, d.d. tvornica gnojiva (PETROKEMIJA, d.d.), Kutina, Aleja Vukovar 4, attività 4.2.b tal-IPPC.

VI.   SUSTANZI KIMIĊI

32006 R 1907: Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(a)

B'deroga mill-Artikolu 23(1) u (2) u l-Artikolu 28 li jiddefinixxu l-iskadenza għar-reġistrazzjoni u l-prereġistrazzjoni tas-sustanzi msemmija fih, il-manifatturi, l-importaturi u l-produtturi ta' oġġetti stabbiliti fil-Kroazja għandhom jingħataw perijodu ta' adattament ta' sitt xhur mid-data tal-adeżjoni għall-prereġistrazzjoni ta' sustanzi soġġetti għal reġim transitorju. Id-dati għall-ewwel u t-tieni skadenzi ta' reġistrazzjoni li jinsabu fl-Artikolu 23(1) u (2) għandhom ikunu tnax-il xahar mid-data tal-adeżjoni.

(b)

L-Artikoli 6, 7, 9, 17, 18 u 33 m'għandhomx japplikaw fil-Kroazja għal perijodu ta' sitt xhur mid-data tal-adeżjoni.

(c)

B'deroga mill-arranġamenti transitorji speċifikati għal kwalunkwe sustanza inkluża fl-Anness XIV, jekk l-aħħar data ta' applikazzjoni tkun qabel id-data tal-adeżjoni jew inqas minn sitt xhur wara dik id-data, l-applikanti stabbiliti fil-Kroazja għandhom jingħataw perijodu ta' adattament ta' sitt xhur mid-data tal-adeżjoni li sa tmiemu għandhom jaslu l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni.


(1)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 257, 19.10.1968, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni tal-2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33) u mħassra b'effett mit-30 ta' April 2006 mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill bid-Direttiva 2004/38/KE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

(3)  NACE: ara 31990 R 3037: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta' Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1);

(4)  NACE: ara 31990 R 3037: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta' Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1).

(5)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 1.

(6)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 27.

(7)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65.

(8)  ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1.

(9)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.”

Appendiċi għall-ANNESS V

Lista  (1) kif ipprovduta mill-Kroazja, ta' prodotti mediċinali li għalihom għandha tibqa' valida awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq maħruġa skont il-liġi Kroata qabel l-adeżjoni sakemm tiġi mġedda f'konformità mal-acquis tal-Unjoni jew sat-30 ta' Ġunju 2017, skont liema tkun l-ewwel.

L-inklużjoni f'din il-lista ma tindikax minnha nniffsha jekk il-prodott mediċinali inkwistjoni għandux awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq f'konformità mal-acquis tal-Unjoni.


(1)  Ara ĠU C 119 E, 24.4.2012.

ANNESS VI

Żvilupp rurali (imsemmi fl-Artikolu 35 (2) tal-Att tal-Adeżjoni)

MIŻURI ADDIZZJONALI TEMPORANJI DWAR L-IŻVILUPP RURALI GĦALL-KROAZJA

A.   Appoġġ għall-azjendi agrikoli ta' semisussistenza taħt ristrutturazzjoni

Fil-qafas leġislattiv dwar l-iżvilupp rurali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020, fir-rigward tal-Kroazja, għandu jingħata appoġġ speċjali għall-azjendi agrikoli ta' semisussistenza, skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 34 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, għal bdiewa fir-rigward ta' applikazzjonijiet approvati sal-31 ta' Diċembru 2017, dment li ma jkunux previsti miżuri u/jew appoġġ ġenerali simili fir-regolament l-ġdid dwar l-iżvilupp rurali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020.

B.   Gruppi ta' produtturi

Fil-qafas leġislattiv dwar l-iżvilupp rurali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020, fir-rigward tal-Kroazja, għandu jingħata appoġġ speċjali biex jiġu ffaċilitati l-istabbiliment u l-operat amministrattiv tal-gruppi ta' produtturi, skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 35 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, għal gruppi ta' produtturi li huma rikonoxxuti uffiċjalment mill-awtorità kompetenti tal-Kroazja sal-31 ta' Diċembru 2017, dment li ma jkunux previsti miżuri u/jew appoġġ ġenerali simili fir-regolament l-ġdid dwar l-iżvilupp rurali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020.

C.   Leader

Fil-qafas leġislattiv tal-iżvilupp rurali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020, fir-rigward tal-Kroazja, il-kontribuzzjoni minima mill-FAEŻR għall-programm ta' żvilupp rurali għal Leader għandha tkun stabbilita medjament f'livell li huwa mill-anqas nofs il-perċentwali tal-baġit li għandu jkun applikabbli għall-Istati Membri l-oħrajn, jekk jiġi stabbilit dan ir-rekwiżit.

D.   Supplimenti għall-pagamenti diretti

1.

Jista' jingħata appoġġ lil bdiewa li huma eliġibbli għal pagamenti jew għajnuniet diretti nazzjonali komplementari skont l-Artikolu 132 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009.

2.

L-appoġġ mogħti lil bidwi fir-rigward tas-snin 2014, 2015 u 2016 ma għandux jeċċedi d-differenza bejn:

(a)

il-livell ta' pagamenti diretti applikabbli fil-Kroazja għas-sena kkonċernata f'konformità mal-Artikolu 121 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, u

(b)

45 % tal-livell ta' pagamenti diretti applikabbli fl-Unjoni kif kostitwiti fit-30 ta' April 2004 fis-sena rilevanti.

3.

Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-appoġġ mogħti taħt din subsezzjoni D fil-Kroazja fir-rigward tas-snin 2014, 2015 u 2016 ma għandhiex teċċedi l-20 % tal-allokazzjoni annwali rispettiva tagħha taħt il-FAEŻR.

4.

Ir-rata ta' kontribuzzjoni tal-Unjoni għas-supplimenti għall-pagamenti diretti ma għandhiex teċċedi 80 %.

E.   Strument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni - Żvilupp rurali

1.

