2011R1178 — MT — 08.04.2015 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1178/2011

tat-3 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 311, 25.11.2011, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 290/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012

  L 100

1

5.4.2012

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 70/2014 tas-27 ta’ Jannar 2014

  L 23

25

28.1.2014

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 245/2014 tat-13 ta’ Marzu 2014

  L 74

33

14.3.2014

►M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/445 tas-17 ta' Marzu 2015

  L 74

1

18.3.2015




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1178/2011

tat-3 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(6), 8(5) u 10(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-għan tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 huwa li jiġi stabbilit u miżmum livell uniformi għoli ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa. Dak ir-Regolament jistipola l-mezzi għall-ilħuq ta’ dak l-għan u għanijiet oħra fil-kamp tal-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili.

(2)

Il-bdoti involuti fit-tħaddim ta’ ċerti inġenji tal-ajru, kif ukoll l-apparat ta’ taħriġ fis-simulazzjoni tat-titjir, il-persuni u l-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, fit-testijiet u l-kontrolli ta’ dawk il-bdoti, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stipulati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. Skont dak ir-Regolament, il-bdoti kif ukoll il-persuni u l-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ tagħhom għandhom jiġu ċċertifikati ladarba jinstab li huma konformi mar-rekwiżiti essenzjali.

(3)

Bl-istess mod, il-bdoti għandu jinħarġilhom ċertifikat mediku u l-eżaminaturi ajrumediċi, responsabbli mill-valutazzjoni tal-istat mediku tal-bdoti, għandhom jiġu ċċertifikati ladarba jinstab li huma konformi mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 jipprevedi l-possibbiltà li tobba ġeneralisti jaġixxu bħala eżaminaturi ajrumediċi b'ċerti kundizzjonijiet u jekk ikun permess fil-liġi nazzjonali.

(4)

L-ekwipaġġ tal-kabina involut fit-tħaddim ta’ ċerti inġenji tal-ajru għandu jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stipulati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. Skont dak ir-Regolament, il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina għandha ssirilhom valutazzjoni perjodika tal-istat mediku tagħhom li turi jekk humiex b'saħħithom biżżejjed biex jaqdu d-dmirijiet tagħhom ta’ sikurezza. Il-konformità għandha tintwera permezz ta’ valutazzjoni adattata bbażata fuq l-aħjar prattika ajrumedika.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 jirrikjedi li l-Kummissjoni tadotta r-regoli ta’ implimentazzjoni neċessarji biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni tal-bdoti kif ukoll tal-persuni involuti fit-taħriġ, it-testijiet u l-kontrolli tagħhom, għall-attestazzjoni tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina u għall-valutazzjoni tal-istat mediku tagħhom.

(6)

Għandhom jiġu stabbiliti r-rekwiżiti u l-proċeduri għall-konverżjoni tal-liċenzji nazzjonali tal-bdoti u tal-liċenzji nazzjonali ta’ inġiniera tat-titjira f'liċenzji tal-bdoti, biex jiġi żgurat li dawn ikunu jistgħu jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom f'kundizzjonijiet armonizzati; il-kwalifiki tat-testijiet tat-titjira għandhom ukoll jiġu kkonvertiti skont dan ir-Regolament.

(7)

Għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jaċċettaw liċenzji maħruġa minn pajjiżi terzi meta jkun jista' jiġi garantit livell ta’ sikurezza ekwivalenti għal dak speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 216/2008; għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta’ liċenzji maħruġa minn pajjiżi terzi.

(8)

Sabiex jiġi żgurat li t-taħriġ mibdi qabel l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ikun jista' jittieħed inkunsiderazzjoni għall-fini tal-ksib ta’ liċenzji tal-bdoti, għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tat-taħriġ diġà kkompletat; għandhom jiġu stabbiliti wkoll il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ liċenzji militari.

(9)

Jeħtieġ li jingħata żmien biżżejjed biex l-industrija ajrunawtika u l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri jadattaw ruħhom għall-qafas regolatorju l-ġdid, li l-Istati Membri jingħataw iż-żmien biex joħorġu tipi speċifiċi ta’ liċenzji tal-bdoti u ċertifikati mediċi mhux koperti mil-“JAR”, u li tiġi rikonoxxuta f'ċerti kundizzjonijiet il-validità tal-liċenzji u ċ-ċertifikati li jkunu nħarġu, kif ukoll il-valutazzjonijiet ajrumediki mwettqa, qabel ma japplika dan ir-Regolament;

(10)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-aċċettazzjoni reċiproka ta’ liċenzji tal-persunal għall-eżerċizzju ta’ funzjonijiet fl-avjazzjoni ċivili ( 2 ) ġiet revokata f'konformità mal-Artikolu 69(2) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(11)

Sabiex jiġu żgurati tranżizzjoni mingħajr problemi u livell uniformi għoli ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni, il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom jirriflettu l-aktar għarfien modern, inklużi l-aħjar prassi, u l-progress xjentifiku u tekniku fil-qasam tat-taħriġ tal-bdoti u l-istat ajrumediku tal-ekwipaġġi tal-ajruplani. Skont dan, ir-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi maqbula mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO) u l-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2009, kif ukoll il-leġiżlazzjoni eżistenti b'rabta ma’ ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi, għandhom jiġu kkunsidrati.

(12)

L-Aġenzija ħejjiet abbozz ta’ regoli ta’ implimentazzjoni u ssottomettietu bħala opinjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ddettaljati għal:

1. il-klassifikazzjonijiet differenti tal-liċenzji tal-bdoti, il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka ta’ liċenzji, il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi ta’ liċenzji, il-kundizzjonijiet għall-konverżjoni tal-liċenzji nazzjonali tal-bdoti u tal-liċenzji nazzjonali tal-inġiniera tat-titjira eżistenti f'liċenzji ta’ bdoti, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta’ liċenzji minn pajjiżi terzi;

2. iċ-ċertifikazzjoni ta’ persuni responsabbli biex jipprovdu taħriġ fit-titjir jew taħriġ fis-simulazzjoni tat-titjir u biex jivvalutaw il-ħiliet tal-bdoti;

3. ċertifikati mediċi differenti għall-bdoti, il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka ta’ ċertifikati mediċi, il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi ta’ ċertifikati mediċi kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-konverżjoni ta’ ċertifikati mediċi nazzjonali f'ċertifikati mediċi rikonoxxuti b'mod komuni;

4. iċ-ċertifikazzjoni ta’ eżaminaturi ajrumediċi, kif ukoll il-kundizzjonijiet li fihom tobba ġeneralisti jistgħu jaġixxu bħala eżaminaturi ajrumediċi;

5. il-valutazzjoni ajrumedika perjodika tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina, kif ukoll il-kwalifiki tal-persuni responsabbli minn din il-valutazzjoni;

▼M1

6. il-kundizzjonijiet sabiex jinħarġu, jinżammu, jiġu emendati, ristretti, sospiżi jew revokati l-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina, kif ukoll il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi tal-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina;

7. il-kundizzjonijiet sabiex jinħarġu, jinżammu, jiġu emendati, ristretti, sospiżi jew revokati ċ-ċertifikati tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-bdoti u taċ-ċentri ajrumediċi involuti fl-ikkwalifikar u fil-valutazzjoni ajrumedika tal-ekwipaġġ tal-ajru tal-avjazzjoni ċivili;

8. ir-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir u għall-organizzazzjonijiet li joperaw u li jużaw dak l-apparat;

9. ir-rekwiżiti għall-amministrazzjoni u s-sistema tal-ġestjoni li għandhom jintlaħqu mill-Istati Membri, mill-Aġenżija u mill-organizzazzjonijiet, b’rabta mar-regoli msemmija fil-paragrafi 1 sa 8.

▼B

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. “liċenzja skont il-Parti-FCL” tfisser liċenzja tal-ekwipaġġ tal-ajru li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness I;

2. “JAR” tfisser rekwiżiti konġunti dwar l-avjazzjoni adottati mill-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni kif applikabbli fit-30 ta’ Ġunju 2009;

3. “Liċenzja ta’ bdot ta’ inġenji tal-ajru żgħar (LAPL)” tfisser il-liċenzja ta’ bdot għal titjir rikreattiv imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008;

4. “Liċenzja konformi mal-JAR” tfisser il-liċenzja ta’ bdot u l-klassifikazzjonijiet, iċ-ċertifikati, l-awtorizzazzjonijiet u/jew il-kwalifiki relatati, maħruġa jew rikonoxxuti, f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifletti l-JAR u l-proċeduri, minn Stat Membru li jkun implimenta l-JAR rilevanti u li jkun ġie rrakkomandat għal rikonoxximent reċiproku fis-sistema tal-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni b'rabta ma’ tali JAR;

5. “Liċenzja mhux konformi mal-JAR” tfisser il-liċenzja ta’ bdot maħruġa jew rikonoxxuta minn Stat Membru f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u li ma tkunx ġiet irrakkomandata għal rikonoxximent reċiproku b'rabta mal-JAR rilevanti;

6. “Kreditu” tfisser ir-rikonoxximent ta’ esperjenza preċedenti jew kwalifiki;

7. “Rapport tal-kreditu” tfisser rapport li abbażi tiegħu tista' tiġi rikonoxxuta esperjenza preċedenti jew kwalifiki;

8. “Rapport dwar il-konverżjoni” tfisser rapport li abbażi tiegħu liċenzja tista' tiġi kkonvertita f'liċenzja skont il-Parti-FCL;

9. “Ċertifikat mediku tal-bdoti u ċertifikat tal-eżaminaturi ajrumediċi konformi mal-JAR” tfisser ċertifikat maħruġ jew rikonoxxut, f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifletti l-JAR u l-proċeduri, minn Stat Membru li jkun implimenta l-JAR rilevanti u li jkun ġie rrakkomandat għal rikonoxximent reċiproku fis-sistema tal-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni b'rabta ma’ tali JAR;

10. “Ċertifikat mediku tal-bdoti u ċertifikat tal-eżaminaturi ajrumediċi mhux konformi mal-JAR” tfisser iċ-ċertifikat maħruġ jew rikonoxxut minn Stat Membru f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u li ma jkunx ġie rrakkomandat għal rikonoxximent reċiproku b'rabta mal-JAR rilevanti;

▼M1

11. “Membru tal-ekwipaġġ tal-kabina” tfisser membru tal-ekwipaġġ ikkwalifikat kif xieraq, għajr membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jew tal-ekwipaġġ tekniku, li jkun assenjat minn operatur biex jaqdi kompiti marbutin mas-sikurezza tal-passiġġieri u mat-titjira matul l-operat;

12. “Ekwipaġġ tal-ajru” tfisser l-ekwipaġġ tat-titjira u l-ewkipaġġ tal-kabina;

13. “Ċertifikat, approvazzjoni jew organizzazzjoni konformi mal-JAR” tfisser iċ-ċertifikat jew l-approvazzjoni maħruġin jew rikonoxxuti, jew l-organizzazzjoni ċċertifikata, approvata, irreġistrata jew rikonoxxuta, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifletti l-JAR u l-proċeduri, minn Stat Membru li jkun implimenta l-JAR rilevanti u li jkun ġie rrakkomandat għar-rikonoxximent reċiproku fis-sistema tal-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni fir-rigward ta’ tali JAR.

▼M3

Artikolu 3

Il-liċenzjar u ċ-ċertifikazzjoni medika tal-bdoti

1.  Bla ħsara għall-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament, il-bdoti tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u (c) u l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi stabbiliti fl-Anness I u l-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

2.  Minkejja l-privileġġi tad-detenturi ta’ liċenzji kif definit fl-Anness I għal dan ir-Regolament, id-detenturi tal-liċenzji ta’ bdot maħruġa f’konformità mas-Subparti B jew C tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament jistgħu iwettqu t-titjiriet msemmija fl-Artikolu 6(4a) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għat-trasport ta’ passiġġieri jew l-iżvilupp ta’ operazzjonijiet kummerċjali iddefinit fis-Subparti B jew C tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 4

Il-liċenzji nazzjonali eżistenti tal-bdoti

1.  Liċenzji konformi mal-JAR maħruġa jew rikonoxxuti minn Stat Membru qabel ►M1  dan ir-Regolament japplika ◄ , għandhom jitqiesu li jkunu nħarġu skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jissostitwixxu dawn il-liċenzji b'liċenzji konformi mal-format stabbilit fil-Parti-ARA mhux aktar tard ►M1  it-8 ta’ April 2018 ◄ .

2.  Liċenzji mhux konformi mal-JAR, inklużi kwalunkwe klassifikazzjonijiet, ċertifikati, awtorizzazzjonijiet u/jew kwalifiki assoċjati maħruġa jew rikonoxxuti minn Stat Membru qabel l-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonvertiti f'liċenzji skont il-Parti-FCL mill-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja.

3.  Liċenzji mhux konformi mal-JAR għandhom jiġu kkonvertiti f'liċenzji skont il-Parti-FCL u klassifikazzjonijiet jew ċertifikati assoċjati skont:

(a) id-dispożizzjonijiet tal-Anness II; jew

(b) l-elementi stabbiliti fir-rapport dwar il-konverżjoni.

4.  Ir-rapport ta’ konverżjoni għandu:

(a) jiġi stabbilit mill-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja ta’ bdot b'konsultazzjoni mal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“l-Aġenzija”);

(b) jiddeskrivi r-rekwiżiti nazzjonali li abbażi tagħhom ikunu nħarġu l-liċenzji tal-bdoti;

(c) jiddeskrivi l-firxa tal-privileġġi mogħtija lill-bdoti;

(d) jindika għal liema rekwiżiti fl-Anness I għandu jingħata l-kreditu;

(e) jindika kwalunkwe limitazzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fil-liċenzji skont il-Parti-FCL u kwalunkwe rekwiżiti li l-bdot għandu jikkonforma magħhom sabiex jitneħħew dawk il-limitazzjonijiet.

5.  Ir-rapport dwar il-konverżjoni għandu jinkludi kopji tad-dokumenti kollha neċessarji biex jagħtu prova tal-elementi stipulati fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 4, inklużi kopji tar-rekwiżiti u l-proċeduri nazzjonali rilevanti. Fl-iżvilupp tar-rapport dwar il-konverżjoni, l-Istati Membri għandhom ifittxu li jippermettu lill-bdoti, sakemm ikun possibbli, iżommu l-firxa tal-attivitajiet attwali tagħhom.

6.  Minkejja l-paragrafi 1 u 3, id-detenturi ta’ ċertifikat ta’ għalliem għall-klassifikazzjoni tal-klassi jew ta’ ċertifikat ta’ eżaminatur li jkollhom privileġġi b'rabta ma’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed għandu jkollhom dawk il-privileġġi kkonvertiti f'ċertifikat ta’ għalliem għall-klassifikazzjoni tat-tip jew ċertifikat ta’ eżaminatur għal ajruplani bi bdot wieħed.

7.  Stat Membru jista' jawtorizza bdot student biex jeżerċita privileġġi limitati mingħajr superviżjoni qabel ma jkun issodisfa r-rekwiżiti kollha neċessarji għall-ħruġ ta’ LAPL, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-privileġġi għandhom ikunu limitati għat-territorju nazzjonali tiegħu jew għal parti minnu;

(b) il-privileġġi għandhom ikunu ristretti għal żona ġeografika limitata u għal ajruplani b'magna b'pistin wieħed b'massa ta’ tluq massima li ma tkunx teċċedi l-2 000 kg, u ma għandhom jinkludu l-ġarr ta’ passiġġieri;

(c) dawk l-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskji għas-sikurezza individwali li ssir minn għalliem wara valutazzjoni tar-riskji tas-sikurezza kunċettwali li tkun saret mill-Istat Membru;

(d) l-Istat Membru għandu jibgħat rapporti perjodiċi lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija kull tliet snin.

▼M3

8.  Sat-8 ta' April 2019, Stat Membru jista’ joħroġ awtorizzazzjoni biex bdot ikun jista' jeżerċita privileġġi limitati speċifikati biex itajjar ajruplani skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti qabel ma jkun ikkonforma mar-rekwiżiti kollha meħtieġa għall-ħruġ ta’ kwalifika ta' tajran bl-istrumenti skont dan ir-Regolament, suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-Istat Membru għandu joħroġ dawn l-awtorizzazzjonijiet biss meta jkun iġġustifikat minn bżonn lokali speċifiku li ma jkunx jista' jiġu ssodisfat mill-kwalifiki stabbiliti skont dan ir-Regolament;

(b) il-kamp ta' applikazzjoni tal-privileġġi mogħtija mill-awtorizzazzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskju għas-sikurezza mwettqa mill-Istat Membru, filwaqt li jitqies il-livell ta’ taħriġ meħtieġ għall-livell maħsub ta’ kompetenza li għandu jintlaħaq;

(c) il-privileġġi tal-awtorizzazzjoni għandhom ikunu limitati għall-ispazju tal-ajru tat-territorju nazzjonali tal-Istat Membru jew partijiet minnu;

(d) l-awtorizzazzjoni għandha tingħata lill-applikanti li jkunu temmew taħriġ adegwat ma’ persuni kwalifikati li jħarrġu u li jkunu wrew il-kompetenzi meħtieġa lil eżaminatur ikkwalifikat, kif iddeterminat mill-Istat Membru;

(e) l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni, l-EASA u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-ispeċifiċitajiet ta’ din l-awtorizzazzjoni, inklużi l-ġustifikazzjoni tagħha u l-valutazzjoni tar-riskju għas-sikurezza;

(f) l-Istat Membru għandu jissorvelja l-attivitajiet assoċjati mal-awtorizzazzjoni biex jiżgura livell aċċettabbli ta’ sikurezza u jieħu azzjoni xierqa f’każ ta’ identifikazzjoni ta’ riskju akbar jew kwalunkwe tħassib dwar is-sikurezza;

(g) l-Istat Membru għandu jirrevedi l-aspetti tas-sikurezza tal-implimentazzjoni tal-awtorizzazzjoni u jippreżenta rapport lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-8 ta' April 2017;

▼B

Artikolu 5

Iċ-ċertifikati mediċi tal-bdoti u ċ-ċertifikati tal-eżaminaturi ajrumediċi nazzjonali eżistenti

1.  Iċ-ċertifikati mediċi tal-bdoti u ċ-ċertifikati tal-eżaminaturi ajrumediċi konformi mal-JAR maħruġa jew rikonoxxuti minn Stat Membru qabel jibda japplika dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li nħarġu f'konformità ma’ dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri għandhom jissostitwixxu ċ-ċertifikati mediċi tal-bdoti u ċ-ċertifikati tal-eżaminaturi ajrumediċi b'ċertifikati konformi mal-format stabbilit fil-Parti-ARA sa mhux aktar tard mit-8 ta’ April 2017.

3.  Iċ-ċertifikati mediċi tal-bdoti u ċ-ċertifikati tal-eżaminaturi ajrumediċi mhux konformi mal-JAR maħruġa minn Stat Membru qabel ma japplika dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi sad-data tar-rivalidazzjoni tagħhom li jkun imiss jew sat-8 ta’ April 2017, skont liema minnhom tiġi l-ewwel.

4.  Ir-rivalidazzjoni taċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Anness IV.

Artikolu 6

Il-konverżjoni tal-kwalifiki tat-testijiet tat-titjira

1.  Il-bdoti li, qabel ma tibda tapplika dan ir-Regolament, ikunu wettqu testijiet tat-titjira tal- kategoriji 1 u 2 kif iddefiniti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 ( 3 ), jew għallmu lil bdoti tat-testijiet tat-titjira, għandu jkollhom il-kwalifiki tagħhom tat-testijiet tat-titjira kkonvertiti fi klassifikazzjonijiet tat-testijiet tat-titjira skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament u, fejn ikun applikabbli, f’ċertifikati ta’ għalliem tat-testijiet tat-titjira mill-Istat Membru li jkun ħareġ il-kwalifiki tat-testijiet tat-titjira.

2.  Din il-konverżjoni għandha ssir skont l-elementi stabbiliti f'rapport dwar il-konverżjoni li jkun jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4(4) u (5).

Artikolu 7

Il-liċenzji nazzjonali eżistenti tal-inġiniera tat-titjira

1.  Sabiex jiġu kkonvertiti l-liċenzji tal-inġiniera tat-titjira, maħruġa skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, f'liċenzji skont il-Parti-FCL, id-detenturi għandhom japplikaw għand l-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja.

2.  Il-liċenzji tal-inġiniera tat-titjira għandhom jiġu kkonvertiti f'liċenzji skont il-Parti-FCL, b'konformità ma’ rapport dwar il-konverżjoni li jkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4(4) u (5).

3.  Meta ssir applikazzjoni għal liċenzja ta’ bdot tal-linji tal-ajru (ATPL) għall-ajruplani, id-dispożizzjonijiet dwar il-kreditu fl-FCL.510.A(c)(2) tal-Anness I għandhom jiġu osservati.

Artikolu 8

Il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta’ liċenzji minn pajjiżi terzi

▼M4

1.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, u meta ma jkun hemm l-ebda ftehim bejn l-Unjoni u pajjiż terz li jkopri l-liċenzjar tal-bdoti, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw liċenzji, klassifikazzjonijiet jew ċertifikati ta' pajjiżi terzi, u ċertifikati mediċi relatati maħruġa minn pajjiżi terzi jew f'isimhom, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness III ta' dan ir-Regolament.

▼B

2.  Applikanti għal liċenzji skont il-Parti-FCL li diġà għandhom tal-anqas liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat ekwivalenti maħruġ skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago minn pajjiż terz għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni li r-rekwiżiti tat-tul tal-kors, l-għadd ta’ lezzjonijiet u s-sigħat ta’ taħriġ speċifiku jistgħu jitnaqqsu.

3.  Il-kreditu li jingħata lill-applikant għandu jiġi ddeterminat mill-Istat Membru fejn japplika l-bdot abbażi ta’ rakkomandazzjoni mingħand organizzazzjoni approvata tat-taħriġ.

4.  Id-detenturi ta’ ATPL, maħruġa minn pajjiż terz jew f'ismu skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-esperjenza għall-ħruġ tal-ATPL fil-kategorija tal-inġenji tal-ajru rilevanti kif stipulat fis-Subparti F tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jingħataw kreditu sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti li jagħmlu kors ta’ taħriġ qabel ma jagħmlu l-eżamijiet tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet, sakemm il-liċenzja tal-pajjiż terz ikun fiha klassifikazzjoni ta’ tip validu tal-inġenju tal-ajru li jkun se jintuża fit-test tal-ħiliet għal ATPL.

5.  Klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ajruplani jew ħelikopters jistgħu jinħarġu lid-detenturi ta’ liċenzji skont il-Parti-FCL li jkunu konformi mar-rekwiżiti għall-ħruġ ta’ dawk il-klassifikazzjonijiet stabbiliti minn pajjiż terz. Dawn il-klassifikazzjonijiet għandhom ikunu ristretti għall-inġenji tal-ajru rreġistrati f'dak il-pajjiż terz. Din ir-restrizzjoni tista' titneħħa meta l-bdot jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punt C.1 tal-Anness III.

Artikolu 9

Kreditu għal taħriġ mibdi qabel l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament

1.  Rigward il-ħruġ ta’ liċenzji skont il-Parti-FCL f'konformità mal-Anness I, taħriġ mibdi qabel ma tibda tapplika dan ir-Regolament skont ir-rekwiżiti u l-proċeduri tal-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni, taħt is-sorveljanza regolatorja tal-Istat Membru rrakkomandat għal rikonoxximent reċiproku fis-sistema tal-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni b'rabta mal-JAR rilevanti, għandu jingħata kreditu sħiħ sakemm it-taħriġ u t-testijiet ikunu ġew ikkompletati mhux aktar tard mit-8 ta’ April 2016.

2.  It-taħriġ mibdi qabel ma tibda tapplika dan ir-Regolament skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago għandu jingħata kreditu għall-fini ta’ ħruġ ta’ liċenzji skont il-Parti-FCL abbażi ta’ rapport tal-kreditu stabbilit mill-Istat Membru b'konsultazzjoni mal-Aġenzija.

3.  Ir-rapport tal-kreditu għandu jiddeskrivi l-firxa tat-taħriġ, jindika għal liema rekwiżiti tal-liċenzji skont il-Parti-FCL ikun qiegħed jingħata kreditu u, jekk ikun applikabbli, ma’ liema rekwiżiti l-applikanti għandhom jikkonformaw sabiex tingħatalhom il-liċenzja skont il-Parti-FCL. Dan għandu jinkludi kopji tad-dokumenti kollha neċessarji li juru l-firxa tat-taħriġ u tar-regolamenti u l-proċeduri nazzjonali li skonthom ikun inbeda it-taħriġ.

▼M2

Artikolu 9a

It-taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip u d-dejta tal-adegwatezza operattiva

1.  Fejn l-Annessi ta’ dan ir-Regolament jagħmlu referenza għad-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012, u dik id-dejta ma tkunx disponibbli għall-inġenji tal-ajru tat-tip rilevanti, l-applikant għal kors ta’ taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 biss.

2.  Il-korsijiet tat-taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip approvati qabel l-approvazzjoni tas-sillabu minimu tat-taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip ta’ bdoti fid-dejta tal-adegwatezza operattiva għat-tip rilevanti ta’ inġenji tal-ajru f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għandhom jinkludu l-elementi mandatorji tat-taħriġ mhux aktar tard mit-18 ta’ Diċembru 2017, jew fi żmien sentejn wara li d-dejta tal-adegwatezza operattiva ġiet approvata, skont liema minnhom taħbat l-aħħar.

▼B

Artikolu 10

Kreditu għal liċenzji tal-bdoti miksuba matul is-servizz militari

1.  Sabiex id-detenturi ta’ liċenzji tal-ekwipaġġ tat-titjir militari jiksbu liċenzji skont il-Parti-FCL, għandhom japplikaw fl-Istat Membru fejn ikunu għamlu s-servizz militari.

2.  L-għarfien, l-esperjenza u l-ħiliet miksuba fis-servizz militari għandhom jingħataw kreditu għall-fini tar-rekwiżiti rilevanti tal-Anness I skont l-elementi ta’ rapport tal-kreditu stabbiliti mill-Istat Membru b'konsultazzjoni mal-Aġenzija.

3.  Ir-rapport tal-kreditu għandu:

(a) jiddeskrivi r-rekwiżiti nazzjonali li abbażi tagħhom ikunu nħarġu l-liċenzji, il-klassifikazzjonijiet, iċ-ċertifikati, l-awtorizzazzjonijiet u/jew il-kwalifiki militari;

(b) jiddeskrivi l-firxa tal-privileġġi mogħtija lill-bdoti;

(c) jindika għal liema rekwiżiti tal-Anness I għandu jingħata kreditu;

(d) jindika kwalunke limitazzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fil-liċenzji skont il-Parti-FCL u jindika kwalunkwe rekwiżiti li l-bdoti għandhom jikkonformaw magħhom biex jitneħħew dawk il-limitazzjonijiet;

(e) jinkludi kopji tad-dokumenti kollha neċessarji biex jagħtu prova tal-elementi msemmija hawn fuq, akkumpanjati b'kopji tar-rekwiżiti u l-proċeduri nazzjonali rilevanti.

▼M1

Artikolu 10a

Organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tal-bdoti

1.  L-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tal-bdoti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi stipulati fl-Annessi VI u VII, u għandhom ikunu ċċertifikati.

2.  L-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tal-bdoti li jkollhom ċertifikati konformi mal-JAR maħruġin jew rikonoxxuti minn Stat Membru qabel ma jkun daħal fis-seħħ dan ir-Regolament għandu jitqies li għandhom ċertifikat maħruġ skont dan ir-Regolament.

F’każ bħal dan, il-privileġġi ta’ dawn l-organizzazzjonijet għandhom ikunu ristretti għal dawk inklużi fl-approvazzjoni maħruġa mill-Istat Membru.

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 2, l-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tal-bdoti għandhom jadattaw is-sistema ta’ ġestjoni, il-programm ta’ taħriġ, il-proċeduri u l-manwali tagħhom sabiex ikunu konformi mal-Anness VII sa mhux iktar tard mit-8 ta’ April 2014.

▼M4

3.  L-organizzazzjonijiet ta' taħriġ konformi mal-JAR għandhom jitħallew jipprovdu taħriġ għal liċenzja Parti-FCL ta' bdot privat (PPL), għal klassifikazzjonijiet assoċjati inklużi fir-reġistrazzjoni u għal liċenzja ta' bdot ta' inġenji tal-ajru ħfief (LAPL) sat-8 ta' April 2018 mingħajr ma jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Anness VI u VII, sakemm ikunu ġew reġistrati qabel it-8 ta' April 2015.

▼M1

4.  L-Istati Membri għandhom jibdlu ċ-ċertifikati msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ma’ ċertifikati konformi mal-format stipulat fl-Anness VI sa mhux iktar tard mit-8 ta’ April 2017.

Artikolu 10b

Apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir

1.  L-apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir (FSTDs - “Flight simulation training devices”) użat għat-taħriġ, għall-ittestjar u l-ivverifikar tal-bdoti, bl-eċċezzjoni tal-apparat ta’ taħriġ tal-iżvilupp użat għat-taħriġ ta’ titjir bi prova, għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi u mal-proċeduri amministrattivi stipulati fl-Annessi VI u VII, u għandu jkun ikkwalifikat.

2.  Iċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-FSTD konformi mal-JAR li jkunu nħarġu jew ġew rikonoxxuti qabel ma jkun daħal fis-seħħ dan ir-Regolament għandu jitqies li nħarġu skont dan ir-Regolament.

3.  L-Istati Membri għandhom jibdlu ċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 2 ma’ ċertifikati ta’ kwalifika konformi mal-format stipulat fl-Anness VI sa mhux iktar tard mit-8 ta’ April 2017.

Artikolu 10c

Ċentri ajrumediċi

1.  Iċ-ċentru ajrumediċi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi u mal-proċeduri amministrattivi stipulati fl-Annessi VI u VII, u għandhom ikunu ċċertifikati.

2.  L-approvazzjonijiet taċ-ċentri ajrumediċi konformi mal-JAR maħruġa jew rikonoxxuti minn Stat Membru qabel ma jkun daħal fis-seħħ dan ir-Regolament għandu jitqies li nħarġu skont dan ir-Regolament.

Iċ-ċentri ajrumediċi għandhom jadattaw is-sistema ta’ ġestjoni, il-programm ta’ taħriġ, il-proċeduri u l-manwali tagħhom sabiex ikunu konformi mal-Anness VII sa mhux iktar tard mit-8 ta’ April 2014.

3.  L-Istati Membri għandhom jibdlu l-approvazzjonijiet taċ-ċentri ajrumediċi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ma’ ċertifikati konformi mal-format stipulat fl-Anness VI sa mhux iktar tard mit-8 ta’ April 2017.

▼B

Artikolu 11

Is-saħħa medika tal-ekwipaġġ tal-kabina

1.  Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina involuti fit-tħaddim tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi stabbiliti fl-Anness IV.

2.  L-eżamijiet jew il-valutazzjonijiet mediċi tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina magħmula skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 ( 4 ) u li jkunu għadhom validi fid-data tal-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jkunu validi skont dan ir-Regolament sal-iktar data kmieni minn dawn it-tnejn:

(a) tmiem il-perjodu ta’ validità stabbilit mill-awtorità kompetenti skont ir-Regolament (KEE) Nru 3922/91; jew

(b) tmiem il-perjodu ta’ validità stipulat fil-punt MED.C.005 tal-Anness IV.

Il-perjodu ta’ validità għandu jibda jgħodd mid-data tal-aħħar eżami jew valutazzjoni mediċi.

Sa tmiem il-perjodu ta’ validità, kwalunkwe rivalutazzjoni ajrumedika sussegwenti għandha ssir skont l-Anness IV.

▼M1

Artikolu 11a

Il-kwalifiki tal-ekwipaġġ tal-kabina u attestazzjonijiet relatati

1.  Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina, involuti fit-titjiriet kummerċjali ta’ inġenji tal-ajru kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, għandhom ikunu kkwalifikati, u għandu jkollhom l-attestazzjoni relatata skont ir-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi stipulati fl-Annessi V u VI.

2.  Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina li jkollhom, qabel ma jkun daħal fis-seħħ dan ir-Regolament, attestazzjoni ta’ taħriġ fis-sikurezza maħruġa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (EU-OPS):

(a) għandhom jitqiesu konformi ma’ dan ir-Regolament jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli tat-taħriġ, tal-ivverifikar u tar-reċentezza tal-EU-OPS; jew

(b) jekk ma jkunux konformi mar-rekwiżiti applikabbli tat-taħriġ, tal-ivverifikar u tar-reċentezza tal-EU-OPS, għandhom ilestu t-taħriġ u l-ivverifikar kollu meħtieġ qabel ma jitqiesu konformi ma’ dan ir-Regolament; jew

(c) jekk ma jkunux ilhom iktar minn 5 snin joperaw titjiriet kummerċjali b’inġenji tal-ajru, għandhom ilestu l-kors ta’ taħriġ tal-bidu, u għandhom jgħaddu mill-eżami relatat kif meħtieġ fl-Anness V qabel ma jitqiesu konformi ma’ dan ir-Regolament.

3.  L-attestazzjonijiet tat-taħriġ tas-sikurezza maħruġa skont l-UE-OPS għandhom jinbidlu ma’ attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina konformi mal-format stipulat fl-Anness VI sa mhux aktar tard mit-8 ta’ April 2017.

4.  Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina involuti f’titjiriet kummerċjali bil-ħelikopters fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament:

(a) għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti applikabbli tat-taħriġ tal-bidu tal-Anness V jekk ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli tat-taħriġ, tal-ivverifikar u tar-reċentezza tal-JARs għat-trasport kummerċjali bl-ajru bil-ħelikopters; jew

(b) jekk ma jkunux konformi mar-rekwiżiti applikabbli tat-taħriġ, tal-ivverifikar u tar-reċentezza tal-JARs għat-trasport kummerċjali bl-ajru bil-ħelikopters, għandhom ilestu t-taħriġ u l-ivverifikar kollu rilevanti meħtieġ biex joperaw bil-ħelikopter(s), għajr it-taħriġ tal-bidu, qabel ma jitqiesu konformi ma’ dan ir-Regolament; jew

(c) jekk ma jkunux ilhom iktar minn 5 snin joperaw titjiriet kummerċjali bil-ħelikopters, għandhom ilestu l-kors tat-taħriġ tal-bidu u għandhom jgħaddu mill-eżami relatat kif meħtieġ fl-Anness V qabel ma jitqiesu konformi ma’ dan ir-Regolament.

5.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 2, l-attestazzjonijiet tal-ewkipaġġ tal-kabina konformi mal-format stipulat fl-Anness VI għandhom jinħarġu lill-membri kollha tal-ekwipaġġ tal-kabina involuti fit-titjiriet kummerċjali bil-ħelikopters sa mhux aktar tard mit-8 ta’ April 2013.

Artikolu 11b

Kapaċitajiet ta’ sorveljanza

1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru entità waħda jew aktar bħala l-awtorità kompetenti f’dak l-Istat Membru, bis-setgħat u r-responsabbiltajiet allokati meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza ta’ persuni u organizzazzjonijiet, soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu.

2.  Jekk Stat Membru jaħtar aktar minn entità waħda bħala awtorità kompetenti:

(a) l-oqsma ta’ kompetenza ta’ kull awtorità kompetenti għandhom jiġu ddefiniti b’mod ċar f’termini ta’ responsabbiltajiet u limitazzjoni ġeografika;

(b) għandha tiġi stabbilita koordinazzjoni bejn dawk l-entitajiet sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tal-organizzazzjonijiet u tal-persuni kollha soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu, fil-mandati rispettivi tagħhom.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità(jiet) kompetenti jkollha/jkollhom il-kapaċità meħtieġa biex tiżgura/jiżguraw is-sorveljanza tal-persuni u l-organizzazzjonijiet kollha koperti bil-programm ta’ sorveljanza tagħhom, inklużi r-riżorsi biżżejjed biex jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal tal-awtorità kompetenti ma jeżerċitax attivitajiet ta’ sorveljenza meta jkun hemm evidenza li dan jista’, direttament jew indirettament, iwassal għal kunflitt ta’ interess, b’mod partikulari meta dawn ikunu relatati ma’ interessi familjari jew finanzjarji.

5.  Il-persunal awtorizzat mill-awtorità kompetenti biex iwettaq il-kompiti ta’ ċertifikazzjoni u/jew ta’ superviżjoni għandu jkollu s-setgħa li jeżerċita mill-inqas il-kompiti li ġejjin:

(a) jeżamina rekords, dejta, proċeduri u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompitu ta’ ċertifikazzjoni u/jew ta’ sorveljanza;

(b) jagħmel kopji ta’ jew jieħu siltiet minn tali rekords, dejta, proċeduri u materjal ieħor;

(c) jitlob għal spjegazzjoni verbali fuq il-post;

(d) jidħol f’bini, siti tal-operat jew mezzi ta’ trasport relevanti;

(e) iwettaq awditjar, investigazzjonijiet, verifiki, spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet tar-rampa u spezzjonijiet mhux avżati minn qabel; u

(f) jadotta jew jibda miżuri ta’ infurzar kif ikun xieraq.

6.  Il-kompiti taħt il-paragrafu 5 għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet legali tal-Istat Membru rilevanti.

Artikolu 11c

Miżuri tranżizzjonali

F’dak li jirrigwarda l-organizzazzjonijiet li l-Aġenzija hija l-awtorità kompetenti korrispondenti tagħhom skont l-Artikolu 21(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008:

(a) l-Istati Membri għandhom jittrasferixxu lill-Aġenzija r-rekords kollha marbutin mas-sorveljanza ta’ tali organizzazzjonijiet sa mhux aktar tard mit-8 ta’ April 2013;

(b) il-proċessi ta’ ċertifikazzjoni mibdija minn Stat Membru sat-8 ta’ April 2012 għandhom jintemmu mill-istess Stat Membru b’koordinazzjoni mal-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tassumi r-responsabbiltajiet kollha tagħha bħala awtorità kompetenti fir-rigward ta’ tali organizzazzjonijiet wara l-ħruġ taċ-ċertifikat minn dak l-Istat Membru.

▼B

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mit-8 ta’ April 2012.

▼M1

1b.  B’deroga mill-paragrafu 1, sat-8 ta’ April 2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Annessi I sa IV.

▼M4

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, sat-8 ta' April 2015 l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Anness I li ġejjin:

(a) id-dispożizzjonijiet relatati mal-liċenzji tal-bdoti ta' inġenji tal-ajru bil-powered-lift u vapuri tal-ajru;

(b) id-dispożizzjonijiet tal-punt FCL.820;

(c) fil-każ tal-ħelikopters, id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 8 tas-Subparti J;

(d) id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 11 tas-Subparti J.

▼M4

2a.  B'deroga mill-paragrafu 1, sat-8 ta' April 2018 l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Anness I li ġejjin:

(a) id-dispożizzjonijiet relatati mal-liċenzji tal-bdoti ta' gliders u blalen tal-ajru;

(b) id-dispożizzjonijiet tas-Subparti B;

(c) id-dispożizzjonijiet tal-punti FCL.800, FCL.805, FCL.815;

(d) id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 10 tas-Subparti J.

▼B

3.  B'deroga mill-paragrafu 1, sat-8 ta’ April 2014 l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jikkonvertux liċenzji ta’ ajruplani u ħelikopters mhux konformi mal-JAR li jkunu nħarġu.

▼M4

4.  B'deroga mill-paragrafu 1, sat-8 ta' April 2016 l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għall-bdoti li jkollhom liċenzja u ċertifikat mediku assoċjat maħruġa minn pajjiż terz li jkunu involuti fit-tħaddim ta' inġenji tal-ajru għat-trasport mhux kummerċjali kif speċifikati fl-Artikolu 4(1)(b) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

▼B

5.  B'deroga mill-paragrafu 1, sat-8 ta’ April 2015 l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 3 tas-Subparti B tal-Anness IV.

6.  B'deroga mill-paragrafu 1, sat-8 ta’ April 2014 l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tas-Subparti C tal-Anness IV.

7.  Meta Stat Membru jagħmel użu mid-dispożizzjonijiet ►M1  il-paragrafi 1b sa 6 ◄ , għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija. F'din in-notifika għandhom jissemmew ir-raġunijiet tad-deroga kif ukoll il-programm tal-implimentazzjoni bl-azzjonijiet previsti u l-iskedar relatat tagħhom.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

[PARTI-FCL]

SUBPARTI A

REKWIŻITI ĠENERALI

FCL.001    L-awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta’ din il-Parti, l-awtorità kompetenti għandha tkun awtorità, maħtura mill-Istat Membru, li lilha jintbagħtu l-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ liċenzji ta’ bdot jew klassifikazzjonijiet jew ċertifikati assoċjati.