Il-Kroazja tista' tkompli tintrabat f'kuntratti jew tidħol f'impenji taħt il-programm IPARD skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007 tat-12 ta' Ġunju 2007 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi strument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni (IPA) (1) sa ma tibda tintrabat f'kuntratti jew tidħol f'impenji skont ir-Regolament rilevanti dwar l-iżvilupp rurali. Il-Kroazja għandha tinforma lill-Kummissjoni bid-data li fiha tibda tintrabat f'kuntratti jew tidħol f'impenji skont ir-Regolament rilevanti dwar l-iżvilupp rurali.

2.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri meħtieġa għal dan il-għan f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 182/2011. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-IPA msemmi fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006.

F.   Evalwazzjoni ex post tal-IPARD

Fil-qafas leġislattiv dwar l-iżvilupp rurali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programm tal-IPARD għall-Kroazja, l-infiq relatat mal-evalwazzjoni ex post tal-programm tal-IPARD previst fl-Artikolu 191 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007 jista' jkun eliġibbli taħt l-assistenza teknika.

G.   Modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli

Fil-qafas leġislattiv dwar l-iżvilupp rurali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020, fir-rigward tal-Kroazja, l-intensità massima ta' għajnuna għall-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli għandha tkun ta' 75% tal-ammont ta' investiment eliġibbli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (2), fi ħdan perijodu massimu ta' erba' snin mid-data tal-adeżjoni skont l-Artikoli 3(2) u 5(1) ta' dik id-Direttiva.

H.   Żamma ta' standards

Fil-qafas leġislattiv dwar l-iżvilupp rurali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020, fir-rigward tal-Kroazja, ir-rekwiżiti amministrattivi statutorji msemmija fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 applikabbli f'dak il-perijodu ta' programmazzjoni għandhom jiġu rispettati skont l-iskeda ta' żmien li ġejja: ir-rekwiżiti msemmija fil-Punt A tal-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014; ir-rekwiżiti msemmija fil-Punt B tal-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2016; u r-rekwiżiti msemmija fil-punt C tal-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2018.


(1)  ĠU L 170, 29.6.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1.

ANNESS VII

Impenji speċifiċi meħudin mir-Repubblika tal-Kroazja fin-negozjati tal-adeżjoni (imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(1) tal-Att tal-Adeżjoni)

1.

Li tkompli tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni tagħha għar-Riforma Ġudizzjarja.

2.

Li tkompli ssaħħaħ l-indipendenza, id-dmir ta' rendikont, l-imparzjalità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura.

3.

Li tkompli ttejjeb l-effiċjenza tal-ġudikatura.

4.

Li tkompli ttejjeb it-trattament tal-każijiet interni ta' delitti tal-gwerra.

5.

Li tkompli tiżgura rekord sostnut ta' riżultati sostanzjali bbażat fuq investigazzjoni, prosekuzzjoni u sentenzi tal-qrati effiċjenti, effettivi u imparzjali f'kawżi dwar kriminalità organizzata u korruzzjoni fil-livelli kollha inkluża l-korruzzjoni f'livell għoli, u f'setturi vulnerabbli bħal dak tal-akkwist pubbliku.

6.

Li tkompli ttejjeb ir-rekord tagħha ta' miżuri ta' prevenzjoni msaħħa fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-konflitt ta' interess.

7.

Li tkompli ssaħħaħ il-protezzjoni tal-minoranzi, inkluż permezz tal-implimentazzjoni effettiva tal-Att Kostituzzjonali dwar id-Drittijiet tal-Minoranzi Nazzjonali (CARNM).

8.

Li tkompli tindirizza l-kwistjonijiet pendenti tar-ritorn tar-refuġjati.

9.

Li tkompli ttejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.

10.

Li tkompli tikkoopera bis-sħiħ mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja.

ANNESS VIII

Impenji meħudin mir-Repubblika tal-Kroazja dwar ir-ristrutturar tal-industrija Kroata tal-bini ta' bastimenti (imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 36(1), tal-Att tal-Adeżjoni)

Il-kumpanniji tal-bini ta’ bastimenti li għandhom jiġu ristrutturati (minn issa 'l quddiem magħrufin bħala "il-kumpanniji") huma dawn li ġejjin:

Brodograđevna industrija 3. MAJ dioničko društvo, Rijeka (minn issa 'l quddiem imsejħa "3. MAJ")

BRODOTROGIR d.d., Trogir (minn issa 'l quddiem imsejħa "Brodotrogir")

BRODOGRAĐEVNA INDUSTRIJA SPLIT, dioničko društvo, Split (minn issa 'l quddiem imsejħa "Brodosplit")

BRODOSPLIT-BRODOGRADILIŠTE SPECIJALNIH OBJEKATA društvo s ograničenom odgovornošću, Split (minn issa 'l quddiem imsejħa "BSO")

BRODOGRADILIŠTE KRALJEVICA dioničko društvo za izgradnju i popravak brodova, Kraljevica (minn issa 'l quddiem imsejħa "Kraljevica").

Il-Kroazja qablet li twettaq ir-ristrutturar ta' dawn il-kumpanniji permezz tal-privatizzazzjoni tagħhom abbażi ta' proċedura kompetittiva ta' sejħa pubblika għall-offerti. Il-pjani ta' ristrutturar għal dawn il-kumpanniji ġew ippreżentati mill-offerenti u aċċettati mill-Aġenzja Kroata tal-Kompetizzjoni u l-Kummissjoni. Il-pjanijiet ta' ristrutturar ser jiġu inkorporati fil-kuntratti ta' privatizzazzjoni rispettivi li għandhom jiġu konklużi bejn il-Kroazja u x-xerrejja tal-kumpanniji.