FCL.005    Kamp ta’ applikazzjoni

Din il-Parti tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-ħruġ tal-liċenzji ta’ bdot u klassifikazzjonijiet u ċertifikati assoċjati u l-kundizzjonijiet għall-validità u l-użu tagħhom.

FCL.010    Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din il-Parti, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

“Titjira ajrubatika” tfisser manuvra intenzjonali li tinvolvi bidla f'daqqa fil-pożizzjonament tal-inġenju tal-ajru, pożizzjonament anormali, jew aċċellerazzjoni anormali, mhux meħtieġa għal titjir normali jew għal tagħlim għal liċenzji jew klassifikazzjonijiet għajr il-klassifikazzjoni ajrubatika.

“Ajruplan” tfisser inġenju tal-ajru bi ġwienaħ fissi li jaħdem bil-magna, li huwa itqal mill-ajru u li jżomm fl-ajru permezz tar-reazzjoni dinamika tal-arja mal-ġwienaħ tiegħu.

“Ajruplan li għandu jitħaddem b'kopilota” tfisser tip ta’ ajruplan li għandu jitħaddem b'kopilota kif speċifikat fil-manwal tat-titjira jew fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru.

“Inġenju tal-ajru” tfisser kwalunkwe magna li tista' tiġi sostnuta fl-atmosfera permezz tar- reazzjonijiet tal-arja li ma jkunux ir-reazzjonijiet tal-arja mas-superfiċje tad-dinja.

“Ħila fit-titjir” tfisser l-użu konsistenti ta’ ġudizzju tajjeb u għarfien, ħiliet u attitudnijiet żviluppati sew sabiex jintlaħqu l-għanijiet tat-titjira.

“Airship” tfisser inġenju tal-ajru bil-magna li huwa eħfef mill-arja, bl-eċċezzjoni ta’ airships li jaħdmu b'arja sħuna, li, għall-finijiet ta’ din il-Parti, huma inklużi fid-definizzjoni ta’ ballun tal-arja.

“Ballun tal-arja” tfisser inġenju tal-ajru mhux bil-magna li huwa eħfef mill-ajru u li jtir permezz tal-gass jew ta’ sistema ta’ tisħin fl-ajru. Għall-finijiet ta’ din il-Parti, airship li jaħdem b'arja sħuna, għalkemm bil-magna, huwa meqjus ukoll bħala ballun tal-arja.

“Apparat għat-Taħriġ Bażiku fl-Istrumenti” (BITD - Basic Instrument Training Device) tfisser apparat tat-taħriġ ibbażat fuq l-art li jirrappreżenta l-istazzjon tal-bdot student ta’ klassi ta’ ajruplani. Dan jista' juża panewijiet ta’ strumenti bbażati fuq skrins u kontrolli tat-titjir li jittellgħu b'molla, li jipprovdu pjattaforma ta’ taħriġ għall-inqas għall-aspetti proċedurali tat-titjir bl-istrumenti.

“Kategorija tal-inġenji tal-ajru” tfisser il-kategorizzazzjoni ta’ inġenju tal-ajru skont karatteristiċi bażiċi speċifikati, pereżempju ajruplan, powered-lift, ħelikopter, airship, glider, ballun tal-arja ħieles.

“Klassi ta’ ajruplan” tfisser kategorizzazzjoni ta’ ajruplani bi bdot wieħed li ma jeħtiġux klassifikazzjoni tat-tip.

“Klassi ta’ ballun tal-arja” tfisser kategorizzazzjoni ta’ blalen tal-arja b'kunsiderazzjoni tal-mezzi tat-tlugħ li jintużaw biex issir it-titjira.

“Trasport kummerċjali bl-ajru” tfisser it-trasport ta’ passiġġieri, merkanzija jew posta b'remunerazzjoni jew kiri.

“Kompetenza” tfisser taħlita ta’ ħiliet, għarfien u attitudni li huma meħtieġa biex jitwettaq kompitu skont l-istandard preskritt.

“Element ta’ kompetenza” tfisser azzjoni li tikkostitwixxi kompitu b'avveniment li jiskattah u avveniment li jitterminah, li jiddefinixxi b'mod ċar il-limiti tiegħu, u riżultat osservabbli.

“Unità ta’ kompetenza” tfisser funzjoni diskreta li tikkonsisti f'għadd ta’ elementi ta’ kompetenza.

“Kopilota” tfisser bdot li ma jaħdimx bħala l-bdot kmandant, fuq inġenju tal-ajru li jirrikjedi aktar minn bdot wieħed, iżda teskludi l-bdot li jkun abbord l-inġenju tal-ajru unikament biex jingħata tagħlim fit-titjir għal liċenzja jew klassifikazzjoni.

“Cross-country” tfisser titjira bejn punt tat-tluq u punt tal-wasla li ssegwi rotta ppjanata minn qabel, permezz ta’ proċeduri standard ta’ navigazzjoni.

“Kopilota għal cruise relief” tfisser bdot li jserraħ lill-kopilota mid-dmirijiet tiegħu fil-kmand waqt il-fażi ta’ cruise ta’ titjira f'operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed 'il fuq minn FL 200.

“Ħin ta’ tagħlim doppju” tfisser ħin ta’ titjir jew ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art li matulu persuna tingħata tagħlim fit-titjir minn għalliem awtorizzat.

“Żball” tfisser azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni mwettqa mill-ekwipaġġ tat-titjira li twassal għal devjazzjonijiet mill-intenzjonijiet jew l-aspettattivi organizzattivi jew tat-titjira.

“Ġestjoni ta’ żball” tfisser il-proċess tal-identifikazzjoni ta’ żbalji u r-reazzjoni għalihom permezz ta’ kontromiżuri li jnaqqsu jew jeliminaw il-konsegwenzi tal-iżbalji, u jtaffu l-probabbiltà tal-iżbalji jew stati mhux mixtieqa tal-inġenju tal-ajru.

“Simulatur ta’ Titjira Sħiħa” (FFS - Full Flight Simulator) tfisser replika fuq skala reali tat-tip, il-mudell u s-serje speċifiċi ta’ kabina tal-pilota, inklużi l-assemblaġġ tat-tagħmir u l-programmi informatiċi kollha meħtieġa biex jirrappreżentaw l-inġenju tal-ajru waqt operazzjonijiet fuq l-art u fl-ajru, sistema viżiva li tipprovdi veduta ta’ barra mill-kabina, u sistema ta’ riproduzzjoni tal-movimenti.

“Ħin ta’ titjir”:

għal ajruplani, touring motor gliders u sistemi ta’ powered-lift, tfisser il-ħin totali mill-mument meta inġenju tal-ajru jibda jiċċaqlaq sabiex jinqata' mill-art sal-mument meta finalment jieqaf fi tmiem it-titjira;

għal ħelikopters, tfisser il-ħin totali minn meta l-iskrejjen tal-ħelikopter jibdew iduru sakemm il-ħelikopter finalment jieqaf fi tmiem it-titjira, u jitwaqqfu l-iskrejjen;

għal airships, tfisser il-ħin totali minn meta l-airship jinħall minn mal-arblu biex jinqata' mill-art sa meta l-airship finalment jieqaf fi tmiem it-titjira, u jintrabat mal-arblu;

għal gliders, tfisser il-ħin totali minn meta l-glider jibda r-rankatura fuq l-art fil-proċess biex jinqata' mill-art sa meta l-glider finalment jieqaf fi tmiem it-titjira;

għal blalen tal-arja, tfisser il-ħin totali minn meta l-qoffa tinqata' mill-art għall-finijiet tat-tlugħ sa meta finalment tieqaf fi tmiem it-titjira.

“Ħin ta’ Titjir skont ir-Regoli ta’ Titjir bl-Istrumenti” (IFR - Instrument Flight Rules) tfisser il-ħin kollu ta’ titjir li matulu l-inġenju tal-ajru jitħaddem skont ir-Regoli ta’ Titjir bl-Istrumenti.

“Apparat tat-Taħriġ fit-Titjir” (FTD - Flight Training Device) tfisser replika fuq skala reali tal-istrumenti, it-tagħmir, il-panewijiet u l-kontrolli ta’ tip speċifiku ta’ inġenju tal-ajru f'żona ta’ kabina tal-pilota miftuħa jew magħluqa fuq inġenju tal-ajru, inklużi l-assemblaġġ tat-tagħmir u l-programmi informatiċi meħtieġa biex jirrappreżentaw l-inġenju tal-arju f'kundizzjonijiet fuq l-art u fl-ajru skont is-sistemi installati fl-apparat. Dan ma jeħtieġx sistema ta’ riproduzzjoni tal-movimenti jew sistema viżiva, minbarra fil-każ tal-livelli FTD 2 u 3 tal-ħelikopters, fejn ikunu meħtieġa sistemi viżivi.

“Għalliem għal Taħriġ fi Proċeduri ta’ Titjir u Navigazzjoni” (FNPT - Flight and Navigation Procedures Trainer) tfisser apparat ta’ taħriġ li jirrappreżenta l-ambjent tal-kabina tal-pilota, inklużi l-assemblaġġ ta’ tagħmir u programmi tal-kompjuter meħtieġa biex jirrappreżentaw tip jew klassi ta’ inġenju tal-ajru f'operazzjonijiet ta’ titjiriet sal-punt li s-sistemi jidhru li jiffunzjonaw bħal f'inġenju tal-ajru.

“Grupp ta’ blalen tal-arja” tfisser kategorizzazzjoni ta’ blalen tal-arja, filwaqt li jitqies id-daqs jew il-kapaċità tal-envelop tagħhom.

“Ħelikopter” tfisser inġenju tal-ajru itqal mill-ajru u li primarjament iżomm fl-ajru permezz tar-reazzjonijiet tal-arja fuq skrun b'mutur wieħed jew aktar fuq assi sostanzjalment vertikali.

“Ħin ta’ titjir bl-istrumenti” tfisser il-ħin li matulu l-bdot jikkontrolla inġenju tal-ajru waqt it-titjira permezz ta’ strumenti biss.

“Ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art” tfisser il-ħin li matulu l-bdot jingħata tagħlim fit-titjir bl-istrumenti simulat, f'apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir (FSTD - Flight Simulation Training Devices).

“Ħin ta’ titjir bl-istrumenti” tfisser ħin ta’ titjir bl-istrumenti jew ħin bl-istrumenti fuq l-art.

“Operazzjoni b'aktar minn bdot wieħed”:

għal ajruplani, tfisser operazzjoni li tirrikjedi mill-inqas 2 bdoti b'kooperazzjoni bejn aktar minn ekwipaġġ wieħed f'ajruplani b'aktar minn bdot wieħed jew bi bdot wieħed;

għal ħelikopters, tfisser operazzjoni li tirrikjedi mill-inqas 2 bdoti b'kooperazzjoni bejn aktar minn ekwipaġġ wieħed fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed.

“Kooperazzjoni bejn aktar minn ekwipaġġ wieħed” (MCC - Multi-Crew Cooperation) tfisser il-funzjonament ta’ ekwipaġġ ta’ titjira bħala tim ta’ membri li jikkoperaw bejniethom, immexxija mill-bdot kmandant.

“Inġenju tal-ajru b'aktar minn bdot wieħed”:

għal ajruplani, tfisser ajruplani ċċertifikati biex jaħdmu b'ekwipaġġ minimu ta’ mill-inqas żewġ bdoti;

għal ħelikopters, airships u inġenji tal-ajru ta’ powered-lift, tfisser it-tip ta’ inġenji tal-ajru li għandu jitħaddem b'kopilota kif speċifikat fil-manwal tat-titjira jew skont iċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru jew dokument ekwivalenti.

“Lejl” tfisser il-perjodu bejn it-tmiem tal-għabex ċivili ta’ filgħaxija u l-bidu tas-sebħ ċivili ta’ filgħodu jew perjodu ieħor bħal dan bejn tlugħ ix-xemx u nżul ix-xemx kif jista' jiġi preskritt mill-awtorità xierqa, kif definit mill-Istat Membru.

“Apparat ieħor ta’ taħriġ” (OTD - Other Training Devices) tfisser għajnuniet ta’ taħriġ li mhumiex simulaturi ta’ titjir, apparat ta’ taħriġ fit-titjiriet jew trejners li jipprovdu taħriġ fi proċeduri ta’ titjir u navigazzjoni; tali għajnuniet jipprovdu mezz ta’ taħrig meta ma jkunx meħtieġ ambjent komplut ta’ kabina tal-pilota.

“Kriterji ta’ eżekuzzjoni” tfisser dikjarazzjoni ta’ evalwazzjoni sempliċi dwar ir-riżultat meħtieġ tal-element ta’ kompetenza u deskrizzjoni tal-kriterji użati biex jiġi evalwat jekk il-livell meħtieġ tal-eżekuzzjoni jkunx intlaħaq.

“Bdot kmandant” (PIC - Pilot-in-command) tfisser il-bdot maħtur bħala kmandant u bil-kompitu li jwettaq titjira sigura.

“Bdot kmandant taħt sorveljanza” (PICUS - Pilot-in-command under supervision) tfisser kopilota li, taħt is-sorveljanza tal-bdot kmandant, iwettaq id-dmirjiet u l-funzjonijiet ta’ bdot kmandant.

“Inġenju tal-ajru ta’ powered-lift” tfisser kwalunkwe inġenju tal-ajru li jwettaq refgħa vertikali u propulsjoni/refgħa waqt it-titjir minn skrejjen ġeometriċi varjabbli jew magni/tagħmir ta’ propulsoni mwaħħla jew fil-qafas tal-ajruplan jew fil-ġwienaħ.

“Glider bil-mutur” tfisser inġenju tal-ajru mgħammar b'magna waħda jew aktar li, meta l-magni ma jkunux qed jaħdmu, ikollu l-karatteristiċi ta’ glider.

“Bdot privat” tfisser bdot li għandu liċenzja li timpedixxi l-pilotaġġ ta’ inġenju tal-ajru f'operazzjonijiet li għalihom tingħata remunerazzjoni, esklużi l-attivitajiet ta’ tagħlim jew eżaminazzjoni, kif stabbilit f'din il-Parti.

“Kontroll tal-profiċjenza” tfisser il-wiri ta’ kompetenza biex jiġu vvalidati mill-ġdid jew imġedda l-klassifikazzjonijiet, u dan jinkludi kwalunkwe eżami orali li jista' jkun meħtieġ.

“Tiġdid” (pereżempju ta’ klassifikazzjoni jew ċertifikat) tfisser l-azzjoni amministrattiva mwettqa wara li jiskadu klassifikazzjoni jew ċertifikat għall-finijiet tat-tiġdid tal-privileġġi tal-klassifikazzjoni jew ċertifikat għal perjodu speċifiku ulterjuri wara li jiġu sodisfatti rekwiżiti speċifiċi.

“Validazzjoni mill-ġdid” (pereżempju ta’ klassifikazzjoni jew ċertifikat) tfisser l-azzjoni amministrattiva mwettqa fil-perjodu ta’ validità ta’ klassifikazzjoni jew ċertifikat li jippermetti li l-utent ikompli jeżerċita l-privileġġi ta’ klassifikazzjoni jew ċertifikat għal perjodu speċifiku ulterjuri wara li jiġu sodisfatti rekwiżiti speċifiċi.

“Settur tar-rotta” tfisser titjira li tinkludi l-fażijiet tat-tlugħ, it-tluq, tajran ta’ mhux inqas minn 15-il minuta, il-wasla, l-avviċinament u l-inżul.

“Glider” tfisser inġenju tal-ajru itqal mill-ajru li jżomm fl-ajru permezz tar-reazzjoni dinamika tal-arja mas-superfiċji fissi tar-refgħa tiegħu, li t-titjir ħieles tiegħu ma jiddependix minn magna.

“Inġenju tal-ajru bi bdot wieħed” tfisser inġenju tal-ajru ċċertifikat biex jaħdem bi bdot wieħed.

“Test tal-ħiliet” tfisser il-wiri ta’ ħiliet b'rabta ma’ liċenzja jew klassifikazzjoni, inkluż kwalunkwe eżami orali li jista' jkun meħtieġ.

“Ħin ta’ titjir bi bdot wieħed” tfisser ħin ta’ titjir li matulu l-bdot student ikun l-uniku okkupant ta’ inġenju tal-ajru.

“Bdot kmandant student” (SPIC - Student pilot-in-command) tfisser bdot student li jaġixxi bħala bdot kmandant f'titjira b'għalliem fejn dan tal-aħħar josserva biss lill-bdot student u la jinfluwenza u lanqas jikkontrolla t-titjira tal-inġenju tal-ajru.

“Theddida” tfisser avvenimenti jew żbalji li jseħħu barra mill-influwenza tal-ekwipaġġ tat-titjira, iżidu l-kumplessità operattiva, u li għandhom jiġu mmaniġjati sabiex jinżamm il-marġni tas-sikurezza.

“Ġestjoni tat-theddida” tfisser il-proċess ta’ identifikazzjoni ta’ theddidiet u r-reazzjoni għalihom permezz ta’ kontromiżuri li jnaqqsu jew jeliminaw il-konsegwenzi tat-theddid, u jtaffu l-probabbiltà ta’ żbalji jew stati mhux mixtieqa tal-inġenju tal-ajru.

“Touring Motor Glider” (TMG) tfisser klassi speċifika ta’ gliders bil-mutur li jkollhom magna mgħammra b'mod integrali li ma tistax titreġġa' lura u skrun li ma jistax jitreġġa' lura. Dan għandu jkun kapaċi jagħmel tlugħ mill-art u fl-ajru bil-qawwa tiegħu biss skont il-manwal tat-titjira.

“Tip ta’ inġenju tal-ajru” tfisser kategorizzazzjoni ta’ inġenju tal-ajru li jeħtieġ klassifikazzjoni tat-tip kif stabbilit fid-dejta dwar l-adegwatezza operattiva stabbilita f'konformità mal-Parti 21, u li jinkludi l-inġenju tal-ajru kollu tal-istess disinn bażiku, inkluż it-tibdil kollu tiegħu, għajr dawk li jirriżultaw f'bidla fil-karatteristiċi tal-ġestjoni u tat-titjira.

▼M3

FCL.015    Applikazzjoni u ħruġ, rivalidazzjoni u tiġdid ta' liċenzji, kwalifiki u ċertifikati

▼B

(a)

Applikazzjoni għall-ħruġ, għall-validazzjoni mill-ġdid jew għat-tiġdid tal-liċenzji tal-bdoti u klassifikazzjonijiet u ċertifikati assoċjati għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti b'mod u manjiera stabbiliti minn din l-awtorità. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li turi li l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat kif ukoll klassifikazzjonijiet jew approvazzjonijiet assoċjati, stabbiliti f'din il-Parti u fil-Parti Medika.

(b)

Kwalunkwe limitu jew estensjoni tal-privileġġi mogħtija b'liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat għandhom jiġu approvati fil-liċenzja jew fiċ-ċertifikat mill-awtorità kompetenti.

(c)

Ebda persuna ma għandu jkollha f'ebda ħin aktar minn liċenzja waħda għal kull kategorija tal-inġenju tal-ajru maħruġa skont din il-Parti.

(d)

Applikazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzja għal kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru, jew għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet jew ċertifikati ulterjuri, kif ukoll emenda, validazzjoni mill-ġdid jew tiġdid ta’ dawk il-liċenzji, il-klassifikazzjonijiet jew iċ-ċertifikati għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti li inizjalment ħarġet il-liċenzja tal-bdot, għajr meta l-bdot ikun talab bidla fl-awtorità kompetenti u trasferiment tar-reġistri ta’ liċenzjar u mediċi tiegħu lil dik l-awtorità.

▼M3

FCL.020    Bdot student

(a) Bdot student m'għandux itir waħdu sakemm ma jkunx awtorizzat li jagħmel dan u jkun issorveljat minn struttur tat-titjir.

(b) Qabel l-ewwel titjira waħdu, bdot student għandu mill-inqas:

(1) fil-każ ta’ ajruplani, ħelikopters u airships: ikollu 16-il sena;

(2) fil-każ ta’ glajders u blalen tal-arja: ikollu 14-il sena.

FCL.025    Eżamijiet tal-għarfien teoriku għall-ħruġ ta’ liċenzji u kwalifiki

▼B

(a)    Responsabbiltajiet tal-applikant

▼M3

(1) L-applikanti għandhom jagħmlu s-sett kollu ta' eżamijiet dwar l-għarfien teoretiku għal liċenzja jew kwalifika speċifika taħt ir-responsabbiltà ta’ Stat Membru wieħed.

(2) L-applikanti għandhom jagħmlu l-eżami tal-għarfien teoretiku biss meta jkunu rrakkomandati mill-organizzazzjoni approvata tat-taħriġ (ATO - Approved Training Organisation) responsabbli għat-taħriġ tagħhom, ladarba jkunu kkompletaw il-komponenti xierqa tal-kors ta’ taħriġ tal-istruzzjoni tal-għarfien teoriku sa livell sodisfaċenti.

▼B

(3) Ir-rakkomandazzjoni minn ATO hija valida għal 12-il xahar. Jekk l-applikant ma jkunx ipprova jagħmel mill-inqas eżami wieħed fl-għarfien teoriku f'dan il-perjodu ta’ validità, il-ħtieġa għal taħriġ ulterjuri għandha tiġi stabbilita mill-ATO, skont il-ħtiġijiet tal-applikant.

(b)    Standards ta’ punti minimi meħtieġa

▼M3

(1) Il-punti minimi meħtieġa f’karta tal-eżami tal-għarfien teoriku jingħataw lill-applikant li jikseb mill-inqas 75 % tal-marki allokati f’dik il-karta. Ma jitnaqqsux punti minħabba żbalji.

▼B

(2) Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor f'din il-Parti, applikant ikun għadda mill-eżami tal-għarfien teoriku li huwa rikjest għal-liċenzja jew għall-klassifikazzjoni xierqa ta’ bdot meta jkun għadda mill-eżamiijiet meħtieġa kollha f'perjodu ta’ 18-il xahar li jibdew minn tmiem ix-xahar kalendarju meta l-applikant ikun għamel l-ewwel eżami.

▼M3

(3) Jekk applikant ma jgħaddix minn wieħed mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku wara erba' darbiet, jew ma jgħaddix mill-eżamijiet kollha f'sitt darbiet jew fil-perjodu msemmi fil-paragrafu (2), għandu jerġa’ jagħmel is-sett kollu tal-eżamijiet.

Qabel ma jerġa’ jagħmel l-eżamijiet tal-għarfien teoriku l-applikant għandu jwettaq taħriġ ulterjuri f’organizzazzjoni ta' taħriġ approvata (ATO). Il-firxa u l-kamp ta' applikazzjoni tat-taħriġ meħtieġ għandu jiġi stabbilit mill-organizzazzjoni tat-taħriġ approvata(ATO), skont il-ħtiġijiet tal-applikant.

▼B

(c)    Perjodu ta’ validità

(1) It-twettiq b'suċċess tal-eżamijiet tal-għarfien teoriku għandu jkun validu:

(i) għall-ħruġ tal-liċenzja ta’ bdot ta’ inġenju tal-ajru ħafif, liċenzja ta’ bdot privat, liċenzja ta’ bdot ta’ glider jew liċenzja ta’ bdot ta’ ballun tal-arja, għal perjodu ta’ 24 xahar;

▼M3

(ii) għall-ħruġ ta' liċenzja ta' bdot kummerċjali, kwalifika tal-istrumenti (IR) jew kwalifika tal-istrumenti waqt ir-rotta (EIR), għal perjodu ta' 36 xahar;

▼B

(iii) il-perjodi f'(i) u (ii) għandhom jingħaddu mill-ġurnata meta l-bdot jgħaddi mill-eżami tal-għarfien teoriku, skont (b)(2).

(2) It-tlestija tal-eżamijiet tal-għarfien teoriku għal-liċenzja ta’ bdot ta’ linja tal-ajru (ATPL - Airline Transport Pilot Licence) tibqa' valida għall-ħruġ ta’ ATPL għal perjodu ta’ seba' snin mill-aħħar data ta’ validità ta':

(i) IR imdaħħla fil-liċenzja;

(ii) fil-każ ta’ ħelikopters, klassifikazzjoni tat-tip ta’ ħelikopter imdaħħla f'dik il-liċenzja.

FCL.030    Test tal-ħila prattika

(a)

Qabel ma jsir test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat, l-applikant għandu jkun għadda mill-eżami meħtieġ tal-għarfien teoriku, minbarra fil-każ ta’ applikanti li jkunu qed isegwu kors ta’ taħriġ integrat tat-titjir.

F'kull każ, it-tagħlim tal-għarfien teoriku għandu dejjem ikun tlesta qabel ma jsiru t-testijiet tal-ħiliet.

(b)

Għajr għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ bdot ta’ linja tal-ajru, applikant għal test tal-ħiliet għandu jiġi rrakkomandat għat-test mill-organizzazzjoni/persuna responsabbli għat-taħriġ, ladarba jitlesta t-taħriġ. Ir-rekords tat-taħriġ għandhom ikunu disponibbli għall-eżaminatur.

FCL.035    Ikkreditar tal-ħin ta’ titjir u l-għarfien teoriku

(a)    Ikkreditar tal-ħin ta’ titjir

▼M3

(1) Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor f'din il-Parti, il-ħin ta’ titjir li għandu jiġi kkreditat għal liċenzja, kwalifika jew ċertifikat għandu jkun sar fl-istess kategorija ta’ inġenju tal-ajru li għalih qed tintalab il-liċenzja, il-kwalifika jew iċ-ċertifikat.

(2) PIC (bdot kmandant) jew li qed jitgħallem.

(i) Applikant għal liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat għandu jiġi kkreditat b'mod sħiħ bil-ħin kollu ta’ tagħlim fit-titjir waħdu, ma’ bdot ieħor jew ħin ta’ titjir bħala PIC biex jakkumula l-ħin totali ta’ titjir meħtieġ għal-liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat.

(ii) Gradwat ta’ kors ta’ taħriġ integrat tal-ATP huwa intitolat li jiġi kkreditat b'massimu ta’ 50 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti bħala bdot kmandant student biex jakkumula l-ħin bħala PIC meħtieġ għall-ħruġ tal-liċenzja ta’ bdot ta’ linja tal-ajru, liċenzja ta’ bdot kummerċjali u klassfikazzjoni tat-tip jew tal-klassi ta’ aktar minn magna waħda.

(iii) Gradwat ta’ kors ta’ taħriġ integrat tal-CPL/IR huwa intitolat li jiġi kkreditat b'massimu ta’ 50 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti bħala bdot kmandant student biex jakkumula l-ħin bħala PIC meħtieġ għall-ħruġ tal-liċenzja ta’ bdot kummerċjali u klassifikazzjoni tat-tip jew tal-klassi ta’ aktar minn magna waħda.

▼M3

(3) Ħin tat-titjira bħala kobdot jew PICUS. Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor f'din il-Parti, id-detentur ta’ liċenzja ta’ bdot, meta jaġixxi bħala kobdot jew PICUS, huwa intitolat li jiġi kkreditat bil-ħin kollu bħala kobdot biex jakkumula l-ħin totali ta’ titjir meħtieġ għal grad ogħla ta’ liċenzja ta’ bdot.

▼B

(b)    Ikkreditar tal-għarfien teoriku

▼M3

(1) Applikant li jkun għadda mill-eżami tal-għarfien teoriku għal-liċenzja tal-bdot għat-trasport tal-linja tal-ajru għandu jiġi kkreditat bir-rekwiżiti tal-għarfien teoriku għal-liċenzja ta' bdot ta' inġenji tal-ajru ħfief, il-liċenzja ta' bdot privat, il-liċenzja ta' bdot kummerċjali u, ħlief fil-każ tal-ħelikopters, l-IR u l-EIR fl-istess kategorija ta' inġenji tal-ajru.

▼B

(2) Applikant li jkun għadda mill-eżami tal-għarfien teoriku għal-liċenzja ta’ bdot kummerċjali għandu jiġi kkreditat bir-rekwiżit tal-għarfien teoriku għal liċenzja ta’ bdot ta’ inġenji tal-ajru ħfief jew liċenzja ta’ bdot privat fl-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru.

(3) Id-detentur ta’ IR jew applikant li jkun għadda mill-eżami tal-għarfien teoriku dwar l-istrumenti għal kategorija ta’ inġenji tal-ajru għandu jiġi kkreditat b'mod sħiħ biex ikun jista' jissodisfa r-rekwiżiti tat-tagħlim u l-eżami tal-għarfien teoriku għal IR f'kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru.

(4) Id-detentur ta’ liċenzja ta’ bdot għandu jiġi kkreditat biex ikun jista' jissodisfa r-rekwiżiti għat-tagħlim u l-eżami tal-għarfien teoriku għal liċenzja f'kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru skont l-Appendiċi 1 ta’ din il-Parti.

▼M3

(5) Minkejja l-punt (b)(3) ta' hawn fuq, id-detentur ta' IR(A) li jkun temm kors tal-IR modulari bbażat fuq il-kompetenzi jew id-detentur ta' EIR għandu jibbenefika b'mod sħiħ minn krediti li jikkorrispondu għar-rekwiżiti fir-rigward tal-istruzzjoni u l-eżami fl-għarfien teoriku biex jinkiseb IR f'kategorija oħra ta' inġenji tal-ajru, biss sakemm ikun għadda wkoll mill-istruzzjoni u l-eżami tal-għarfien teoriku għall-parti IFR tal-kors meħtieġ skont il-paragrafu FCL.720.A.(b)(2)(i).

▼B

Dan il-kreditu japplika wkoll għall-applikanti għal liċenzja ta’ bdot li diġà għaddew mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku għall-ħruġ ta’ dik il-liċenzja f'kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru, sakemm ikun fil-perjodu ta’ validità speċifikat fl-FCL.025(c).

FCL.040    L-eżerċitar tal-privileġġi tal-liċenzji

L-eżerċizzju tal-privileġġi mogħtija minn liċenzja għandu jiddependi fuq il-validità tal-klassifikazzjonijiet inklużi fiha, jekk applikabbli, u taċ-ċertifikat mediku.

FCL.045    L-obbligu tal-ġarr u l-preżentazzjoni tad-dokumenti

(a)

Il-bdot għandu dejjem iġorr liċenzja valida u ċertifikat mediku validu meta jkun qed jeżerċita l-privileġġi tal-liċenzja.

(b)

Il-bdot għandu jġorr ukoll dokument ta’ identifikazzjoni personali li jkun fih ir-ritratt tiegħu.

(c)

Bdot jew bdot student għandu jippreżenta r-rekords tal-ħin ta’ titjir tiegħu, mingħajr dewmien bla bżonn, għal spezzjoni fuq talba ta’ rappreżentant awtorizzat ta’ awtorità kompetenti.

(d)

Bdot student għandu jġorr, fuq it-titjiriet cross-country kollha li jagħmel waħdu, evidenza tal-awtorizzazzjoni rikjesta fl-FCL.020(a).

FCL.050    Reġistrazzjoni tal-ħin ta’ titjir

Il-bdot għandu jżomm rekord affidabbli tad-dettalji tat-titjiiriet kollha li jkunu saru b'mod u manjiera stabbilita mill-awtorità kompetenti.

FCL.055    Profiċjenza fil-lingwa

(a)

Ġenerali. Bdoti ta’ ajruplani, ħelikopters, powered-lift u airships li huma rikjesti jużaw it-telefon bir-radju m'għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzji u l-klassifikazzjonijiet tagħhom sakemm ma jkollhomx approvazzjoni tal-profiċjenza fil-lingwa fil-liċenzja tagħhom bl-Ingliż jew bil-lingwa użata għall-komunikazzjonijiet bir-radju involuti fit-titjira. L-approvazzjoni għandha tindika l-lingwa, il-livell tal-profiċjenza u d-data tal-validità.

(b)

L-applikant għal approvazzjoni tal-profiċjenza fil-lingwa għandu juri, skont l-Appendiċi 2 ta’ din il-Parti, mill-inqas livell operattiv ta’ profiċjenza fil-lingwa kemm fl-użu ta’ frażijiet kif ukoll fil-lingwa komuni. Sabiex jagħmel dan, l-applikant għandu juri l-kapaċità tiegħu li:

(1) jikkomunika b'mod effettiv f'sitwazzjonijiet fejn tintuża l-vuċi biss u f'sitwazzjonijiet wiċċ imb wiċċ;

(2) jikkomunika dwar suġġetti komuni u relatati max-xogħol b'mod preċiż u ċar;

(3) juża strateġiji xierqa ta’ komunikazzjoni għall-iskambju ta’ messaġġi u sabiex jagħraf u jsolvi nuqqas ta’ ftehim f'kuntest ġenerali jew relatat max-xogħol;

(4) jegħleb l-isfidi lingwistiċi li jitfaċċaw minħabba kumplikazzjonijiet jew avvenimenti mhux mistennija li jseħħu fil-kuntest tar-rutina tax-xogħol jew waqt kompitu ta’ komunikazzjoni li normalment ikun familjari magħhom;

(5) juża djalett jew aċċent li jiftiehem fil-komunità ajrunawtika.

(c)

Għajr għall-bdoti li jkunu wrew profiċjenza fil-lingwa fil-livell ta’ esperti skont l-Appendiċi 2 ta’ din il-Parti, l-approvazzjoni tal-profiċjenza fil-lingwa għandha tiġi evalwata mill-ġdid kull:

(1) 4 snin, jekk il-livell muri jkun livell operattiv;

(2) 6 snin, jekk il-livell muri jkun livell estiż.

▼M3

(d)

Rekwiżiti speċifiċi għad-detenturi tal-kwalifika tat-titjir bl-istrumenti (IR) jew kwalifika tat-titjir bl-istrumenti (EIR) waqt ir-rotta. Bla ħsara għall-paragrafi ta’ hawn fuq, id-detenturi ta’ IR jew EIR għandhom ikunu wrew il-kapaċità li jużaw il-lingwa Ingliża f'livell li jippermettilhom:

▼B

(1) jifhmu l-informazzjoni kollha rilevanti għat-twettiq tal-fażijiet kollha ta’ titjira, inkluża l-preparazzjoni għal titjira;

(2) jużaw it-telefonija bir-radju fil-fażijiet kollha tat-titjira, inklużi sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;

(3) jikkomunikaw ma’ membri oħra tal-ekwipaġġ matul il-fażijiet kollha ta’ titjira, inkluża l-preparazzjoni għal titjira.

▼M3

(e)

Il-wiri ta’ profiċjenza fil-lingwa u tal-użu tal-Ingliż għal detenturi ta' IR jew EIR għandu jsir permezz ta’ metodu ta’ valutazzjoni stabbilit mill-awtorità kompetenti.

▼B

FCL.060    Esperjenza reċenti

(a)

Blalen tal-arja. Bdot m'għandux iħaddem ballun tal-arja fit-trasport kummerċjali bl-ajru jew iġorr passiġġieri sakemm fil-180 jum ta’ qabel ma jkunx wettaq:

(1) mill-inqas 3 titjiriet bħala bdot li jsuq ballun tal-arja, li mill-inqas waħda minnhom għandha tkun f'ballun tal-arja tal-klassi u tal-grupp rilevanti;

(2) titjira waħda fil-klassi u l-grupp rilevanti tal-ballun tal-arja taħt is-sorveljanza ta’ għalliem ikkwalifikat skont is-Subparti J.

(b)

Ajruplani, ħelikopters, powered-lift, airships u gliders. Bdot m'għandux iħaddem inġenju tal-ajru għat-trasport kummerċjali bl-ajru jew biex iġorr passiġġieri:

(1) bħala PIC jew kopilota sakemm, fid-90 jum ta’ qabel, ma jkunx wettaq mill-inqas 3 telgħat, avviċinamenti, inżulijiet f'inġenju tal-ajru tal-istesss tip jew klassi jew FFS li tirrappreżenta dak it-tip jew klassi. It-3 telgħat u nżulijiet għandhom isiru f'operazzjoni bi bdot wieħed jew aktar, skont il-privileġġi li jkollu l-bdot;

(2) bħala PIC billejl sakemm:

(i) fid-90 jum ta’ qabel ma jkunx wettaq mill-inqas telgħa, avviċinament u nżul wieħed billejl bħala bdot li jsuq inġenju tal-ajru tal-istess tip jew klassi jew FFS li jirrappreżenta dak it-tip jew klassi;

(ii) ikollu IR;

▼M3

(3) bħala kobdot cruise relief sakemm:

(i) ikun ikkonforma mar-rekwiżiti f'(b)(1); jew

(ii) ikun wettaq, fid-90 jum ta’ qabel, mill-inqas 3 setturi bħala bdot cruise relief fuq l-istess tip jew klassi ta’ inġenju tal-ajru; jew

(iii) ikun wettaq taħriġ reċenti u ta’ aġġornament fit-tajran f'FFS f'intervalli li ma jaqbżux id-90 jum. Dan it-taħriġ ta’ aġġornament jista’ jiġi kkombinat mat-taħriġ ta’ aġġornament tal-operatur preskritt fir-rekwiżiti rilevanti tal- Parti-ORO.

▼B

(4) Meta bdot ikollu l-privileġġ li jħaddem aktar minn tip ta’ ajruplan wieħed b'karatteristiċi ta’ ġestjoni u tħaddim simili, it-3 telgħat, avviċinamenti u nżulijiet meħtieġa f'(1) jistgħu jitwettqu kif definit fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21.

(5) Meta bdot ikollu l-privileġġ li jħaddem aktar minn tip wieħed ta’ ħelikopter mhux kumpless b'karatteristiċi simili ta’ ġestjoni u tħaddim, kif definit fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21, it-3 telgħat, avviċinamenti u nżulijiet meħtieġa f'(1) jistgħu jitwettqu f'wieħed biss mit-tipi, sakemm il-bdot ikun lesta mill-inqas sagħtejn tat-titjira f'kull wieħed mit-tipi tal-ħelikopters, matul is-6 xhur ta’ qabel.

(c)

Rekwiżiti speċifiċi għat-trasport kummerċjali bl-ajru:

(1) Fil-każ tat-trasport kummerċjali bl-ajru, il-perjodu ta’ 90 jum preskritt fis-subparagrafi (b)(1) u (2) hawn fuq jista' jiġi estiż sa massimu ta’ 120 jum, sakemm il-bdot iwettaq titjir fuq linja taħt is-sorveljanza ta’ eżaminatur jew għalliem tal-klassifikazzjoni tat-tip.

(2) Meta l-bdot ma jikkonformax mar-rekwiżit f'(1), hu għandu jlesti titjira ta’ taħriġ f'inġenju tal-ajru jew FFS tat-tip ta’ inġenju tal-ajru li għandu jintuża, fatt li għandu jinkludi mill-inqas ir-rekwiżiti deskritti f'(b)(1) u (2) qabel ma jkun jista' jeżerċita l-privileġġi tiegħu.

▼M4

FCL.065    Tnaqqis tal-privileġġi tad-detenturi tal-liċenzja li jkolllhom 60 sena jew aktar fit-trasport kummerċjali bl-ajru

(a)

Età bejn is-60 u l-64 sena. Ajruplani u ħelikopters. Id-detentur ta' liċenzja ta' bdot li jkun għalaq 60 sena m'għandux jaġixxi bħala bdot ta' inġenju tal-ajru involut fit-trasport kummerċjali bl-ajru għajr jekk ikun membru ta' ekwipaġġ b'aktar minn bdot wieħed.

(b)

Età ta' 65 sena. Għajr fil-każ ta' detentur ta' liċenzja ta' bdot ta' ballun tal-ajru jew glider, detentur ta' liċenzja ta' bdot li jkun għalaq 65 sena m'għandux jaġixxi bħala bdot ta' inġenju tal-ajru involut fit-trasport kummerċjali bl-ajru.

(c)

Età ta' 70 sena. Detentur ta' liċenzja ta' bdot li għalaq 70 sena m'għandux jaġixxi bħala bdot ta' ballun tal-ajru jew glider involut fit-trasport kummerċjali bl-ajru.

▼B

FCL.070    Revoka, sospensjoni u limitazzjoni tal-liċenzji, il-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati

(a)

Il-liċenzji, il-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati maħruġa skont din il-Parti jistgħu jiġu limitati, sospiżi jew revokati mill-awtorità kompetenti meta l-bdot ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ din il-Parti, il-Parti Medika jew ir-rekwiżiti operattivi applikabbli, skont il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fil-Parti-ARA.

(b)

Meta l-liċenzja tal-bdot tiġi sospiża jew revokata, il-bdot għandu jrodd lura minnufih il-liċenzja jew iċ-ċertifikat lill-awtorità kompetenti.