Il-pjani ta' ristrutturar ippreżentati għal kull waħda minn dawn il-kumpanniji jispeċifikaw il-kondizzjonijiet prinċipali li ġejjin, li għandhom jiġu rispettati fil-proċess ta' ristrutturar:

L-għajnuna mill-Istat kollha li rċevew dawn il-kumpanniji mill-1 ta' Marzu 2006 għandha titqies bħala għajnuna għar-ristrutturar. Il-kumpanniji għandhom jipprovdu kontribuzzjoni għall-pjan ta' ristrutturar mir-riżorsi proprji tagħhom li għandhom ikunu reali, ħielsa minn għajnuna mill-Istat u li tirrappreżenta tal-inqas 40 % tal-ispejjeż totali tar-ristrutturar.

Il-kapaċità ta' produzzjoni globali għall-kumpanniji għandha titnaqqas sal-livelli tal-1 ta' Ġunju 2011 minn 471 324 CGT għal 372 346 CGT. Il-kumpanniji għandhom inaqqsu l-kapaċità ta' produzzjoni tagħhom mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara l-iffirmar tal-kuntratt ta' privatizzazzjoni. It-tnaqqis tal-kapaċità għandu jiġi implimentat permezz tal-għeluq permanenti tal-iskali, billi l-iskali jiġu limitati għall-produzzjoni militari esklużiva skont l-Artiklu 346 tat-TFUE u/jew permezz ta' tnaqqis tas-superfiċje. Is-CGTs huma unitajiet ta' kejl tal-produzzjoni kkalkulata skont ir-regoli applikabbli tal-OECD.

Il-produzzjoni annwali totali tal-kumpanniji għandha tkun limitata għal 323 600 CGT għal perijodu ta' għaxar snin, mill-1 ta' Jannar 2011. Il-produzzjoni tal-kumpanniji ser tkun limitata għal-livelli li ġejjin (1):

3. MAJ: 109 570 CGT

Brodotrogir: 54 955 CGT

Brodosplit u BSO: 132 078 CGT

Kraljevica: 26 997 CGT

Il-kumpanniji jistgħu jaqblu li jeżaminaw mill-ġdid il-limiti ta' produzzjoni individwali tagħhom. Abbażi tal-ftehimiet vinkolanti, huma jistgħu jistabbilixxu espressament liema porzjon tal-kwota ta' produzzjoni individwali tagħhom (espressa f'CGTs) huma ser jagħtu lil xulxin. Il-limitu ta' produzzjoni annwali ġenerali ta' 323 600 CGT għandu jiġi rrispettat.

Il-pjanijiet ta' ristrutturar jispeċifikaw ukoll għadd ta' miżuri oħrajn li kull kumpannija ser timplimenta biex jiġi żgurat ir-ritorn għal vijabbiltà fit-tul.

Kwalunkwe bidla sussegwenti għal dawn il-pjanijiet għandha tikkonforma mal-kondizzjonijiet prinċipali fil-proċess ta' ristrutturar elenkati hawn fuq u għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni għall-aċċettazzjoni.

Il-kumpanniji ma għandhom jirċievu l-ebda għajnuna ta' salvataġġ jew għar-ristrutturar ġdida qabel ma jkunu għaddew mill-inqas għaxar snin mid-data tal-firma tal-kuntratt ta' privatizzazzjoni. Mal-adeżjoni tal-Kroazja, il-Kummissjoni għandha tordna lill-Kroazja biex tirkupra kwalunkwe għajnuna ta' salvataġġ jew għar-ristrutturar mogħtija bi ksur ta' din id-dispożizzjoni, b'interessi komposti.

Il-pjanijiet ta' ristrutturar li ġew aċċettati mill-Aġenzija Kroata tal-Kompetizzjoni u mill-Kummissjoni ser jiġu inkorporati fil-kuntratti ta' privatizzazzjoni rispettivi li ser jiġu konklużi bejn il-Kroazja u x-xerrejja tal-kumpanniji. Il-kuntratti ta' privatizzazzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għall-aċċettazzjoni u għandhom jiġu ffirmati qabel l-adeżjoni tal-Kroazja.

Il-Kummissjoni ser tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' ristrutturar u l-konformità mal-kondizzjonijiet li jinsabu f'dan l-Anness rigward il-livell tal-għajnuna mill-Istat, il-kontribuzzjoni proprja, it-tnaqqis tal-kapaċità, il-limitazzjoni tal-produzzjoni u l-miżuri meħudin biex jiġi żgurat ir-ritorn għall-vijabbiltà.

Dan il-monitoraġġ għandu jitwettaq kull sena tal-perijodu ta' ristrutturar. Il-Kroazja għandha tikkonforma bis-sħiħ mall-arranġamenti kollha għall-monitoraġġ. B'mod partikolari:

Il-Kroazja għandha tippreżenta lill-Kummissjoni rapporti ta' kull sitt xhur dwar ir-ristrutturar tal-kumpanniji li qed jibbenefikaw, mhux aktar tard mill-15 ta' Jannar u l-15 ta' Lulju kull sena sal-aħħar tal-perijodu ta' ristrutturar.

Ir-rapporti għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-monitoraġġ tal-proċess ta' ristrutturar, il-kontribuzzjoni proprja, it-tnaqqis tal-kapaċità, il-limitazzjoni tal-produzzjoni u l-miżuri meħudin biex jiġi żgurat ir-ritorn għall-vijabbiltà.

Il-Kroazja għandha tippreżenta rapporti dwar il-produzzjoni annwali tal-kumpanniji fil-proċess ta' ristrutturar, mhux aktar tard mill-15 ta' Lulju kull sena, sal-aħħar tal-2020.

Il-Kroazja għandha tobbliga lill-kumpanniji biex jikxfu d-data rilevanti kollha li tista', f'ċirkostanzi oħrajn, titqies bħala kunfidenzjali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni kunfidenzjali speċifika għal kumpannija ma tinkixifx.

Il-Kummissjoni tista' fi kwalunkwe ħin tiddeċiedi li tagħti mandat lil espert indipendenti biex jevalwa r-riżultati tal-monitoraġġ, iwettaq kwalunkwe riċerka meħtieġa u jirrapporta lill-Kummissjoni. Il-Kroazja ser tipprovdi kooperazzjoni sħiħa lill-espert indipendenti maħtur mill-Kummissjoni u tiżgura li t-tali espert ikollu aċċess sħiħ għall-informazzjoni kollha li jkollu bżonn biex iwettaq l-impenji fdati lilu mill-Kummissjoni.