SUBPARTI B

LIĊENZJA TA' BDOT TA' INĠENJI TAL-AJRU ĦFIEF — LAPL

TAQSIMA 1

Rekwiżiti komuni

FCL.100    LAPL – Età minima

L-applikanti għal-LAPL għandu jkollhom:

(a) fil-każ ta’ ajruplani u ħelikopters, mill-inqas 17-il sena;

(b) fil-każ ta’ gliders u blalen tal-arja, mill-inqas 16-il sena.

FCL.105    LAPL – Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

Ġenerali. Il-privileġġi tad-detentur ta’ LAPL huma li jaġixxi mingħajr remunerazzjoni bħala PIC f'operazzjonijiet mhux kummerċjali fil-kategorija adattata tal-inġenji tal-ajru.

(b)

Kundizzjonijiet. L-applikanti għal-LAPL għandhom ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti għall-kategorija rilevanti tal-inġenju tal-ajru u, fejn applikabbli, għall-klassi jew it-ip ta’ inġenju tal-ajru użat fit-test tal-ħiliet.

FCL.110    LAPL – Ikkreditar għall-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru

(a)

L-applikanti għal LAPL li kellhom liċenzja oħra fl-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru għandhom jiġu kkreditati bis-sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti tal-LAPL f'dik il-kategorija ta’ inġenji tal-ajru.

(b)

Bla ħsara għall-paragrafu ta’ hawn fuq, jekk il-liċenzja tkun skadiet, l-applikant għandu jgħaddi minn test tal-ħiliet skont FCL.125 għall-ħruġ ta’ LAPL fil-kategorija adattata ta’ inġenji tal-ajru.

FCL.115    LAPL – Kors ta’ taħriġ

L-applikanti għal LAPL għandhom ilestu kors ta’ taħriġ f'ATO. Il-kors għandu jinkludi għarfien teoriku u tagħlim fit-titjir adattati għal l-privileġġi mogħtija.

FCL.120    LAPL – Eżami tal-għarfien teoriku

L-applikanti għal LAPL għandhom juru livell ta’ għarfien teoriku adattat għall-privileġġi mogħtija, permezz ta’ eżamijiet dwar dawn li ġejjin:

(a) suġġetti komuni:

 Il-Liġi tal-ajru,

 Il-Prestazzjoni umana,

 Il-Meteoroloġija, u

 Il-Komunikazzjonijiet;

(b) suġġetti speċifiċi li jikkonċernaw il-kategoriji differenti ta’ inġenji tal-ajru:

 Il-prinċipji tat-titjir,

 Il-proċeduri operattivi,

 L-eżekuzzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet,

 Għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru, u

 In-navigazzjoni.

FCL.125    LAPL – Test tal-ħiliet

(a)

Permezz tat-twettiq ta’ test tal-ħiliet, l-applikanti għal LAPL għandhom juru l-kapaċità li, bħala PIC fil-kategorija adattata ta’ inġenji tal-ajru, iwettqu l-proċeduri u l-manuvri rilevanti bil-kompetenza adattata għall-privileġġi mogħtija.

(b)

L-applikanti għat-test tal-ħiliet għandhom ikunu rċevew tagħlim fit-titjir dwar l-istess klassi kew tip ta’ inġenju tal-ajru li għandu jintuża għat-test tal-ħila. Il-privileġġi għandhom ikunu limitati għall-klassi jew it-tip użati għat-test tal-ħila sakemm ma jiġux approvati estensjonijiet ulterjuri għal-liċenzja, skont din is-Subparti.

(c)

Punti minimi meħtieġa

(1) It-test tal-ħiliet għandu jinqasam f'taqsimiet differenti, li jirrappreżentaw il-fażijiet differenti kollha tat-titjira xierqa skont il-kategorija tal-inġenju tal-ajru użat fit-titjir.

(2) Jekk l-applikant ma jiksibx il-punti minimi meħtieġa fi kwalunkwe punt fit-taqsima, dan ifisser li l-applikant jeħel fit-taqsima kollha. Jekk l-applikant jeħel biss minn taqsima waħda, għandu jirrepeti dik it-taqsima biss. Jekk dan ma jiksibx il-punti minimi meħtieġa f'aktar minn taqsima waħda, l-applikant ikun weħel mit-test kollu.

(3) Meta jkun meħtieġ li t-test jiġi rripetut skont (2), nuqqas ta’ kisba tal-punti meħtieġa fi kwalunkwe taqsima, inklużi dawk li għadda minnhom f'tentattiv preċedenti, se jfisser li l-applikant ikun weħel mit-test kollu.

(4) Jekk ma jirnexxilux jgħaddi mit-taqsimiet kollha tat-test f'żewġ tentattivi, l-applikant ikun jeħtieġ aktar taħriġ prattiku.

TAQSIMA 2

Rekwiżiti speċifiċi għal-LAPL għall-ajruplani — LAPL(A)

FCL.105.A    LAPL(A) – Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

Il-privileġġi tad-detentur ta’ LAPL għall-ajruplani huma li jaġixxi bħala PIC fuq ajruplani b'magna waħda bil-pistin tal-art jew TMG b'massa ta’ tluq massima ċċertifikata ta’ 2 000 kg jew inqas, li jġorr massimu ta’ 3 passiġġieri, b'tali mod li qatt ma jkun hemm aktar minn 4 persuni abbord l-inġenju tal-ajru.

▼M3

(b)

Detenturi ta' LAPL(A) għandhom iġorru biss passiġġieri ladarba jkunu wettqu 10 sigħat ta' titjir bħala PIC fuq ajruplani jew TMG wara l-ħruġ tal-liċenzja.

▼B

FCL.110.A    LAPL(A) – Rekwiżiti u kkreditar tal-esperjenza

(a)

L-applikanti għal LAPL(A) għandhom ikunu kkompletaw mill-inqas 30 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fuq ajruplani jew TMGs, li jinkludu mill-inqas:

(1) 15-il siegħa ta’ tagħlim fit-titjir ma’ bdot ieħor fil-klassi li fiha jsir it-test tal-ħiliet;

(2) 6 sigħat ta’ ħin ta’ titjir tal-bdot waħdu ssorvjelat, inklużi mill-inqas 3 sigħat ta’ ħin ta’ titjir cross-country b'mill-inqas titjira waħda cross-country ta’ mill-inqas 150 km (80 NM), li fiha għandu jsir inżul wieħed ta’ waqfien totali f'ajrudrom differenti mill-ajrudrom tat-tluq.

(b)

Rekwiżiti speċifiċi għall-applikanti li jkollhom LAPL(S) b'estensjoni għal TMG. L-applikanti għal LAPL(A) li jkollhom LAPL(S) b'estensjoni għal TMG għandhom ikunu lestew mill-inqas 21 siegħa ta’ ħin ta’ titjir fuq it-TMGs wara l-approvazzjoni tal-estensjoni tat-TMG u kkonformaw mar-rekwiżiti ta’ FCL.135. A(a) dwar l-ajruplani.

(c)

Ikkreditar. L-applikanti b'esperjenza preċedenti bħala PIC jistgħu jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti f'(a).

L-ammont ta’ kreditu għandu jiġi deċiż mill-ATO fejn il-bdot iwettaq il-kors ta’ taħriġ, fuq il-bażi ta’ test tat-titjir qabel id-dħul, iżda fi kwalunkwe każ:

(1) m'għandux jaqbeż il-ħin totali ta’ titjir bħala PIC;

(2) m'għandux jaqbeż 50 % tas-sigħat meħtieġa f'(a);

(3) ma jinkludix ir-rekwiżiti ta’ (a)(2).

FCL.135.A    LAPL(A) – Estensjoni tal-privileġġi għal klassi oħra jew varjant tal-ajruplan

(a)

Il-privileġġi ta’ LAPL(A) għandhom ikunu limitati għall-klassi u l-varjant tal-ajruplani jew TMG li fihom ikun twettaq it-test tal-ħiliet. Din il-limitazzjoni tista' titneħħa meta l-bdot ikun lesta r-rekwiżiti ta’ hawn taħt fi klassi oħra:

(1) 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir, inklużi:

(i) 10 telgħat u nżulijiet ma’ bdot ieħor, u

(ii) 10 telgħat u nżulijiet issorveljati tal-bdot waħdu.

(2) test tal-ħiliet li juri l-livell adegwat tal-ħila prattika fil-klassi l-ġdida. Matul dan it-test tal-ħiliet, l-applikant għandu juri wkoll lill-eżaminatur livell xieraq ta’ għarfien teoriku għall-klassi l-oħra f'dawn is-suġġetti:

(i) Il-proċeduri operattivi,

(ii) L-eżekuzzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet,

(iii) Għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru.

(b)

Qabel ma d-detentur ta’ LAPL ikun jista' jeżerċita l-privileġġi tal-liċenzja fuq varjant ta’ ajruplan differenti minn dak użat fit-test tal-ħiliet, il-bdot għandu jwettaq taħriġ fid-differenzi jew taħriġ ta’ familjarizzazzjoni. It-taħriġ dwar id-differenzi għandu jitniżżel fil-ġurnal ta’ abbord jew f'dokument ekwivalenti tal-bdot u jiġi ffirmat mill-għalliem.

FCL.140.A    LAPL(A) – Rekwiżiti ta’ attività riċenti

(a)

Id-detenturi ta’ LAPL(A) għandhom jeżerċitaw biss il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom meta, fl-aħħar 24 xahar, ikunu għamlu bħala bdoti ta’ ajruplani jew TMG:

(1) mill-inqas 12-il siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC, inklużi 12-il launch u nżul;

(2) taħriġ ta’ aġġornament ta’ mill-inqas siegħa tal-ħin totali ta’ titjir ma’ għalliem.

(b)

Id-detenturi ta’ LAPL(A) li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti f'(a) għandhom:

(1) iwettqu kontroll tal-profiċjenza ma’ eżaminatur qabel ma jkomplu jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom;

(2) iwettqu l-ħin ta’ titjir addizzjonali jew it-tlugħ u l-inżul, titjir b'żewġ bdoti jew titjir bi bdot waħdu taħt is-sorveljanza ta’ għalliem, sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti f'(a).

TAQSIMA 3

Rekwiżiti speċifiċi għal-LAPL għall-ħelikopters — LAPL(H)

FCL.105.H    LAPL(H) – Privileġġi

Il-privileġġi tad-detentur ta’ LAPL għall-ħelikopters huma li jaġixxi bħala PIC fuq ħelikopters b'magna waħda b'massa massima ċċertifikata tat-tlugħ ta’ 2 000 kg jew inqas, li jġorru massimu ta’ 3 passiġġieri, b'tali mod li qatt ma jkun hemm aktar minn 4 persuni abbord.

FCL.110.H    LAPL(H) – Rekwiżiti u kkreditar tal-esperjenza

(a)

L-applikanti għal-LAPL(H) għandhom ikunu lestew 40 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir dwar il-ħelikopters. Mill-inqas 35 siegħa minnhom għandhom ikunu titjiriet fuq it-tip ta’ ħelikopter li jintuża għat-test tal-ħiliet. It-tagħlim fit-titjir għandu jinkludi mill-inqas:

(1) 20-il siegħa ta’ tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti;

(2) 10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir ta’ bdot waħdu ssorveljat, inklużi mill-inqas 5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir cross-country tal-bdot waħdu b'mill-inqas titjira waħda cross-country ta’ mill-inqas 150 km (80 NM), li matulha għandu jsir inżul wieħed b'waqfien totali f'ajrudrom differenti mill-ajrudrom tat-tluq.

(b)

Ikkreditar. L-applikanti b'esperjenza preċedenti bħala PIC jistgħu jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti f'(a).

L-ammont ta’ kreditu għandu jiġi deċiż mill-ATO fejn il-bdot iwettaq il-kors ta’ taħriġ, fuq il-bażi ta’ test tat-titjir qabel id-dħul, iżda fi kwalunkwe każ:

(1) m'għandux jaqbeż il-ħin totali ta’ titjir bħala PIC;

(2) m'għandux jaqbeż 50 % tas-sigħat meħtieġa f'(a);

(3) ma jinkludix ir-rekwiżiti f'(a)(2).

FCL.135.H    LAPL(H) – Estensjoni tal-privileġġi għal tip ieħor jew varjant tal-ħelikopter

(a)

Il-privileġġi ta’ LAPL(H) għandhom ikunu limitati għat-tip jew il-varjant speċifiku tal-ħelikopter li fih ikun sar it-test tal-ħiliet. Din il-limitazzjoni tista' titneħħa meta l-bdot ikun lesta:

(1) 5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir, inklużi:

(i) 15-il telgħa, avviċinament u nżul l-art b'żewġ bdoti;

(ii) 15-il telgħa, avviċinament u nżul l-art bi bdot waħdu ssorveljat;

(2) test tal-ħiliet li juri l-livell adegwat tal-ħiliet prattiċi fit-tip il-ġdid. Matul dan it-test tal-ħiliet, l-applikant għandu juri wkoll lill-eżaminatur livell adegwat ta’ għarfien teoriku għat-tip l-ieħor fis-suġġetti li ġejjin:

 Il-proċeduri operattivi,

 L-eżekuzzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet,

 Għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru.

(b)

Qabel ma d-detentur ta’ LAPL(H) ikun jista' jeżerċita l-privileġġi tal-liċenzja f'varjant tal-ħelikopter differenti minn dak użat għat-test tal-ħiliet, il-bdot għandu jwettaq taħriġ fid-differenzi jew taħriġ ta’ familjarizzazzjoni, kif stabbilit fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21.

FCL.140.H    LAPL(H) – Rekwiżiti ta’ attività riċenti

(a)

Id-detenturi ta’ LAPL(H) għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom fuq tip speċifiku biss meta, fl-aħħar 12-il xahar, ikunu lestew fuq ħelikopters ta’ dak it-tip:

(1) mill-inqas 6 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC, inklużi 6 telgħat, avviċinamenti u nżulijiet;

(2) taħriġ ta’ aġġornament ta’ mill-inqas siegħa sħiħa ta’ ħin ta’ titjir ma’ għalliem.

(b)

Id-detenturi ta’ LAPL(H) li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti f'(a) għandhom:

(1) jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza ma’ eżaminatur dwar it-tip speċifiku qabel ma jkomplu jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom;

(2) iwettqu l-ħin ta’ titjir addizzjonali jew it-tlugħ u l-inżul, titjir b'żewġ bdoti jew titjir bi bdot waħdu taħt is-sorveljanza ta’ għalliem, sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti f'(a).

TAQSIMA 4

Rekwiżiti speċifiċi għal-LAPL għal gliders – LAPL(S)

FCL.105.S    LAPL(S) – Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

Il-privileġġi tad-detentur ta’ LAPL għall-gliders huma li jaġixxi bħala PIC fuq gliders u gliders bil-mutur. Sabiex jeżerċita l-privileġġi fuq TMG, id-detentur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti fl-FCL.135.S.

▼M3

(b)

Detenturi ta' LAPL(A) għandhom iġorru biss passiġġieri ladarba jkunu wettqu 10 sigħat ta' titjir jew 30 lanċament bħala PIC fuq glajders jew glajders bil-mutur wara l-ħruġ tal-liċenzja.

▼B

FCL.110.S    LAPL(S) – Rekwiżiti u kkreditar tal-esperjenza

(a)

L-applikanti għal LAPL(S) għandhom ikunu kkompletaw mill-inqas 15-il siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fil-gliders, jew gliders bil-mutur, inkluż mill-inqas:

(1) 10-il siegħa ta’ tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti;

(2) sagħtejn ta’ ħin ta’ titjir bi bdot wieħed issorveljat;

(3) 45 telgħa u nżul l-art;

(4) titjira waħda cross-country bi bdot waħdu ta’ mill-inqas 50 km (27 NM) jew titjira waħda cross-country b'żewġ bdoti ta’ mill-inqas 100 km (55 NM).

(b)

Mill-15-il siegħa meħtieġa f'(a), massimu ta’ 7 jistgħu jiġu kkompletati f'TMG.

(c)

Ikkreditar. L-applikanti b'esperjenza preċedenti bħala PIC jistgħu jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti f'(a).

L-ammont ta’ kreditu għandu jiġi deċiż mill-ATO fejn il-bdot iwettaq il-kors ta’ taħriġ, fuq il-bażi ta’ test tat-titjir qabel id-dħul, iżda fi kwalunkwe każ:

(1) m'għandux jaqbeż il-ħin totali ta’ titjir bħala PIC;

(2) m'għandux jaqbeż 50 % tas-sigħat meħtieġa f'(a);

(3) m'għandux jinkludi r-rekwiżiti f'(a)(2) sa (a)(4).

FCL.130.S    LAPL(S) – Metodi li jirrigwardaw il-launch

(a)

Il-privileġġi tal-LAPL(S) għandhom ikunu limitati għall-metodu li jirrigwarda l-launch inkluż fit-test tal-ħiliet. Din il-limitazzjoni tista' titneħħa meta l-bdot ikun lesta:

(1) fil-każ ta’ launch permezz ta’ vinċ (winch launch) u launch permezz ta’ karozza (car launch), minimu ta’ 10 launch f'tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti, u 5 telgħat mill-art bi bdot waħdu taħt sorveljanza;

(2) fil-każ ta’ ġbid permezz ta’ inġenju tal-ajru ieħor (aero tow) jew launch waħdu, minimu ta’ 5 launches f'tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti, u 5 telgħat mill-art bi bdot waħdu taħt sorveljanza. Fil-każ ta’ launch waħdu, it-tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti jista' jsir f'TMG;

(3) fil-każ ta’ bungee launch, minimu ta’ 3 telgħat imwettqa f'tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti jew bi bdot wieħed taħt sorveljanza.

(b)

It-tlestija tal-launches ta’ taħriġ addizzjonali għandha titniżżel fil-ġurnal ta’ abbord u tiġi ffirmata mill-għalliem.

(c)

Sabiex iżommu l-privileġġi tagħhom f'kull metodu li jirrigwarda l-launch, il-bdoti għandhom iwettqu 5 launches tul l-aħħar 24 xahar, għajr għall-bungee launch, f'liema każ il-bdoti għandhom ikunu wettqu biss 2 launches.

(d)

Meta l-bdot ma jikkonformax mar-rekwiżit f'(c), hu għandu jwettaq numru addizzjonali ta’ launches billi jtir ma’ bdot ieħor jew waħdu taħt is-sorveljanza ta’ għalliem sabiex iġedded il-privileġġi tiegħu.

FCL.135.S    LAPL(S) – Estensjoni tal-privileġġi għal TMG

Il-privileġġi ta’ LAPL(S) għandhom jiġu estiżi għal TMG meta l-bdot ikun ikkompleta f'ATO, mill-inqas:

(a) 6 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq TMG, inklużi:

(1) 4-il siegħa ta’ tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti;

(2) titjira waħda cross-country bi bdot waħdu ta’ mill-inqas 150 km (80 NM), li waqtha jsir inżul wieħed ta’ waqfien totali f'ajrudrom differenti mill-ajrudrom tat-tluq;

(b) test tal-ħiliet li juri livell adegwat ta’ ħiliet prattiċi f'TMG. Matul dan it-test tal-ħiliet, l-applikant għandu juri wkoll lill-eżaminatur livell adegwat ta’ għarfien teoriku għat-TMG f'dawn is-suġġetti li ġejjin:

 Il-prinċipji tat-titjir,

 Il-proċeduri operattivi,

 L-eżekuzzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet,

 Għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru,

 In-navigazzjoni.

FCL.140.S    LAPL(S) – Rekwiżiti ta’ attivitajiet riċenti

(a)

Gliders u gliders bil-mutur. Id-detenturi ta’ LAPL(S) għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom fuq gliders u gliders bil-mutur biss meta jkunu kkompletaw fuq gliders jew gliders bil-mutur, esklużi TMGs, fl-aħħar 24 xahar, mill-inqas:

(1) 5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC, inklużi 15-il launch;

(2) 2 titjiriet ta’ taħriġ ma’ għalliem;

(b)

TMG. Id-detenturi ta’ LAPL(S) għandhom jeżerċitaw biss il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom fuq TMG meta jkunu:

(1) ikkompletaw fuq TMGs fl-aħħar 24 xahar:

(i) mill-inqas 12-il siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC, inklużi 12-il launch u nżul;

(ii) taħriġ ta’ aġġornament ta’ mill-inqas siegħa sħiħa ta’ ħin ta’ titjir ma’ għalliem.

(2) Meta d-detentur tal-LAPL(S) ikollu wkoll il-privileġġi li jtajjar l-ajruplani, ir-rekwiżiti f'(1) jistgħu jitwettqu fuq l-ajruplani.

(c)

Id-detenturi ta’ LAPL(S) li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti f'(a) jew (b) għandhom, qabel ikomplu jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom:

(1) jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza ma’ eżaminatur fuq glider jew TMG, kif xieraq;

(2) iwettqu ħin ta’ titjir addizzjonali jew tlugħ u nżul l-art, billi jtiru ma’ bdot ieħor jew waħedhom taħt is-sorveljanza ta’ għalliem, sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti f'(a) jew (b).

TAQSIMA 5

Rekwiżiti speċifiċi għal-LAPL għall-blalen tal-arja — LAPL(B)

▼M4

FCL.105.B    LAPL(B) — Privileġġi

Il-privileġġi tad-detentur ta' LAPL għall-blalen tal-ajru huma li jaġixxi bħala PIC fuq blalen tal-arja sħuna jew żepellini li jaħdmu bl-arja sħuna b'massimu ta' kapaċità tal-envelopp ta' 3 400 m3 jew blalen tal-gass b'massimu ta' kapaċità tal-envelopp ta' 1 260 m3, li jġorru mhux aktar minn tliet (3) passiġġieri, b'tali mod li qatt ma jkun hemm aktar minn erba' (4) persuni abbord il-ballun tal-ajru.

▼M3

FCL.110.B    LAPL(B) – Rekwiżiti u kkreditar tal-esperjenza

▼B

(a)

L-appplikanti għal LAPL(B) għandhom ikunu kkompletaw mill-inqas 16-il siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fuq blalen tal-arja tal-istess klassi, inklużi mill-inqas:

(1) 12-il siegħa ta’ tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti;

(2) 10 inflazzjonijiet u 20 telgħa u nżul l-art;

(3) titjira waħda bi bdot waħdu ssorveljat b'ħin minimu ta’ titjir ta’ mill-inqas 30 minuta.

(b)

Ikkreditar. L-applikanti b'esperjenza preċedenti bħala PIC fuq blalen tal-arja jistgħu jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti f'(a).

L-ammont ta’ kreditu għandu jiġi deċiż mill-ATO fejn il-bdot iwettaq il-kors ta’ taħriġ, fuq il-bażi ta’ test tat-titjir qabel id-dħul, iżda fi kwalunkwe każ:

(1) m'għandux jaqbeż il-ħin totali ta’ titjir bħala PIC fuq blalen tal-arja;

(2) m'għandux jaqbeż 50 % tas-sigħat meħtieġa f'(a);

(3) m'għandux jinkludi r-rekwiżiti ta’ (a)(2) u (a)(3).

FCL.130.B    LAPL(B) – Estensjoni tal-privileġġi għal titjiriet marbutin mal-art

(a)

Il-privileġġi tal-LAPL(B) għandhom ikunu limitati għal titjiriet mhux marbutin mal-art. Din il-limitazzjoni tista' titneħħa meta l-bdot ikun lesta mill-inqas 3 titjiriet ta’ tagħlim marbutin mal-art.

(b)

Meta jitlesta t-taħriġ addizzjonali, dan għandu jitniżżel fil-ġurnal ta’ abbord u jiġi ffirmat mill-għalliem.

(c)

Sabiex iżommu dan il-privileġġ, il-bdoti għandhom ilestu minimu ta’ 2 titjiriet marbutin mal-art matul l-aħħar 24 xahar.

(d)

Meta l-bdot ma jikkonformax mar-rekwiżit f'(c), għandu jwettaq numru addizzjonali ta’ titjiriet marbutin mal-art ma’ bdot ieħor jew waħdu taħt sorveljanza tal-għalliem sabiex iġedded il-privileġġi.

FCL.135.B    LAPL(B) – Estensjoni tal-privileġġi għal klassi oħra tal-blalen tal-arja

Il-privileġġi tal-LAPL(B) għandhom ikunu limitati għall-klassi tal-blalen tal-arja li jkun sar test tal-ħiliet fihom. Din il-limitazzjoni tista' titneħħa meta l-bdot ikun lesta fi klassi oħra, f'ATO, mill-inqas:

(a) 5 titjiriet ta’ tagħlim b'żewġ bdoti;

(b) fil-każ ta’ LAPL(B) għall-blalen tal-arja sħuna li jixtiequ jestendu l-privileġġi tagħhom għal airships li jaħdmu bl-ajra sħuna, 5 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim fit-titjir ma’ bdot ieħor;

(c) test tal-ħiliet li matulu dawn għandhom juru lill-eżaminatur livell adegwat ta’ għarfien teoriku għall-klassi l-oħra fis-suġġetti li ġejjin:

 Il-prinċipji tat-titjir,

 Il-proċeduri operattivi,

 L-eżekuzzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet, u

 Għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru.

FCL.140.B    LAPL(B) – Rekwiżiti ta’ attività riċenti

(a)

Id-detenturi ta’ LAPL(B) għandhom jeżerċitaw biss il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom meta jkunu lestew, fi klassi waħda ta’ blalen tal-arja, fl-aħħar 24 xahar, mill-inqas:

(1) 6 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC, inklużi 10 telgħat u nżulijiet l-art;

(2) titjira waħda ta’ taħriġ ma’ għalliem;

(3) barra minn hekk, jekk il-bdot ikun ikkwalifikat biex itajjar aktar minn klassi waħda ta’ blalen tal-arja, sabiex jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom fi klassi oħra, dawn għandhom ikunu ikkompletaw mill-inqas 3 sigħat ta’ ħin ta’ titjir f'dik il-klassi fl-aħħar 24 xahar, inklużi 3 telgħa u nżul l-art.

(b)

Id-detenturi ta’ LAPL(B) li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti f'(a) għandhom, qabel ikomplu jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom:

(1) jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza ma’ eżaminatur fil-klassi adegwata;

(2) iwettqu l-ħin ta’ titjir addizzjonali jew it-tlugħ u l-inżul, titjir b'żewġ bdoti jew titjir bi bdot waħdu taħt is-sorveljanza ta’ għalliem, sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti f'(a).

SUBPARTI C

LIĊENZJA TA' BDOT PRIVAT (PPL), LIĊENZJA TA' BDOT TA' GLIDER (SPL) u LIĊENZJA TA' BDOT TA' BALLUN TAL-ARJA (BPL)

TAQSIMA 1

Rekwiżiti komuni

FCL.200    Età minima

(a)

Applikant għal PPL għandu jkollu mill-inqas 17-il sena;

(b)

Applikant għal BPL jew SPL għandu jkollu mill-inqas 16-il sena.

FCL.205    Kundizzjonijiet

L-applikanti għall-ħruġ ta’ PPL għandhom ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip ta’ inġenju tal-ajru użat fit-test tal-ħiliet, kif stabbilit fis-Subparti H.

FCL.210    Kors ta’ taħriġ

L-applikanti għal BPL, SPL jew PPL għandhom ilestu kors ta’ taħriġ f'ATO. Il-kors għandu jinkludi għarfien teoriku u tagħlim fit-titjir adattati għal l-privileġġi mogħtija.

FCL.215    Eżami tal-għarfien teoriku

L-applikanti għal BPL, SPL jew PPL għandhom juru livell ta’ għarfien teoriku adattat għall-privileġġi mogħtija permezz ta’ eżamijiet f'dawn is-suġġetti li ġejjin:

(a) suġġetti komuni:

 Il-Liġi tal-ajru,

 Il-Prestazzjoni umana,

 Il-Meteoroloġija, u

 Il-Komunikazzjonijiet;

(b) suġġetti speċifiċi li jikkonċernaw il-kategoriji differenti ta’ inġenji tal-ajru:

 Il-prinċipji tat-titjir,

 Il-proċeduri operattivi,

 L-eżekuzzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet,

 Għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru, u

 In-navigazzjoni.

FCL.235    Test tal-ħiliet

(a)

L-applikanti għal BPL, SPL jew PPL, billi jwettqu test tal-ħiliet, għandhom juru l-kapaċità li, bħala PIC fil-kategorija xierqa tal-inġenji tal-ajru, ikunu kapaċi jwettqu l-proċeduri u l-manuvri rilevanti bil-kompetenza xierqa għall-privileġġi mogħtija.

(b)

Applikant għat-test tal-ħiliet għandu jkun ingħata tagħlim fit-titjir dwar l-istess klassi jew tip ta’ inġenju tal-ajru, jew grupp ta’ blalen tal-arja li għandhom jintużaw għat-test tal-ħiliet.

(c)

Punti minimi meħtieġa

(1) It-test tal-ħiliet għandu jinqasam f'taqsimiet differenti, li jirrappreżentaw il-fażijiet differenti kollha tat-titjira xierqa skont il-kategorija tal-inġenju tal-ajru użat fit-titjir.

▼M3

(2) Jekk l-applikant ma jiksibx il-punti minimi meħtieġa fi kwalunkwe punt fit-taqsima, dan ifisser li l-applikant jeħel fit-taqsima kollha. Jekk l-applikant jeħel biss minn taqsima waħda, għandu jirrepeti dik it-taqsima biss. Jekk l-applikant ma jiksibx il-punti minimi meħtieġa f'aktar minn taqsima waħda, huwa jkun weħel mit-test kollu.

▼B

(3) Meta jkun meħtieġ li t-test jiġi rripetut skont (2), nuqqas ta’ kisba tal-punti meħtieġa fi kwalunkwe taqsima, inklużi dawk li għadda minnhom f'tentattiv preċedenti, se jfisser li l-applikant ikun weħel mit-test kollu.

(4) Jekk l-applikant ma jiksibx il-punti minimi meħtieġa fit-taqsimiet kollha tat-test f'2 tentattivi, se jkun jeħtieġ taħriġ ulterjuri.

TAQSIMA 2

Rekwiżiti speċifiċi għal ajruplani ta’ PPL - PPL(A)

FCL.205.A    PPL(A) – Privileġġi

(a)

Il-privileġġi tad-detentur ta’ PPL(A) huma li jaġixxi mingħajr remunerazzjoni bħala PIC jew kopilota fuq ajruplani jew TMGs involuti f'operazzjonijiet mhux kummerċjali.

(b)

Minkejja l-paragrafu ta’ hawn fuq, id-detentur ta’ PPL(A) bi privileġġi ta’ għalliem jew eżaminatur jista' jirċievi remunerazzjoni:

(1) għall-provvista ta’ tagħlim fit-titjiet għal-LAPL(A) jew il-PPL(A);

(2) għat-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għal dawn il-liċenzji;

▼M3

(3) it-taħriġ, l-ittestjar u l-ivverifikar għall-kwalifiki jew iċ-ċertifikati mehmuża ma’ din il-liċenzja.

▼B

FCL.210.A    PPL(A) – Rekwiżiti u kkreditar tal-esperjenza

▼M4

(a)

L-applikanti għal PPL(A) għandhom ikunu kkompletaw mill-inqas 45 siegħa ta' tagħlim fit-titjir fl-ajruplani jew TMGs, li ħamsa (5) minnhom għandhom ikunu saru f'FSTD, inklużi mill-inqas:

(1) 25 siegħa ta' tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti; u

(2) 10 sigħat ta' ħin ta' titjir bi bdot waħdu ssorveljat, inklużi mill-inqas ħames (5) sigħat ta' ħin ta' titjir cross-country bi bdot waħdu b'mill-inqas titjira waħda cross-country ta' mill-inqas 270 km (150 NM), li waqtha għandu jsir inżul b'waqfien sħiħ f'żewġ (2) ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq.

▼B

(b)

Rekwiżiti speċifiċi għal applikanti li għandhom LAPL(A). L-applikanti għal PPL(A) li għandhom LAPL(A) għandhom ikunu lestew mill-inqas 15-il siegħa ta’ ħin ta’ titjir fuq ajruplani wara l-ħruġ tal-LAPL(A), li minnhom mill-inqas 10 għandhom ikunu tagħlim fit-titjir imwettqa f'kors ta’ taħriġ f'ATO. Dan il-kors ta’ taħriġ għandu jinkludi mill-inqas 4 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bi bdot waħdu ssorveljat, inklużi mill-inqas sagħtejn ta’ ħin ta’ titjir cross-country bi bdot waħdu b'mill-inqas titjira waħda cross-country ta’ mill-inqas 270 km (150 NM), li matulha għandu jsir inżul ta’ waqfien sħiħ f'żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq.

(c)

Rekwiżiti speċifiċi għal applikanti li għandhom LAPL(S) b'estensjoni għal TMG. L-applikanti għal PPL(A) li għandhom LAPL(S) b'estensjoni għal TMG għandhom ikunu lestew:

(1) mill-inqas 24 siegħa tal-ħin ta’ titjir fuq TMG wara l-approvazzjoni tal-estensjoni tat-TMG;

(2) 15-il siegħa ta’ tagħlim fit-titjir f'ajruplani f'kors ta’ taħriġ f'ATO, inklużi mill-inqas ir-rekwiżiti ta’ (a)(2).

(d)

Ikkreditar. L-applikanti li jkollhom liċenzja ta’ bdot għal kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru, għajr għall-blalen tal-ajra, għandhom jiġu kkreditati b'10 % tal-ħin totali tat-titjir tagħhom bħala PIC fuq tali inġenju tal-ajru sa massimu ta’ 10 sigħat. L-ammont ta’ kreditu mogħti, fi kwalunkwe każ, m'għandux jinkludi r-rekwiżiti f'(a)(2).

TAQSIMA 3

Rekwiżiti speċifiċi għal ħelikopters ta’ PPL – PPL(H)

FCL.205.H    PPL(H) – Privileġġi

(a)

Il-privileġġi tad-detentur ta’ PPL(H) huma li jaġixxi mingħajr remunerazzjoni bħala PIC jew kopilota ta’ ħelikopters involuti f'operazzjonijiet mhux kummerċjali.

(b)

Minkejja l-paragrafu ta’ hawn fuq, id-detentur ta’ PPL(H) bi privileġġi ta’ għalliem jew eżaminatur jista' jirċievi remunerazzjoni:

(1) għall-provvista ta’ tagħlim fit-titjir għal-LAPL(H) jew il-PPL(H);

(2) għat-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għal dawn il-liċenzji;

▼M3

(3) it-taħriġ, l-ittestjar u l-ivverifikar għall-kwalifiki jew iċ-ċertifikati mehmuża ma’ din il-liċenzja.

▼B

FCL.210.H    PPL(H) – Rekwiżiti u kkreditjar tal-esperjenza

(a)

L-applikanti għal PPL(H) għandhom ikunu lestew mill-inqas 45 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fuq ħelikopters, li 5 minnhom jistgħu jkunu saru f'FNPT jew FFS, inkluż mill-inqas:

(1) 25-il siegħa ta’ tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti;

(2) 10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bi bdot waħdu taħt sorveljanza, inklużi mill-inqas 5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir cross-country bi bdot waħdu b'mill-inqas titjira waħda cross-country ta’ mill-inqas 185 km (100 NM), bi nżul ta’ waqfien sħiħ f'żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq.

(3) 35 mill-45 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir għandhom isiru fuq l-istess tip ta’ ħelikopter bħal dak użat għat-test tal-ħiliet.

(b)

Rekwiżiti speċifiċi għal applikant li għandu LAPL(H). L-applikanti għal PPL(H) li għandhom LAPL(H) għandhom ilestu kors ta’ taħriġ f'ATO. Dan il-kors ta’ taħriġ għandu jinkludi mill-inqas 5 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti u mill-inqas titjira waħda cross-country ta’ mill-inqas 185 km (100 NM), bi nżul ta’ waqfien totali f'2 ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq.

(c)

L-applikanti li jkollhom liċenzja ta’ bdot għal kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru, għajr għall-blalen tal-ajra, għandhom jiġu kkreditati b'10 % tal-ħin totali tat-titjir tagħhom bħala PIC fuq tali inġenju tal-ajru sa massimu ta’ 6 sigħat. L-ammont ta’ kreditu mogħti, fi kwalunkwe każ, m'għandux jinkludi r-rekwiżiti f'(a)(2).

TAQSIMA 4

Rekwiżiti speċifiċi għall-airships bil-PPL – PPL(As)

FCL.205.As    PPL(As) – Privileġġi

(a)

Il-privileġġi tad-detentur ta’ PPL(As) huma li jaġixxi mingħajr remunerazzjoni bħala PIC jew kopilota fuq airships involuti f'operazzjonijiet mhux kummerċjali.

(b)

Minkejja l-paragrafu ta’ hawn fuq, id-detentur ta’ PPL(As) bi privileġġi ta’ għalliem jew eżaminatur jista' jirċievi remunerazzjoni:

(1) għall-provvista ta’ tagħlim fit-titjir għall-PPL(As);

(2) għat-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għal din il-liċenzja;

▼M3

(3) it-taħriġ, l-ittestjar u l-ivverifikar għall-kwalifiki jew iċ-ċertifikati mehmuża ma’ din il-liċenzja.

▼B

FCL.210.As    PPL(As) – Rekwiżiti u kkreditar tal-esperjenza

(a)

L-applikanti għal PPL(As) għandhom ikunu lestew mill-inqas 35 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir f'airships, li 5 minnhom jistgħu jkunu tlestew f'FSTD, inklużi mill-inqas:

(1) 25 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti, inklużi:

(i) 3 sigħat ta’ taħriġ fit-titjir cross-country, inkluża titjira cross-country waħda ta’ mill-inqas 65 km (35 NM);

(ii) 3 sigħat ta’ tagħlim strumentali;

(2) 8 telgħat u nżulijiet f'ajrudrom, inklużi l-proċeduri tal-irbit u l-ħall tal-irbit mal-arblu;

(3) 8 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bi bdot waħdu taħt sorveljanza.

(b)

L-applikanti li jkollhom BPLu huma kkwalifikati biex isuqu airships li jaħdmu bl-arja sħuna għandhom jiġu kkreditati b'10 % tal-ħin totali tat-titjir tagħhom bħala PIC fuq tali airships sa massimu ta’ 5 sigħat.

TAQSIMA 5

Rekwiżiti speċifiċi għal-liċenzja ta’ bdot ta’ glider (SPL)

FCL.205.S    SPL – Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

Il-privileġġi tad-detentur ta’ SPL huma li jaġixxi bħala PIC fuq gliders u gliders bil-mutur. Sabiex jeżerċita l-privileġġi fuq TMG, id-detentur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti fl-FCL.135.S.

(b)

Id-detenturi ta’ SPL għandhom:

(1) iġorru passiġġieri biss meta jkunu wettqu, wara l-ħruġ tal-liċenzja, mill-inqas 10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir jew 30 launch bħala PIC fuq gliders jew gliders bil-mutur;

(2) ikunu ristretti li jaġixxu mingħajr remunerazzjoni f'operazzjonijiet mhux kummerċjali sakemm ikunu:

(i) għalqu t-18-il sena;

(ii) ikkompletaw, wara l-ħruġ tal-liċenzja, 75 siegħa ta’ ħin ta’ titjir jew 200 launch bħala PIC fuq gliders jew gliders bil-mutur;

(iii) għaddew minn kontroll tal-profiċjenza mwettaq minn eżaminatur.

▼M3

(c)

Minkejja (b)(2), id-detentur ta’ SPL bi privileġġi ta’ struttur jew eżaminatur jista' jirċievi remunerazzjoni:

(1) għall-provvista ta’ struzzjoni fit-titjir għal-LAPL(S) jew l-SPL;

(2) għat-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għal dawn il-liċenzji;

(3) għat-taħriġ, l-ittestjar u l-ivverifikar għall-kwalifiki u ċ-ċertifikati mehmuża ma’ dawn il-liċenzji.

▼B

FCL.210.S    SPL – Rekwiżiti u kkreditjar tal-esperjenza

(a)

L-applikanti għal SPL għandhom ikunu lestew mill-inqas 15-il siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fuq gliders jew gliders bil-mutur, inklużi mill-inqas ir-rekwiżiti speċifikati fl-FCL.110.S.

(b)

L-applikanti għal SPL li għandhom LAPL(S) għandhom jiġu kkreditati totalment fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ħruġ ta’ SPL.

L-applikanti għal SPL li kellhom LAPL(S) fil-perjodu ta’ sentejn qabel l-applikazzjoni għandhom jiġu kkreditati bis-sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti tal-għarfien teoriku u t-tagħlim fit-titjir.