Mal-adeżjoni tal-Kroazja, il-Kummissjoni għandha tordna lill-Kroazja biex tirkupra l-għajnuna ta' salvataġġ jew għar-ristrutturar kollha mogħtija mill-1 ta' Marzu 2006 lil kumpannija partikolari, b'interessi komposti jekk:

il-kuntratt ta' privatizzazzjoni għal din il-kumpannija ma jkunx għadu ġie ffirmat jew ma jinkorporax kompletament il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-pjan ta' ristrutturar aċċettat mill-Aġenzija Kroata tal-Kompetizzjoni u mill-Kummissjoni, jew

il-kumpannija ma tkunx ipprovdiet kontribuzzjoni reali, ħielsa mill-għajnuna mill-Istat, mir-riżorsi proprji tagħha, li tirrappreżenta tal-inqas 40 % tal-ispejjeż ta' ristrutturar, jew

it-tnaqqis tal-kapaċità tal-produzzjoni globali ma ġietx implimentata fi żmien tnax-il xahar mill-iffirmar tal-kuntratt ta' privatizzazzjoni. F'dak il-każ, l-irkupru tal-għajnuna għandu jkun meħtieġ biss minn dawk il-kumpanniji li ma jkunux kisbu t-tnaqqis tal-kapaċità individwali kif ġej:

3 MAJ: b'46 543 CGT

Brodotrogir: b'15 101 CGT

Brodosplit u BSO: b'29 611 CGT

Kraljevica: b'9 636 CGT, jew

il-limitazzjoni tal-produzzjoni globali għall-kumpaniji (jiġifieri 323 600 CGT) tkun inqabżet fi kwalunkwe sena kalendarja individwali bejn l-2011 u l-2020. F'dak il-każ, l-irkupru tal-għajnuna għandu jkun meħtieġ minn dawk il-kumpanniji li jkunu qabżu l-limiti ta' produzzjoni individwali tagħhom (jekk applikabbli, kif emendat minn ftehim legalment vinkolanti ma' kumpannija tal-bini tal-bastimenti oħra).


(1)  Il-produzzjoni annwali ta' kumpannija partikolari hija kkalkulata kif ġej: Il-bidu tal-produzzjoni ta' bastiment hija d-data ppjanata tal-qtugħ tal-azzar, u t-tmiem tal-produzzjoni hija d-data prevista tal-kunsinna tal-bastiment kif stabbilit fil-kuntratt max-xerrej (jew id-data antiċipata tal-kunsinna tal-bastiment mhux komplut meta l-kostruzzjoni tal-bastiment tkun kondiviża bejn żewġ kumpanniji). L-għadd ta' CGTs li jikkorrispondu ma' bastiment huwa allokat b'mod lineari mas-snin kalendarji li jkopru l-perijodu tal-produzzjoni. Il-produzzjoni totali ta' kumpannija f'sena partikolari hija kkalkulata billi jingħaddu s-CGTs prodotti matul dik is-sena.

ANNESS IX

Impenji meħudin mir-Repubblika tal-Kroazja dwar ir-ristrutturar tas-settur tal-azzar (imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 36(1) tal-Att tal-Adeżjoni)

Permezz ta' ittra datata t-23 ta' Mejju 2011, il-Kroazja infurmat lill-Kummissjoni li rċeviet rikonoxximent tad-dejn mill-produttur tal-azzar CMC Sisak d.o.o., li jikkorrispondi għal dik l-għajnuna ta' ristrutturar minn din il-kumpannija matul il-perijodu mill-1 ta' Marzu 2002 sat-28 ta' Frar 2007, flimkien mal-interessi komposti (1). L-għajnuna mill-Istat li rċeviet, mingħajr interessi komposti, tammonta għal HRK 19 117 572,36.

Mal-adeżjoni tal-Kroazja, f'każ li l-ammont totali ta' din l-għajnuna flimkien mal-interess kompost ma jkunx ġie rimburżat minn CMC Sisak d.o.o., il-Kummissjoni għandha tordna lill-Kroazja biex tirkupra kwalunkwe għajnuna ta' salvataġġ u għar-ristrutturar mogħtija lil dik il-kumpannija mill-1 ta' Marzu 2006, b'interess kompost.


(1)  Li għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikoli 9 sa 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p.1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1125/2009 (ĠU L 308, 24.11.2009, p. 5).

PROTOKOLL

dwar ċerti arranġamenti dwar trasferiment possibbli ta' darba ta' unitajiet ta' ammont assenjati maħruġa taħt il-Protokoll ta' Kjoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonjiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima lir-Repubblika tal-Kroazja, kif ukoll il-kumpens relatat

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WAQT LI JINNOTAW li minħabba ċ-ċirkustanzi speċifiċi storiċi li affettwaw lill-Kroazja, inqabel li tiġi espressa r-rieda biex tingħata assistenza lill-Kroazja permezz ta' trasferiment ta' darba ta' Unitajiet ta' Ammont Assenjati maħruġa taħt il-Protokoll ta' Kjoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonjiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ("il-Protokoll ta’ Kjoto"),

WAQT LI JINNOTAW li kwalunkwe trasferiment bħal dan isir biss f'okkażjoni waħda, ma joħloqx preċedent u jirrifletti n-natura unika u eċċezzjonali tas-sitwazzjoni tal-Kroazja,

WAQT LI JENFASIZZAW li kwalunkwe trasferiment bħal dan ikollu jiġi kkumpensat mill-Kroazja permezz ta' aġġustament tal-obbligi tagħha taħt id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (1) sabiex tiġi żgurata l-integrità ambjentali billi tiġi evitata żieda fl-ammont totali ta' emissjonijiet permessi tal-Unjoni u l-Kroazja sal-2020,

QABLU DWAR ID-DISPOŻIZZJONIJIET SEGWENTI:

PARTI I

TRASFERIMENT

Artikolu 1

Din il-Parti għandha tapplika għal miżuri relatati ma' trasferiment possibbli ta' darba ta' kwantità ta' Unitajiet ta' Ammont Assenjati (AAU) maħruġa taħt il-Protokoll ta' Kjoto lill-Kroazja.