Ikkreditar. L-applikanti li jkollhom liċenzja ta’ bdot għal kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru, għajr għall-blalen tal-ajra, għandhom jiġu kkreditati b'10 % tal-ħin totali tat-titjir tagħhom bħala PIC fuq tali inġenju tal-ajru sa massimu ta’ 7 sigħat. L-ammont ta’ kreditu mogħti, fi kwalunkwe każ, m'għandux jinkludi r-rekwiżiti ta’ FCL.110.S (a)(2) sa (a)(4).

FCL.220.S    SPL – Metodi li jirrigwardaw il-launches

Il-privileġġi tal-SPL għandhom ikunu limitati għall-metodu li jirrigwarda l-launches inkluż fit-test tal-ħiliet. Din il-limitazzjoni tista' titneħħa u l-privileġġi l-ġodda jiġu eżerċitati meta l-bdot jikkonforma mar-rekwiżiti fl-FCL.130.S.

FCL.230.S    SPL – Rekwiżiti ta’ attività riċenti

Id-detenturi ta’ SPL għandhom jeżerċitaw biss il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom meta jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ attività riċenti fl-FCL.140.S.

TAQSIMA 6

Rekwiżiti speċifiċi għal-liċenzja ta’ bdot tal-blalen tal-arja (BPL)

FCL.205.B    Privileġġi u kundizzjonijiet tal-BPL

▼M3

(a)

Il-privileġġi tad-detentur ta’ BPL huma li jaġixxi bħala PIC fuq blalen tal-arja u airships li jaħdmu bl-arja sħuna.

▼B

(b)

Id-detenturi ta’ BPL għandhom ikunu limitati li jaġixxu mingħajr remunerazzjoni f'operazzjonijiet mhux kummerċjali sakemm ikunu:

(1) għalqu t-18-il sena;

(2) lestew 50 siegħa ta’ ħin ta’ titjir u 50 telgħa u nżul l-art bħala PIC fuq blalen tal-arja;

(3) għaddew minn kontroll tal-profiċjenza mwettqa minn eżaminatur fuq ballun tal-arja fil-klassi speċifika.

(c)

Minkejja l-paragrafu (b), id-detentur ta’ BPL bi privileġġi ta’ għalliem jew eżaminatur jista' jirċievi remunerazzjoni:

(1) għall-provvista ta’ tagħlim fit-titjir għal-LAPL(B) jew il-BPL;

(2) għat-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għal dawn il-liċenzji;

▼M3

(3) it-taħriġ, l-ittestjar u l-ivverifikar għall-kwalifiki u ċ-ċertifikati mehmuża ma’ dawn il-liċenzji.

▼B

FCL.210.B    BPL – Rekwiżiti u kkreditjar tal-esperjenza

(a)

L-applikanti għal BPL għandhom ikunu wettqu, fuq il-blalen tal-arja fl-istess klassi u grupp, mill-inqas 16-il siegħa ta’ tagħlim fit-titjir, inklużi mill-inqas:

(1) 12-il siegħa ta’ tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti;

(2) 10 inflazzjonijiet u 20 telgħa u nżul l-art;

(3) titjira waħda bi bdot waħdu ssorveljat b'ħin minimu ta’ titjir ta’ mill-inqas 30 minuta.

(b)

L-applikanti għal BPL li għandhom LAPL(B) għandhom jiġu kkreditati totalment fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ħruġ ta’ BPL.

L-applikanti għal BPL li kellhom LAPL(B) fil-perjodu ta’ sentejn qabel l-applikazzjoni għandhom jiġu kkreditati totalment fir-rigward tar-rekwiżiti tal-għarfien teoriku u t-tagħlim fit-titjir.

FCL.220.B    BPL – Estensjoni tal-privileġġi għal titjiriet marbuta ml-art

Il-privileġġi tal-BPL għandhom ikunu limitati għal titjiriet mhux marbuta mal-art. Din il-limitazzjoni tista' titneħħa meta l-bdot jikkonforma mar-rekwiżiti fl-FCL.130.B.

FCL.225.B    BPL – Estensjoni tal-privileġġi fi klassi jew grupp ieħor tal-blalen tal-arja

Il-privileġġi tal-BPL għandhom ikunu limitati għall-klassi u l-grupp ta’ blalen tal-arja li jkun ittieħed it-test tal-ħiliet fuqhom. Din il-limitazzjoni tista' titneħħa meta l-bdot ikun:

(a) fil-każ ta’ estensjoni għal klassi oħra fl-istess grupp, ikkonforma mar-rekwiżiti fl-FCL.135.B;

(b) fil-każ ta’ estensjoni għal grupp ieħor fl-istess klassi tal-blalen tal-arja, wettaq mill-inqas:

(1) 2 titjiriet ta’ tagħlim fuq ballun tal-arja tal-grupp rilevanti;

(2) is-sigħat li ġejjin ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fuq blalen tal-arja:

(i) għall-blalen tal-arja b'kapaċità tal-envelopp bejn 3 401 m3 u 6 000 m3, mill-inqas 100 siegħa;

(ii) għall-blalen tal-arja b'kapaċità tal-envelopp bejn 6 001 m3 u 10 500 m3, mill-inqas 200 siegħa;

(iii) għall-blalen tal-arja b'kapaċità tal-envelopp ta’ aktar minn 10 500 m3, mill-inqas 300 siegħa;

(iv) għall-blalen tal-gass b'kapaċità tal-envelopp ta’ aktar minn 1 260 m3, mill-inqas 50 siegħa.

▼M4

FCL.230.B    BPL — Rekwiżiti riċenti

(a)

Id-detenturi ta' BPL għandhom jeżerċitaw biss il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom meta, fi klassi waħda ta' blalen tal-arja, ikunu kkompletaw fl-aħħar 24 xahar mill-inqas:

(1) sitt (6) sigħat ta' ħin ta' titjir bħala PIC, inklużi 10 telgħat u nżulijiet l-art; u

(2) titjira waħda (1) ta' taħriġ ma' struttur f'ballun tal-ajrufil-klassi xierqa;

(3) barra minn hekk, fil-każ ta' bdoti kkwalifikati biex isuqu aktar minn klassi waħda ta' blalen tal-arja, sabiex jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom fil-klassi l-oħra, għandhom ikunu lestew mill-inqas 3 sigħat ta' ħin ta' titjir f'dik il-klassi fl-aħħar 24 xahar, inklużi 3 telgħat u nżulijiet.

(b)

Id-detenturi ta' BPL għandhom iħaddmu biss ballun tal-istess grupp tal-ballun tal-ajru li fih ikun ġiet ikkompletata it-titjira ta' taħriġ jew ballun tal-ajru ta' grupp ta' envelopp iżgħar;

(c)

Id-detenturi ta' BPL li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti f'(a), qabel ikomplu jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom, għandhom:

(1) jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza ma' eżaminatur f'ballun fil-klassi adegwata; jew

(2) iwettqu l-ħin ta' titjir addizzjonali jew it-tlugħ u l-inżul, titjir b'żewġ bdoti jew titjir bi bdot waħdu taħt is-sorveljanza ta' struttur, sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti f'(a).

(d)

Fil-każ ta' (c)(1) id-detentur ta' BPL għandu jħaddem biss ballun tal-istess grupp tal-ballun tal-ajru li fih ikun ġie kkompletat il-kontroll tal-profiċjenza jew ballun tal-ajru ta' grupp ta' envelopp iżgħar.

▼B

SUBPARTI D

LIĊENZJA TA’ BDOT KUMMERĊJALI - CPL

TAQSIMA 1

Rekwiżiti komuni

FCL.300    CPL – Età minima

Applikant għal CPL għandu jkollu mill-inqas 18-il sena.

FCL.305    CPL – Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

Privileġġi. Il-privileġġi tad-detentur ta’ CPL huma, fil-kategorija xierqa tal-inġenju tal-ajru, li:

(1) jeżerċita l-privileġġi kollha tad-detentur ta’ LAPL u PPL;

(2) jaġixxi bħala PIC jew kopilota ta’ kwalunkwe inġenju tal-ajru involut f'operazzjonijiet differenti mit-trasport kummerċjali bl-ajru;

(3) jaġixxi bħala PIC fit-trasport kummerċjali bl-ajru ta’ kwalunkwe inġenju tal-ajru bi bdot wieħed suġġett għar-restrizzjonijiet speċifikati fl-FCL.060 u f'din is-Subparti;

(4) jaġixxi bħala kopilota fit-trasport kummerċjali bl-ajru suġġett għar-restrizzjonijiet speċifikati fl-FCL.060.

(b)

Kundizzjonijiet. Applikant għall-ħruġ ta’ CPL għandu jkun issosidfa r-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni tal-klassi jew tip tal-inġenju tal-ajru użat fit-test tal-ħiliet.

FCL.310    CPL – Eżamijiet ta’ għarfien teoriku

Applikant għal CPL għandu juri livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija fis-suġġetti li ġejjin:

 Il-Liġi tal-Ajru,

 Għarfien Ġenerali dwar l-Inġenji tal-Ajru – Qafas tal-Inġenju tal-Ajru/Sistemi/Impjant tal-Enerġija,

 Għarfien Ġenerali dwar l-Inġenji tal-Ajru – Strumentalizzazzjoni,

 Il-Massa u l-Bilanċ,

 L-Eżekuzzjoni,

 L-Ippjanar u l-Monitoraġġ tat-Titjira,

 Il-Prestazzjoni Umana,

 Il-Meteoroloġija,

 In-Navigazzjoni Ġenerali,

 In-Navigazzjoni bir-Radju,

 Il-Proċeduri Operattivi,

 Il-Prinċipji tat-Titjir,

 Il-Komunikazzjonijiet ta’ Regoli tat-Titjir Viżiv (VFR).

FCL.315    CPL – Kors ta’ taħriġ

Applikant għal CPL għandu jkun lesta tagħlim fl-għarfien teoriku u tagħlim fit-titjir f'ATO, skont l-Appendiċi 3 ta’ din il-Parti.

FCL.320    CPL – Test tal-ħiliet

Applikant għal CPL għandu jgħaddi minn test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 4 ta’ din il-Parti sabiex juri l-kapaċità li, bħala PIC tal-kategorija xierqa tal-inġenju tal-ajru, iwettaq il-proċeduri u l-manuvri rilevanti bil-kompetenza adattata għall-privileġġi mogħtija.

TAQSIMA 2

Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-ajruplani – CPL(A)

FCL.325.A    CPL(A) – Kundizzjonijiet speċifiċi għal detenturi ta’ MPL

Qabel ma jeżerċita l-privileġġi ta’ CPL(A), id-detentur ta’ MPL għandu jkun wettaq fuq l-ajruplani:

(a) 70 siegħa ta’ ħin ta’ titjir:

(1) bħala PIC;

(2) għamel mill-inqas 10 sigħat bħala PIC u ħin ta’ titjir addizzjonali bħala PIC taħt sorveljanza (PICUS).

Minn dawn is-70 siegħa, 20 għandhom ikunu ta’ ħin ta’ titjir cross-country skont il-VFR bħala PIC, jew ħin ta’ titjir cross-country magħmul minn mill-inqas 10 sigħat bħala PIC u 10 sigħat bħala PICUS. Dan għandu jinkludi titjira cross-country skont il-VFR ta’ mill-inqas 540 km (300 NM) li matulha għandu jsir inżul b'waqfien sħiħ f'żewġ ajrudromi differenti bħala PIC;

(b) l-elementi tal-kors modulari CPL(A) kif speċifikat fil-paragrafi 10(a) u 11 tal-Appendiċi 3, E ta’ din il-Parti;

(c) it-test tal-ħiliet CPL(A), skont FCL.320.

SUBPARTI E

LIĊENZJA TA' BDOT B'AKTAR MINN EKWIPAĠĠ WIEĦED – MPL

FCL.400.A    MPL – Età minima

Applikant għal MPL għandu jkollu mill-inqas 18-il sena.

FCL.405.A    MPL – Privileġġi

(a)

Il-privileġġi tad-detentur ta’ MPL huma li jaġixxi bħala kopilota f'ajruplan li jeħtieġ li jiġi mħaddem b'kopilota.

(b)

Id-detentur ta’ MPL jista' jikseb il-privileġġi żejda ta':

(1) id-detentur ta’ PPL(A), sakemm ir-rekwiżiti għall-PPL(A) speċifikati fis-Subparti C jiġu ssodisfati;

(2) CPL(A), sakemm ir-rekwiżiti speċifikati fl-FCL.325.A jiġu ssodisfati.

(c)

Id-detentur ta’ MPL għandu jkollu l-privileġġi tal-IR(A) tiegħu limitati għal ajruplani li jeħtieġ li jiġu mħaddma b'kopilota. Il-privileġġi tal-IR(A) jistgħu jiġu estiżi għal operazzjonijiet ta’ bdot wieħed fl-ajruplani, sakemm id-detentur ta’ liċenzja ikun wettaq it-taħriġ meħtieġ biex jaġixxi bħala PIC f'operazzjonijiet ta’ bdot wieħed eżerċitati biss b'referenza għal strumenti u jkun għadda mit-test tal-ħiliet tal-IR(A) bħala bdot wieħed.

FCL.410.A    MPL – Kors ta’ taħriġ u eżamijiet ta’ għarfien teoriku

(a)

Kors. Applikant għal MPL għandu jkun lesta kors ta’ taħriġ dwar għarfien teoriku u tagħlim fit-titjir f'ATO skont l-Appendiċi 5 ta’ din il-Parti.

(b)

Eżami. Applikant għal MPL għandu jkun wera livell ta’ għarfien adattat għad-detentur ta’ ATPL(A), skont FCL.515, u ta’ klassifikazzjoni tat-tip b'aktar minn bdot wieħed.

FCL.415.A    MPL – Ħila prattika

(a)

Applikant għal MPL, permezz ta’ valutazzjoni kontinwa, għandu jkun wera l-ħiliet meħtieġa biex jissodisfa l-unitajiet kollha ta’ kompetenza speċifikati fl-Appendiċi 5 ta’ din il-Parti, bħala bdot fl-arja u bdot fuq l-art, f'ajruplan b'aktar minn magna waħda mħaddma bit-turbini u b'aktar minn bdot wieħed skont il-VFR u l-IFR.

(b)

Meta jlesti l-kors ta’ taħriġ, l-applikant għandu jgħaddi minn test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti, sabiex juri l-kapaċità li jwettaq il-proċeduri u l-manuvri rilevanti bil-kompetenza adattata għall-privileġġi mogħtija. It-test tal-ħiliet għandu jsir fit-tip ta’ ajruplan użat fil-fażi avvanzata tal-kors ta’ taħriġ integrat tal-MPL jew f'FFS li jirrappreżenta l-istess tip.

SUBPARTI F

LIĊENZJA TA' BDOT TA' TRASPORT B'LINJA TAL-AJRU - ATPL

TAQSIMA 1

Rekwiżiti komuni

FCL.500    ATPL – Età minima

L-applikanti għal ATPL għandu jkollhom mill-inqas 21 sena.

FCL.505    ATPL – Privileġġi

(a)

Il-privileġġi tad-detentur ta’ ATPL huma, fil-kategorija adattata tal-inġenju tal-ajru, li:

(1) jeżerċita l-privileġġi kollha tad-detentur ta’ LAPL, PPL u CPL;

(2) jaġixxi bħala PIC ta’ inġenju tal-ajru involut fit-trasport kummerċjali bl-ajru.

(b)

L-applikanti għall-ħruġ ta’ ATPL għandhom ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni tat-tip ta’ inġenju tal-ajru użat fit-test tal-ħiliet.

FCL.515    ATPL – Kors ta’ taħriġ u eżaminijiet fl-għarfien teoriku

(a)

Kors. L-applikanti għal ATPL għandhom ikunu lestew kors ta’ taħriġ f'ATO. Il-kors għandu jkun kors ta’ taħriġ integrat jew kors modulari, skont l-Appendiċi 3 ta’ din il-Parti.

(b)

Eżami. L-applikanti għal ATPL għandhom juru livell ta’ għarfien adattat skont il-privileġġi mogħtija fis-suġġetti li ġejjin:

 Il-Liġi tal-Ajru,

 Għarfien Ġenerali dwar l-Inġenju tal-Ajru – Qafas tal-Inġenju tal-Ajru/Sistemi/Impjant tal-Enerġija,

 Għarfien Ġenerali dwar l-Inġenji tal-Ajru – Strumentalizzazzjoni,

 Il-Massa u l-Bilanċ,

 L-Eżekuzzjoni,

 L-Ippjanar u l-Monitoraġġ tat-Titjira,

 Il-Prestazzjoni Umana,

 Il-Meteoroloġija,

 In-Navigazzjoni Ġenerali,

 In-Navigazzjoni bir-Radju,

 Il-Proċeduri Operattivi,

 Il-Prinċipji tat-Titjir,

 Il-Komunikazzjonijiet VFR,

 Il-Komunikazzjonijiet tal-IFR.

TAQSIMA 2

Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-ajruplan – ATPL(A)

FCL.505.A    ATPL(A) – Restrizzjoni tal-privileġġi għal bdoti li qabel kellhom MPL

Meta d-detentur ta’ ATPL(A) preċedentement kellu biss MPL, il-privileġġi tal-liċenzja għandhom jiġu ristretti għal operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed, sakemm id-detentur ma jkunx ikkonforma ma’ FCL.405.A (b)(2) u (c) għal operazzjonijiet bi bdot wieħed.

FCL.510.A    ATPL(A) – Prerekwiżiti, esperjenza u kkreditar

(a)

Prerekwiżiti. L-applikanti għal ATPL(A) għandu jkollhom:

(1) MPL;

(2) CPL(A) u IR b'aktar minn magna waħda għall-ajruplani. F'dan il-każ, l-applikant għandu jkun ingħata wkoll tagħlim fl-MCC.

(b)

Esperjenza. L-applikanti għal ATPL(A) għandhom ikunu wettqu minimu ta’ 1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir fuq l-ajruplani, inklużi mill-inqas:

(1) 500 siegħa f'operazzjonijiet b’ ħafna bdoti fuq l-ajruplani;

(2) 

(i) 500 siegħa bħala PIC taħt sorveljanza;

(ii) 250 siegħa bħala PIC;

(iii) 250 siegħa, inkluż mill-inqas 70 siegħa bħala PIC, u dak li jifdal bħala PIC taħt sorveljanza;

(3) 200 siegħa ta’ ħin ta’ titjir cross-country li minnhom mill-inqas 100 siegħa għandhom ikunu bħala PIC jew PIC taħt sorveljanza;

(4) 75 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti li minnhom mhux aktar minn 30 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art; u

(5) 100 siegħa ta’ titjir billejl bħala PIC jew kopilota.

Mill-1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir, sa 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir jistgħu jkunu twettqu f'FFS u FNPT. Minn dawn il-100 siegħa, massimu ta’ 25 siegħa biss jistgħu jkunu twettqu f'FNPT.

(c)

Ikkreditar.

(1) Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ bdot għal kategoriji oħra ta’ inġenju tal-ajru għandhom jiġu kkreditati b'ħin ta’ titjir sa massimu ta':

(i) għal TMG jew gliders, 30 siegħa misjuqa bħala PIC;

(ii) għall-ħelikopters, 50 % tar-rekwiżiti kollha tal-ħin ta’ titjir tal-paragrafu (b).

▼M3

(2) Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ inġinier tat-titjir maħruġa skont ir-regoli nazzjonali applikabbli għandhom jirċievu krediti li jikkorrispondu għal 50 % tas-sigħat effettwati mill-inġinier tat-titjir sa kreditu massimu ta’ 250 siegħa. Dawn il-250 siegħa jistgħu jiġu kkreditati biex jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ 1 500 siegħa tal-paragrafu (b), u r-rekwiżit ta’ 500 siegħa tal-punt (b)(1), sakemm il-kreditu totali mogħti fir-rigward ta’ kwalunkwe minn dawn il-paragrafi ma jaqbiżx il-250 siegħa.

▼B

(d)

L-esperjenza meħtieġa f'(b) għandha titwettaq qabel ma jsir it-test tal-ħiliet għall-ATPL(A).

FCL.520.A    ATPL(A) – Test tal-ħiliet

L-applikanti għal ATPL(A) għandhom jgħaddu minn test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti sabiex juru l-kapaċità li, bħala PIC ta’ ajruplan b'aktar minn bdot wieħed skont IFR, iwettqu l-proċeduri u l-manuvri rilevanti bil-kompetenza adattata għall-privileġġi mogħtija.

It-test tal-ħiliet għandu jsir fl-ajruplan jew FFS ikkwalifikat b'mod adegwat li jirrappreżenta l-istess tip.

TAQSIMA 3

Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-ħelikopters – ATPL(H)

FCL.510.H    ATPL(H) – Prerekwiżiti, esperjenza u kkreditjar

L-applikanti għal ATPL(H) għandu:

(a) ikollhom CPL(H) u klassifikazzjoni tat-tip ta’ ħelikopter b'aktar minn bdot wieħed u jkunu ngħataw tagħlim fl-MCC;

(b) ikunu wettqu, bħala bdot tal-ħelikopters, minimu ta’ 1 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir inklużi mill-inqas:

(1) 350 siegħa f'ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed;

(2) 

(i) 250 siegħa bħala PIC;

(ii) 100 siegħa bħala PIC u 150 siegħa bħala PIC taħt sorveljanza;

(iii) 250 siegħa bħala PIC taħt sorveljanza f'ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed. F'dan il-każ, il-privileġġi tal-ATPL(H) għandhom ikunu limitati għal operazzjoni b'aktar minn bdot wieħed biss, sakemm ikunu twettqu 100 siegħa bħala PIC;

(3) 200 siegħa ta’ ħin ta’ titjir cross-country li minnhom mill-inqas 100 siegħa għandhom ikunu bħala PIC jew PIC taħt sorveljanza;

(4) 30 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti li minnhom mhux aktar minn 10 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art;

(5) 100 siegħa ta’ titjir billejl bħala PIC jew bħala kopilota.

Mill-1 000 siegħa, massimu ta’ 100 siegħa jistgħu jkunu twettqu f'FSTD, li minnhom mhux aktar minn 25 jistgħu jitwettqu f'FNPT.

(c) Il-ħin ta’ titjir fl-ajruplani għandu jiġi kkreditat sa 50 % fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ħin ta’ titjir tal-paragrafu (b).

(d) L-esperjenza meħtieġa f'(b) għandha titwettaq qabel ma jsir it-test tal-ħiliet għall-ATPL(H).

FCL.520.H    ATPL(H) – Test tal-ħiliet

L-applikanti għal ATPL(H) għandhom jgħaddu minn test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti sabiex juru l-kapaċità li, bħala PIC ta’ ħelikopter b'aktar minn bdot wieħed, iwettqu l-proċeduri u l-manuvri rilevanti bil-kompetenza adattata għall-privileġġi mogħtija.

It-test tal-ħiliet għandu jsir fil-ħelikopter jew f'FFS ikkwalifikat b'mod adegwat li jirrappreżenta l-istess tip.

SUBPARTI G

KLASSIFIKAZZJONI TAT-TITJIR BL-ISTRUMENTI - IR

TAQSIMA 1

Rekwiżiti komuni

▼M3

FCL.600    IR – Ġenerali

Ħlief kif previst fil-paragrafu FCL.825, l-operazzjonijiet taħt IFR fuq ajruplan, ħelikopter, airship jew inġenju tal-ajru powered-lift, għandhom jitwettqu minn detenturi ta' PPL, CPL, MPL, u ATPL b'IR xierqa għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru jew meta jitwettaq it-testjar tal-ħiliet jew struzzjoni doppja.

▼B

FCL.605    IR – Privileġġi

(a)

Il-privileġġi ta’ detentur ta’ IR huma li jsuq inġenju tal-ajru skont l-IFR b'altitudni minima deċiżjonali ta’ 200 pied (60 m).

(b)

Fil-każ ta’ IR b'aktar minn magna waħda, dawn il-privileġġi jistgħu jiġu estiżi għal altitudnijiet deċiżjonali inqas minn 200 pied (60 m) meta l-applikant ikun wettaq taħriġ speċifiku f'ATO u jkun għadda mit-taqsima 6 tat-test tal-ħiliet preskritt fl-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti f'inġenju tal-ajru b'aktar minn bdot wieħed.

(c)

Id-detenturi ta’ IR għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 8 ta’ din il-Parti.

(d)

Ħelikopters biss. Sabiex jeżerċita privileġġi bħala PIC taħt IFR f'ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed, id-detentur ta’ IR(H) għandu jkollu mill-inqas 70 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti li minnhom sa 30 siegħa jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art.

FCL.610    IR – Prerekwiżiti u kkreditar

L-applikanti għal IR:

(a) għandu jkollhom:

(1) mill-inqas PPL fil-kategorija xierqa tal-inġenju tal-ajru, u:

▼M3

(i) il-privileġġi ta' tajran bil-lejl skont il-paragrafu FCL.810, jekk il-privileġġi tal-IR ma jkunux sejrin jintużaw billejl; jew

▼B

(ii) ATPL f'kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru;

(2) CPL, f'kategorija xierqa ta’ inġenji tal-ajru.

▼M3

(b) lestew mill-anqas 50 siegħa ta' titjir bejn il-pajjiżi bħala PIC f'ajruplani, TMGs, ħelikopters jew airships, li mill-anqas 10 jew, fil-każ tal-airships, 20 siegħa minnhom għandhom ikunu fil-kategorija ta' inġenji tal-ajru rilevanti.

▼B

(c) Ħelikopters biss. L-applikanti li wettqu kors ta’ taħriġ integrat ta’ ATP(H)/IR, ATP(H), CPL(H)/IR jew CPL(H) għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit f'(b).

FCL.615    IR – Għarfien teoriku u tagħlim fit-titjir

(a)

Kors. L-applikanti għal IR għandhom ikunu rċevew kors ta’ għarfien teoriku u tagħlim fit-titjir f'ATO. Il-kors għandu jkun:

(1) kors ta’ taħriġ integrat li jinkludi taħriġ għall-IR, skont l-Appendiċi 3 ta’ din il-Parti;

(2) kors modulari skont l-Appendiċi 6 ta’ din il-Parti.

▼M3

(b)

Eżami. L-applikanti għandhom juru livell ta’ għarfien teoriku xieraq skont il-privileġġi mogħtija fis-suġġetti li ġejjin:

 Il-Liġi tal-Ajru,

 Għarfien Ġenerali dwar l-Inġenji tal-Ajru – Strumentazzjoni,

 L-Ippjanaru l-Monitoraġġ tat-Titjira,

 Il-Prestazzjoni Umana,

 Il-Meteoroloġija,

 In-Navigazzjoni bir-Radju,

 Il-Komunikazzjonijiet tal-IFR.

▼B

FCL.620    IR – Test tal-ħiliet

(a)

L-applikanti għal IR għandhom jgħaddu minn test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 7 ta’ din il-Parti sabiex juru l-kapaċità li jwettqu l-proċeduri u l-manuvri rilevanti b'livell ta’ kompetenza adattat għall-privileġġi mogħtija.

(b)

Għal IR b'aktar minn magna waħda, it-test tal-ħiliet għandu jsir f'inġenju tal-ajru b'aktar minn magna waħda. Għal IR b'magna waħda, it-test għandu jsir f'inġenju tal-ajru b'magna waħda. Ajruplan b'aktar minn magna waħda fiż-żaqq għandu jiġi meqjus bħala ajruplan b'magna waħda għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu.

FCL.625    IR – Validità, validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

(a)

Validità. IR għandha tkun valida għal sena.

(b)

Validazzjoni mill-ġdid.

(1) IR għandha tiġi vvalidata mill-ġdid fi żmien 3 xhur immedjatament qabel id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni.

(2) L-applikanti li ma jgħaddux mit-taqsima rilevanti ta’ kontroll tal-profiċjenza tal-IR qabel id-data ta’ skadenza tal-IR m'għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi tal-IR qabel ma jkunu għaddew mill-kontroll tal-profiċjenza.

(c)

Tiġdid. Jekk IR tkun skadiet, sabiex iġeddu l-privileġġi tagħhom, l-applikanti għandhom:

(1) iwettqu taħriġ ta’ aġġornament f'ATO sabiex jilħqu l-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex jgħaddu mill-element tat-tijir bl-istrumenti tat-test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti;

(2) iwettqu kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti, fil-kategorija rilevanti tal-inġenju tal-ajru.

(d)

Jekk l-IR ma tkunx ġiet ivvalidata mill-ġdid jew imġedda fis-7 snin preċedenti, id-detentur se jkun meħtieġ li jerġa' jgħaddi mill-eżami tal-għarfien teoriku u mit-test tal-ħiliet tal-IR.

TAQSIMA 2

Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru

FCL.625.A    IR(A) – Validazzjoni mill-ġdid

(a)

Validazzjoni mill-ġdid. L-applikanti għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR(A):

(1) meta kkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip, għandhom jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti;

(2) meta ma tkunx ikkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip, għandhom:

(i) għal ajruplani bi bdot wieħed, jikkompletaw it-taqsima 3b u dawk il-partijiet tat-taqsima 1 rilevanti għat-titjira maħsuba tal-kontroll tal-profiċjenza preskritta fl-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti;

(ii) għal ajruplani b'aktar minn magna waħda, jikkompletaw it-taqsima 6 tal-kontroll tal-profiċjenza għal ajruplani bi bdot wieħed skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti b'referenza unika għall-istrumenti.

(3) FNPT II jew FFS li jirrappreżenta l-klassi jew it-tip rilevanti ta’ ajruplan jista' jintuża fil-każ tal-paragrafu (2), iżda mill-inqas kull kontroll tal-profiċjenza alternattiv għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR(A) f'dawn iċ-ċirkostanzi għandu jsir f'ajruplan.

(b)

Il-kreditu trasversali għandu jingħata skont l-Appendiċi 8 ta’ din il-Parti.

TAQSIMA 3

Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija ta’ ħelikopters

FCL.625.H    IR(H) – Validazzjoni mill-ġdid

(a)

L-applikanti għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR(H):

(1) meta kkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjoni tat-tip, għandhom iwettqu kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti, għat-tip ta’ ħelikopter rilevanti.

▼M3

(2) meta mhux ikkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid ta’ kwalifika tat-tip, għandhom jikkompletaw biss it-Taqsima 5 u l-partijiet rilevanti tat-Taqsima 1 tal-kontroll tal-profiċjenza stabbilit fl-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti għat-tip tal-ħelikopter rilevanti. F'dan il-każ, jista' jintuża FTD 2/3 jew FFS li jirrappreżenta t-tip tal-ħelikopter, iżda mill-inqas kull kontroll tal-profiċjenza alternattiv għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR(H) f'dawn iċ-ċirkostanzi għandu jitwettaq f'ħelikopter.

▼B

(b)

Il-kreditu trasversali għandu jingħata skont l-Appendiċi 8 ta’ din il-Parti.

FCL.630.H    IR(H) – Estensjoni tal-privileġġi minn ħelikopters b'magna waħda għal ħelikopters b'aktar minn magna waħda

Id-detenturi ta’ IR(H) valida għal ħelikopters b'magna waħda li jixtiequ jestendu l-IR(H) għall-ewwel darba għal ħelikopters b'aktar minn magna waħda għandhom iwettqu:

(a) kors ta’ taħriġ f'ATO li jinvolvi mill-inqas 5 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti b'żewġ bdoti, li 3 sigħat minnhom jistgħu jkunu f'FFS jew FTD 2/3 jew FNPT II/III;

(b) it-Taqsima 5 tat-test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti dwar il-ħelikopters b'aktar minn magna waħda.

TAQSIMA 4

Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija ta’ airship

FCL.625.As    IR(As) – Validazzjoni mill-ġdid

L-applikanti għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR(As):

(a) meta kkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip, għandhom iwettqu kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti, għat-tip ta’ airship rilevanti;

(b) meta mhux ikkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip, dawn għandhom jikkompletaw taqsima 5 u dawk il-partijiet tat-Taqsima 1 rilevanti għat-titjira maħsuba tal-kontroll tal-profiċjenza għall-airships skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-parti. F'dan il-każ, FTD 2/3 jew FFS li jirrappreżenta t-tip rilevanti jista' jintuża, iżda mill-inqas kull kontroll tal-profiċjenza alternattiv għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR(As) f'dawn iċ-ċirkostanzi għandu jsir f'airship.

SUBPARTI H

KLASSIFIKAZZJONI TAL-KLASSI U TAT-TIP

TAQSIMA 1

Rekwiżiti komuni

FCL.700    Ċirkustanzi li fihom huma meħtieġa klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip

(a)

Minbarra fil-każ tal-LAPL, l-SPL u l-BPL, id-detenturi ta’ liċenzja ta’ bdot m'għandhomx jaġixxu fi kwalunkwe kapaċità bħala bdoti ta’ inġenju tal-ajru sakemm ma jkollhomx klassifikazzjoni valida u xierqa tal-klassi jew tat-tip, għajr meta jkunu qed iwettqu testijiet tal-ħiliet jew kontrolli tal-profiċjenza għat-tiġdid ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip, jew meta jingħataw tagħlim fit-titjir.

(b)

Minkejja (a), fil-każ ta’ titjiriet relatati mal-introduzzjoni jew il-modifika tat-tipi tal-inġenji tal-ajru, il-bdoti jista' jkollhom ċertifikat speċjali mogħti mill-awtorità kompetenti, li jawtorizzahom iwettqu t-titjiriet. Din l-awtorizzazzjoni għandu jkollha l-validità tagħha limitata għat-titjiriet speċifiċi.

(c)

Bla ħsara għal (a) u (b), fil-każ ta’ titjiriet relatati mal-introduzzjoni jew il-modifika tat-tipi tal-inġenju tal-ajru mwettqa minn organizzazzjonijiet ta’ disinn jew ta’ produzzjoni fl-ambitu tal-privileġġi tagħhom, kif ukoll titjiriet ta’ tagħlim għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-test tat-titjir, meta jista' ma jkunx hemm konformità mar-r-rekwiżiti ta’ din is-Subparti, il-bdoti jista' jkollhom klassifikazzjoni tat-test tat-titjira maħruġa skont FCL.820.-

FCL.705    Privileġġi tad-detentur ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip

Il-privileġġi tad-detentur ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip huma li jaġixxi bħala bdot fil-klassi jew fit-tip ta’ inġenju tal-ajru speċifikat fil-klassifikazzjoni.

FCL.710    Klassifikazzjoni tal-klassi u tat-tip - varjanti

(a)

Sabiex jestendi l-privileġġi tiegħu għal varjant ieħor ta’ inġenju tal-ajru fi klassifikazzjoni waħda tal-klassi jew tat-tip, il-bdot għandu jwettaq it-taħriġ fid-differenzi jew ta’ familjarizzazzjoni. Fil-każ ta’ varjanti fi klassifikazzjoni tat-tip, it-taħriġ fid-differenzi jew ta’ familjarizzazzjoni għandu jinkludi l-elementi rilevanti ddefiniti fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21.

▼M3

(b)

Jekk il-varjant ma jkunx ġie mtajjar fi żmien sentejn wara t-taħriġ fid-differenzi, aktar taħriġ fid-differenzi jew kontroll tal-profiċjenza f’dak il-varjant għandhom ikunu meħtieġa biex jinżammu l-privileġġi, għajr għal tipi jew varjanti fil-kwalifiki tal-klassi ta’ magna waħda bil-pistin u tat-TMG.

▼B

(c)

It-taħriġ fid-differenzi għandhom jitniżżlu fil-ġurnal ta’ abbord jew fir-rekord ekwivalenti tal-bdot iffirmat mill-għalliem kif xieraq.

FCL.725    Rekwiżiti għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip

(a)

Kors ta’ taħriġ. Applikant għal klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għandu jwettaq kors ta’ taħriġ f'ATO. Il-kors ta’ taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip għandu jinkludi l-elementi obbligatorji tat-taħriġ għat-tip rilevanti ddefinit fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21.

(b)

Eżami fl-għarfien teoriku. L-applikant għal klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għandu jgħaddi minn eżami tal-għarfien teoriku organizzat mill-ATO biex juri l-livell tal-għarfien teoriku meħtieġ għat-tħaddim sikur tal-klassi jew tat-tip ta’ inġenju tal-ajru applikabbli.

(1) Għal inġenju tal-ajru b'aktar minn bdot wieħed, l-eżami tal-għarfien teoriku għandu jkun bil-miktub u jinvolvi mill-inqas 100 mistoqsija b'għażla multipla mqassma kif xieraq bejn is-suġġetti ewlenin tas-sillabu.

(2) Għal inġenju tal-ajru b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed, l-eżami tal-għarfien teoriku għandu jkun bil-miktub u n-numru tal-mistoqsijiet b'għażla multipla għandu jiddependi fuq il-kumplessità tal-inġenju tal-ajru.

(3) Għal inġenju tal-ajru b'magna waħda, l-eżami tal-għarfien teoriku għandu jiġi mwettaq verbalment mill-eżaminatur matul it-test tal-ħiliet sabiex jiġi stabbilit jekk intlaħaqx livell sodisfaċenti ta’ għarfien jew le.

▼M3

(4) Għall-ajruplani bi bdot wieħed li huma kklassifikati bħala ajruplani bi prestazzjoni għolja, l-eżami għandu jkun bil-miktub u jinkludi mill-anqas 100 mistoqsija b'diversi għażliet imqassma b'mod xieraq fis-suġġetti tas-sillabu.

▼B

(c)

Test tal-ħiliet. Applikant għal klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għandu jgħaddi minn test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti sabiex juri l-ħiliet meħtieġa għat-tħaddim sikur tal-klassi jew tat-tip applikabbli tal-inġenju tal-ajru.

L-applikant għandu jgħaddi mit-test tal-ħiliet fi żmien 6 xhur wara l-bidu tal-kors ta’ taħriġ tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip u f'perjodu ta’ 6 xhur qabel l-applikazzjoni għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip.

(d)

Applikant li diġà għandu klassifikazzjoni tat-tip għal tip ta’ inġenju tal-ajru, bil-privileġġ għal operazzjonijiet ta’ bdot wieħed jew b'aktar minn bdot wieħed, għandu jiġi kkunsidrat bħala li diġà ssodisfa r-rekwiżiti teoretiċi meta japplika biex iżid il-privileġġ għall-forma l-oħra ta’ operazzjoni fuq l-istess tip ta’ inġenju tal-ajru.

(e)

Minkejja l-paragrafi ta’ hawn fuq, il-bdoti li għandhom klassifikazzjoni tat-test tat-titjir maħruġa skont FCL.820 li kienu involuti fit-testijiet tat-titjir tal-iżvilupp, iċ-ċertifikazzjoni jew il-produzzjoni għal tip ta’ inġenju tal-ajru, u li wettqu 50 siegħa ta’ ħin totali ta’ titjir jew 10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fuq titjiriet ta’ ttestjar f'dak it-tip, għandhom ikunu intitolati biex japplikaw għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti, sakemm ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-esperjenza u l-prerekwiżiti għall-ħruġ ta’ dik il-klassifikazzjoni tat-tip, kif stabbilit f'din is-Subparti għall-kategorija rilevanti tal-inġenju tal-ajru.

FCL.740    Validità u tiġdid tal-klassifikazzjoni tal-klassi u tat-tip

(a)

Il-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjoni tal-klassi u tat-tip għandu jkun ta’ sena, għajr għall-klassifikazzjoni tal-klassi ta’ bdot wieħed u magna waħda, li għaliha l-perjodu ta’ validità għandu jkun ta’ sentejn, sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor mid-dejta tal-adegwatezza operattiva, stabbilita skont il-Parti 21.

(b)

Tiġdid. Jekk klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip tkun skadiet, l-applikant għandu:

(1) iwettaq taħriġ ta’ tiġdid f'ATO, meta jkun meħtieġ biex jilħaq il-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex iħaddem b'mod sikur il-klassi jew it-tip rilevanti tal-inġenju tal-ajru;

(2) jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti.

TAQSIMA 2

Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru

FCL.720.A    Rekwiżiti tal-esperjenza u prerekwiżiti għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip - ajruplani

Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor mid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21, applikant għal klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-esperjenza u l-prerekwiżiti għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni rilevanti ta’ hawn taħt:

(a)  Ajruplani b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed. Applikant għall-ewwel klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip fuq ajruplan bi bdot wieħed u b'aktar minn magna waħda għandu jkun wettaq mill-inqas 70 siegħa bħala PIC fuq l-ajruplani.