Artikolu 2

Ma għandu jsir l-ebda trasferiment kemm-il darba l-Kroazja ma tkunx irtirat l-appell tagħha kontra d-deċiżjoni tal-fergħa tal-infurzar tal-Kumitat ta' Konformità tal-Protokoll ta' Kjoto skont kwalunkwe regola u limitu ta' żmien rilevanti li jirregolaw l-irtirar ta' appelli, qabel il-bidu tal-Konferenza UNFCCC f'Durban (28 ta' Novembru - 9 ta' Diċembru 2011).

Kwalunkwe trasferiment għandu jiddependi mid-determinazzjoni tat-Tim Espert tal-Analiżi tal-UNFCCC, wara l-perijodu tal-verità ("true-up period"), li l-Kroazja ma żammitx mal-impenji tagħha taħt l-Artikolu 3 tal-Protokoll ta' Kjoto.

L-ebda trasferiment ma għandu jseħħ kemm-il darba l-Kroazja ma tkunx għamlet l-isforzi kollha raġonevoli biex tikkonforma mal-impenji tagħha taħt l-Artikolu 3 tal-Protokoll ta' Kjoto, inkluż l-użu sħiħ tal-unitajiet ta' tneħħija mill-użu tal-art, il-bidla fl-użu tal-art u l-forestrija.

Artikolu 3

Kwalunkwe deċiżjoni dwar it-trasferiment ta' AAUs għandha tiġi adottata skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (2). Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit bl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-moniteraġġ l-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto (3). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. L-ebda deċiżjoni bħal din ma għandha tiġi adottata fejn ma tkun ingħatat l-ebda opinjoni.

L-AAUs li għandhom jiġu ttrasferiti għandhom jittieħdu mill-kwantità ta' Unitajiet ta' Ammont Assenjati msemmija fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/944/KE tal-14 ta' Diċembru 2006 li tiddetermina l-livelli rispettivi ta' emissjonijiet allokati lill-Komunità u lil kull wieħed mill-Istati Membri tagħha taħt il-Protokoll ta' Kjoto skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE (4).

Kwalunkwe trasferiment ma għandux jeċċedi kwantità totali ta' 7 000 000 AAU.

PARTI II

KUMPENS

Artikolu 4

Din il-Parti għandha tapplika għall-kumpens li għandu jiġi pprovdut mill-Kroazja f'każ ta' trasferiment ta' AAU skont id-dispożizzjonijiet ta' Parti I.

Artikolu 5

1.   Il-Kroazja għandha tikkumpensa kwalunkwe AAU trasferita lilha permezz ta' aġġustament, skont dan l-artikolu, tal-obbligi tagħha taħt id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 406/2009/KE.

B'mod partikolari, l-ammont ekwivalenti f'tunnellati ekwivalenti ta' diossidu tal-karbonju għal kwalunkwe AAU trasferita għandha, skont dan l-Artikolu, titnaqqas mill-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet annwali tal-Kroazja ladarba jkunu ġew iddeterminati skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 406/2009/KE.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika ċ-ċifri għall-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet annwali tal-Kroazja li jirriżultaw mit-tnaqqis li jsir skont il-paragrafu 1.


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136.

(2)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(3)  ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 358, 16.12.2006, p. 87. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/778/UE (ĠU L 332, 16.12.2010, p 41).

ATT FINALI

I.   TEST TAL-ATT FINALI

1.

Il-Plenipotenzjarji ta':

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLLIKA TAL-ESTONJA,

IL-PRESIDENT TAL-IRLANDA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA’ SPANJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLLIKA TAL-LATVJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLLIKA TAL-UNGERIJA,

IL-PRESIDENT TA' MALTA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

IL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IL-PRESIDENT TAR-RUMANIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IL-GVERN TAR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

Miġbura fi Brussell, fid-disa jum ta' Diċembru tas-sena elfejn u ħdax fl-okkażjoni tal-firma tat-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (Stati Membri tal-Unjoni Ewropea) u r-Repubblika tal-Kroazja, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.

Irreġistraw il-fatt li t-testi li ġejjin ġew imfasslin u adottati fil-Konferenza bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea:

I.

it-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (Stati Membri tal-Unjoni Ewropea) u r-Repubblika tal-Kroazja, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (minn issa u 'l quddiem "it-Trattat tal-Adeżjoni");

II.

l-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (minn issa u 'l quddiem "l-Att tal-Adeżjoni");

III.

it-testi elenkati hawn taħt li huma annessi mal-Att tal-Adeżjoni:

A.

Anness I

:

Lista ta' konvenzjonijiet u protokolli li r-Repubblika tal-Kroazja ser taderixxi magħhom mal-adeżjoni (imsemmija fl-Artikolu 3(4) tal-Att tal-Adeżjoni),

Anness II

:

Lista ta' dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen kif integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea u l-atti li jibnu fuqu jew li huma b'xi mod ieħor relatati miegħu, li għandhom jorbtu lir-Repubblika tal-Kroazja u jkunu applikabbli fiha mill-adeżjoni (imsemmija fl-Artikolu 4(1) tal-Att tal-Adeżjoni),

Anness III

:

Lista msemmija fl-Artikolu 15 tal-Att ta' Adeżjoni: adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet,

Anness IV

:

Lista msemmija fl-Artikolu 16 tal-Att ta' Adeżjoni: dispożizzjonijiet permanenti oħrajn,

Anness V

:

Lista msemmija fl-Artikolu 18 tal-Att ta' Adeżjoni: miżuri transitorji,

Anness VI

:

Żvilupp rurali (imsemmi fl-Artikolu 35(2) tal-Att tal-Adeżjoni),

Anness VII

:

Impenji speċifiċi meħudin mir-Repubblika tal-Kroazja fin-negozjati tal-adeżjoni (imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(1) tal-Att tal-Adeżjoni),

Anness VIII

:

Impenji meħudin mir-Repubblika tal-Kroazja dwar ir-ristrutturar tal-industrija Kroata tal-bini ta' bastimenti (imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 36(1) tal-Att tal-Adeżjoni),

Anness IX

:

Impenji meħudin mir-Repubblika tal-Kroazja dwar ir-ristrutturar tas-settur tal-azzar (imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 36(1) tal-Att tal-Adeżjoni);

B.

Protokoll dwar ċerti arranġamenti dwar trasferiment possibbli ta' darba ta' Unitajiet ta' ammont assenjati maħruġa taħt il-Protokoll ta' Kjoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima lir-Repubblika tal-Kroazja, kif ukoll il-kumpens relatat;

C.

it-testi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea tal-Enerġija Atomika, u t-Trattati li jemendawhom jew jissupplimentawhom, inkluż it-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, tal-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, it-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika, it-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża, it-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja, it-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar- Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u t-Trattat dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fil-lingwa Kroata.

2.

Il-Partijiet Kontraenti Għolja laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal atti adottati mill-Istituzzjonijiet meħtieġ minħabba l-adeżjoni u jistiednu lill-Kunsill u l-Kummissjoni jadottaw dawn l-adattamenti qabel l-adeżjoni f'konformità mal-Artikolu 50 tal-Att tal-Adeżjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 3(4) tat-Trattat tal-Adeżjoni, kompletati u aġġornati fejn meħtieġ sabiex jittieħed kont tal-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

3.

Il-Partijiet Kontraenti Għolja jimpenjaw ruħhom li jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lil xulxin l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Att tal-Adeżjoni. Fejn meħtieġ, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta fi żmien suffiċjenti qabel id-data tal-adeżjoni sabiex tkun permessa l-applikazzjoni sħiħa tal-Att tal-Adeżjoni mid-data tal-adeżjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-funzjonament tas-suq intern. F'dan il-kuntest in-notifika bikrija skont l-Artikolu 47 tal-Att tal-Adeżjoni tal-miżuri adottati mir-Repubblika tal-Kroazja hi ta' importanza primarja. F'dan il-kuntest in-notifika bikrija skont l-Artikolu 47 tal-Att tal-Adeżjoni tal-miżuri adottati mir-Repubblika tal-Kroazja hi ta' importanza primarja.

Sa dan il-jum tal-firma, il-Partijiet Kontraenti Għolja jkunu ġew provduti b'lista li tagħti l-obbligi ta' informazzjoni fil-qasam veterinarju.

4.

Il-Plenipotenzjarji ħadu nota tad-Dikjarazzjonijiet li ġejjin li saru jew li ġew annessi ma' dan l-Att Finali:

A.

Dikjarazzjoni Konġunta mill-Istati Membri attwali

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen

B.

Dikjarazzjoni Konġunta minn diversi Stati Membri

Dikjarazzjoni Konġunta mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika tal-Awstrija dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema: Kroazja

C.

Dikjarazzjoni Konġunta mill-Istati Membri attwali u r-Repubblika tal-Kroazja

Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp

D.

Dikjarazzjoni mir-Repubblika tal-Kroazja

Dikjarazzjoni mir-Repubblika tal-Kroazja dwar l-arranġament transitorji għal-liberalizzazzjoni tas-suq tal-art agrikola Kroata

5.

Il-Plenipotenzjarji ħadu nota tal-Iskambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar proċedura ta' informazzjoni u konsultazzjoni għall-adozzjoni ta' ċerti deċiżjonijiet u miżuri oħra li għandhom jittieħdu matul il-perijodu ta' qabel l-adeżjoni u li huwa mehmuż ma' dan l-Att Finali.

Съставено в Брюксел на девети декември две хиляди и единадесета година.

Hecho en Bruselas, el nueve de diciembre de dos mil once.

V Bruselu dne devátého prosince dva tisíce jedenáct.

Udfærdiget i Bruxelles den niende december to tusind og elleve.

Geschehen zu Brüssel am neunten Dezember zweitausendelf.

Kahe tuhande üheteistkümnenda aasta detsembrikuu üheksandal päeval Brüsselis.

'Εγινε στις Βρυξέλλες, στις εννέα Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες έντεκα.

Done at Brussels on the ninth day of December in the year two thousand and eleven.

Fait à Bruxelles, le neuf décembre deux mille onze.

Arna dhéanamh sa Bhruiséil, an naoú lá de mhí na Nollag an bhliain dhá mhíle agus a haon déag.

Sastavljeno u Bruxellesu dana devetog prosinca godine dvije tisuće jedanaeste.

Fatto a Bruxelles, addì nove dicembre duemilaundici.

Briselē, divtūkstoš vienpadsmitā gada devītajā decembrī.

Priimta du tūkstančiai vienuoliktų metų gruodžio devintą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenegyedik év december havának kilencedik napján.

Magħmul fi Brussell, fid-disa jum ta' Diċembru tas-sena elfejn u ħdax.

Gedaan te Brussel, de negende december tweeduizend elf.

Sporządzono w Brukseli dnia dziewiątego grudnia roku dwa tysiące jedenastego.

Feito em Bruxelas, em nove de Dezembro de dois mil e onze.

Întocmit la Bruxelles la nouă decembrie două mii unsprezece.

V Bruseli dňa deviateho decembra dvetisícjedenásť.

V Bruslju, dne devetega decembra leta dva tisoč enajst.

Tehty Brysselissä yhdeksäntenä päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattayksitoista.

Som skedde i Bryssel den nionde december tjugohundraelva.

Voor Zijne Majesteit de Koning der Belgen

Pour Sa Majesté le Roi des Belges

Für Seine Majestät den König der Belgier

Image

Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.

Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

За Република България

Image

Za prezidenta České republiky

Image

For Hendes Majestæt Danmarks Dronning

Image

Für den Präsidenten der Bundesrepublik Deutschland

Image

Eesti Vabariigi Presidendi nimel

Image

Thar ceann Uachtarán na hÉireann

For the President of Ireland

Image

Για τον Πρόεδρο της Ελληνικής Δημοκρατίας

Image

Por Su Majestad el Rey de España

Image

Pour le Président de la République française

Image

Za Republiku Hrvatsku

Image

Image

Per il Presidente della Repubblica italiana

Image

Για τον Πρόεδρο της Κυπριακής Δημοκρατίας

Image

Latvijas Republikas Valsts prezidentes vārdā –

Image

Image

Lietuvos Respublikos Prezidento vardu

Image

Pour Son Altesse Royale le Grand-Duc de Luxembourg

Image

A Magyar Köztársaság Elnöke részéről

Image

Għall-President ta' Malta

Image

Voor Hare Majesteit de Koningin der Nederlanden

Image

Für den Bundespräsidenten der Republik Österreich

Image

Za Prezydenta Rzeczypospolitej Polskiej

Image

Pelo Presidente da República Portuguesa

Image

Pentru Președintele României

Image

Za predsednika Republike Slovenije

Image

Za prezidenta Slovenskej republiky

Image

Suomen Tasavallan Presidentin puolesta

För Republiken Finlands President

Image

För Konungariket Sveriges regering

Image

For Her Majesty the Queen of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

Image

II.   DIKJARAZZJONIJIET

A.   DIKJARAZZJONI KONĠUNTA MILL-ISTATI MEMBRI ATTWALI

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen

Huwa mifhum li l-proċeduri maqbula għall-applikazzjoni sħiħa futura mill-Kroazja tad-dispożizzjonijiet kollha tal-acquis ta' Schengen - kif ser jiġu inklużi fit-Trattat dwar l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni ("l-att tal-adeżjoni tal-Kroazja") - huma mingħajr preġudizzju għal u m'għandhomx implikazzjonijiet għad-deċiżjoni li għandha tittieħed mill-Kunsill għall-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Rumanija.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fil-Bulgarija u r-Rumanija għandha tittieħed abbażi tal-proċedura stabbilita f'dak ir-rigward fit-Trattat dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni u f'konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2011 dwar it-tlestija tal-proċess ta' evalwazzjoni tal-istat ta' tħejjija tal-Bulgarija u r-Rumanija biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-acquis ta' Schengen.

Il-proċeduri maqbula għall-applikazzjoni sħiħa futura mill-Kroazja tad-dispożizzjonijiet kollha tal-acquis ta' Schengen - kif ser jiġu inklużi fit-Trattat tal-adeżjoni tal-Kroazja - ma joħolqux obbligu legali fl-ebda kuntest minbarra f'dak tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja.

B.   DIKJARAZZJONI KONĠUNTA MINN DIVERSI STATI MEMBRI ATTWALI

Dikjarazzjoni Konġunta mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika tal-Awstrija dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema: Kroazja

Il-formulazzjoni tal-paragrafu 12 tal-miżuri transitorji dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema skont id-Direttiva 96/71/KE fl-Anness V, it-Taqsima 2, tal-Att tal-Adeżjoni hija mifhuma mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika tal-Awstrija bi qbil mal-Kummissjoni li tfisser li "ċerti reġjuni" jistgħu, fejn adegwat, jinkludu wkoll it-territorju nazzjonali kollu.

C.   DIKJARAZZJONI KONĠUNTA MILL-ISTATI MEMBRI ATTWALI U R-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA

Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp

Ir-Repubblika tal-Kroazja ser taderixxi għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp mid-dħul fis-seħħ tal-Qafas Finanzjarju ta' Kooperazzjoni Multiannwali l-ġdid wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni u ser tikkontribwixxi għalih mill-1 ta' Jannar tat-tieni sena kalendarja wara d-data tal-adeżjoni tagħha.

D.   DIKJARAZZJONI MIR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA

Dikjarazzjoni mir-Repubblika tal-Kroazja dwar l-arranġament transitorji għal-liberalizzazzjoni tas-suq tal-art agrikola Kroata

Wara li kkunsidrat l-arranġament transitorju fir-rigward tal-akkwist ta' art agrikola fir-Repubblika tal-Kroazja minn persuni fiżiċi u ġuridiċi mill-UE/ŻEE, kif previst fl-Anness V tal-Att tal-Adeżjoni

Wara li kkunsidrat id-dispożizzjoni li tistipula li l-Kummissjoni, fuq talba tar-Repubblika tal-Kroazja, għandha tiddeċiedi dwar l-estenzjoni tal-perijodu transitorju ta' seba' snin bi tliet snin addizzjonali, dment li jkun hemm provi biżżejjed li, mal-iskadenza tal-perijodu transitorju ta' seba' snin, ikun hemm tfixkil serju jew theddida ta' tfixkil serju fis-suq tal-art agrikola tar-Repubblika tal-Kroazja,

Ir-Repubblika tal-Kroazja tiddikjara li, jekk tingħata l-estensjoni msemmija hawn fuq tal-perijodu transitorju, hija ser tagħmel ħilitha biex twettaq il-passi meħtieġa biex tilliberalizza l-akkwist tal-art agrikola fiż-żoni speċifikati qabel l-iskadenza tal-perijodu ta' tliet snin stabbilit.

III.   SKAMBJU TA' ITTRI

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar proċedura ta' informazzjoni u konsultazzjoni għall-adozzjoni ta' ċerti deċiżjonijiet u miżuri oħra li għandhom jittieħdu matul il-perijodu ta' qabel l-adeżjoni

Sinjur,

Għandi l-unur nirreferi għall-kwistjoni li tikkonċerna l-proċedura ta' informazzjoni u konsultazzjoni għall-adozzjoni ta' ċerti deċiżjonijiet u miżuri oħra li għandhom jittieħdu matul il-perijodu ta' qabel l-adeżjoni ta' pajjiżek mal-Unjoni Ewropea li tqajmet fil-qafas tan-negozjati għall-adeżjoni.