(b)  Ajruplani mhux kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed. Qabel ma jibda t-taħriġ fit-titjir, applikant għall-ewwel klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għal ajruplan bi bdot wieħed ikklassifikat bħala ajruplan ta’ prestazzjoni għolja għandu:

(1) ikollu mill-inqas 200 siegħa esperjenza ta’ titjiriet totali, li minnhom 70 siegħa jkunu bħala PIC fuq l-ajruplani;

(2) 

(i) ikollu ċertifikat ta’ tlestija sodisfaċenti ta’ kors għal għarfien teoriku addizzjonali mwettaq f'ATO;

(ii) ikun għadda mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku tal-ATPL(A) skont din il-Parti;

(iii) ikollu, flimkien ma’ liċenzja maħruġa skont din il-Parti, ATPL(A) jew CPL(A)/IR bi kreditu ta’ għarfien teoriku għal ATPL(A), maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO;

(3) barra minn hekk, il-bdoti li japplikaw għall-privileġġ biex iħaddmu l-ajruplan f'operazzjonjiet b'aktar minn bdot wieħed għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ (d)(4).

(c)  Ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed. L-applikanti għall-ħruġ tal-ewwel klassifikazzjoni tat-tip għal ajruplan kumpless bi bdot wieħed ikklassifikat bħala ajruplan ta’ prestazzjoni għolja għandu, minbarra jissodisfa r-rekwiżiti ta’ (b), ikun issodisfa r-rekwiżiti għall-IR(A) b'aktar minn magna waħda, kif stabbilit fis-Subparti G.

(d)  Ajruplani b'aktar minn bdot wieħed. Applikant għall-ewwel kors ta’ klassifikazzjoni tat-tip għal ajruplan b'aktar minn bdot wieħed għandu jkun bdot student li attwalment ikun qed iwettaq taħriġ f'kors ta’ taħriġ tal-MPL jew jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(1) ikollu mill-inqas 70 siegħa ta’ esperjenza fit-titjir bħala PIC fuq ajruplani;

(2) ikollu IR(A) b'aktar minn magna waħda;

(3) ikun għadda mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku tal-ATPL(A) skont din il-Parti;

(4) għajr meta l-kors tal-klassifikazzjoni tat-tip ikun kombinat ma’ kors tal-MCC:

(i) ikollu ċertifikat ta’ tlestija sodisfaċenti ta’ kors MCC f'ajruplani;

(ii) ikollu ċertifikat ta’ tlestija sodisfaċenti ta’ MCC f'ħelikopters u jkollu aktar minn 100 siegħa ta’ esperjenza fit-titjir bħala bdot fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed;

(iii) ikollu mill-inqas 500 siegħa bħala bdot fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed;

(iv) ikollu mill-inqas 500 siegħa bħala bdot f'operazzjonijiet ta’ aktar minn bdot wieħed fuq ajruplani b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed, fi trasport kummerċjali bl-ajru skont ir-rekwiżiti applikabbli tal-operazzjonijiet tal-ajru.

▼M3

(e) Minkejja l-punt (d), Stat Membru jista’ joħroġ kwalifika tat-tip bi privileġġi limitati għal ajruplan b’aktar minn bdot wieħed li jippermetti li d-detentur ta’ tali kwalifika jaġixxi bħala kobdot cruise relief ’il fuq mil-Livell 200 ta’ Titjira, sakemm iż-żewġ membri l-oħra tal-ekwipaġġ ikollhom kwalifika tat-tip skont il-punt (d).

▼B

(f)  Klassifikazzjonijiet addizzjonali tat-tip ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja b'aktar minn bdot wieħed u bi bdot wieħed. Applikant għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet addizzjonali tat-tip għal aktar minn bdot wieħed u klassifikazzjoni tat-tip għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed għandu jkollhom IR(A) għal aktar minn magna waħda.

(g) Meta jiġi stabbilit hekk fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21, l-eżerċizzju tal-privileġġi ta’ klassifikazzjoni tat-tip jista' inizjalment ikun limitat għal titjira taħt is-sorveljanza ta’ għalliem. Is-sigħat ta’ titjir taħt sorveljanza għandhom jitniżżlu fil-ġurnal ta’ abbord jew f'rekord ekwivalenti tal-bdot u dan jiġi ffirmat mill-għalliem. Il-limitazzjoni għandha titneħħa meta l-bdot juri li jkun wettaq is-sigħat ta’ titjir taħt sorveljanza meħtieġa mid-dejta tal-adegwatezza operattiva.

FCL.725.A    Għarfien teoriku u tagħlim fit-titjir għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tal-klassi u tat-tip - ajruplani

Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor fid-dejta tal-adattabbiltà operattiva stabbilita skont il-Parti 21:

(a) Ajruplani b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed.

(1) Il-kors tal-għarfien teoriku għal klassifikazzjoni tal-klassi b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed għandha tinkludi mill-inqas 7 sigħat ta’ tagħlim f'operazzjonijiet ta’ ajruplani b'aktar minn magna waħda.

(2) Il-kors ta’ taħriġ fit-titjir għal klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed għandha tinkludi mill-inqas sagħtejn u nofs ta’ tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti taħt kundizzjonijiet normali ta’ operazzjonijiet f'ajruplani b'aktar minn magna waħda, u mhux inqas minn 3 sigħat u nofs ta’ tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti fi proċeduri ta’ ħsara fil-magna u tekniki tat-titjir assimetriku.

(b)  Ajruplani bi bdot wieħed–fuq il-baħar. Il-kors ta’ taħriġ għal klassifikazzjoni ta’ ajruplan bi bdot wieħed fuq il-baħar għandu jinkludi għarfien teoriku u tagħlim fit-titjir. It-taħriġ fit-titjir għal klassifikazzjoni ta’ klassi jew tat-tip fuq il-baħar għal ajruplani bi bdot wieħed fuq il-baħar għandhom jinkludu mill-inqas 8 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti jekk l-applikant ikollu l-verżjoni tal-art tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip, jew 10 sigħat jekk l-applikant ma jkollux tali klassifikazzjoni.

FCL.730.A    Rekwiżiti speċifiċi għal bdoti li jwettqu kors ta’ klassifikazzjoni tat-tip ta’ ħin ta’ titjir żero (ZFTT) - ajruplani

(a)

Bdot li jkun qed jiġi mgħallem f'kors ta’ ZFTT għandu jkun lesta, fuq ajruplan turboġett b'aktar minn bdot wieħed iċċertifikat skont l-istandards ta’ CS-25 jew kodiċi ekwivalenti ta’ ajrunavigabbiltà jew fuq ajruplan turbopropp b'aktar minn bdot wieħed li jkollu massa massima ċċertifikata ta’ tlugħ ta’ mhux inqas minn 10 tunnellati jew konfigurazzjoni ċċertifikata ta’ postijiet għall-passiġġiera ta’ aktar minn 19-il passiġġier, mill-inqas:

(1) jekk jintuża FFS ikkwalifikat għal-livell CG, C jew interim C matul il-kors, 1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir jew 250 settur tar-rotot;

(2) jekk jintuża FFS ikkwalifikat għal-livell DG jew D matul il-kors, 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir jew 100 settur tar-rotot.

(b)

Meta bdot ikun qed jibdel minn ajruplan turbopropp għal wieħed turboġett jew minn ajruplan turboġett għal wieħed turbopropp, għandu jkun meħtieġ taħriġ addizzjonali b'simulatur.

FCL.735.A    Kors ta’ taħriġ b'kooperazzjoni bejn ħafna ekwipaġġi - ajruplani

(a)

Il-kors ta’ taħriġ f'MCC għandu jkun fih mill-inqas:

(1) 25-il siegħa ta’ tagħlim u eżerċizzji ta’ għarfien teoriku;

(2) 20 siegħa ta’ taħriġ prattiku tal-MCC, jew 15-il siegħa fil-każ ta’ bdoti studenti li jattendu kors integrat tal-ATP.

Għandu jintuża FNPT II MCC jew FFS. Meta t-taħriġ tal-MCC jingħaqad mat-taħriġ inizjali tal-klassifikazzjoni tat-tip, it-taħriġ prattiku tal-MCC jista' jitnaqqas għal mhux inqas minn 10 sigħat jekk jintuża l-istess FFS għall-MCC u għat-taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip.

(b)

Il-kors ta’ taħriġ f'MCC għandu jitlesta fi żmien 6 xhur għand ATO.

(c)

Sakemm il-kors tal-MCC ma jkunx ġie kkombinat ma’ kors ta’ klassifikazzjoni tat-tip, meta jlesti kors ta’ taħriġ tal-MCC l-applikant għandu jingħata ċertifikat ta’ tlestija.

(d)

Applikant li jkun lesta taħriġ tal-MCC għal kwalunkwe kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru għandu jkun eżentat mir-rekwiżit f'(a)(1).

FCL.740.A    Validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjoni tal-klassi u tat-tip - ajruplani

(a)

Validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tal-klassi u klassifikazzjoni tat-tip ta’ aktar minn magna waħda. Għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tal-klassi u validazzjonijiet tat-tip ta’ aktar minn magna waħda, l-applikant għandu:

(1) jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti fil-klassi jew fit-tip rilevanti ta’ ajruplan jew FSTD li jirrappreżenta dik il-klassi jew tip, fi żmien 3 xhur immedjatament qabel id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni;

(2) ilesti matul il-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjoni, mill-inqas:

(i) 10 setturi tar-rotot bħala bdot tal-klassi jew tat-tip rilevanti tal-ajruplan;

(ii) settur tar-rotot wieħed bħala bdot tal-klassi jew tat-tip rilevanti tal-ajruplan jew FFS, imtajjar ma’ eżaminatur. Dan is-settur tar-rotot jista' jittajjar matul il-kontroll tal-profiċjenza.

(3) Bdot li jaħdem għal operatur tat-trasport kummerċjali bl-ajru approvat skont ir-rekwiżiti applikabbli għall-operazzjonijiet tal-ajru li jkun għadda mill-kontroll tal-profiċjenza tal-operaturi kkombinat mal-kontroll tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għandu jkun eżentat milli jikkonforma mar-rekwiżiti f'(2).

▼M3

(4) Il-validazzjoni mill-ġdid ta' kwalifika tal-istrumenti waqt ir-rotta (EIR) jew IR(A), tista' tiġi kkombinata b'kontroll tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid ta' klassi jew il-kwalifika tat-tip.

▼M4

(b)

Validazzjoni mill-ġdid ta' klassifikazzjoni tal-klassi ta' magna waħda u bi bdot wieħed.

(1) Klassifikazzjonijiet tal-klassi ta' ajruplani b'magna waħda bil-pistin u klassifikazzjoni tat-TMG. Għall-validazzjoni mill-ġdid ta' klassifikazzjoni tal-klassi ta' ajruplani bi bdot wieħed u b'magna waħda bil-pistin jew klassifikazzjoni tal-klassi tat-TMG, l-applikant għandu:

(i) fi żmien 3 xhur qabel id-data ta' skadenza tal-klassifikazzjoni, jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza fil-klassi rilevanti skont l-Appendiċi 9 ta' din il-Parti ma' eżaminatur; jew

(ii) fi żmien 12-il xahar qabel id-data ta' skadenza tal-klassifikazzjoni, iwettaq 12-il siegħa ta' ħin ta' titjir fil-klassi rilevanti, inklużi:

 sitt (6) sigħat bħala PIC,

 12-il tlugħ u 12-il inżul l-art,

 taħriġ ta' fakkir il-moħħ ta' mill-inqas titjira ta' siegħa waħda (1) f'ħin totali ma' struttur tat-titjir (FI) jew ma' struttur tal-klassifikazzjoni tal-klassi (CRI). L-applikanti għandhom ikunu eżentati minn dan it-taħriġ ta' fakkir il-moħħ jekk ikunu għaddew minn kontroll tal-profiċjenza; eżami tal-ħiliet jew evalwazzjoni tal-kompetenza fi kwalunkwe klassi jew tip ta' ajruplan ieħor.

(2) Meta l-applikanti jkollhom kemm klassifikazzjoni tal-klassi ta' ajruplan fuq l-art b'magna waħda bil-pistin u klassifikazzjoni ta' TMG, dawn jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' (1) f'kull klassi jew kombinazzjoni tagħhom, u jiksbu validazzjoni mill-ġdid taż-żewġ klassifikazzjonijiet.

(3) Ajruplani turboprop bi bdot wieħed u b'magna waħda. Għall-validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjonijiet tal-klassi ta' turbopropp b'magna waħda, l-applikanti għandhom jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza dwar il-klassi rilevanti skont l-Appendiċi 9 ta' din il-Parti ma' eżaminatur, fi żmien 3 xhur qabel id-data ta' skadenza tal-klassifikazzjoni.

(4) Meta l-applikanti jkollhom kemm klassifikazzjoni tal-klassi ta' ajruplan fuq l-art b'magna waħda bil-pistin u klassifikazzjoni ta' klassi ta' ajruplan li jinżel fil-baħar b'magna waħda tal-pistin, dawn jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' (1)(ii) f'kull klassi jew kombinazzjoni tagħhom, u jiksbu l-issodisfar ta dawn ir-rekwiżiti għaż-żewġ klassifikazzjonijiet. Mill-inqas siegħa (1) ta' ħin hija meħtieġa għall-PIC u sitta (6) mit-12 il-tlugħ u nżul għandhom jiġu kkompletati f'kull klassi.

▼B

(c)

L-applikanti li ma jirnexxilhomx jgħaddu mit-taqsimiet kollha tal-kontroll tal-profiċjenza qabel id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip m'għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni qabel ma jiksbu l-punti minimi meħtieġa f'dak il-kontroll tal-profiċjenza.

TAQSIMA 3

Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija ta’ ħelikopters

FCL.720.H    Rekwiżiti tal-esperjenza u prerekwiżiti għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-tip - ħelikopters

Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21, applikant għall-ħruġ tal-ewwel klassifikazzjoni tat-tip ta’ ħelikopter għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-esperjenza u l-prerekwiżiti għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni rilevanti li ġejjin:

(a)  Ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed. Applikant għall-ewwel kors tal-klassifikazzjoni tat-tip għal tip ta’ ħelikopter b'aktar minn bdot wieħed għandu:

(1) ikollu mill-inqas 70 siegħa bħala PIC fuq ħelikopters;

(2) għajr meta l-kors tal-klassifikazzjoni tat-tip ikun kombinat ma’ kors tal-MCC:

(i) ikollu ċertifikat ta’ tlestija sodisfaċenti ta’ kors tal-MCC fil-ħelikopters;

(ii) ikollu mill-inqas 500 siegħa bħala bdot fuq ajruplani b'aktar minn bdot wieħed;

(iii) ikollu mill-inqas 500 siegħa bħala bdot f'operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed fuq ħelikopters b'aktar minn magna waħda;

(3) ikun għadda mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku tal-ATPL(H).

(b) Applikant għall-ewwel kors tal-klassifikazzjoni tat-tip għal tip ta’ ħelikopter b'aktar minn bdot wieħed li huwa gradwat minn kors integrat ta’ ATP(H)/IR, ATP(H), CPL(H)/IR jew CPL(H) u li ma jikkonformax mar-rekwiżit ta’ (a)(1) għandu jkollu l-klassifikazzjoni tat-tip maħruġa bil-privileġġi limitati għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet bħala kopilota biss. Il-limitazzjoni għandha titneħħa ladarba l-bdot ikun:

(1) għamel 70 siegħa bħala PIC jew bdot kmandant taħt sorveljanza tal-ħelikopters;

(2) għadda mit-test tal-ħiliet ta’ aktar minn bdot wieħed fit-tip applikabbli ta’ ħelikopter bħala PIC.

(c)  Ħelikopters b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed. Applikant għall-ħruġ tal-ewwel klassifikazzjoni tat-tip għal ħelikopter b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed għandu:

(1) qabel ma jibda t-taħriġ fit-titjir:

(i) ikun għadda mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku tal-ATPL(H);

(ii) ikollu ċertifikat tat-tlestija ta’ kors ta’ qabel id-dħul imwettaq mill-ATO. Il-kors għandu jkopri s-suġġetti li ġejjin tal-kors tal-għarfien teoriku tal-ATPL(H):

 Għarfien Ġenerali dwar l-Inġenju tal-Ajru: qafas tal-inġenju tal-ajru/sistemi/impjant tal-enerġija u strument/elettronika,

 Eżekuzzjoni u Ppjanar tat-Titjir: massa u bilanċ, eżekuzzjoni;

(2) fil-każ ta’ applikanti li ma lestewx kors ta’ taħriġ integrat ta’ ATP(H)/IR, ATP(H), jew CPL(H)/IR, ikunu wettqu mill-inqas 70 siegħa bħala PIC fuq ħelikopters.

FCL.735.H    Kors ta’ taħriġ ta’ kooperazzjoni bejn aktar minn ekwipaġġ wieħed - ħelikopters

(a)

Il-kors ta’ taħriġ f'MCC għandu jkun fih mill-inqas:

(1) għal MCC/IR:

(i) 25-il siegħa ta’ tagħlim u eżerċizzji ta’ għarfien teoriku;

(ii) 20 siegħa ta’ taħriġ prattiku tal-MCC jew 15-il siegħa, fil-każ ta’ bdoti studenti li jattendu kors integrat ta’ ATP(H)/IR. Meta t-taħriġ tal-MCC ikun ikkombinat ma’ taħriġ inizjali ta’ klassifikazzjoni tat-tip għal ħelikopter b'aktar minn bdot wieħed, it-taħriġ prattiku tal-MCC jista' jitnaqqas għal mhux inqas minn 10 sigħat jekk jintuża l-istess FSTD għall-MCC u għall-klassifikazzjoni tat-tip;

(2) għal MCC/VFR:

(i) 25-il siegħa ta’ tagħlim u eżerċizzji ta’ għarfien teoriku;

(ii) 15-il siegħa ta’ taħriġ prattiku tal-MCC jew 10 sigħat, fil-każ ta’ bdoti studenti li jattendu kors integrat ta’ ATP(H)/IR. Meta t-taħriġ tal-MCC ikun ikkombinat mat-taħriġ inizjali tal-klassifikazzjoni tat-tip għal ħelikopter b'aktar minn bdot wieħed, it-taħriġ prattiku tal-MCC jista' jitnaqqas għal mhux inqas minn 7 sigħat jekk jintuża l-istess FSTD għall-MCC u għall-klassifikazzjoni tat-tip.

(b)

Il-kors ta’ taħriġ f'MCC għandu jitlesta fi żmien 6 xhur għand ATO.

Għandhom jintużaw FNPT II jew III ikkwalifikat għal MCC, FTD 2/3 jew FFS.

(c)

Sakemm il-kors MCC ma jkunx ikkombinat ma’ kors ta’ taħriġ fil-klassifikazzjoni tat-tip ta’ aktar minn bdot wieħed, mat-tlestija tal-kors ta’ taħriġ f'MCC l-applikant għandu jingħata ċertifikat ta’ tlestija.

(d)

Applikant li jkun wettaq taħriġ f'MCC għal kwalunkwe kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru għandu jkun eżentat mir-rekwiżit f'(a)(1)(i) jew (a)(2)(i), kif applikabbli.

(e)

Applikant għal taħriġ f'MCC/IR li jkun wettaq taħriġ f'MCC/VFR għandu jkun eżentat mir-rekwiżit f'(a)(1)(i), u għandu jlesti 5 sigħat ta’ taħriġ prattiku ta’ MCC/IR.

FCL.740.H    Validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjoni tat-tip – ħelikopters

(a)

Validazzjoni mill-ġdid. Għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip għall-ħelikopters, l-applikant għandu:

(1) jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti fit-tip rilevanti ta’ ħelikopter jew FSTD li jirrappreżenta dak it-tip fi żmien 3 xhur immedjatament qabel id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni;

(2) iwettaq mill-inqas sagħtejn bħala bdot tat-tip rilevanti ta’ ħelikopter fil-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjoni. It-tul taż-żmien tal-kontroll tal-profiċjenza jista' jingħadd mas-sagħtejn.

(3) Meta l-applikanti jkollhom aktar minn klassifikazzjoni waħda tat-tip għal ħelikopters b'magna waħda bil-pistin, dawn jistgħu jiksbu validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjonijiet kollha rilevanti tat-tip billi jwettqu kontroll tal-profiċjenza f'wieħed biss mit-tipi rilevanti miżmuma, sakemm dawn ikunu wettqu mill-inqas sagħtejn ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fuq it-tipi l-oħra matul il-perjodu ta’ validità.

Il-kontroll tal-profiċjenza għandu jsir kull darba fuq tip differenti.

(4) Meta l-applikanti jkollhom aktar minn klassifikazzjoni tat-tip waħda għal ħelikopters b'magna waħda b'turbina b'massa massima ċċertifikata ta’ tlugħ sa 3 175 kg, dawn jistgħu jiksbu validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjonijiet rilevanti kollha tat-tip billi jwettqu l-kontroll tal-profiċjenza f'wieħed biss mit-tipi rilevanti li għandhom, sakemm ikunu wettqu:

(i) 300 siegħa bħala PIC fuq ħelikopters;

(ii) 15-il siegħa fuq kull wieħed mit-tipi li għandhom;

(iii) mill-inqas sagħtejn ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fuq kull wieħed mit-tipi l-oħra matul il-perjodu ta’ validità.

Il-kontroll tal-profiċjenza għandu jsir kull darba fuq tip differenti.

(5) Bdot li jlesti b'suċċess test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni addizzjonali tat-tip għandu jikseb validazzjoni mill-ġdid għall-klassifikazzjoni rilevanti tat-tip fi gruppi komuni, skont (3) u (4).

(6) Il-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR(H), għal min għandu, tista' tiġi kkombinata ma’ kontroll tal-profiċjenza għal klassifikazzjoni tat-tip.

(b)

Applikant li ma jgħaddix mit-taqsimiet kollha ta’ kontroll tal-profiċjenza qabel id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni tat-tip m'għandux jeżerċita l-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni sakemm ma jgħaddix mill-kontroll tal-profiċjenza. Fil-każ ta’ (a)(3) u (4), l-applikant m'għandux jeżerċita l-privileġġi tiegħu fi kwalunkwe wieħed mit-tipi.

TAQSIMA 4

Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija ta’ inġenji tal-ajru bil-powered-lift

FCL.720.PL    Rekwiżiti tal-esperjenza u prerekwiżiti għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip – inġenju tal-ajru bil-powered-lift

Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21, applikant għall-ewwel ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-tip tal-powered-lift għandu jikkonforma mar-rekwiżiti u l-prerekwiżiti tal-esperjenza li ġejjin:

(a) għall-bdoti tal-ajruplani:

(1) ikollhom CPL/IR(A) bl-għarfien teoriku ta’ ATPL jew ATPL(A);

(2) ikollhom ċertifikat ta’ tlestija ta’ kors MCC;

(3) ikunu lestew aktar minn 100 siegħa bħala bdot f'ajruplani b'aktar minn bdot wieħed;

(4) ikunu lestew 40 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fil-ħelikopters;

(b) għall-bdoti tal-ħelikopters:

(1) ikollhom CPL/IR(H) bl-għarfien teoriku ta’ ATPL jew ATPL/IR(H);

(2) ikollhom ċertifikat ta’ tlestija ta’ kors MCC;

(3) ikunu lestew aktar minn 100 siegħa bħala bdot f'ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed;

(4) ikunu lestew 40 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fl-ajruplani;

(c) għal bdoti kkwalifikati biex itajru l-ajruplani u l-ħelikopters:

(1) ikollhom mill-inqas CPL(H);

(2) ikollhom IR u għarfien teoriku ta’ ATPL jew ATPL fl-ajruplani jew fil-ħelikopters;

(3) ikollhom ċertifikat ta’ tlestija ta’ kors MCC fl-ajruplani jew fil-ħelikopters;

(4) ikunu lestew mill-inqas 100 siegħa bħala bdot f'ħelikopters jew ajruplani b'aktar minn bdot wieħed;

(5) ikunu lestew 40 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fl-ajruplani jew fil-ħelikopters, kif ikun applikabbli, jekk il-bdot m'għandu l-ebda esperjenza bħala ATPL jew fuq inġenji tal-ajru b'aktar minn bdot wieħed.

FCL.725.PL    Tagħlim fit-titjir għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip – inġenji tal-ajru bil-powered-lift

Il-parti tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ taħriġ għal klassifikazzjoni tat-tip bil-powered-lift għandha titlesta fl-inġenji tal-ajru u FSTD li jirrappreżentaw l-inġenju tal-ajru u li huma kkwalifikati b'mod adegwat għal dan l-iskop.

FCL.740.PL    Validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjoni tat-tip – inġenji tal-ajru bil-powered-lift

(a)

Validazzjoni mill-ġdid. Għal validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjoni tat-tip ta'l-powered-lift, l-applikant għandu:

(1) jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 għal din il-Parti fit-tip rilevanti ta’ powered-lift fit-3 xhur li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni;

(2) ilesti matul il-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjoni, mill-inqas:

(i) 10 setturi tar-rotot bħala bdot tat-tip rilevanti ta’ inġenji tal-ajru bil-powered-lift;

(ii) settur tar-rotot wieħed bħala bdot tat-tip rilevanti ta’ inġenji tal-ajru bil-powered-lift jew FFS, imtajra ma’ eżaminatur. Dan is-settur tar-rotot jista' jittajjar matul il-kontroll tal-profiċjenza.

(3) Bdot li jaħdem għal operatur fit-trasport kummerċjali bl-ajru approvat skont ir-rekwiżiti tal-operazzjonijiet bl-ajru applikabbli li għadda mill-kontroll tal-profiċjenza tal-operaturi kkombinat mal-kontroll tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjoni tat-tip għandu jkun eżentat milli jikkonforma mar-rekwiżit f'(2).

(b)

Applikant li ma jgħaddix mit-taqsimiet kollha ta’ kontroll tal-profiċjenza qabel id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni tat-tip m'għandux jeżerċita l-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni sakemm ma jgħaddix mill-kontroll tal-profiċjenza.

TAQSIMA 5

Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija ta’ airship

FCL.720.As    Prerekwiżiti għall-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tat-tip - airships

Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21, applikant għall-ħruġ tal-ewwel klassifikazzjoni tat-tip ta’ airship għandu jikkonforma mar-rekwiżiti u l-prerekwiżiti tal-esperjenza li ġejjin:

(a) għal airships b'aktar minn bdot wieħed:

(1) ikun lesta 70 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir bħala PIC fuq l-airships;

(2) ikollu ċertifikat ta’ tlestija sodisfaċenti ta’ MCC fl-airships.

(3) Applikant li ma jkunx konformi mar-rekwiżit f'(2) għandha tinħariġlu l-klassifikazzjoni tat-tip bil-privileġġi limitati għat-twettiq tal-funzjonijiet bħala kopilota biss. Il-limitazzjoni għandha titneħħa meta l-bdot ikun lesta 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC jew bdot kmandant taħt sorveljanza tal-airships.

FCL.735.As    Kors ta’ taħriġ fil-kooperazzjoni bejn aktar minn ekwipaġġ wieħed - airships

▼M3

(a)

Il-kors ta’ taħriġ tal-MCC għandu jkun fih mill-inqas:

(1) 12-il siegħa ta’ struzzjoni u eżerċizzji ta’ għarfien teoriku; u

(2) 5 sigħat ta’ taħriġ f'MCC prattiku;

Għandu jintuża FNPT II jew III kkwalifikat għal MCC, FTD 2/3 jew FFS.

▼B

(b)

Il-kors ta’ taħriġ f'MCC għandu jitlesta fi żmien 6 xhur għand ATO.

(c)

Sakemm il-kors MCC ma jkunx ikkombinat ma’ kors ta’ taħriġ fil-klassifikazzjoni tat-tip ta’ aktar minn bdot wieħed, mat-tlestija tal-kors ta’ taħriġ f'MCC l-applikant għandu jingħata ċertifikat ta’ tlestija.

(d)

Applikant li jlesti taħriġ f'MCC għal kwalunkwe kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru għandu jkun eżentat mir-rekwiżiti f'(a).

FCL.740.As    Validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip - airships

(a)

Validazzjoni mill-ġdid. Għal validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip għall-airships, l-applikant għandu:

(1) jgħaddi minn kontroll tal-kompetenza skont l-Appendiċi 9 għal din il-Parti fit-tip rilevanti ta’ airship fit-3 xhur li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni;

(2) ilesti mill-inqas sagħtejn bħala bdot tat-tip ta’ airship rilevanti fil-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjoni. It-tul taż-żmien tal-kontroll tal-profiċjenza jista' jingħadd mas-sagħtejn.

(3) Il-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR(As), għal min għandu, tista' tkun ikkombinata mal-kontroll tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip.

(b)

Applikant li ma jgħaddix mit-taqsimiet kollha ta’ kontroll tal-profiċjenza qabel id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni tat-tip m'għandux jeżerċita l-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni sakemm ma jgħaddix mill-kontroll tal-profiċjenza.

SUBPARTI I

KLASSIFIKAZZJONIJIET ADDIZZJONALI

FCL.800    Klassifikazzjoni ajrubatika

(a)

Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ bdot għall-ajruplani, it-TMGs jew il-gliders għandhom iwettqu titjiriet aerobatiċi biss meta jkollhom il-klassifikazzjoni adattata.

(b)

L-applikanti għal klassifikazzjoni ajrubatika għandhom ikunu lestew:

(1) mill-inqas 40 siegħa ta’ ħin ta’ titjir jew, fil-każ tal-gliders, 120 launch bħala PIC fil-kategoriija tal-inġenji tal-ajru adattata, li jitlestew wara l-ħruġ tal-liċenzja;

(2) kors ta’ taħriġ għand ATO, li jinkludi:

(i) tagħlim ta’ għarfien teoriku adattat għall-klassifikazzjoni;

(ii) mill-inqas 5 sigħat jew 20 titjira ta’ tagħlim ajrubatiku fil-kategorija tal-inġenji tal-ajru adattata.

(c)

Il-privileġġi tal-klassifikazzjoni ajrubatika għandhom ikunu limitati għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru li fiha tlesta t-tagħlim fit-titjir. Il-privileġġi jkunu estiżi għal kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru jekk il-bdot ikollu liċenzja għal dik il-kategorija ta’ inġenji tal-ajru u jkun lesta b'suċċess mill-inqas 3 titjiriet ta’ taħriġ ma’ bdot ieħor li jkopru s-sillabu kollu tat-taħriġ ajrubatiku f'dik il-kategorija ta’ inġenju tal-ajru.

FCL.805    Klassifikazzjonijiet tal-ġbid ta’ gliders u l-ġbid ta’ strixxuni

(a)

Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ bdot bil-privileġġi li jtajru l-ajruplani jew TMGs għandhom jiġbdu l-gliders jew l-istrixxuni biss meta jkollhom il-klassifikazzjoni tal-ġbid ta’ gliders u l-ġbid ta’ strixxuni adattata.

(b)

L-applikanti għal klassifikazzjoni tal-ġbid ta’ gliders għandhom ikunu lestew:

(1) mill-inqas 30 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC u 60 telgħa u nżul l-art fl-ajruplani, jekk l-attività se titwettaq fl-ajruplani, jew f'TMGs, jekk l-attività se titwettaq f'TMGs, li jitlestew wara l-ħruġ tal-liċenzja;

(2) kors ta’ taħriġ għand ATO li jinkludi:

(i) tagħlim ta’ għarfien teoriku dwar l-operazzjonijiet u l-proċeduri tal-ġbid;

(ii) mill-inqas 10 titjiriet ta’ tagħlim ta’ ġbid ta’ glider, inklużi mill-inqas 5 titjiriet ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, u

(iii) għajr għad-detenturi ta’ LAPL(S) jew SPL, 5 titjiriet ta’ familjarizzazzjoni fi glider li jiġi llanċjat minn inġenju tal-ajru.

(c)

L-applikanti għal klassifikazzjoni tal-ġbid ta’ strixxun għandhom ikunu lestew:

(1) mill-inqas 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir u 200 telgħa u nżul l-art bħala PIC fuq l-ajruplani jew TMGs, wara l-ħruġ tal-liċenzja. Mill-inqas 30 minn dawn is-sigħat għandhom jitwettqu fl-ajruplani, jekk l-attività se titwettaq fl-ajruplani, jew f'TMGs, jekk l-attività se titwettaq f'TMGs;

(2) kors ta’ taħriġ għand ATO li jinkludi:

(i) tagħlim ta’ għarfien teoriku dwar l-operazzjonijiet u l-proċeduri tal-ġbid;

(ii) mill-inqas 10 titjiriet ta’ tagħlim dwar il-ġbid ta’ strixxun, inklużi mill-inqas 5 titjiriet ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor.

(d)

Il-privileġġi tal-klassifikazzjonijiet tal-ġbid ta’ gliders u strixxuni għandhom ikunu limitati għal ajruplani jew TMGs, skont fuq liema inġenju tal-ajru tlesta t-tagħlim fit-titjir. Il-privileġġi jkunu estiżi jekk il-bdot ikollu liċenzja għall-ajruplani jew it-TMGs u jkun lesta b'suċċess mill-inqas 3 titjiriet ta’ taħriġ ma’ bdot ieħor li jkopru s-sillabu kollu tat-taħriġ fil-ġbid f'dawk it-tipi ta’ inġenji tal-ajru, skont kif ikun rilevanti.

(e)

Sabiex ikunu eżerċitati l-privileġġi tal-klassifikazzjonijiet tal-ġbid tal-gliders jew tal-istrixxuni, id-detentur tal-klassifikazzjoni għandu jkun lesta mill-inqas 5 irmunkaturi matul l-aħħar 24 xahar.

(f)

Meta l-bdot ma jikkonformax mar-rekwiżit f'(e), qabel ikun jista' jeżerċita mill-ġdid il-privileġġi tiegħu, il-bdot għandu jlesti l-irmunkaturi nieqsa ma’ għalliem jew taħt is-sorveljanza ta’ dan.

FCL.810    Klassifikazzjoni ta’ billejl

(a)

Ajruplani, TMGs u airships.

(1) Jekk il-privileġġi ta’ LAPL, SPL jew PPL għall-ajruplani, it-TMGs jew l-airships għandhom ikunu eżerċitati f'kundizzjonijiet VFR billejl, l-applikanti għandhom ikunu lestew kors ta’ taħriġ fi ħdan organizzazzjoni tat-taħriġ approvata (ATO). Il-kors għandu jinkludi:

(i) tagħlim fl-għarfien teoriku;

▼M3

(ii) mill-inqas ħames sigħat ta’ ħin ta’ titjir fil-kategorija tal-inġenji tal-ajru adattata billejl, inklużi mill-inqas tliet sigħat ta’ struzzjoni ma’ bdot ieħor, inkluża mill-inqas siegħa ta’ navigazzjoni cross-country b’mill-inqas titjira cross-country ma’ bdot ieħor ta’ mill-inqas 50 km (27 NM) u ħames telgħat bi bdot waħdu u ħames inżulijiet l-art b’waqfa sħiħa bi bdot waħdu.

▼B

(2) Qabel ilestu t-taħriġ billejl, id-detenturi ta’ LAPL għandhom ikunu lestew it-taħriġ bażiku fit-titjir bl-istrumenti meħtieġ għall-ħruġ tal-PPL.

(3) Meta l-applikanti jkollhom kemm klassifikazzjoni tal-klassi tal-ajruplani (tal-art) b'magna waħda bil-pistin u klassifikazzjoni tat-TMGs, huma jistgħu jlestu r-rekwiżiti f'(1) ta’ hawn fuq fil-klassijiet individwali jew fiż-żewġ klassiijiet.

(b)

Ħelikopters. Jekk il-privileġġi ta’ PPL għall-ħelikopters għandhom ikunu eżerċitati f'kundizzjonijiet VFR billejl, l-applikanti għandhom ikunu:

(1) lestew mill-inqas 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti f'ħelikopters wara l-ħruġ tal-liċenzja, inklużi mill-inqas 60 siegħa bħala PIC fuq ħelikopters u 20 siegħa ta’ titjir cross-country;

(2) lestew kors ta’ taħriġ f'ATO. Il-kors għandu jitlesta fi żmien 6 xhur u jkun fih:

(i) 5 sigħat ta’ tagħlim fl-għarfien teoriku;

(ii) 10 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim tal-istrumenti tal-ħelikopters ma’ bdot ieħor;

(iii) 5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir billejl, inklużi mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, inkluża mill-inqas siegħa ta’ navigazzjoni cross-country u 5 ċirkwiti billejl bil-bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul.

(3) Applikant li għandu jew kellu IR f'ajruplan jew TMG, għandu jkun ikkreditat b'5 sigħat fir-rigward tar-rekwiżiti f'(2)(ii) ta’ hawn fuq.

(c)

Blalen tal-arja. Jekk il-privileġġi ta’ LAPL għall-blalen tal-arja jew BPL għandhom ikunu eżerċitati f'kundizzjonijiet VFR billejl, l-applikanti għandhom ikunu lestew mill-inqas 2 titjiriet ta’ tagħlim billejl ta’ mill-inqas siegħa kull waħda.

FCL.815    Klassifikazzjoni tat-tijir fil-muntanji

(a)

Privileġġi. Il-privileġġi tad-detentur ta’ klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji huma li jitwettqu titjiriet b'ajruplani jew TMGs għal u minn uċuħ indikati bħala li jeħtieġu tali klassifikazzjoni mill-awtoritajiet adattati maħtura mill-Istati Membri.

Il-klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji inizjali tista' tinkiseb fuq:

(1) ir-roti, biex jingħata l-privileġġ li jsiru titjiriet lejn u minn tali uċuħ meta ma jkunux miksijin bil-borra;

(2) l-iskis, biex jingħata l-privileġġ li jsiru titjiriet lejn u minn tali uċuħ meta jkunu miksijin bil-borra.

(3) Il-privileġġi tal-klassifikazzjoni inizjali jistgħu jkunu estiżi għall-privileġġi tar-roti jew tal-iskis meta l-bdot ikun wettaq kors ta’ familjarizzazzjoni addizzjonali adattat, inklużi tagħlim fl-għarfien teoriku u taħriġ fit-titjir ma’ għalliem tat-titjir tal-muntanji.

(b)

Kors ta’ taħriġ. L-applikanti għal klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji għandhom ikunu lestew, fi żmien 24 xahar, kors ta’ tagħlim fl-għarfien teoriku u taħriġ fit-titjir f'ATO. Il-kontenut tal-kors għandu jkun adattat għall-privileġġi mixtieqa.

(c)

Test tal-ħiliet. Mat-tlestija tat-taħriġ, l-applikant għandu jgħaddi minn test tal-ħiliet b'FE kkwalifikat b'mod adegwat għal dan l-iskop. It-test tal-ħiliet għandu jkun fih:

(1) eżami verbali tal-għarfien teoriku;

(2) 6 inżulijiet fuq mill-inqas 2 uċuħ differenti, ikklassifikati bħala li jeħtieġu klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji, differenti mill-wiċċ tat-tluq.

(d)

Validità. Klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji għandha tkun valida għal 24 xahar.

(e)

Validazzjoni mill-ġdid. Għal validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji, l-applikant għandu:

(1) ikun lesta mill-inqas 6 inżulijiet tal-muntanji fl-aħħar 24 xahar;

(2) jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza. Il-kontroll tal-profiċjenza għandu jkun konformi mar-rekwiżiti li hemm f'(c).

(f)

Tiġdid. Jekk il-klassifikazzjoni tkun skadiet, l-applikant għandu jikkonforma mar-rekwiżit f'(e)(2).

FCL.820    Klassifikazzjoni ta’ test tat-titjir

(a)

Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ bdot għall-ajruplani jew il-ħelikopters għandhom jaġixxu biss bħala PIC f'testijiet tat-titjir tal-kategorija 1 jew 2, kif iddefiniti fil-Parti 21, meta jkollhom klassifikazzjoni ta’ test tat-titjir.

(b)

L-obbligu li jkollhom klassifikazzjoni ta’ test tat-titjir stabbilit f'(a) għandu japplika biss għal testijiet tat-titjir imwettqa fuq:

(1) ħelikopters iċċertifikati jew li se jkunu ċċertifikati skont l-istandards ta’ CS-27 jew CS-29 jew kodiċi tal-ajrunavigabbiltà ekwivalenti;

(2) ajruplani ċċertifikati jew li se jkunu ċċertifikati skont:

(i) l-istandards ta’ CS-25 jew kodiċi tal-ajrunavigabbiltà ekwivalenti;

(ii) l-istandards ta’ CS-23 jew kodiċi tal-ajrunavigabbiltà ekwivalenti, għajr għall-ajruplani b'massa tat-tlugħ massima ta’ inqas minn 2 000 kg.