Jiena b'dan nikkonferma li l-Unjoni Ewropea tista' taqbel ma' din il-proċedura, fit-termini stabbiliti fl-Anness għal din l-ittra, li tista' tiġi applikata fir-rigward tar-Repubblika tal-Kroazja b'effett mid-data li fiha l-Konferenza dwar l-Adeżjoni tiddikjara li n-negozjati dwar l-adeżjoni ġew finalment konklużi.

Inkun grat jekk inti tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta' din l-ittra.

Dejjem tiegħek,

 

ANNESS

Proċedura ta' informazzjoni u konsultazzjoni għall-adozzjoni ta' ċerti deċiżjonijiet u miżuri oħra li għandhom jittieħdu matul il-perijodu ta' qabel l-adeżjoni

I.

1.

Sabiex jiġi żgurat li r-Repubblika tal-Kroazja tinżamm infurmata b'mod adegwat, kull proposta, komunikazzjoni, rakkomandazzjoni jew inizjattiva li hija maħsuba biex twassal għall-adozzjoni ta' att legali tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-Kunsill, jew il-Kunsill Ewropew għandha tiġi mgħarrfa lill-Kroazja wara li tintbagħat lill-Kunsill jew il-Kunsill Ewropew.

2.

Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fuq talba motivata mill-Kroazja, li fiha għandha tistipula espressament l-interessi tagħha bħala membru futur tal-Unjoni flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha.

3.

Bħala regola ġenerali, deċiżjonijiet amministrattivi ma għandhomx jagħtu lok għal konsultazzjonijiet.

4.

Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi ħdan Kumitat Interim magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u mill-Kroazja. Ħlief għal oġġezzjoni motivata mill-Unjoni jew il-Kroazja, il-konsultazzjonijiet jistgħu jsiru wkoll fil-forma ta' skambju ta' messaġġi b'mezzi elettroniċi, partikolarment f’materji ta' politika estera u ta' sigurtà komuni.

5.

Min-naħa tal-Unjoni, il-membri tal-Kumitat Interim għandhom ikunu l-membri tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti jew persuni magħżula minnhom għal dan l-iskop. Fejn adatt, il-membri tal-Kumitat Interim jistgħu jkunu l-membri tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà. Il-Kummissjoni għandha tkun rappreżentata b'mod adegwat.

6.

Il-Kumitat Interim għandu jkun mgħejun minn Segretarjat, li għandu jkun dak tal-Konferenza tal-Adeżjoni, li jitkompla għal dan l-iskop.

7.

Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru hekk kif il-ħidma preparatorja mwettqa fil-livell tal-Unjoni bil-ħsieb tal-adozzjoni tal-atti msemmijin fil-paragrafu 1 tkun ipproduċiet linji gwida komuni li jippermettu li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'mod utli.

8.

Jekk wara konsultazzjonijiet jifdal xi diffikultajiet serji, il-kwistjoni tista' titqajjem f'livell ministerjali fuq talba tal-Kroazja.

9.

Id-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq għandhom japplikaw mutatis mutandis għad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Ewropew tal-Investiment.

10.

Il-proċedura stipulata fil-paragrafi ta' hawn fuq għandha tapplika wkoll għal kull deċiżjoni li għandha tittieħed mill-Kroazja li tista' taffettwa l-impenji li jirriżultaw mill-pożizzjoni tagħhom bħala membri futuri tal-Unjoni.

II.

11.

L-Unjoni u l-Kroazja għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-adeżjoni ta’ din tal-aħħar għall-ftehimiet jew il-konvenzjonijiet u l-protokolli msemmija fl-Artikoli 3(4), 6(2) u 6(5) tal-Att dwar il-kondizzjonijiet ta' adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "l-Att tal-Adeżjoni", tikkoinċidi safejn possibbli mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni.

12.

Fir-rigward tan-negozjati mal-partijiet ko-kontraenti tal-protokolli msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni, ir-rappreżentanti tal-Kroazja għandhom ikunu assoċjati mal-ħidma bħala osservaturi, maġenb ir-rappreżentanti tal-Istati Membri attwali.

13.

Ċerti ftehimiet non-preferenzjali konklużi mill-Unjoni, li jibqgħu fis-seħħ wara d-data tal-adeżjoni, jistgħu jkunu soġġetti għal adattamenti jew aġġustamenti sabiex jittieħed kont tat-tkabbir tal-Unjoni. Dawn l-adattamenti jew aġġustamenti ser ikunu nnegozjati mill-Unjoni f'assoċjazzjoni mar-rappreżentanti tal-Kroazja skont il-proċedura msemmija fil-paragrafu 12.

III.

14.

L-istituzzjonijiet għandhom, eventwalment, ifasslu t-testi msemmija fl-Artikolu 52 tal-Att tal-Adeżjoni. Għal dak il-għan, il-Kroazja għandha tipprovdi lill-istituzzjonijiet bit-traduzzjonijiet ta' dawk it-testi fil-ħin.

Sinjur,

Għandi l-unur ninfurmak li rċevejt l-ittra tiegħek li taqra kif ġej:

"Għandi l-unur nirreferi għall-kwistjoni li tikkonċerna l-proċedura ta' informazzjoni u konsultazzjoni għall-adozzjoni ta' ċerti deċiżjonijiet u miżuri oħra li għandhom jittieħdu matul il-perijodu ta' qabel l-adeżjoni ta' pajjiżek mal-Unjoni Ewropea li tqajmet fil-qafas tan-negozjati għall-adeżjoni.

Jiena b'dan nikkonferma li l-Unjoni Ewropea tista' taqbel ma' din il-proċedura, fit-termini stabbiliti fl-Anness għal din l-ittra, li tista' tiġi applikata fir-rigward tar-Repubblika tal-Kroazja b'effett mid-data li fiha l-Konferenza dwar l-Adeżjoni tiddikjara li n-negozjati dwar l-adeżjoni ġew finalment konklużi.

Inkun grat jekk inti tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta' din l-ittra.".

Għandi l-unur nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut ta' din l-ittra.

Dejjem tiegħek,