(c)

Il-privileġġi tad-detentur ta’ klassifikazzjoni ta’ test tat-titjir huma li, fi ħdan il-kategorija rilevanti tal-inġenju tal-ajru:

(1) fil-każ ta’ klassifikazzjoni ta’ test tat-titjir tal-kategorija 1, iwettaq il-kategoriji kollha ta’ testijiet tat-titjir, kif iddefiniti fil-Parti 21, bħala PIC jew bħala kopilota;

(2) fil-każ ta’ klassifikazzjoni ta’ test tat-titjir tal-kategorija 2:

(i) iwettaq testijiet tat-titjir tal-kategorija 1, kif iddefiniti fil-Parti 21:

 bħala kopilota;

 bħala PIC, fil-każ tal-ajruplani msemmija f'(b)(2)(ii), għajr għal dawk fi ħdan il-kategorija ta’ dawk li jġorru lil dawk li jużaw it-trasport biex imorru x-xogħol jew li għandhom il-veloċità tal-għadis tad-disinn akbar minn 0,6 mach jew għoli massimu ta’ aktar minn 25 000 pied;

(ii) iwettaq il-kategoriji l-oħra kollha tat-testijiet tat-titijir, kif iddefinit fil-Parti 21, bħala PIC jew bħala kopilota;

(3) barra minn hekk, għall-klassifikazzjonijiet tat-testijiet tat-titjir tal-kategorija 1 jew 2, iwettaq titjiriet speċifikament relatati mal-attività tal-organizzazzjonijiet tad-disinn u tal-produzzjoni, fi ħdan l-ambitu tal-privileġġi tagħhom, meta jista' ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti tas-Subparti H.

(d)

L-applikanti għall-ewwel ħruġ ta’ klassifikazzjoni ta’ test tat-titjir għandhom:

(1) ikollhom mill-inqas CPL u IR fil-kategorija tal-inġenji tal-ajru adattata;

(2) ikunu lestew mill-inqas 1 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir fil-kategorija tal-inġenji tal-ajru adattata, li minnhom mill-inqas 400 siegħa bħala PIC;

(3) ikunu lestew kors ta’ taħriġ f'ATO adattata għall-inġenju tal-ajru u l-kategorija tat-titjiriet intiżi. It-taħriġ għandu jkopri mill-inqas is-suġġetti li ġejjin:

 Il-Prestazzjoni;

 L-Istabbiltà u l-kontroll/il-Kwalitajiet tal-immaniġġjar;

 Is-Sistemi;

 Il-Ġestjoni tat-testijiet;

 Il-Ġestjoni tar-riskji/is-sigurtà.

(e)

Il-privileġġi tad-detenturi ta’ klassifikazzjoni ta’ testijiet tat-titjir jistgħu jkunu estiżi għal kategorija oħra ta’ testijiet tat-titjir u kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru meta jkunu lestew kors ta’ taħriġ addizzjonali f'ATO.

▼M3

FCL.825    Kwalifika tal-istrumenti waqt ir-rotta (EIR)

(a) Privileġġi u kundizzjonijiet

(1) Il-privileġġi tad-detentur ta' kwalifika tal-istrumenti waqt ir-rotta (EIR) huma li jwettaq titjir bi nhar skont l-IFR fil-fażi ta' waqt ir-rotta tat-titjira, b'ajruplan li għalih dan ikollu kwalifika tal-klassi jew it-tip. Il-privileġġ jista' jiġi estiż biex jitwettqu titjiriet billejl taħt l-IFR fil-fażi ta' waqt ir-rotta tat-titjira, jekk il-bdot ikollu kwalifika ta' billejl skont il-paragrafu FCL.810.

(2) Id-detentur tal-EIR, għandu jibda jew ikompli titjira li jkun beħsiebu jeżerċita l-privileġġi tal-kwalifika tiegħu fuqha jekk l-aħħar informazzjoni meteoroloġika disponibbli tindika li:

(i) il-kundizzjonijiet tat-temp mat-tluq ikunu tali li jippermettu li s-segment tat-titjira mit-tlugħ sa tranżizzjoni VFR għal IFR ippjanata jitwettaq f'konformità mal-VFR; u

(ii) fil-ħin stmat tal-wasla fl-ajrudrom tad-destinazzjoni ppjanat, il-kundizzjonijiet tat-temp ikunu tali li jippermettu li s-segment tat-titjira minn tranżizzjoni IFR għal VFR sal-inżul jitwettaq f'konformità mal-VFR.

(b) Prerekwiżiti. L-applikazzjonijiet għall-EIR għandu jkollhom mill-anqas PPL(A) waħda u għandhom ikunu wettqu mill-anqas 20 siegħa ta' ħin ta' titjir bejn il-pajjiżi bħala PIC fl-ajruplani.

(c) Kors ta’ taħriġ. L-applikanti għal EIR għandhom ikunu wettqu, fi żmien 36 xahar f'ATO:

(1) mill-anqas 80 siegħa ta' struzzjoni fl-għarfien teoriku skont il-paragrafu FCL.615; u

(2) struzzjoni fit-titjir bl-istrumenti, li matulha:

(i) it-taħriġ fit-tajran għal EIR b'magna waħda għandu jinkludi mill-anqas 15-il siegħa ta' ħin ta' titjir ta' tagħlim bl-istrumenti; u

(ii) it-taħriġ fit-tajran għal EIR b'iktar minn magna waħda għandu jinkludi mill-anqas 16-il siegħa ta' ħin ta' titjir ta' tagħlim bl-istrumenti, li mill-anqas erba' sigħat minnhom għandhom ikunu f'ajruplani b'iktar minn magna waħda.

(d) Għarfien teoriku. Qabel ma jagħmel it-test tal-ħiliet, l-applikant għandu juri livell ta' għarfien teoriku xieraq għall-privileġġi mogħtija, fis-suġġetti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu FCL.615.

(e) Test tal-ħiliet. Wara t-tlestija tat-taħriġ, l-applikant għandu jgħaddi minn test tal-ħiliet f'ajruplan fil-presenza ta' IRE. Għal EIR b'iktar minn magna waħda, it-test tal-ħiliet għandu jsir f'ajruplan b'iktar minn magna waħda. Għal EIR b'magna waħda, it-test għandu jsir f'ajruplan b'magna waħda.

(f) B'deroga mill-punti (c) u (d), id-detentur ta' EIR b'magna waħda li għandu wkoll klassi b'aktar minn magna waħda jew kwalifika tat-tip li jixtieq jikseb EIR b'aktar minn magna waħda għall-ewwel darba, għandu jtemm kors f'ATO li jinkludi mill-anqas sagħtejn ħin ta' titjir ta' tagħlim bl-istrumenti fil-fażi ta' waqt ir-rotta tat-titjira f'ajruplani b'aktar minn magna u għandu jgħaddi mit-test tal-ħiliet imsemmija f'(e).

(g) Validità, validazzjoni mill-ġdid u tiġdid.

(1) EIR għandha tkun valida għal sena.

(2) L-applikanti għal validazzjoni mill-ġdid ta' EIR għandhom:

(i) jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza fi żmien tliet xhur immedjatament qabel id-data ta' skadenza tal-kwalifika;

(ii) fi żmien 12-il xahar qabel id-data ta' skadenza tal-kwalifika, ikunu lestew sitt sigħat bħala PIC taħt IFR u titjir ta' taħriġ ta' mill-anqas siegħa ma' struttur li jkollu l-privileġġi biex jipprovdi taħriġ għall-IR(A) jew l-EIR.

(3) Għal kull validazzjoni mill-ġdid sussegwenti alternattiva, id-detentur tal-EIR għandu jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza skont il-punt (g)(2)(i).

(4) Jekk EIR tkun skadiet, sabiex iġeddu l-privileġġi tagħhom l-applikanti għandhom:

(i) ilestu taħriġ ta' aġġornament minn struttur li jkollu l-privileġġi biex jipprovdi taħriġ għall-IR(A) jew l-EIR biex jilħqu l-livell ta' profiċjenza meħtieġa; u

(ii) ilestu kontroll tal-profiċjenza.

(5) Jekk l-EIR ma tkunx ġiet ivvalidata mill-ġdid jew ġiet imġedda fi żmien seba' snin mill-aħħar data ta' validità, id-detentur sejjer ikollu wkoll jerġa’ jgħaddi mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku tal-EIR skont il-paragrafu FCL.615(b).

▼M4

(6) Għal EIR b'aktar minn magna waħda, il-kontroll tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid, u t-titjira ta' taħriġ meħtieġa fil-punt (g) (2) (ii) iridu jitlestew f'ajruplan b'iktar minn magna waħda. Jekk il-bdot ikollu wkoll EIR b'magna waħda, din il-verifika tal-profiċjenza għandha tikseb ukoll validazzjoni mill-ġdid jew tiġdid tal-EIR b'magna waħda. It-taħriġ tat-titjir ikkompletat f'ajruplan b'iktar minn magna waħda għandu jissodisfa wkoll ir-rekwiżit għal titjira ta' taħriġ tal-EIR b'magna waħda.

▼M3

(h) Meta l-applikant għall-EIR ikun lesta żmien ta' titjir ta' tagħlim bl-istrumenti ma' IRI(A) jew FI(A) li jkollhom il-privileġġ li jipprovdu taħriġ għall-IR jew l-EIR, dawn is-sigħat jistgħu jiġu kkreditati mas-sigħat meħtieġa fil-punt (c)(2)(i) u (ii) hawn fuq sa massimu ta' ħames jew sitt sigħat rispettivament. L-erba' sigħat ta' struzzjoni fit-titjir bl-istrumenti f'ajruplani b'iktar minn magna waħda meħtieġa fil-punt (c)(2)(ii) ma għandhomx ikunu suġġetti għal dan il-kreditu.

(1) Biex jiġi stabbili l-ammont ta' sigħat li għandhom jiġu kkreditati u biex jiġu stabbiliti l-ħtiġijiet ta' taħriġ, l-applikant għandu jlesti valutazzjoni ta' qabel id-dħul fl-ATO.

(2) It-tlestija tal-istruzzjoni għat-titjir bl-istrumenti mogħtija minn IRI(A) jew FI(A) għandha tiġi ddokumentata f'rekord ta' taħriġ speċifiku u ffirmat mill-istruttur.

(i) L-applikanti għall-EIR, b'PPL jew CPL tal-Parti-FCL u IR(A) valida maħruġa skont ir-rekwiżiti tal-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta' Chicago minn pajjiż terz, jistgħu jiġu kkreditati b'mod sħiħ mar-rekwiżiti tal-kors ta' taħriġ imsemmija fil-punt (c). Sabiex tinħareġ l-EIR, l-applikant għandu:

(1) ilesti b'suċċess it-test tal-ħiliet għall-EIR;

(2) permezz ta' deroga minn punt (d) ta' hawn fuq, waqt it-test tal-ħiliet, juri lill-eżaminatur li hu kiseb livell xieraq ta' għarfien teoriku tal-liġi tal-ajru, il-meteoroloġija u l-ippjanar u l-prestazzjoni tat-titjira (IR);

(3) ikollu esperjenza minima ta' mill-anqas 25 sena ta' ħin ta' titjir taħt IFR bħala PIC fuq l-ajruplani.

FCL.830    Kwalifika tat-tajran fis-sħab tal-Glajders

(a) Id-detenturi ta' liċenzja ta' bdot bi privileġġi biex itiru fuq glajders għandhom iħaddmu glajder jew glajders bil-mutur, eskluż TMG fis-sħab biss meta jkollhom kwalifika tat-tajran fis-sħab bi glajder.

(b) L-applikanti għal kwalifika ta' tajran fis-sħab bi glajder għandhom mill-anqas ikunu lestew:

(1) 30 siegħa bħala PIC f'glajders jew glajders bil-mutur wara l-ħruġ tal-liċenzja;

(2) kors ta’ taħriġ għand ATO li jinkludi:

(i) struzzjoni tal-għarfien teoriku; u

(ii) mill-anqas sagħtejn ta' struzzjoni fit-titjir doppju f'glajders jew glajders bil-mutur, fejn jikkontrolla l-glajder unikament b'referenza għall-istrumenti, li massimu ta' siegħa minnhom tista' titwettaq fuq TMGs; u

(3) test tal-ħiliet ma' FE kkwalifikat għal dan il-għan.

(c) Id-detenturi ta' EIR jew IR(A) għandhom jiġu kkreditati skont ir-rekwiżit ta' (b)(2)(i). B'deroga mill-punt (b)(2)(ii), għandha titlesta mill-anqas siegħa ta' struzzjoni doppja fit-titjir fi glajder jew glajder bil-magna, eskluż TMGs, fejn il-glajder jiġi kkontrollat unikament b'referenza għall-istrumenti.

(d) Id-detenturi ta' kwalifika ta' tajran fis-sħab jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom biss meta fl-aħħar 24 xahar ikunu lestew mill-anqas siegħa ta' ħin ta' titjir, jew ħames titjiriet bħala PIC li jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom tal-kwalifika ta' titjir fis-sħab, f'glajders jew glajders bil-mutur, eskluż it-TMGs.

(e) Id-detenturi ta' kwalifika ta' tajran fis-sħab li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti f'punt (d) qabel ikomplu l-eżerċizzju tal-privileġġi tagħhom għandhom:

(1) iwettqu kontroll tal-profiċjenza ma' FE kkwalifikat għal dan il-għan; jew

(2) iwettqu l-ħin ta' titjir addizzjonali meħtieġ f'punt (d) ma' struttur ikkwalifikat.

(f) Id-detenturi ta' EIR jew IR(A) valida għandhom jiġu kkreditati bi sħiħ skont ir-rekwiżiti f'punt (d).

▼B

SUBPARTI J

GĦALLIEMA

TAQSIMA 1

Rekwiżiti komuni

FCL.900    Ċertifikati tal-għalliema

(a)

Ġenerali. Persuna għandha twettaq biss:

(1) tagħlim fit-titjir fl-ajruplani jekk hija għandha:

(i) liċenzja ta’ bdot maħruġa jew aċċettata skont dan ir-Regolament;

(ii) ċertifikat ta’ għalliem adattat għat-tagħlim mogħti, maħruġ skont din is-Subparti;

(2) tagħlim fit-titjir sintetiku jew tagħlim MCC meta hija għandha ċertifikat ta’ għalliem adattat għat-tagħlim mogħti, maħruġ skont din is-Subparti.

(b)

Kundizzjonijiet speċjali

(1) Fil-każ tal-introduzzjoni ta’ inġenji tal-ajru ġodda fl-Istati Membri jew fil-flotta ta’ operatur, meta l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'din is-Subparti mhijiex possibbli, l-awtorità kompetenti tista' toħroġ ċertifikat speċifiku li jagħti privileġġi għat-tagħlim fit-titjir. Tali ċertifikat għandu jkun limitat għat-titjiriet ta’ tagħlim meħtieġa għall-introduzzjoni tat-tip ġdid ta’ inġenju tal-ajru u l-validità tiegħu m'għandhiex, fi kwalunkwe każ, taqbeż sena.

(2) Id-detenturi ta’ ċertifikat maħruġ f'konformità ma’ (b)(1) li jixtiequ japplikaw għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ għalliem għandhom jikkonformaw mal-prerekwiżiti u r-rekwiżiti tal-validazzjoni mill-ġdid stabbiliti għal dik il-kategorija ta’ għalliem. Minkejja FCL.905.TRI (b), ċertifikat TRI maħruġ skont dan il-paragrafu/subparagrafu għandu jinkludi l-privileġġ tat-tagħlim għall-ħruġ ta’ ċertifikat TRI jew SFI għat-tip rilevanti.

(c)

Tagħlim barra t-territorju tal-Istati Membri

(1) Minkejja l-paragrafu (a), fil-każ ta’ tagħlim fit-titjir ipprovdut f'ATO li tinsab barra t-territorju tal-Istati Membri, l-awtorità kompetenti tista' toħroġ ċertifikat ta’ għalliem lil applikant li jkollu liċenzja ta’ bdot maħruġa minn pajjiż terz skont l-Anness 1 tal-ICAO, sakemm l-applikant:

(i) ikollu mill-inqas liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat ekwivalenti għal dak li għalih huma awtorizzati li joħorġu tagħlim u fi kwalunkwe każ mill-inqas CPL.

(ii) ikun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'din is-Subparti għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ għalliem rilevanti;

(iii) juri lill-awtorità kompetenti livell adegwat ta’ għarfien rigward ir-regoli Ewropej tas-sigurtà fl-avjazzjoni biex ikun jista' jeżerċita l-privileġġi ta’ tagħlim skont din il-Parti.

(2) Iċ-ċertifikat għandu jkun limitat għall-provvista ta’ tagħlim fit-titjir:

(i) f'ATOs li jinsabu barra t-territorju tal-Istati Membri;

(ii) lil bdoti studenti li għandhom għarfien biżżejjed tal-lingwa li biha jingħata t-tagħlim fit-titjir.

FCL.915    Ir-rekwiżiti u l-prerekwiżiti ġenerali għall-għalliema

(a)

Ġenerali. Applikant għal ċertifikat ta’ għalliem għandu jkollu mill-inqas 18-il sena.

(b)

Rekwiżiti addizzjonali għall-għalliema li jipprovdu tagħlim fit-titjir fl-inġenji tal-ajru. Applikant għal ta’ ċertifikat ta’ għalliem jew id-detentur ta’ dan iċ-ċertifikat bil-privileġġi li jipprovdi tagħlim fit-titjir f'inġenju tal-ajru għandu:

(1) ikollu mill-inqas il-liċenzja u, fejn hu rilevanti, il-klassifikazzjoni li se jingħata t-tagħlim fit-titjir fiha;

(2) għajr fil-każ ta’ għalliem fit-testijiet tat-titjir, ikun:

▼M3

(i) lesta mill-inqas 15-il siegħa ta’ ħin ta' titjir bħala bdot fil-klassi jew fit-tip ta’ inġenju tal-ajru li fuqu se tingħata struzzjoni fit-titjir, li minnhom massimu ta’ seba' sigħat jistgħu jkunu f'apparat ta’ taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir (FSTD) li jirrappreżentaw il-klassi jew it-tip ta’ inġenju tal-ajru, jekk ikun applikabbli; jew

▼B

(ii) għadda minn valutazzjoni tal-kompetenza għall-kategorija ta’ għalliem rilevanti fuq dik il-klassi jew it-tip ta’ inġenju tal-ajru;

(3) intitolat li jaġixxi bħala PIC fuq l-inġenju tal-ajru matul tali tagħlim fit-titjir.

(c)

Kreditu biex jinkisbu aktar klassifikazzjonijiet u għal validazzjoni mill-ġdid

(1) L-applikanti għal aktar ċertifikati ta’ għalliem jistgħu jkunu kkreditati bil-ħiliet tat-tagħlim li diġà ntwerew għaċ-ċertifikat ta’ għalliem li għandhom.

(2) Is-sigħat tat-titjir bħala eżaminatur matul it-testijiet tal-ħiliet jew il-kontrolli tal-profiċjenza għandhom ikunu kkreditati b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti tal-validazzjoni mill-ġdid għaċ-ċertifikati ta’ għalliem kollha li għandhom.

▼M4

(d)

Il-kreditu għal estensjoni għal tipi oħra għandu jqis l-elementi rilevanti ddefinit fid-dejta tal-adegwatezza operattiva skont il-Parti 21.

▼B

FCL.920    Kompetenzi u valutazzjoni ta’ għalliem

L-għalliema kollha għandhom ikunu mħarrġa biex jiksbu l-kompetenzi li ġejjin:

 Iħejju r-riżorsi,

 Joħolqu klima li twassal għal tagħlim,

 Jippreżentaw l-għarfien,

 Jintegraw il-Ġestjoni tat-Theddid u l-Iżbalji (TEM) u l-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ,

 Jimmaniġġjaw il-ħin biex jinkisbu l-għanijiet tat-taħriġ,

 Iħaffu t-tagħlim,

 Jevalwaw il-prestazzjoni ta’ min qed jitħarreġ,

 Jikkontrollaw u janalizzaw il-progress,

 Jivvalutaw is-sessjonijiet tat-taħriġ,

 Jirrappurtaw dwar ir-riżultati.

FCL.925    Rekwiżiti addizzjonali għall-għalliema għall-MPL

(a)

Għalliema li jwettqu taħriġ għall-MPL għandhom:

(1) ikunu lestew b'suċċess kors ta’ taħriġ għall-għalliema tal-MPL f'ATO;

(2) addizzjonalment, għall-fażijiet bażiċi, intermedji u avvanzati tal-kors ta’ taħriġ integrat għall-MPL:

(i) ikollhom esperjenza f'operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed;

(ii) ikunu lestew taħriġ inizjali fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ għal operatur fit-trasport kummerċjali bl-ajru approvat skont ir-rekwiżiti tal-operazzjonijiet bl-ajru applikabbli.

(b)

MPL instructors training course

(1) The MPL instructor training course shall comprise at least 14 hours of training.

Upon completion of the training course, the applicant shall undertake an assessment of instructor competencies and of knowledge of the competency-based approach to training.

(2) The assessment shall consist of a practical demonstration of flight instruction in the appropriate phase of the MPL training course. This assessment shall be conducted by an examiner qualified in accordance with Subpart K.

(3) Upon successful completion of the MPL training course, the ATO shall issue an MPL instructor qualification certificate to the applicant.

(c)

Sabiex jinżammu l-privileġġi, l-għalliem għandu jwettaq, fit-12-il xahar preċedenti, fi ħdan il-kors ta’ taħriġ tal-MPL:

(1) sessjoni ta’ simulatur ta’ mill-inqas 3 sigħat;

(2) eżerċizzju tal-arja ta’ mill-inqas siegħa li jinkludi mill-inqas 2 telgħat u nżulijiet l-art.

(d)

Jekk l-għalliem ma jkunx issodisfa r-rekwiżiti ta’ (c), qabel jeżerċita l-privileġġi li jipprovdi tagħlim fit-titjir għall-MPL huwa għandu:

(1) jingħata taħriġ ta’ aġġornament f'ATO biex jilħaq il-livell ta’ kompetenza meħtieġa biex jgħaddi mill-valutazzjoni tal-kompetenzi ta’ għalliem;

(2) jgħaddi mill-valutazzjoni tal-kompetenzi ta’ għalliem kif stipulati f'(b)(2).

FCL.930    Kors ta’ taħriġ

Applikant għal ċertifikat ta’ għalliem għandu jkun lesta kors ta’ għarfien teoriku u tagħlim fit-titjir f'ATO. Minbarra l-elementi speċifiċi preskritti f'din il-Parti għal kull kategorija ta’ għalliem, il-kors għandu jkun fih l-elementi meħtieġa fl-FCL.920.

FCL.935    Valutazzjoni tal-kompetenza

(a)

Għajr għall-għalliem tal-kooperazzjoni bejn aktar minn ekwipaġġ wieħed (MCCI), l-għalliem tat-taħriġ sintetiku (STI), l-għalliem tal-klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji (MI) u l-għalliem tat-testijiet tat-titjir (FTI), applikant għal ċertifikat ta’ għalliem għandu jgħaddi minn valutazzjoni tal-kompetenza fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata biex juri lil eżaminatur ikkwalifikat skont is-Subparti K il-kapaċità li jgħallem lil bdot student sal-livell meħtieġ għall-ħruġ tal-liċenzja, il-klassifikazzjoni jew iċ-ċertifikat rilevanti.

(b)

Din il-valutazzjoni għandha tinkludi:

(1) il-wiri tal-kompetenzi deskritti fl-FCL.920, matul it-tagħlim qabel it-titjir, wara t-titjir u tal-għarfien teoriku;

(2) eżamijiet teoriċi orali rigward il-laqgħat ta’ informazzjoni (briefings) fuq l-art, qabel it-titjir u wara t-titjir u wirjiet waqt it-titjir matul it-testijiet tal-ħiliet fil-klassi ta’ inġenju tal-ajru, it-tip ta’ inġenju tal-ajru jew FSTD adattata;

(3) eżerċizzji adegwati għall-valutazzjoni tal-kompetenzi tal-għalliem.

(c)

Il-valutazzjoni għandha titwettaq fl-istess klassi jew tip ta’ inġenju tal-ajru jew FSTD użata għat-tagħlim fit-titjir.

(d)

Meta valutazzjoni tal-kompetenza hija meħtieġa għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikat ta’ għalliem, applikant li ma jgħaddix mill-valutazzjoni qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat tal-għalliem m'għandux jeżerċita l-privileġġi ta’ dak iċ-ċertifikat sakemm ma jlestix b'suċċess il-valutazzjoni.

FCL.940    Il-validità taċ-ċertifikati tal-għalliema

Bl-eċċezzjoni tal-MI, u mingħajr preġudizzju għal FCL.900(b)(1), iċ-ċertifikati tal-għalliema għandhom ikunu validi għal perjodu ta’ 3 snin.

▼M4

FCL. 945    Obbligi għall-istruttur

Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir għal validazzjoni mill-ġdid ta' SEP jew klassifikazzjoni tal-klassi jew TMG skont FCL.740.A (b)(1) u biss f'każ ta' ssodisfar tal-kriterji ta' validazzjoni mill-ġdid l-oħrajn kollha meħtieġa skont FCL.740.A (b)(1) l-istruttur għandu japprova l-liċenzja tal-applikant bid-data ta' skadenza l-ġdida tal-klassifikazzjoni jew taċ-ċertifikat, jekk ikun awtorizzat speċifikament għal dak l-għan mill-awtorità kompetenti responsabbli mill-liċenzja tal-applikant.

▼B

TAQSIMA 2

Rekwiżiti speċifiċi għall-għalliem fit-titjir – FI

FCL.905.FI    FI – Privileġġi u kundizzjonijiet

Il-privileġġi ta’ FI huma li jipprovdi tagħlim fit-titjir għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta':

(a) PPL, SPL, BPL u LAPL fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata;

(b) klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip għal inġenji tal-ajru b'magna waħda u bi bdot wieħed, għajr għall-ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed; estensjonijiet tal-klassi u l-grupp għall-blalen tal-ajra u estensjonijiet tal-klassi għal gliders;

(c) klassifikazzjonijiet tat-tip għal airships bi bdot wieħed jew b'aktar minn bdot wieħed;

(d) CPL fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata, sakemm l-FI ikun lesta mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot f'dik il-kategorija tal-inġenju tal-ajru, inklużi mill-inqas 200 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir;

(e) il-klassifikazzjoni ta’ billejl, sakemm l-FI:

(1) huwa kkwalifikat biex itir billejl fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata;

(2) wera l-kapaċità li jgħallem billejl lil FI kkwalifikat skont (i) hawn taħt;

(3) jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ esperjenza billejl ta’ FCL.060(b)(2).

▼M3

(f) kwalifika għall-irmunkar jew għal tajran akrobatiku, jew fil-każ ta' FI(S), kwalifika ta' tajran fis-sħab, sakemm wieħed ikollu dawn il-privileġġi u l-FI jkun wera l-kapaċità li jagħti struzzjonijiet għal dik il-kwalifika lil FI kkwalifikat skont il-punt (i);

(g) EIR IR fil-kategorija ta' inġenji tal-ajru xierqa, sakemm l-FI għandu:

(1) ikollu mill-inqas 200 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR, li minnhom sa 50 siegħa jistgħu jkun ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f'FFS, FTD 2/3 jew FNPT II;

(2) lesta bħala bdot student il-kors ta’ taħriġ tal-IRI u jkun għadda minn valutazzjoni ta’ kompetenza għaċ-ċertifikat tal-IRI;

(3) barra minn hekk:

▼M3

(i) għal ajruplani b’aktar minn magna waħda, issodisfa r-rekwiżiti għal CRI għal ajruplani b’aktar minn magna waħda;

▼B

(ii) għall-ħelikopters b'aktar minn magna waħda, issodisfa r-rekwiżiti għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ TRI.

(h) klassifikazzjonijiet tal-klassi jew tat-tip b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed, minbarra l-ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, sakemm l-FI jissodisfa:

(1) fil-każ tal-ajruplani, il-prerekwiżiti għall-kors ta’ taħriġ ta’ CRI stabbiliti fl-FCL.915.CRI (a) u r-rekwiżiti ta’ FCL.930.CRI u FCL.935;

▼M3

(2) fil-każ tal-ħelikopters, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu FCL.910.TRI (c)(1) u l-prerekwiżiti għall-kors ta’ taħriġ ta’ TRI(H) stabbiliti fil-paragrafu FCL.915.TRI (b)(2).

▼B

(i) ċertifikat ta’ FI, IRI, CRI, STI jew MI sakemm l-FI ikun:

(1) lesta mill-inqas:

(i) fil-każ ta’ FI(S), mill-inqas 50 siegħa jew 150 launch ta’ tagħlim fit-titjir fuq gliders;

(ii) fil-każ ta’ FI(B), mill-inqas 50 siegħa jew 50 tlugħ mill-art ta’ tagħlim fit-titjir fuq blalen tal-arja;

(iii) fil-każijiet l-oħra kollha, 500 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata;

(2) għadda minn valutazzjoni tal-kompetenza skont FCL.935 fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata biex juri lil Eżaminatur tal-Għalliema tat-Titjir (FIE) il-kapaċità li jgħallem għaċ-ċertifikat ta’ FI;

(j) MPL, sakemm l-FI ikun:

(1) għall-fażi tat-titjir ewlenija tat-taħriġ, ikun lesta mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq l-ajruplani, inklużi mill-inqas 200 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir;

(2) għall-fażi bażika tat-taħriġ:

(i) ikollu IR ta’ ajruplan b'aktar minn magna waħda u l-privileġġ li jgħallem għal IR;

(ii) ikollu mill-inqas 1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir f'operazzjonijiet ta’ aktar minn ekwipaġġ wieħed.

(3) fil-każ ta’ FI diġà kkwalifikat biex jgħallem f'korsijiet integrati ATP(A) jew CPL(A)/IR, ir-rekwiżit ta’ (2)(ii) jista' jiġi ssostitwit bit-tlestija ta’ kors ta’ taħriġ strutturat li jkun fih:

(i) kwalifika ta’ MCC;

(ii) l-osservazzjoni ta’ 5 sessjonijiet ta’ tagħlim fit-titjir fil-Fażi 3 ta’ kors ta’ MPL;

(iii) l-osservazzjoni ta’ 5 sessjonijiet ta’ tagħlim fit-titjir fil-Fażi 4 ta’ kors ta’ MPL;

(iv) l-osservazzjoni ta’ 5 sessjonijiet ta’ taħriġ fit-titjir orjentati lejn linja rikorrenti tal-operatur;

(v) il-kontenut tal-kors ta’ għalliem tal-MCCI.

F'dan il-każ, il-FI għandu jwettaq l-ewwel 5 sessjonijiet ta’ għalliem taħt is-sorveljanza ta’ TRI(A), MCCI(A) jew SFI(A) ikkwalifikat għal tagħlim fit-titjir ta’ MPL.

FCL.910.FI    FI – Privileġġi ristretti

(a)

FI għandu jkollu l-privileġġi tiegħu limitati għat-twettiq ta’ tagħlim fit-titjir taħt is-sorveljanza ta’ FI għall-istess kategorija ta’ inġenju tal-ajru maħtur mill-ATO għal dan il-għan, fil-każijiet li ġejjin:

(1) għall-ħruġ tal-PPL, SPL, BPL u LAPL;

(2) fil-korsijiet integrati kollha fil-livell ta’ PPL, fil-każ ta’ ajruplani u ħelikopters;

▼M3

(3) għall-kwalifiki tal-klassi u tat-tip fir-rigward tal-inġenji tal-ajru b’magna waħda u bi bdot wieħed, bl-eċċezzjoni ta' ajruplani kumplessi ta' prestazzjoni li jsuqhom bdot wieħed, l-estensjonijiet tal-klassi u tal-grupp fil-każ ta’ blalen tal-arja u l-estensjonijiet tal-klassi fil-każ ta’ glajders;

▼B

(4) għall-klassifikazzjonijiet ta’ billejl, l-irmunkar jew dawk aerobatiċi.

(b)

Waqt li jwettaq taħriġ taħt sorveljanza, skont (a), FI m'għandux ikollu l-privileġġ li jawtorizza lil bdoti studenti li jwettqu l-ewwel titjiriet waħedhom u l-ewwel titjiriet cross-country waħedhom.

(c)

Il-limitazzjonijiet f'(a) u (b) għandhom jitneħħew miċ-ċertifikat ta’ FI meta FI ikun lesta mill-inqas:

(1) għall-FI(A), 100 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir f'ajruplani jew TMGs u, barra minn hekk ikun issorvelja mill-inqas 25 titjira ta’ studenti waħedhom;

(2) għall-FI(H) 100 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir f'ħelikopters u, barra minn hekk ikun issorvelja mill-inqas 25 eżerċizzju tal-ajru ta’ titjiriet ta’ studenti waħedhom;

(3) għall-FI(As), l-FI(S) u l-FI(B), 15-il siegħa jew 50 tagħlim ta’ titjir bi tlugħ mill-art li jkopru s-sillabu kollu tat-taħriġ għall-ħruġ ta’ PPL(As), SPL jew BPL fil-kategorija tal-inġenji tal-ajru adattata.

FCL.915.FI    FI – Prerekwiżiti

Applikant għal ċertifikat ta’ FI għandu:

(a) fil-każ tal-FI(A) u l-FI(H):

(1) ikun ingħata mill-inqas 10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti fuq il-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata, li minnhom mhux aktar minn 5 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f'FSTD;

(2) ikun lesta mill-inqas 20 siegħa ta’ ħin ta’ titjir cross-country VFR fuq il-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata bħala PIC;

(b) addizzjonalment, għall-FI(A):

(1) ikollu mill-inqas CPL(A);

(2) ikollu mill-inqas PPL(A) u jkun:

(i) issodisfa r-rekwiżiti għall-għarfien teoriku tas-CPL, għajr għal FI(A) li jipprovdi taħriġ għal-LAPL(A) biss, u

(ii) lesta mill-inqas 200 siegħa ta’ ħin tat-titjir fuq ajruplani jew TMGs, li minnhom 150 siegħa bħala PIC;

(3) lesta mill-inqas 30 siegħa fuq ajruplani b'magna waħda bil-pistin li minnhom mill-inqas 5 sigħat għandhom ikunu tlestew matul is-6 xhur li jiġu qabel it-test tat-titjir qabel id-dħul stabbilit fl-FCL.930.FI(a);

(4) lesta titjira cross-country VFR bħala PIC, inkluża titjira ta’ mill-inqas 540 km (300 NM) li matulha għandhom isiru waqfiet sħaħ bi nżul f'2 ajrudromi differenti;

(c) addizzjonalment, għall-FI(H), ikun lesta 250 siegħa ta’ ħin tat-titjir bħala bdot fuq il-ħelikopters li minnhom:

(1) mill-inqas 100 siegħa ħandhom ikunu bħala PIC, jekk l-applikant ikollu mill-inqas CPL(H);

(2) mill-inqas 200 siegħa bħala PIC, jekk l-applikant ikollu mill-inqas PPL(H) u jkun issodisfa r-rekwiżiti għall-għarfien teoriku ta’ CPL;

(d) għal FI(As), ikun lesta 500 siegħa ta’ ħin tat-titjir fuq airships bħala PIC, li minnhom 400 siegħa għandhom ikunu bħala PIC li għandu CPL(As);

▼M3

(e) għal FI(S), ikun lesta 100 siegħa ta’ ħin tat-titjir u 200 lanċament bħala PIC fuq glajders. Addizzjonalment, meta l-applikant jixtieq jipprovdi struzzjoni fit-titjir fuq TMGs, huwa għandu jkun lesta 30 siegħa ta’ ħin tat-titjir bħala PIC fuq TMGs u valutazzjoni tal-kompetenza addizzjonali fuq TMG skont il-paragrafu FCL.935 ma’ FI kkwalifikat skont il-paragrafu FCL.905.FI(i);

▼B

(f) għal FI (B), ikun lesta 75 siegħa ta’ ħin tat-titjir bil-blalen tal-arja bħala PIC, li minnhom mill-inqas 15-il siegħa għandhom ikunu fil-klassi li fuqha se jingħata t-tagħlim fit-titijr.

FCL.930.FI    FI – Kors ta’ taħriġ

(a)

L-applikanti għaċ-ċertifikat ta’ FI għandhom ikunu għaddew minn test tat-titjir qabel id-dħul speċifiku ma’ FI kkwalifikat skont FCL.905.FI (i) fis-6 xhur li jiġu qabel il-bidu tal-kors, biex tkun ivvalutata l-kapaċità tagħhom li jwettqu l-kors. It-test tat-titjir qabel id-dħul għandu jkun ibbażat fuq kontroll tal-profiċjenza għall-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip kif stabbilit fl-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti.

(b)

Il-kors ta’ taħriġ ta’ FI għandu jinkludi:

(1) 25 siegħa ta’ tagħlim mogħti u riċevut;

(2) 

(i) fil-każ ta’ FI (A), (H) u (As), mill-inqas 100 siegħa ta’ tagħlim fl-għarfien teoriku, inklużi t-testijiet tal-progress;

(ii) fil-każ ta’ FI(B) jew FI(S), mill-inqas 30 siegħa ta’ tagħlim fl-għarfien teoriku, inklużi t-testijiet tal-progress;

(3) 

(i) fil-każ ta’ FI (A) u (H), mill-inqas 30 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir, li minnhom 25 siegħa għandhom ikunu tagħlim fit-titjir ma’ bdot ieħor, li minnhom 5 sigħat jistgħu jitwettqu f'FFS, FNPT I jew II jew FTD 2/3;

(ii) fil-każ ta’ FI(As), mill-inqas 20 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir, li minnhom 15-il siegħa għandhom ikunu tagħlim fit-titjir ma’ bdot ieħor;

(iii) fil-każ ta’ FI (S), mill-inqas 6 sigħat jew 20 tlugħ mill-art ta’ tagħlim fit-titjir;

(iv) fil-każ ta’ FI(S) li jipprovdi taħriġ fuq TMGs, mill-inqas 6 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir ma’ bdot ieħor fuq TMG;

▼M3

(v) fil-każ ta’ FI(B), mill-inqas tliet sigħat ta’ struzzjoni dwar it-titjir, li jinkludu tliet sessjonijiet ta' tlugħ.

(4) Meta japplikaw għal ċertifikat tal-FI f'kategorija oħra ta' inġenji tal-ajru, il-bdoti li jkollhom jew li kellhom FI(A), (H) jew (As) għadhom jiġu kkreditati b'55 siegħa biex jissodisfaw ir-rekwiżit fil-punt (b)(2)(i) jew bi 18-il siegħa għar-rekwiżiti fil-punt (b)(2)(ii).

▼B

FCL.940.FI    FI – Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

(a)

Għal validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikat FI, id-detentur għandu jissodisfa 2 mit-3 rekwiżiti li ġejjin:

(1) ilesti:

(i) fil-każ ta’ FI(A) u (H), mill-inqas 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fil-kategorija tal-inġenji tal-ajru adattata matul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat bħala FI, TRI, CRI, IRI, MI jew eżaminatur. Jekk il-privileġġi biex jiġi pprovdut tagħlim għall-IR għandhom jiġu vvalidati mill-ġdid, 10 minn dawn is-sigħat għandhom ikunu tagħlim fit-titjir għal IR u għandhom ikunu tlestew fl-aħħar 12-il xahar li jiġu qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FI;

(ii) fil-każ ta’ FI(As), mill-inqas 20 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir f'airships bħala FI, IRI jew bħala eżaminatur matul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat. Jekk il-privileġġi biex jiġi pprovdut tagħlim għall-IR għandhom jiġu vvalidati mill-ġdid, 10 minn dawn is-sigħat għandhom ikunu tagħlim fit-titjir għal IR u għandhom ikunu tlestew fl-aħħar 12-il xahar li jiġu qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FI;

(iii) fil-każ ta’ FI(S), mill-inqas 30 siegħa jew 60 tlugħ mill-art ta’ tagħlim fit-titjir fi gliders, gliders bil-mutur jew TMGs bħala FI jew bħala eżaminatur matul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat;

(iv) fil-każ ta’ FI(B), mill-inqas 6 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fi blalen tal-arja bħala FI jew bħala eżaminatur matul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat;

(2) jattendi seminar ta’ aġġornament tal-għalliema, fil-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat ta’ FI;

(3) jgħaddi minn valutazzjoni tal-kompetenza skont FCL.935, fit-12-il xahar li jiġu qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FI.

(b)

Għal kull validazzjoni mill-ġdid sussegwenti alternata fil-każ ta’ FI(A) jew FI(H), jew kull tielet validazzjoni mill-ġdid, fil-każ ta’ FI(As), (S) u (B), id-detentur għandu jgħaddi minn valutzzjoni tal-kompetenza skont FCL.935.

(c)

Tiġdid. Jekk iċ-ċertifikat ta’ FI jkun skada, l-applikant għandu, f'perjodu ta’ 12-il xahar qabel it-tiġdid:

(1) jattendi seminar ta’ aġġornament tal-għalliema;

(2) jgħaddi minn valutazzjoni tal-kompetenza skont FCL.935.

TAQSIMA 4

Rekwiżiti speċifiċi għall-għalliem tal-klassifikazzjoni tat-tip - TRI

FCL.905.TRI    TRI – Privileġġi u kundizzjonijiet

Il-privileġġi ta’ TRI huma li jipprovdi tagħlim għal:

▼M3

(a) il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta' EIR jew IR, sakemm it-TRI jkollu IR valida;

▼B

(b) il-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ TRI jew SFI, sakemm id-detentur ikollu 3 snin esperjenza bħala TRI;

(c) fil-każ tat-TRI għal ajruplani bi bdot wieħed:

(1) il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed meta l-applikant jitlob privileġġi biex iħaddem operazzjonijiet bi bdot wieħed.

Il-privileġġi tat-TRI(SPA) jistgħu jkunu estiżi għal tagħlim fit-titjir għal klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed f'operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed, sakemm it-TRI:

(i) ikollu ċertifikat ta’ MCCI;

(ii) ikollu jew kellu ċertifikat ta’ TRI għal ajruplani b'aktar minn bdot wieħed.

(2) il-kors ta’ MPL dwar il-fażi bażika, sakemm huwa għandu l-privileġġi estiżi għal operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed u għandu jew kellu ċertifikat ta’ FI(A) jew IRI(A).

(d) fil-każ tat-TRI għal ajruplani b'aktar minn bdot wieħed:

(1) il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip għal:

(i) ajruplani b'aktar minn bdot wieħed;

(ii) ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed meta l-applikant jitlob privileġġi biex iħaddem operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed;

(2) taħriġ f'MCC;

(3) il-kors ta’ MPL dwar il-fażi bażika, intermedja u avvanzata, sakemm, għall-fażi bażika, huma għandhom jew kellhom ċertifikat ta’ FI(A) jew IRI(A);

(e) fil-każ tat-TRI għall-ħelikopters:

(1) il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip tal-ħelikopters;

(2) taħriġ f'MCC, sakemm huwa jkollu klassifikazzjoni tat-tip għal ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed;

(3) l-estensjoni tal-IR(H) b'magna waħda għal IR(H) b'aktar minn magna waħda.

(f) fil-każ tat-TRI għal inġenji tal-ajru bil-powered-lift:

(1) il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip tal-powered-lift;

(2) taħriġ f'MCC.

FCL.910.TRI    TRI – Privileġġi ristretti

(a)

Ġenerali. Jekk it-taħriġ ta’ TRI jitwettaq f'FFS biss, il-privileġġi tat-TRI għandhom ikunu ristretti għal taħriġ fl-FFS.

F'dan il-każ, it-TRI jista' jwettaq titjir tal-linja taħt sorveljanza, sakemm il-kors ta’ taħriġ ta’ TRI jkun inkluda taħriġ addizzjonali għal dan il-għan.

▼M4

(b)

TRI għal ajruplani u għal inġenji tal-ajru bil-powered-lift — TRI(A) u TRI(PL). Il-privileġġi ta' TRI huma ristretti għat-tip ta' ajruplan jew inġenju tal-ajru bil-powered-lift li fih kienu saru t-taħriġ u l-valutazzjoni tal-kompetenza. Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21, il-privileġġi tat-TRI għandhom ikunu estiżi għal aktar tipi meta t-TRI jkun:

(1) tlesta fi żmien 12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni, mill-inqas 15-il settur tar-rotot, inklużi tlugħ u nżul fuq it-tip ta' inġenju tal-ajru applikabbli, li minnhom 7 setturi jistgħu jitlestew f'FFS;

(2) lesta l-partijiet tat-taħriġ tekniku u t-tagħlim fit-titjir tal-kors ta' TRI rilevanti;

(3) għadda mit-taqsimiet rilevanti tal-valutazzjoni tal-kompetenza skont FCL.935 sabiex juri lil FIE jew TRE kkwalifikat skont is-Subparti K il-kapaċità tiegħu li jipprovdi tagħlim lil bdot sal-livell meħtieġ għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip, inkluż it-tagħlim ta' qabel it-titjir, ta' wara t-titjir u tal-għarfien teoriku.

(c)

TRI għall-ħelikopters - TRI(H).

(1) Il-privileġġi ta' TRI(H) huma ristretti għat-tip ta' ħelikopter li fih sar it-test tal-ħiliet għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta' TRI. Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21, il-privileġġi tat-TRI għandhom ikunu estiżi għal aktar tipi meta t-TRI jkun:

(i) lesta l-parti teknika tat-tip adattata tal-kors ta' TRI fuq it-tip ta' ħelikopter applikabbli jew FSTD li jirrappreżentaw dak it-tip;

(ii) wettaq mill-inqas sagħtejn ta' tagħlim fit-titjir fuq it-tip applikabbli, taħt is-sorveljanza ta' TRI(H) ikkwalifikat b'mod adegwat; u

(iii) għadda mit-taqsimiet rilevanti tal-valutazzjoni tal-kompetenza skont FCL.935 sabiex juri lil FIE jew TRE kkwalifikat skont is-Subparti K il-kapaċità tiegħu li jipprovdi tagħlim lil bdot sal-livell meħtieġ għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip, inkluż it-tagħlim ta' qabel it-titjir, ta' wara t-titjir u tal-għarfien teoriku.

▼B

(2) Qabel ma l-privileġġi ta’ TRI(H) ikunu estiżi minn privileġġi ta’ bdot wieħed għal dawk ta’ aktar minn bdot wieħed fuq l-istess tip ta’ ħelikopter, id-detentur għandu jkollu mill-inqas 100 siegħa f'operazzjonijiet ta’ aktar minn bdot wieħed fuq dan it-tip.

(d)

Minkejja l-paragrafi ta’ hawn fuq, id-detenturi ta’ ċertifikat TRI li nħarġitilhom il-klassifikazzjoni tat-tip skont FCL.725 (e) għandhom ikunu intitolati li jkollhom il-privileġġi TRI tagħhom estiżi għal dak it-tip il-ġdid ta’ inġenji tal-ajru.

FCL.915.TRI    TRI – Prerekwiżiti

Applikant għal ċertifikat ta’ TRI għandu:

(a) ikollu liċenzja ta’ bdot CPL, MPL jew ATPL fil-kategorija ta’ inġenji tal-ajru applikabbli;

(b) għal ċertifikat ta’ TRI(MPA):

(1) ikun lesta 1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ajruplani ta’ aktar minn bdot wieħed;

(2) ikun lesta, fi żmien it-12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni, 30 settur tar-rotot, inklużi tlugħ u nżul, bħala PIC jew kopilota fuq it-tip ta’ ajruplan applikabbli, li minnhom 15-il settur jistgħu jitlestew f'FFS li jirrappreżenta dak it-tip;

(c) għal ċertifikat ta’ TRI(SPA):

(1) ikun lesta, fi żmien it-12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni, 30 settur tar-rotot, inklużi tlugħ u nżul, bħala PIC fuq it-tip ta’ ajruplan applikabbli, li minnhom 15-il settur jistgħu jitlestew f'FFS li jirrappreżenta dak it-tip;

(2) 

(i) ikun lesta mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq l-ajruplani, inklużi 30 siegħa bħala PIC fuq it-tip ta’ ajruplan applikabbli;

(ii) ikollu jew kellu ċertifikat ta’ FI għal ajruplani b'aktar minn magna waħda bil-privileġġi IR(A);

(d) għal TRI(H):

(1) għal ċertifikat ta’ TRI(H) għal ħelikopters b'magna waħda u bi bdot wieħed, ikun lesta 250 siegħa bħala bdot fuq il-ħelikopters;

(2) għal ċertifikat ta’ TRI(H) għal ħelikopters b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed, ikun lesta 500 siegħa bħala bdot fuq il-ħelikopters, inklużi 100 siegħa bħala PIC fuq ħelikopters b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed;

(3) għal ċertifikat ta’ TRI(H) għal ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed, ikun lesta 1 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq il-ħelikopters, inklużi:

(i) 350 siegħa bħala bdot f'ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed;

(ii) għal applikanti li diġà għandhom ċertifikat ta’ TRI(H) għal ħelikopters b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed, 100 siegħa bħala bdot fuq dak it-tip f'operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed.

(4) Id-detenturi ta’ ċertifikat ta’ FI(H) għandhom ikunu kkreditati b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ (1) u (2) fil-ħelikopter bi bdot wieħed rilevanti;

(e) għal TRI(PL):

(1) ikun lesta 1 500 siegħa ta’ ħin tat-titjir bħala bdot fuq ajruplani b'aktar minn bdot wieħed, bil-powered-lift, jew ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed;

(2) ikun lesta, fi żmien it-12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni, 30 settur tar-rotot, inklużi tlugħ u nżul, bħala PIC jew kopilota fuq it-tip tal-powered-lift applikabbli, li minnhom 15-il settur jistgħu jitlestew f'FFS li jirrappreżenta dak it-tip.

FCL.930.TRI    TRI – Kors ta’ taħriġ

(a)

Il-kors ta’ taħriġ ta’ TRI għandu jkun fih, mill-inqas:

(1) 25 siegħa ta’ tagħlim mogħti u riċevut;

(2) 10 sigħat ta’ taħriġ tekniku, inklużi r-reviżjoni tal-għarfien tekniku, it-tħejjija tal-pjanijiet tal-lezzjonijiet u l-iżvilupp tal-ħiliet ta’ tagħlim fil-klassi/f'simulatur;

(3) 5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq l-inġenju tal-ajru adattat jew simulatur li jirrappreżenta lil dak l-inġenju tal-ajru bi bdot wieħed u 10 sigħat għal inġenji tal-ajru b'aktar minn bdot wieħed jew simulatur li jirrappreżenta lil dak l-inġenju tal-ajru.

(b)

L-applikanti li għandhom jew kellhom ċertifikat ta’ għalliem għandhom ikunu kkreditati b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżit ta’ (a)(1).

(c)

Applikant għal ċertifikat ta’ TRI li għandu ċertifikat ta’ SFI għat-tip rilevanti għandu jkun ikkreditat b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ TRI ristrett għal tagħlim fit-titjir f'simulaturi.

FCL.935.TRI    TRI – Valutazzjoni tal-kompetenza

Jekk il-valutazzjoni tal-kompetenza ta’ TRI titwettaq f'FFS, iċ-ċertifikat ta’ TRI għandu jkun ristrett għal tagħlim fit-titjir f'FFS.

Ir-restrizzjoni għandha titneħħa meta t-TRI jkun għadda mill-valutazzjoni tal-kompetenza fuq inġenju tal-ajru.

FCL.940.TRI    TRI – Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

(a)    Validazzjoni mill-ġdid.

(1) Ajruplani. Għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikat ta’ TRI(A), l-applikant għandu, matul l-aħħar 12-il xahar qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat, jissodisfa 1 mit-3 rekwiżiti li ġejjin:

(i) iwettaq waħda mill-partijiet li ġejjin ta’ kors ta’ taħriġ komplut ta’ klassifikazzjoni tat-tip, sessjoni ta’ simulazzjoni ta’ mill-inqas 3 sigħat u eżerċizzju wieħed fl-ajru ta’ mill-inqas siegħa li tinkludi minimu ta’ 2 telgħat u nżulijiet l-art;

(ii) jingħata taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala TRI f'ATO;

(iii) jgħaddi mill-valutazzjoni tal-kompetenza skont FCL.935.

(2) Ħelikopters u powered lift. Għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikat ta’ TRI (H) jew TRI(PL), l-applikant għandu, matul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat ta’ TRI, jissodisfa 2 mit-3 rekwiżiti li ġejjin:

(i) ilesti 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fuq kull wieħed mit-tipi ta’ inġenji tal-ajru li fuqhom għandu l-privileġġi li jipprovdi tagħlim jew f'FSTD li jirrappreżentaw dawk it-tipi, li minnhom mill-inqas 15-il siegħa għandhom ikunu tlestew fl-aħħar 12-il xahar li jiġu qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ TRI.

Fil-każ ta’ TRI(PL), dawn is-sigħat ta’ tagħlim fit-titjir għandhom jittajru bħala TRI jew eżaminatur tal-klassifikazzjoni tat-tip (TRE), jew SFI jew eżaminatur ta’ titjir sintetiku (SFE). Fil-każ ta’ TRI(H), il-ħin ta’ titjir bħala FI, għalliem tal-klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti (IRI), għalliem tat-taħriġ sintetiku (STI) jew bħala kwalunkwe tip ta’ eżaminatur għandu jkun rilevanti għal dan l-għan;

(ii) jingħata taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala TRI f'ATO;

(iii) jgħaddi mill-valutazzjoni tal-kompetenza skont FCL.935.

(3) Għal mill-inqas kull validazzjoni mill-ġdid alternata ta’ ċertifikat ta’ TRI, id-detentur għandu jkun konformi mar-rekwiżit ta’ FCL.935.

(4) Jekk persuna jkollha ċertifikat ta’ TRI fuq aktar minn tip wieħed ta’ inġenju tal-ajru fi ħdan l-istess kategorija, il-valutazzjoni tal-kompetenza mwettqa fuq wieħed minn dawk it-tipi għandha tivvalida mill-ġdid iċ-ċertifikat ta’ TRI għat-tipi l-oħra li għandha fi ħdan l-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru.

(5)  Rekwiżiti speċifiċi għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ TRI(H). TRI(H) li għandu ċertifikat ta’ FI(H) fuq it-tip rilevanti għandu jkollu kreditu sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti f'(a) ta’ hawn fuq. F'dan il-każ, iċ-ċertifikat ta’ TRI(H) se jkun validu sad-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FI(H).

(b)    Tiġdid.

(1) Ajruplani. Jekk iċ-ċertifikat ta’ TRI (A) ikun skada, l-applikant għandu:

(i) ikun lesta fl-aħħar 12-il xahar qabel l-applikazzjoni, mill-inqas 30 settur tar-rotot, li jinkludu tlugħ u nżul fit-tip ta’ ajruplan applikabbli, li minnhom mhux aktar minn 15-il settur għandhom isiru f'simulatur tat-titjir;

(ii) ikun lesta l-partijiet rilevanti ta’ kors ta’ TRI f'ATO approvata;

(iii) ikun wettaq f'kors sħiħ tal-klassifikazzjoni tat-tip mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq it-tip ta’ ajruplan applikabbli taħt is-sorveljanza ta’ TRI(A).

(2) Ħelikopters u powered lift. Jekk iċ-ċertifikat ta’ TRI (H) jew TRI(PL) ikun skada, l-applikant għandu, fi żmien 12-il xahar qabel it-tiġdid:

(i) jingħata taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala TRI f'ATO, liema taħriġ għandu jkopri l-elementi rilevanti tal-kors ta’ taħriġ ta’ TRI;

(ii) jgħaddi minn valutazzjoni tal-kompetenza skont FCL.935 f'kull wieħed mit-tipi ta’ inġenji tal-ajru li għalihom jintalab it-tiġdid tal-privileġġi ta’ tagħlim.

TAQSIMA 5

Rekwiżiti speċifiċi għall-għalliem tal-klassifikazzjoni tat-tip - CRI

FCL.905.CRI    CRI – Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

Il-privileġġi ta’ CRI huma li jipprovdi tagħlim għal:

▼M3

(1) il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ kwalifika tal-klassi jew tat-tip għal ajruplani li jsuqhom bdot wieħed biss ħlief ajruplani ta’ prestazzjoni għolja u b'magna kumplessa li jsuqhom bdot wieħed biss, meta l-privileġġi mitluba mill-applikant huma li jtir f’operazzjonijiet bi bdot wieħed;

▼B

(2) klassifikazzjoni tal-ġbid jew dik ajrubatika għall-kategorija tal-ajruplan, sakemm is-CRI għandu l-klassifikazzjoni rilevanti u jkun wera l-kapaċità li jipprovdi tagħlim għal dik il-klassifikazzjoni lil FI kkwalifikat skont FCL.905.FI(i);

▼M4

(3) estensjoni tal-privileġġi LAPL(A) għal klassi jew varjant ieħor ta' ajruplan.

▼B

(b)

Il-privileġġi ta’ CRI huma ristretti għall-klassi jew it-tip ta’ ajruplan li fih kienet saret il-valutazzjoni tal-kompetenza ta’ għalliem. Il-privileġġi tas-CRI għandhom ikunu estiżi għal aktar klassijiet jew tipi meta s-CRI ikun lesta, fl-aħħar 12-il xahar:

(1) 15-il siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fuq ajruplani tal-klassi jew tat-tip ta’ ajruplan applikabbli;

(2) titjira ta’ taħriġ mill-post tan-naħa tal-lemin taħt is-sorveljanza ta’ CRI ieħor jew FI kkwalifikat għal dik il-klassi jew it-tip li jokkupa l-post tal-bdot l-ieħor.

▼M3

(c)

Applikanti għal CRI għal ajruplani b'aktar minn magna waħda li jkollhom ċertifikat CRI għal ajruplani ta' magna waħda jkunu ssodisfaw il-prerekwiżiti għal CRI stabbilit fil-paragrafu FCL.915.CRI(a) u r-rekwiżiti fil-paragrafi FCL.930.CRI(a)(3) u FCL.935.

▼B

FCL.915.CRI    CRI – Prerekwiżiti

Applikant għal ċertifikat ta’ CRI għandu jkun lesta mill-inqas:

(a) għall-ajruplani b'aktar minn magna waħda:

(1) 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq l-ajruplani;

(2) 30 siegħa bħala PIC fuq il-klassi jew it-tip ta’ ajruplan applikabbli;

(b) għall-ajruplani b'magna waħda:

(1) 300 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq l-ajruplani;

(2) 30 siegħa bħala PIC fuq il-klassi jew it-tip ta’ ajruplan applikabbli.

FCL.930.CRI    CRI – Kors ta’ taħriġ

(a)

Il-kors ta’ taħriġ ta’ CRI għandu jkun fih, mill-inqas:

(1) 25 siegħa ta’ tagħlim mogħti u riċevut;

(2) 10 sigħat ta’ taħriġ tekniku, inklużi r-reviżjoni tal-għarfien tekniku, it-tħejjija tal-pjanijiet tal-lezzjonijiet u l-iżvilupp tal-ħiliet ta’ tagħlim fil-klassi/f'simulatur;

(3) 5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir dwar ajruplani b'aktar minn magna waħda, jew 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir dwar ajruplani b'magna waħda, mogħtija minn FI(A) ikkwalifikat skont FCL.905.FI (i).

(b)

L-applikanti li għandhom jew kellhom ċertifikat ta’ għalliem għandhom ikunu kkreditati b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżit ta’ (a)(1).

FCL.940.CRI    CRI – Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

(a)

Għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikat ta’ CRI, l-applikant għandu, fi żmien it-12-il xahar li jiġu qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ CRI:

(1) iwettaq mill-inqas 10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fl-irwol ta’ CRI. Jekk l-applikant għandu l-privileġġi ta’ CRI fuq ajruplani kemm b'magna waħda kif ukoll b'aktar minn magna waħda, l-10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir għandhom jinqasmu b'mod ugwali bejn l-ajruplani b'magna waħda u l-ajruplani b'aktar minn magna waħda;

(2) jingħata taħriġ ta’ aġġornament bħala CRI f'ATO;

(3) jgħaddi mill-valutazzjoni tal-kompetenza skont FCL.935 għal ajruplani b'aktar minn magna waħda jew ajruplani b'magna waħda, kif ikun rilevanti.

(b)

Għal mill-inqas kull validazzjoni mill-ġdid alternata ta’ ċertifikat ta’ CRI, id-detentur għandu jkun konformi mar-rekwiżit ta’ (a)(3).

(c)

Tiġdid. Jekk iċ-ċertifikat ta’ CRI jkun skada, l-applikant għandu, f'perjodu ta’ 12-il xahar qabel it-tiġdid:

(1) jingħata taħriġ ta’ aġġornament bħala CRI f'ATO;

(2) jgħaddi mill-valutazzjoni tal-kompetenza stabbilita fl-FCL.935.

TAQSIMA 6

Rekwiżiti speċifiċi għal għalliem tal-klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti - IRI

FCL.905.IRI    IRI – Privileġġi u kundizzjonijiet

▼M3

(a)

Il-privileġġi ta' IRI jippermettu li jingħataw istruzzjonijiet għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta' EIR jew IR fil-kategorija ta' inġenji tal-ajru xierqa.

▼B

(b)

Rekwiżiti speċifiċi għall-kors MPL. Biex jipprovdi tagħlim għall-fażi bażika tat-taħriġ fil-kors tal-MPL, l-IRI(A) għandu:

(1) ikollu IR għal ajruplani b'aktar minn magna waħda;

(2) ikun lesta mill-inqas 1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir f'operazzjonijiet ta’ aktar minn ekwipaġġ wieħed.

(3) Fil-każ ta’ IRI diġà kkwalifikat biex jipprovdi tagħlim f'korsijiet integrati ATP(A) jew CPL(A)/IR, ir-rekwiżit ta’ (b)(2) jista' jiġi issostitwit bit-tlestija tal-kors previst fil-paragrafu FCL.905.FI(j)(3).

FCL.915.IRI    IRI – Prerekwiżiti

Applikant għal ċertifikat ta’ IRI għandu:

(a) għal IRI(A):

(1) ikun lesta mill-inqas 800 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR, li minnhom mill-inqas 400 siegħa għandhom ikunu fl-ajruplani;

▼M3

(2) fil-każ tal-applikanti ta’ IRI(A) għal ajruplani b'aktar minn magna waħda, jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi FCL.915.CRI (a), FCL.930.CRI u FCL.935;

▼B

(b) għal IRI(H):

(1) ikun lesta mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR, li minnhom mill-inqas 250 siegħa għandhom ikunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fil-ħelikopters;

(2) fil-każ ta’ applikanti għal IR(H) għal ħelikopters b'aktar minn magna waħda, jissodisfa r-rekwiżiti ta’ FCL.905.FI (g)(3)(ii);

(c) għal IRI(As), ikun lesta mill-inqas 300 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR, li minnhom mill-inqas 100 siegħa għandhom ikunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fl-airships.

FCL.930.IRI    IRI – Kors ta’ taħriġ

(a)

Il-kors ta’ taħriġ għall-IRI għandu jkun fih, mill-inqas:

(1) 25 siegħa ta’ tagħlim mogħti u riċevut;

(2) 10 sigħat ta’ taħriġ tekniku, inklużi r-reviżjoni tal-għarfien teoriku dwar l-istrumenti, it-tħejjija ta’ pjanijiet tal-lezzjonijiet u l-iżvilupp tal-ħiliet ta’ tagħlim fil-klassi;

(3) 

(i) għall-IRI(A), mill-inqas 10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq ajruplan, FFS, FTD 2/3 jew FPNT II. Fil-każ ta’ applikanti li għandhom ċertifikat ta’ FI(A), dawn is-sigħat jitnaqqsu għal 5;

(ii) għall-IRI(H), mill-inqas 10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq ħelikopter, FFS, FTD 2/3 jew FNPT II/III;

(iii) għall-IRI(As), mill-inqas 10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq airship, FFS, FTD 2/3 jew FNPT II.

(b)

Tagħlim fit-titjir għandha tingħata minn FI kkwalifikat skont FCL.905.FI (i).

(c)

L-applikanti li għandhom jew kellhom ċertifikat ta’ għalliem għandhom ikunu kkreditati b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżit ta’ (a)(1).

FCL.940.IRI    IRI – Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

Għall-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ ċertifikat ta’ IRI, id-detentur għandu jissodisfa r-rekwiżiti għall-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ ċertifikat ta’ FI, skont FCL.940.FI.

TAQSIMA 7

Rekwiżiti speċifiċi għall-għalliem ta’ titjir sintetiku - SFI

FCL.905.SFI    SFI – Privileġġi u kundizzjonijiet

Il-privileġġi ta’ SFI huma li jipprovdi tagħlim fit-titjir sintetiku, fi ħdan il-kategorija rilevanti tal-inġenju tal-ajru, għal:

(a) il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ IR, sakemm huwa għandu jew kellu IR fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru rilevanti u lesta kors ta’ taħriġ ta’ IRI;

(b) fil-każ ta’ SFI għal ajruplani bi bdot wieħed:

(1) il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, meta l-applikant jitlob privileġġi biex iħaddem operazzjonijiet bi bdot wieħed.

Il-privileġġi tal-SFI (SPA) jistgħu jkunu estiżi għal tagħlim fit-titjir għal klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed f'operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed, sakemm huwa:

(i) ikollu ċertifikat ta’ MCCI;

(ii) ikollu jew kellu ċertifikat ta’ TRI għal ajruplani b'aktar minn bdot wieħed;

(2) sakemm il-privileġġi tal-SFI(SPA) kienu estiżi għal operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed skont (1):

(i) MCC;

(ii) il-kors ta’ MPL dwar il-fażi bażika;

(c) fil-każ ta’ SFI għal ajruplani b'aktar minn bdot wieħed:

(1) il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip għal:

(i) ajruplani b'aktar minn bdot wieħed;

(ii) ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed meta l-applikant jitlob privileġġi biex iħaddem operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed;

(2) MCC;

(3) il-kors ta’ MPL dwar il-fażi bażika, intermedja u avvanzata, sakemm, għall-fażi bażika, huwa għandu jew kellu ċertifikat ta’ FI(A) jew IRI(A).

(d) fil-każ ta’ SFI għall-ħelikopters:

(1) il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip tal-ħelikopters;

▼M3

(2) taħriġ f’MCC, meta l-SFI ikollu l-privileġġi bi jagħti struzzjoni għal ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed;

▼B

FCL.910.SFI    SFI – Privileġġi Ristretti

Il-privileġġi ta’ SFI għandhom ikunu ristretti għall-FTD 2/3 jew l-FFS tat-tip ta’ inġenji tal-ajru li fih kien sar il-kors ta’ taħriġ ta’ SFI.

Il-privileġġi jistgħu jkunu estiżi għal FSTDs oħra li jirrappreżentaw tipi oħra tal-istess kategorija ta’ inġenju tal-ajru meta d-detentur ikun:

(a) lesta b'mod sodisfaċenti l-kontenut tas-simulatur tal-kors tal-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti;

(b) wettaq fuq kors sħiħ tal-klassifikazzjonijiet tat-tip mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir relatati mad-dmirijiet ta’ SFI fuq it-tip applikabbli taħt is-sorveljanza u għas-sodisfazzjon ta’ TRE kkwalifikat għal dan il-għan.

FCL.915.SFI    SFI Prerekwiżiti

Applikant għal ċertifikat ta’ SFI għandu:

(a) ikollu jew ikun kellu CPL, MPL jew ATPL fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata;

(b) ikun lesta l-kontroll tal-profiċjenza għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip tal-inġenju tal-ajru speċifika f'FFS li jirrappreżenta t-tip applikabbli, fi żmien it-12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni;

(c) addizzjonalment, għal SFI(A) għal ajruplani b'aktar minn bdot wieħed jew SFI(PL), ikollu:

(1) mill-inqas 1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ajruplani ta’ aktar minn bdot wieħed jew bil-powered-lift, kif ikun applikabbli;

(2) lesta, bħala bdot jew osservatur, fi żmien it-12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni, mill-inqas:

(i) 3 setturi tar-rotot fil-kokpit tat-tip ta’ inġenju tal-ajru applikabbli;

(ii) 2 sessjonijiet ta’ simulatur ibbażati fuq it-taħriġ għal titjir orjentat lejn il-linja mwettaq minn ekwipaġġ tat-titjir ikkwalifikat fil-kokpit tat-tip applikabbli. Dawn is-sessjonijiet ta’ simulatur għandhom jinkludu 2 titjiriet ta’ mill-inqas sagħtejn kull waħda bejn 2 ajrudromi differenti u l-ippjanar ta’ qabel it-titjira u d-debriefing assoċjati;

(d) addizzjonalment, għal SFI(A) għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed:

(1) lesta mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fuq ajruplani bi bdot wieħed;

(2) ikollu jew kellu klassifikazzjoni IR(A) ta’ aktar minn magna waħda;

(3) issodisfa r-rekwiżiti f'(c)(2);

(e) addizzjonalment, għal SFI(H), ikun:

(1) lesta, bħala bdot jew osservatur, mill-inqas siegħa ta’ ħin ta’ titjir f'kokpit tat-tip applikabbli, fi żmien it-12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni;

(2) fil-każ ta’ ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed, mill-inqas 1 000 siegħa ta’ esperjenza ta’ titjir bħala bdot fuq il-ħelikopters, inklużi mill-inqas 350 siegħa bħala bdot fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed;

(3) fil-każ ta’ ħelikopters b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed, lesta 500 siegħa bħala bdot tal-ħelikopters, inklużi 100 siegħa bħala PIC fuq ħelikopters b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed;

(4) fil-każ ta’ ħelikopters b'magna waħda u bi bdot wieħed, lesta 250 siegħa bħala bdot fuq il-ħelikopters.

FCL.930.SFI    SFI – Kors ta’ taħriġ

(a)

Il-kors ta’ taħriġ għall-SFI għandu jinkludi:

(1) il-kontenut FSTD tal-kors tal-klassifikazzjoni tat-tip applikabbli;

(2) il-kontenut tal-kors ta’ taħriġ ta’ TRI.

(b)

Applikant għal ċertifikat ta’ SFI li għandu ċertifikat ta’ TRI għat-tip rilevanti għandu jkun ikkreditat b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu.

FCL.940.SFI    SFI – Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

(a)

Validazzjoni mill-ġdid. Għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikat ta’ SFI, l-applikant għandu, matul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat ta’ SFI, jissodisfa 2 mit-3 rekwiżiti li ġejjin:

(1) jikkompleta 50 siegħa bħala għalliem jew eżaminatur f'FSTDs, li minnhom mill-inqas 15-il siegħa għandhom ikunu fl-aħħar 12-il xahar li jiġu qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat SFI;

(2) jingħata taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala SFI f'ATO;

(3) jgħaddi mit-taqsimiet rilevanti tal-valutazzjoni tal-kompetenza skont l-FCL.935;

(b)

Addizzjonalment, l-applikant għandu jkun ikkompleta, f'FFS, il-kontrolli tal-profiċjenza għall-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ inġenji tal-ajru speċifiċi li jirrappreżentaw it-tipi li għalihom ikollu privileġġi.

(c)

Għal mill-inqas kull validazzjoni mill-ġdid alternata ta’ ċertifikat ta’ SFI, id-detentur għandu jkun konformi mar-rekwiżit ta’ (a)(3).

(d)

Tiġdid. Jekk iċ-ċertifikat ta’ SFI ikun skada, l-applikant għandu, fil-perjodu ta’ 12-il xahar ta’ qabel l-applikazzjoni:

(1) jikkompleta l-kontenut tas-simulatur tal-kors ta’ taħriġ ta’ SFI;

(2) jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati f'(a)(2) u (3).

TAQSIMA 8

Rekwiżit speċifiċi għal għalliem tal-kooperazzjoni bejn aktar minn ekwipaġġ wieħed - MCCI

FCL.905.MCCI    MCCI – Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

Il-privileġġi ta’ MCCI huma li jwettaq it-tagħlim fit-titjir matul:

(1) il-parti prattika tal-korsijiet tal-MCC meta ma jkunux ikkombinati mat-taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip;

(2) fil-każ ta’ MCCI(A), il-fażi bażika tal-kors ta’ taħriġ integrat ta’ MPL, sakemm huwa jkollu jew kellu ċertifikat ta’ FI(A) jew IRI(A).

FCL.910.MCCI    MCCI – Privileġġi Ristretti

Il-privileġġi tad-detentur ta’ ċertifikat MCCI għandhom ikunu ristretti għall-FNPT II/III MCC, FTD 2/3 jew FFS li fih ikun ittieħed il-kors ta’ taħriġ f'MCCI.

Il-privileġġi jistgħu jkunu estiżi għal FSTDs oħra li jirrappreżentaw tipi oħra ta’ inġenji tal-ajru meta d-detentur ikun ikkompleta t-taħriġ prattiku tal-kors tal-MCCI fuq dak it-tip ta’ FNPT II/III MCC, FTD 2/3 jew FFS.

FCL.915.MCCI    MCCI – Prerekwiżiti

Applikant għal ċertifikat ta’ MCCI għandu:

(a) ikollu jew ikun kellu CPL, MPL jew ATPL fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata;

(b) ikollu mill-inqas:

▼M3

(1) fil-każ ta’ ajruplani, airships u inġenji tal-ajru bil-powered-lift, 1 500 siegħa ta’ esperjenza fit-tajran bħala bdot fuq operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed;

▼B

(2) fil-każ ta’ ħelikopters, 1 000 siegħa ta’ esperjenza fit-titjir bħala bdot f'operazzjonijiet ta’ aktar minn ekwipaġġ wieħed, li minnhom mill-inqas 350 siegħa fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed.

FCL.930.MCCI    MCCI – Kors ta’ taħriġ

(a)

Il-kors ta’ taħriġ għall-MCCI għandu jkun fih, mill-inqas:

(1) 25 siegħa ta’ tagħlim mogħti u riċevut;

(2) taħriġ tekniku relatat mat-tip ta’ FSTD fejn l-applikant ikun jixtieq jgħallem;

(3) 3 sigħat ta’ tagħlim prattiku, li jistgħu jkunu tagħlim fit-titjir jew tagħlim fl-MCC dwar FNPT II/III MCC, FTD 2/3 jew FFS rilevanti, taħt is-sorveljanza ta’ TRI, SFI jew MCCI maħtur mill-ATO għal dak l-għan. Dawn is-sigħat ta’ tagħlim fit-titjir taħt sorveljanza għandhom jinkludu l-valutazzjoni tal-kompetenza tal-applikant kif deskritt fl-FCL.920.

(b)

L-applikanti li għandhom jew kellhom ċertifikat ta’ FI, TRI, CRI, IRI jew SFI għandhom ikunu kkreditati b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżit ta’ (a)(1).

FCL.940.MCCI    MCCI – Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

(a)

Għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikat ta’ MCCI, l-applikant għandu jkun ikkompleta r-rekwiżiti tal-FCL.930.MCCI (a)(3) dwar it-tip rilevanti ta’ FNPT II/III, FTD 2/3 jew FFS, fl-aħħar 12-il xahar tal-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat ta’ MCCI.

(b)

Tiġdid. Jekk iċ-ċertifikat MCCI jkun skada, l-applikant għandu jikkompleta r-rekwiżiti tal-FCL.930.MCCI (a)(2) u (3) dwar it-tip rilevanti ta’ FNPT II/III MCC, FTD 2/3 jew FFS.

TAQSIMA 9

Rekwiżiti speċifiċi għal għalliem tat-taħriġ sintetiku - STI

FCL.905.STI    STI – Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

Il-privileġġi ta’ STI huma li jiprpovdi tagħlim fit-titjir sintetiku fil-kategorija adattata tal-inġenju tal-ajru bl-iskop ta':

(1) ħruġ ta’ liċenzja;

(2) ħruġ, validazzjoni mill-ġdid jew tiġdid ta’ IR u klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għal inġenji tal-ajru bi bdot wieħed, minbarra għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed.

(b)

Privileġġi addizzjonali għall-STI(A). Il-privileġġi ta’ STI(A) għandhom jinkludu t-tagħlim fit-titjir sintetiku matul it-taħriġ fil-ħiliet ewlenin tat-titjir tal-kors ta’ taħriġ integrat tal-MPL.

FCL.910.STI    STI – Privileġġi Ristretti

Il-privileġġi ta’ STI għandhom ikunu ristretti għall-FNPT II/III, l-FTD 2/3 jew l-FFS li fih ikun ittieħed il-kors ta’ taħriġ ta’ STI.

Il-privileġġi jistgħu jiġu estiżi għal FSTDs oħra li jirrappreżentaw tipi ulterjuri ta’ inġenji tal-ajru meta d-detentur ikun:

(a) ikkompleta l-kontenut tal-FFS tal-kors tat-TRI dwar it-tip applikabbli;

(b) għadda mill-kontroll tal-profiċjenza għall-klassifikazzjoni tat-tip tal-inġenju tal-ajru speċifiku f'FFS tat-tip applikabbli, fi żmien it-12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni;

(c) wettaq, f'kors tal-klassifikazzjoni tat-tip, mill-inqas sessjoni FSTD waħda relatata mad-dmirijiet ta’ STI b'tul ta’ ħin minimu ta’ 3 sigħat fuq it-tip applikabbli ta’ inġenju tal-ajru, taħt is-sorveljanza ta’ eżaminatur tal-għalliema tat-titjir (FIE).

FCL.915.STI    STI – Prerekwiżiti

Applikant għal ċertifikat ta’ STI għandu:

(a) ikollu, jew ikun kellu, fl-aħħar 3 snin qabel l-applikazzjoni, liċenzja ta’ bdot u privileġġi ta’ tagħlim adattati għall-korsijiet li għalihom ikun intiż it-tagħlim;

(b) ikun lesta f'FNPT il-kontroll tal-profiċjenza rilevanti għall-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip, fi żmien it-12-il xahar ta’ qabel l-applikazzjoni.

Applikant għal STI(A) li jixtieq jgħallem fuq il-BITDs biss għandu jikkompleta biss l-eżerċizzji adattati għal test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ PPL(A);

(c) barra minn hekk, għal STI(H), ikun ikkompleta mill-inqas siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala osservatur fil-kokpit tat-tip applikabbli ta’ ħelikopter, fit-12-il xahar ta’ qabel l-applikazzjoni.

FCL.930.STI    STI – Kors ta’ taħriġ

(a)

Il-kors ta’ taħriġ għall-STI għandu jinkludi mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir relatat mad-dmirijiet ta’ STI f'FFS, FTD 2/3 jew FNPT II/III, taħt is-sorveljanza ta’ FIE. Dawn is-sigħat ta’ tagħlim fit-titjir taħt sorveljanza għandhom jinkludu l-valutazzjoni tal-kompetenza tal-applikant kif deskritt fl-FCL.920.

L-applikanti għal STI(A) li jkunu jixtiequ jgħallmu fuq BITD biss għandhom jikkompletaw it-tagħlim fit-titjir fuq BITD.

(b)

Għall-applikanti għal STI(H), il-kors għandu jinkludi wkoll il-kontenut dwar l-FFS tal-kors ta’ TRI applikabbli.

FCL.940.STI    Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid ta’ ċertifikat ta’ STI

(a)

Validazzjoni mill-ġdid. Għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikat ta’ STI, l-applikant għandu jkun, fl-aħħar 12-il xahar tal-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat ta’ STI:

(1) wettaq mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir f'FFS jew FNPT II/III jew BITD, bħala parti minn kors sħiħ ta’ CPL, IR, PPL jew tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip;

(2) għadda, fl-FFS, l-FTD 2/3 jew l-FNPT II/III li fihom is-soltu jitwettaq it-tagħlim fit-titjir, mit-taqsimiet applikabbli tal-kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti għall-klassi jew it-tip ta’ inġenju tal-ajru adattat.

Għal STI(A) li jgħallem fuq BITDs biss, il-kontroll tal-profiċjenza għandu jinkludi biss l-eżerċizzji adattati għal test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ PPL(A).

(b)

Tiġdid. Jekk iċ-ċertifikat ta’ STI jkun skada, l-applikant għandu:

(1) jingħata taħriġ ta’ aġġornament bħala STI f'ATO;

(2) jgħaddi, fl-FFS, l-FTD 2/3 jew l-FNPT II/III li fihom is-soltu jitwettaq it-tagħlim fit-titjir, mit-taqsimiet applikabbli tal-kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti għall-klassi jew it-tip tal-inġenju tal-ajru adattat.

Għal STI(A) li jgħallem fuq BITDs biss, il-kontroll tal-profiċjenza għandu jinkludi biss l-eżerċizzji adattati għal test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ PPL(A).

(3) iwettaq, f'kors sħiħ ta’ CPL, IR, PPL jew ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip, mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir taħt is-sorveljanza ta’ FI, CRI(A), IRI jew TRI(H) maħtura mill-ATO għal dan l-għan. Mill-inqas siegħa ta’ tagħlim fit-titjir għandha tiġi sorveljata minn FIE(A).

TAQSIMA 10

Għalliem tal-klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji - MI

FCL.905.MI    MI – privileġġi u kundizzjonijiet

Il-privileġġi ta’ MI huma li jipprovdi tagħlim fit-titjir għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji.

FCL.915.MI    MI – Prerekwiżiti

Applikant għal ċertifikat ta’ MI għandu:

(a) ikollu ċertifikat ta’ FI, CRI, jew TRI, bi privileġġi għall-ajruplani bi bdot wieħed;

(b) ikollu klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji.

FCL.930.MI    MI – Kors ta’ taħriġ

(a)

Il-kors ta’ taħriġ għall-MI għandu jinkludi l-valutazzjoni tal-kompetenza tal-applikant kif deskritt fl-FCL.920.

(b)

Qabel jattendu l-kors, l-applikanti għandhom ikunu għaddew minn test tat-titjira ta’ qabel id-dħul ma’ MI li jkollu ċertifikat ta’ FI biex tiġi vvalutata l-esperjenza u l-kapaċità tagħhom li jwettqu l-kors ta’ taħriġ.

▼M3

FCL.940.MI    Validità taċ-ċertifikat ta’ MI

Iċ-ċertifikat ta’ MI huwa validu sakemm iċ-ċertifikat ta’ FI, TRI jew CRI jkun validu.

▼B

TAQSIMA 11

Rekwiżiti speċifiċi għal għalliem tat-testijiet tat-titjira - FTI

FCL.905.FTI    FTI – Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

Il-privileġġi ta’ għalliem tat-testijiet fuq titjira (FTI) huma li jgħallem, fi ħdan il-kategorija tal-inġenji tal-ajru adattata, bl-iskop ta':

(1) il-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tat-testijiet tat-titjira tal-kategorija 1 jew 2, sakemm ikun detentur tal-kategorija rilevanti tal-klassifikazzjoni tat-testijiet tat-titjira;

(2) il-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ FTI, fi ħdan il-kategorija rilevanti tal-klassifikazzjoni tat-testijiet tat-titjira, sakemm l-għalliem ikollu mill-inqas sentejn esperjenza fit-tagħlim għall-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tat-testijiet tat-titjira.

(b)

Il-privileġġi ta’ FTI detentur ta’ klassifikazzjoni tat-testijiet tat-titjira tal-kategorija 1 jinkludu l-provvista ta’ tagħlim fit-titjir anke fir-rigward tal-klassifikazzjonijiet tat-testijiet fuq titjira tal-kategorija 2.

FCL.915.FTI    FTI – Prerekwiżiti

Applikant għal ċertifikat ta’ FTI għandu:

(a) ikollu klassifikazzjoni tat-testijiet tat-titjira maħruġa skont l-FCL.820;

(b) ikun ikkompleta mill-inqas 200 siegħa tat-testijiet tat-titjira tal-kategorija 1 jew 2.

FCL.930.FTI    FTI – Kors ta’ taħriġ

(a)

Il-kors ta’ taħriġ għall-FTI għandu jkun fih, mill-inqas:

(1) 25 siegħa ta’ tagħlim mogħti u riċevut;

(2) 10 sigħat ta’ taħriġ tekniku, inklużi r-reviżjoni tal-għarfien tekniku, it-tħejjija tal-pjanijiet tal-lezzjonijiet u l-iżvilupp tal-ħiliet ta’ tagħlim fil-klassi/f'simulatur;

(3) 5 sigħat ta’ tagħlim prattiku fit-titjir taħt is-sorveljanza ta’ FTI kkwalifikat skont l-FCL.905.FTI (b). Dawn is-sigħat ta’ tagħlim fit-titjir għandhom jinkludu l-valutazzjoni tal-kompetenza tal-applikant, kif deskritt fl-FCL.920.

(b)

L-ikkreditar

(1) L-applikanti li għandhom jew kellhom ċertifikat ta’ għalliem għandhom ikunu kkreditati b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżit ta’ (a)(1).

(2) Barra minn hekk, l-applikanti li għandhom jew kellhom ċertifikat ta’ FI jew ta’ TRI fil-kategorija tal-inġenji tal-ajru rilevanti għandhom ikunu kkreditati b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ (a)(2).

FCL.940.FTI    FTI – Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

(a)

Validazzjoni mill-ġdid. Għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikat ta’ FTI, l-applikant għandu, matul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat ta’ FTI, jissodisfa wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(1) jikkompleta mill-inqas:

(i) 50 siegħa ta’ testijiet tat-titjira, li minnhom mill-inqas 15-il siegħa għandhom ikunu fl-aħħar 12-il xahar ta’ qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FTI;

(ii) 5 sigħat ta’ tagħlim dwar it-testijiet tat-titjira fl-aħħar 12-il xahar ta’ qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FTI; jew

(2) jingħata taħriġ ta’ aġġornament bħala FTI f'ATO. It-taħriġ ta’ aġġornament għandu jkun ibbażat fuq l-element ta’ tagħlim prattiku fit-titjir tal-kors ta’ taħriġ ta’ FTI, skont l-FCL.930.FTI (a)(3), u jinkludi mill-inqas siegħa ta’ titjira ta’ tagħlim taħt is-sorveljanza ta’ FTI kkwalifikat skont l-FCL.905.FTI (b).

(b)

Tiġdid. Jekk iċ-ċertifikat ta’ FTI ikun skada, l-applikant għandu jingħata taħriġ ta’ aġġornament bħala FTI f'ATO. It-taħriġ ta’ aġġornament għandu jkun konformi mill-inqas mar-rekwiżiti tal-FCL.930.FTI (a)(3).

SUBPARTI K

EŻAMINATURI

TAQSIMA 1

Rekwiżiti komuni

FCL.1000    Ċertifikati ta’ eżaminatur

(a)

Ġenerali. Id-detenturi ta’ ċertifikat ta’ eżamintaur għandu:

(1) ikollhom liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat ekwivalenti għal dawk li għalihom huma awtorizzati jwettqu testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza u l-privileġġ li jgħallmu għalihom;

(2) ikunu kkwalifikati li jaġixxu bħala PIC fuq l-inġenji tal-ajru matul test tal-ħiliet, kontroll tal-profiċjenza jew valutazzjoni tal-kompetenza meta dawn jitwettqu fuq l-inġenju tal-ajru.

(b)

Kundizzjonijiet speċjali

(1) Fil-każ tal-introduzzjoni ta’ inġenji tal-ajru ġodda fl-Istati Membri jew fil-flotta ta’ operatur, meta l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'din is-Subparti ma tkunx possibbli, l-awtorità kompetenti tista' toħroġ ċertifikat speċifiku li jagħti privileġġi għat-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza. Dan iċ-ċertifikat għandu jkun limitat għat-testijiet tal-ħiliet u l-kontrolli tal-profiċjenza meħtieġa għall-introduzzjoni tat-tip ġdid ta’ inġenju tal-ajru u l-validità tiegħu m'għandhiex, fi kwalunkwe każ, taqbeż sena.

(2) Id-detenturi ta’ ċertifikat maħruġ f'konformità ma’ (b)(1) li jkunu jixtiequ japplikaw għal ċertifikat ta’ eżaminatur għandhom jikkonformaw mal-prerekwiżiti u r-rekwiżiti tal-validazzjoni mill-ġdid għal dik il-kategorija ta’ eżaminatur.

(c)

Eżami barra mit-territorju tal-Istati Membri

(1) Minkejja l-paragrafu (a), fil-każ tat-testijiet tal-ħiliet u tal-kontrolli tal-profiċjenza pprovduti f'ATO li jinsab barra mit-territorju tal-Istati Membri, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tista' toħroġ ċertifikat ta’ eżaminatur lil applikant li jkollu liċenzja ta’ bdot maħruġa minn pajjiż terz f'konformità mal-Anness 1 tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), sakemm l-applikant:

(i) ikollu mill-inqas liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat ekwivalenti għal dawk li għalihom huma awtorizzati jwettqu testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza, u fi kwalunkwe każ, mill-inqas CPL.

(ii) jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f'din is-Subparti għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ eżaminatur rilevanti;

(iii) juri lill-awtorità kompetenti li għandu livell adegwat ta’ għarfien tar-regoli tas-sikurezza tal-avjazzjoni Ewropea biex ikun jista' jeżerċita l-privileġġi tal-eżaminatur f'konformità ma’ din il-Parti.

(2) Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu (1) għandu jkun limitat għall-provvista ta’ testijiet tal-ħiliet u t-testijiet/kontrolli tal-profiċjenza:

(i) barra mit-territorju tal-Istati Membri;

(ii) lill-bdoti li jkollhom biżżejjed għarfien tal-lingwa li biha jsir it-test/il-kontroll.

FCL.1005    Limitazzjoni tal-privileġġi fil-każ ta’ interessi partikolari

L-eżaminaturi m'għandhomx iwettqu:

(a) testijiet tal-ħiliet jew valutazzjonijiet tal-kompetenza ta’ applikanti għall-ħruġ ta’ liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat:

▼M4

(1) li lilhom ikunu pprovdew aktar minn 25 % tat-tagħlim fit-titjir rikjest għal-liċenzja, il-klassifikazzjoni jew iċ-ċertifikat li għalihom ikunu qed isiru t-test tal-ħiliet jew il-valutazzjoni tal-kompetenza; jew

▼B

(2) meta huma stess ikunu rrakkomandawlhom li jagħmlu t-test tal-ħiliet, skont l-FCL.030 (b);

(b) testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza kull meta jħossu li l-oġġettività tagħhom tista' tiġi affettwata.

FCL.1010    Prerekwiżiti għall-eżaminaturi

L-applikanti għal ċertifikat ta’ eżaminatur għandhom juru:

(a) l-għarfien, it-taħriġ u l-esperjenza xierqa rilevanti relatati mal-privileġġi ta’ eżaminatur;

(b) li ma ġew soġġetti għal ebda sanzjonijiet, inklużi s-sospensjoni, il-limitazzjoni jew ir-revoka ta’ kwalunkwe waħda/wieħed mil-liċenzji, klassifikazzjonijiet jew ċertifikat tagħhom maħruġa skont din il-Parti, minħabba nuqqas ta’ konformità mar-Regolament Bażiku u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu matul l-aħħar 3 snin.

FCL.1015    Standardizzazzjoni tal-eżaminaturi

(a)

L-applikanti għal ċertifikat ta’ eżaminatur għandhom jagħmlu kors ta’ standardizzazzjoni pprovdut mill-awtorità kompetenti jew minn ATO u approvat mill-awtorità kompetenti.

(b)

Il-kors ta’ standardizzazzjoni għandu jikkonsisti minn tagħlim teoriku u prattiku u għandu jinkludi, mill-inqas:

(1) it-twettiq ta’ 2 testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza għal-liċenzji, il-klassifikazzjonijiet jew iċ-ċertifikati li għalihom l-applikant jixtieq il-privileġġ li jwettaq testijiet u kontrolli;

(2) tagħlim fuq ir-rekwiżiti applikabbli f'din il-parti u r-rekwiżiti applikabbli tal-operazzjonijiet tal-ajru, it-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza u valutazzjonijiet tal-kompetenza, u d-dokumentazzjoni u r-rappurtaġġ tagħhom;

(3) briefing dwar il-proċeduri amministrattivi nazzjonali, ir-rekwiżiti għall-protezzjoni tad-dejta personali, ir-responsabbiltà, l-assigurazzjoni għall-inċidenti u t-tariffi;

▼M3

(4) briefing dwar il-ħtieġa ta’ reviżjoni u l-applikazzjoni tal-elementi fil-punt (3) filwaqt li jitwettqu t-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza jew il-valutazzjonijiet tal-kompetenza ta’ applikant li għalihom l-awtorità kompetenti ma tkunx l-istess waħda li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tal-eżaminatur; u

(5) struzzjoni dwar kif wieħed għandu jaċċessa dawn il-proċeduri u r-rekwiżiti nazzjonali ta’ awtoritajiet kompetenti oħra meta meħtieġa.

▼M3

(c)

id-detenturi ta’ ċertifikat ta' eżaminaturi m’għandhomx iwettqu testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza ta’ applikant li għalihom l-awtorità kompetenti ma tkunx l-istess waħda li tkun ħarġet iċ-ċertifikat ta’ eżaminatur, sakemm huma jkunu rrevedew l-aħħar informazzjoni disponibbli li jkun fiha l-proċeduri nazzjonali rilevanti tal-awtorità kompetenti tal-applikant.

▼B

FCL.1020    Valutazzjoni tal-kompetenza tal-eżaminaturi

L-applikanti għal ċertifikat ta’ eżaminatur għandhom juru l-kompetenza tagħhom lil spettur mill-awtorità kompetenti jew eżaminatur aktar esperjenzat awtorizzat speċifikament biex jagħmel dan mill-awtorità kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikat tal-eżaminatur permezz tat-twettiq ta’ test tal-ħiliet, kontroll tal-profiċjenza jew valutazzjoni tal-kompetenza fir-rwol ta’ eżaminatur li għalih jintalbu l-privileġġi, inklużi l-briefing, it-twettiq ta’ test tal-ħiliet, kontroll tal-profiċjenza jew valutazzjoni tal-kompetenza, u valutazzjoni tal-persuna li lilha jsirilha t-test, il-kontroll jew il-valutazzjoni, id-debriefing u r-reġistrazzjoni tad-dokumentazzjoni.

FCL.1025    Validità, validazzjoni mill-ġdid u tiġdid taċ-ċertifikati ta’ eżaminatur

(a)

Validità. Ċertifikat ta’ eżaminatur għandu jkun validu għal 3 snin.

(b)

Validazzjoni mill-ġdid. Ċertifikat ta’ eżaminatur għandu jiġi vvalidat mill-ġdid meta d-detentur ikun, matul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat:

(1) wettaq mill-inqas 2 testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza kull sena;

(2) attenda seminar ta’ aġġornament tal-eżaminaturi pprovdut mill-awtorità kompetenti jew minn ATO u approvat mill-awtorità kompetenti, matul l-aħħar sena tal-perjodu ta’ validità.

(3) Wieħed mit-testijiet tal-ħiliet jew mill-kontrolli tal-profiċjenza kkompletat matul l-aħħar sena tal-perjodu ta’ validità skont (1) għandu jkun ġie vvalutat minn spettur mill-awtorità kompetenti jew minn eżaminatur aktar esperjenzat awtorizzat speċifikament biex jagħmel dan mill-awtorità kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikat tal-eżaminatur.

(4) Meta l-applikant għall-validazzjoni mill-ġdid ikollu privileġġi għal aktar minn kategorija waħda ta’ eżaminatur, validazzjoni mill-ġdid ikkombinata tal-privileġġi kollha ta’ eżaminatur tista' tinkiseb meta l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti f'(b)(1) u (2) u fl-FCL.1020 għal waħda mill-kategoriji ta’ ċertifikat ta’ eżaminatur li jkollu, bi ftehim mal-awtorità kompetenti.

(c)

Tiġdid. Jekk iċ-ċertifikat ikun skada, l-applikanti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżti ta’ (b)(2) u FCL.1020 qabel ikunu jistgħu jerġgħu jibdew jeżerċitaw il-privileġġi.

(d)

Ċertifikat ta’ eżaminatur għandu jiġi vvalidat mill-ġdid jew imġedded biss jekk l-applikant juri konformità kontinwa mar-rekwiżiti fl-FCL.1010 u l-FCL.1030.

FCL.1030    Twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza u valutazzjonijiet tal-kompetenza

(a)

Meta jitwettqu t-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza u l-valutazzjonijiet tal-kompetenza, l-eżaminaturi għandhom:

(1) jiżguraw li tista' tiġi stabbilita komunikazzjoni mal-applikant mingħajr ostakoli lingwistiċi;

(2) jivverifikaw li l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti kollha ta’ kwalifika, taħriġ u esperjenza f'din il-Parti għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-liċenzja, il-klassifikazzjoni jew iċ-ċertifikat li għalihom isiru t-test tal-ħiliet, il-kontroll tal-profiċjenza jew il-valutazzjoni tal-kompetenza;

(3) jgħarrfu lill-applikant bil-konsegwenzi li jkun hemm jekk jipprovdi informazzjoni mhux kompluta, mhux preċiża jew falza relatata mat-taħriġ u l-esperjenza tiegħu fit-titjir.

(b)

Wara l-ikkompletar tat-test tal-ħiliet jew tal-kontroll tal-profiċjenza, l-eżaminatur għandu:

(1) jinforma lill-applikant bir-riżultat tat-test. Fil-każ li jgħaddi b'mod parzjali jew jeħel, l-eżaminatur għandu jinforma lill-applikant li huwa ma jistax jeżerċita l-privileġġi tal-klassifikazzjoni qabel ma jkun għadda totalment. L-eżaminatur għandu jagħtih id-dettalji rigward kwalunkwe rekwiżit ta’ taħriġ addizzjonali u jispjega d-dritt ta’ appell tal-applikant;

(2) fil-każ li jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza jew valutazzjoni tal-kompetenza għall-validazzjoni mill-ġdid jew għat-tiġdid, japprova l-liċenzja jew iċ-ċertifikat tal-applikant bid-data ta’ skadenza l-ġdida tal-klassifikazzjoni jew iċ-ċertifikat, jekk ikun awtorizzat speċifikament għal dak il-għan mill-awtorità kompetenti responsabbli għal-liċenzja tal-applikant;

(3) jipprovdi lill-applikant rapport iffirmat dwar it-test tal-ħiliet jew tal-kontroll tal-profiċjenza u jissottometti kopji tar-rapport mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti responsabbli għal-liċenzja tal-applikant, u lill-awtorità kompetenti li ħarġet iċ-ċertifikat ta’ eżaminatur. Ir-rapport għandu jinkludi:

(i) dikjarazzjoni li l-eżaminatur irċieva informazzjoni mingħand l-applikant rigward l-esperjenza u t-tagħlim tiegħu, u sab l-esperjenza u t-tagħlim konformi mar-rekwiżiti applikabbli f'din il-Parti;

(ii) konferma li l-manuvri u l-eżerċizzji kollha meħtieġa ġew ikkompletati, kif ukoll informazzjoni dwar l-eżami verbali tal-għarfien teoriku, fejn applikabbli. Jekk ikun weħel minn xi komponent, l-eżaminatur għandu jniżżel ir-raġunijiet għal din il-valutazzjoni;

(iii) ir-riżultat tat-test, tal-kontroll jew tal-valutazzjoni tal-kompetenza;

▼M3

(iv) dikjarazzjoni li l-eżaminatur ikun irreveda u applika l-proċeduri u r-rekwiżiti nazzjonali tal-awtorità kompetenti tal-applikant jekk l-awtorità kompetenti responsabbli għal-liċenzja tal-applikant ma tkunx l-istess waħda li tkun ħarġet iċ-ċertifikat ta’ eżaminatur;

(v) kopja taċ-ċertifikat tal-eżaminatur li jindika l-ambitu tal-privileġġi tiegħu bħala eżaminatur fil-każ ta’ testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza ta’ applikant li għalihom l-awtorità kompetenti ma tkunx l-istess waħda li tkun ħarġet iċ-ċertifikat ta’ eżaminatur.

▼B

(c)

L-eżaminaturi għandhom iżommu r-rekords għal 5 snin bid-dettalji tat-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza u l-valutazzjonijiet tal-kompetenza kollha mwettqa u r-riżultati tagħhom.

(d)

Fuq talba mill-awtorità kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikat ta’ eżaminatur, jew l-awtorità kompetenti responsabbli għal-liċenzja tal-applikant, l-eżaminaturi għandhom jissottomettu r-rekords u r-rapporti kollha, u kwalunkwe informazzjoni oħra, kif meħtieġ għall-attivitajiet ta’ sorveljanza.

TAQSIMA 2

Rekwiżiti speċifiċi għal eżaminaturi tat-titjir - FE

FCL.1005.FE    FE – Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

FE(A). Il-privileġġi ta’ FE għall-ajruplani huma li jwettaq:

(1) testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ tal-PPL(A) u testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għal klassifikazzjonijiet assoċjati tal-klassi u tat-tip bi bdot wieħed, minbarra għall-ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta mill-inqas 1 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ajruplani jew TMGs, inklużi mill-inqas 250 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir;

(2) testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ tas-CPL(A) u testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għal klassifikazzjonijiet assoċjati tal-klassi u tat-tip bi bdot wieħed, minbarra għall-ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta mill-inqas 2 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ajruplani jew TMGs, inklużi mill-inqas 250 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir;

(3) testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għal-LAPL(A), sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ajruplani jew TMGs, inklużi mill-inqas 100 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir;

(4) testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji, sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ajruplani jew TMGs, inklużi mill-inqas 500 telgħa u nżul l-art ta’ tagħlim fit-titjir għall-klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji;

▼M3

(5) kontroll tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-EIRs, sakemm l-FE ikun lesta mill-anqas 1 500 siegħa bħala bdot fuq ajruplani u jikkonforma mar-rekwiżiti fil-paragrafu FCL.1010.IRE(a)(2).

▼B

(b)

FE(H). Il-privileġġi ta’ FE għall-ħelikopters huma li jwettaq:

(1) testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ tal-PPL(H) u testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għall-klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ħelikopters b'magna waħda bi bdot wieħed imdaħħla f'PPL(H), sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta 1 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ħelikopters, inklużi mill-inqas 250 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir;

(2) testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ tas-CPL(H) u testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għall-klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ħelikopters b'magna waħda bi bdot wieħed imdaħħla f'CPL(H), sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta 2 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ħelikopters, inklużi mill-inqas 250 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir;

(3) testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għall-klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ħelikopters b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed imdaħħla f'PPL(H) jew CPL(H), sakemm l-eżaminatur ikun issodisfa r-rekwiżiti f'(1) jew (2), kif applikabbli, u jkollu CPL(H) jew ATPL(H) u, fejn applikabbli, IR(H);

(4) testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għal-LAPL(H), sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ħelikopters, inklużi mill-inqas 150 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir.

(c)

FE(As). Il-privileġġi ta’ FE għall-airships huma li jwettqu testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ tal-PPL(As) u s-CPL(As) u testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għall-klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ airships assoċjati, sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq airships, inklużi 100 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir.

(d)

FE(S). Il-privileġġi ta’ FE għall-gliders huma li jwettaq:

(1) testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għall-SPL u l-LAPL(S), sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta 300 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq gliders jew gliders bil-mutur, inklużi 150 siegħa jew 300 launch ta’ tagħlim fit-titjir;

(2) kontrolli tal-profiċjenza għall-estensjoni tal-privileġġi tal-SPL għal operazzjonijiet kummerċjali, sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta 300 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq gliders jew gliders bil-mutur, inklużi 90 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir;

▼M3

(3) testijiet tal-ħiliet għall-estensjoni tal-privileġġi tal-SPL jew l-LAPL(S) lit-TMG, sakemm l-eżaminatur ikun lesta 300 siegħa ta' ħin ta' titjir bħala bdot fuq glajders jew glajders bil-mutur, inklużi 50 siegħa ta' struzzjoni fit-titjir fuq TMG;

(4) testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għall-kwalifika tat-tajran fis-sħab, sakemm l-eżaminatur ikun lesta mill-anqas 200 siegħa ta' ħin ta' titjir bħala bdot fuq glajders jew glajders bil-mutur, inkluż mill-anqas ħames sigħat jew 25 titjira ta' struzzjoni fit-titjir għall-kwalifika ta' tajran fis-sħab jew mill-anqas 10 sigħat ta' struzzjoni fit-titjir għall-EIR jew l-IR(A).

▼B

(e)

FE(B). Il-privileġġi ta’ FE għall-blalen tal-arja huma li jwettaq:

(1) testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ tal-BPL u l-LAPL(B) u testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għall-estensjoni tal-privileġġi għal klassi oħra jew grupp ieħor ta’ blalen tal-arja, sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta 250 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq il-blalen tal-arja, inklużi 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir;

(2) kontrolli tal-profiċjenza għall-estensjoni tal-privileġġi tal-BPL għall-operazzjonijiet kummerċjali, sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta 300 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq il-blalen tal-arja, li minnhom 50 siegħa jkunu fl-istess grupp ta’ blalen tal-arja li għalihom tkun qed tintalab l-estensjoni. It-300 siegħa ta’ ħin ta’ titjir għandhom jinkludu 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir.

FCL.1010.FE    FE – Prerekwiżiti

Applikant għal ċertifikat ta’ FE għandu jkollu:

ċertifikat ta’ FI fil-kategorija adegwata tal-inġenju tal-ajru.

TAQSIMA 3

Rekwiżiti speċifiċi għal eżaminaturi tal-klassifikazzjoni tat-tip - TRE

FCL.1005.TRE    TRE – Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

TRE(A) u TRE(PL). Il-privileġġi ta’ TRE għall-ajruplani jew għall-inġenji tal-ajru bil-powered-lift huma li jwettaq:

(1) testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ inizjali tal-klassifikazzjonijiet tat-tip għall-ajruplani jew għall-inġenji tal-ajru bil-powered-lift, kif ikun applikabbli;

▼M3

(2) kontrolli tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-kwalifiki tat-tip, tal-EIR u tal-IR;

▼B

(3) testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ ATPL(A);

(4) testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ MPL, sakemm l-eżaminatur ikun konformi mar-rekwiżiti fl-FCL.925;

(5) valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikat ta’ TRI jew SFI fil-kategorija applikabbli tal-inġenji tal-ajru, sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta mill-inqas 3 snin bħala TRE.

(b)

TRE(H). Il-privileġġi ta’ TRE(H) huma li jwettaq:

(1) testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip tal-ħelikopters;

(2) kontrolli tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid jew għat-tiġdid ta’ IRs, jew għall-estensjoni tal-IR(H) minn ħelikopters b'magna waħda għal ħelikopters b'aktar minn magna waħda, sakemm it-TRE(H) ikollu IR(H) valida;

(3) testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ ATPL(H);

(4) valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikat ta’ TRI(H) jew SFI(H), sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta mill-inqas 3 snin bħala TRE.

FCL.1010.TRE    TRE – Prerekwiżiti

(a)

TRE(A) u TRE(PL). L-applikanti għal ċertifikat ta’ TRE għall-ajruplani u għall-inġenji tal-ajru bil-powered-lift għandhom:

(1) fil-każ ta’ ajruplani jew inġenji tal-ajru bil-powered-lift b'aktar minn bdot wieħed, ikunu kkompletaw 1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti ta’ ajruplani jew inġenji tal-ajru bil-powered-lift b'aktar minn bdot wieħed, jekk applikabbli, li minnhom mill-inqas 500 siegħa għandhom ikunu bħala PIC;

(2) fil-każ tal-ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, ikunu kkompletaw 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti ta’ ajruplani bi bdot wieħed, li minnhom mill-inqas 200 siegħa għandhom ikunu bħala PIC;

(3) ikollhom CPL jew ATPL u ċertifikat ta’ TRI għat-tip applikabbli;

(4) għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat ta’ TRE, ikunu kkompletaw mill-inqas 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir bħala TRI, FI jew SFI fit-tip applikabbli jew f'FSTD li jirrappreżenta dak it-tip.

(b)

TRE(H). L-applikanti għal ċertifikat ta’ TRE(H) għall-ħelikopters għandu:

(1) ikollhom ċertifikat ta’ TRI(H) jew, fil-każ ta’ ħelikopters b'magna waħda bi bdot wieħed, ċertifikat ta’ FI(H) validu, għat-tip applikabbli;

(2) għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat ta’ TRE, ikunu kkompletaw 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir bħala TRI, FI jew SFI fit-tip applikabbli jew f'FSTD li jirrappreżenta dak it-tip;

(3) fil-każ ta’ ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed, ikollhom CPL(H) jew ATPL(H) u jkunu kkompletaw 1 500 siegħa bħala bdoti ta’ ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed, li minnhom mill-inqas 500 siegħa għandhom ikunu bħala PIC;

(4) fil-każ ta’ ħelikopters b'aktar minn magna waħda bi bdot wieħed:

(i) ikunu kkompletaw 1 000 siegħa ta’ titjir bħala bdoti fuq ħelikopters, li minnhom mill-inqas 500 siegħa għandhom ikunu bħala PIC;

(ii) ikollhom CPL(H) jew ATPL(H) u, fejn applikabbli, IR(H) valida;

(5) fil-każ ta’ ħelikopters b'magna waħda bi bdot wieħed:

(i) ikunu kkompletaw 750 siegħa ta’ titjir bħala bdoti fuq ħelikopters, li minnhom mill-inqas 500 siegħa għandhom ikunu bħala PIC;

▼M3

(ii) ikollhom CPL (H) jew ATPL (H).

▼B

(6) Qabel ma l-privileġġi ta’ TRE(H) jiġu estiżi minn privileġġi ta’ aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed għal privileġġi ta’ aktar minn magna waħda u b'aktar minn bdot wieħed fuq l-istess tip ta’ ħelikopter, id-detentur għandu mill-inqas ikollu 100 siegħa f'operazzjonijiet b'aktar minn bdot fuq dan it-tip.

(7) Fil-każ ta’ applikanti għall-ewwel ċertifikat ta’ TRE b'aktar minn magna waħda u b'aktar minn bdot wieħed, l-1 500 siegħa ta’ esperjenza fit-titjir fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed rikjesti f'(b)(3) jistgħu jitqiesu li ġew issodisfati jekk ikunu ġew ikkompletati l-500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fuq ħelikopter b'aktar minn bdot wieħed tal-istess tip.

TAQSIMA 4

Rekwiżiti speċifiċi għal Eżaminatur tal-Klassifikazzjoni tal-Klassi - CRE

FCL.1005.CRE    CRE – Privileġġi

Il-privileġġi ta’ CRE huma li jwettaq, għall-ajruplani bi bdot wieħed, minbarra għall-ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed:

(a) testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip;

(b) kontrolli tal-profiċjenza għal:

(1) il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip;

(2) il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-IRs, sakemm is-CRE jikkonforma mar-rekwiżiti fl-FCL.1010.IRE (a);

▼M3

(3) il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta' EIRs, sakemm is-CRE jkun lesta 1 500 siegħa bħala bdot fuq ajruplani u jikkonforma mar-rekwiżiti fil-paragrafu FCL.1010.IRE(a)(2).

▼M4

(c) testijiet tal-ħiliet għal estensjoni tal-privileġġi LAPL(A) għal klassi jew varjant ieħor ta' ajruplan.

▼B

FCL.1010.CRE    CRE – Prerekwiżiti

Applikanti għal ċertifikat ta’ CRE għandu:

(a) ikollhom jew ikun kellhom CPL(A), MPL(A) jew ATPL(A) bi privileġġi ta’ bdot wieħed u jkollhom PPL(A);

(b) ikollhom ċertifikat ta’ CRI għall-klassi jew it-tip applikabbli;

(c) ikunu kkompletaw 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq l-ajruplani.

TAQSIMA 5

Rekwiżiti speċifiċi għal Eżaminatur tal-Klassifikazzjoni tat-Titjir bl-Istrumenti - IRE

▼M3

FCL.1005.IRE    IRE – Privileġġi

Il-privileġġi tad-detentur ta' ċertifikat tal-IRE huma li jwettaq testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ, u l-kontrolli tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-EIR jew l-IR.

▼B

FCL.1010.IRE    IRE – Prerekwiżiti

(a)

IRE(A). L-applikanti għal ċertifikat ta’ IRE għall-ajruplani għandu jkollhom IRI(A) u jkunu kkompletaw:

(1) 2 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti tal-ajruplani;

(2) 450 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR, li minnhom 250 siegħa għandhom ikunu bħala għalliema.

(b)

IRE(H). L-applikanti għal ċertifikat IRE għall-ħelikopters għandu jkollhom IRI(H) u jkunu kkompletaw:

(1) 2 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti tal-ħelikopters;

(2) 300 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq il-ħelikopters, li minnhom 200 siegħa għandhom ikunu bħala għalliema.

(c)

IRE(As). L-applikanti għal ċertifikat ta’ IRE għall-airships għandu jkollhom IRI(As) u jkunu kkompletaw:

(1) 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq l-airships;

(2) 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-airships, li minnhom 50 siegħa għandhom ikunu bħala għalliema.

TAQSIMA 6

Rekwiżiti speċifiċi għal Eżaminatur ta’ Titjir Sintetiku - SFE

FCL.1005.SFE    SFE – Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

SFE(A) u SFE(PL). Il-privileġġi ta’ SFE fuq l-ajruplani jew inġenji tal-ajru bil-powered-lift huma li jwettaq f'FFS:

(1) testijiet tal-ħiliet jew kontrolli tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani jew inġenji tal-ajru bil-powered-lift b'aktar minn bdot wieħed, kif ikun applikabbli;

(2) kontrolli tal-kompetenza għall-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ IRs, sakemm l-SFE jikkonforma mar-rekwiżiti fl-FCL.1010.IRE għall-kategorija applikabbli tal-inġenju tal-ajru;

(3) testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ ATPL(A);

(4) testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ MPL, sakemm l-eżaminatur ikun konformi mar-rekwiżiti fl-FCL.925;

(5) valutazzjoni tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikat ta’ SFI fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru rilevanti, sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta mill-inqas 3 snin bħala SFE.

(b)

SFE(H). Il-privileġġi ta’ SFE għall-ħelikopters huma li jwettaq f'FFS:

(1) testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip;

(2) kontrolli tal-kompetenza għall-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ IRs, sakemm l-SFE jikkonforma mar-rekwiżiti fl-FCL.1010.IRE (b);

(3) testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ ATPL(H);

(4) testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikat SFI(H), sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta mill-inqas 3 snin bħala SFE.

FCL.1010.SFE    SFE – Prerekwiżiti

(a)

SFE(A). L-applikanti għal ċertifikat ta’ SFE għall-ajruplani għandu:

(1) ikollhom jew ikun kellhom ATPL(A), klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip u ċertifikat ta’ SFI (A) għat-tip ta’ ajruplan applikabbli;

(2) ikollhom mill-inqas 1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq ajruplani b'aktar minn bdot wieħed;

(3) għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat ta’ SFE, ikunu kkompletaw mill-inqas 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir sintetiku bħala SFI(A) fuq it-tip applikabbli.

(b)

SFE(H). L-applikanti għal ċertifikat ta’ SFE għall-ħelikopters għandu:

(1) ikollhom jew ikun kellhom ATPL(H), klassifikazzjoni tat-tip u ċertifikat ta’ SFI(H) għat-tip ta’ ħelikopter applikabbli;

(2) ikollhom mill-inqas 1 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed;

(3) għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat ta’ SFE, ikunu kkompletaw mill-inqas 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir sintetiku bħala SFI(H) fuq it-tip applikabbli.

TAQSIMA 7

Rekwiżiti speċifiċi għal eżaminatur ta’ għalliema tat-titjir - FIE

FCL.1005.FIE    FIE – Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

FIE(A). Il-privileġġi ta’ FIE fuq l-ajruplani huma li jwettaq valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikati għal FI(A), CRI(A), IRI(A) u TRI(A) fuq ajruplani bi bdot wieħed, sakemm ikollu ċ-ċertifikat ta’ għalliem rilevanti.

(b)

FIE(H). Il-privileġġi ta’ FIE fuq il-ħelikopters huma li jwettaq valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikat għal ta’ FI(H), IRI(H) u TRI(H) fuq ħelikopters bi bdot wieħed, sakemm ikollu ċ-ċertifikat ta’ għalliem rilevanti.

(c)

FIE (As), (S), (B). Il-privileġġi ta’ FIE fuq il-gliders, il-gliders bil-mutur, il-blalen tal-arja u l-airships huma li jwettaq valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikati ta’ għalliema fuq il-kategorija tal-inġenji tal-ajru applikabbli, sakemm ikollu ċ-ċertifikat ta’ għalliem rilevanti.

FCL.1010.FIE    FIE – Prerekwiżiti

(a)

FIE(A). L-applikanti għal ċertifikat ta’ FIE għall-ajruplani għandhom

fil-każ ta’ applikanti li jkunu jixtiequ jwettqu valutazzjonijiet tal-kompetenza:

(1) ikollhom iċ-ċertifikat ta’ għalliem rilevanti, kif ikun applikabbli;

(2) ikunu kkompletaw 2 000 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir bħala bdoti fuq ajruplani jew TMGs;

(3) ikollhom mill-inqas 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir li fihom għallmu applikanti għal ċertifikat ta’ għalliem.

(b)

FIE(H). L-applikanti għal ċertifikat ta’ FIE għall-ħelikopters għandhom:

(1) ikollhom iċ-ċertifikat ta’ għalliem rilevanti, kif ikun applikabbli;

(2) ikunu kkompletaw 2 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq il-ħelikopters;

(3) ikollhom mill-inqas 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir li fihom għallmu applikanti għal ċertifikat ta’ għalliem.

(c)

FIE(As). L-applikanti għal ċertifikat ta’ FIE għall-airships għandhom:

(1) ikunu kkompletaw 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq l-airships;

(2) ikollhom mill-inqas 20 siegħa ta’ ħin ta’ titjir li fihom għallmu applikanti għal ċertifikat ta’ FI(AS);

(3) ikollhom iċ-ċertifikat ta’ għalliema rilevanti.

(d)

FIE(S). L-applikanti għal ċertifikat ta’ FIE għall-gliders għandhom:

(1) ikollhom iċ-ċertifikat ta’ għalliem rilevanti;

(2) ikunu kkompletaw 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq gliders jew gliders bil-mutur;

(3) ikunu kkompletaw:

(i) għall-applikanti li jkunu jixtiequ jwettqu valutazzjonijiet tal-kompetenza fuq TMGs, 10 sigħat jew 30 telgħa mill-art li fihom għallmu l-applikanti għal ċertifikat ta’ għalliem f'TMGs;

(ii) fil-każijiet l-oħra kollha, 10 sigħat jew 30 launch li fihom għallmu applikanti għal ċertifikat ta’ għalliem.

(e)

FIE(B). L-applikanti għal ċertifikat ta’ FIE għall-blalen tal-arja għandhom:

(1) ikollhom iċ-ċertifikat ta’ għalliem rilevanti;

(2) ikunu kkompletaw 350 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq il-blalen tal-arja;

(3) ikunu kkompletaw 10 sigħat li fihom għallmu applikanti għal ċertifikat ta’ għalliem.




Appendiċi 1

Ikkreditar tal-għarfien teoriku

▼M4

A.   L-AKKREDITAR TAL-GĦARFIEN TEORIKU GĦALL-ĦRUĠ TA' LIĊENZJA TA' BDOT — STRUZZJONI PONT U REKWIŻITI TAL-EŻAMINAZZJONIJIET

▼B

1.    LAPL, PPL, BPL u SPL

1.1. Għall-ħruġ ta’ LAPL, id-detentur ta’ LAPL f'kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru għandu jkun ikkreditat b'mod sħiħ bl-għarfien teoriku dwar is-suġġetti komuni stabbiliti fl-FCL.120(a).

▼M4

1.2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu ta' hawn fuq, għall-ħruġ ta' LAPL, PPL, BPL jew SPL, id-detentur ta' liċenzja f'kategorija oħra ta' inġenju tal-ajru għandu jingħata tagħlim fl-għarfien teoriku u jgħaddi mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku fil-livell adattat fis-suġġetti li ġejjin:

 Il-Prinċipji tat-Titjir,

 Il-Proċeduri Operattivi,

 Il-Prestazzjoni u l-Ippjanar tat-Titjira,

 Għarfien Ġenerali dwar l-Inġenju tal-Ajru,

 In-navigazzjoni.

▼B

1.3. Għall-ħruġ ta’ PPL, BPL jew SPL, id-detentur ta’ LAPL fl-istess kategorija ta’ inġenju tal-ajru għandu jkun ikkreditat b'mod sħiħ bl-għan li jissodisfa r-rekwiżiti tat-tagħlim u l-eżami tal-għarfien teoriku.

▼M4

1.4. Minkejja l-paragrafu 1.2, għall-ħruġ ta' LAPL(A), id-detentur ta' LAPL(S) b'estensjoni għal TMG għandu juri livell xieraq ta' għarfien teoriku tal-klassi ta' magna waħda bil-pistin skont FCL.135.A(a)(2).

▼B

2.    CPL

2.1. Applikant għal CPL li jkollu CPL f'kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru għandu jkun ingħata tagħlim dwar l-ibriġġjar tal-għarfien teoriku f'kors approvat skont id-differenzi identifikati bejn is-sillabi tas-CPL għal kategoriji ta’ inġenji tal-ajru differenti.

2.2. L-applikant għandu jgħaddi mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku kif iddefinit f'din il-Parti għas-suġġetti li ġejjin fil-kategorija ta’ inġenju tal-ajru adattata:

021 — Għarfien Ġenerali dwar l-Inġenji tal-ajru: Il-Qafas tal-Inġenju tal-Ajru u s-Sistemi, l-Impjant Elettriku, l-Impjant tal-enerġija, l-Apparat ta’ emerġenza,

022 — Għarfien Ġenerali dwar l-Inġenji tal-ajru: L-Istrumentazzjoni,

032/034 — Il-Prestazzjoni fuq l-Ajruplani jew il-Ħelikopters, kif ikun applikabbli,

070 — Il-Proċeduri Operattivi, u

080 — Il-Prinċipji tat-Titjir.

2.3. Applikant għal CPL li jkun għadda mill-eżamijiet teoretiċi rilevanti għal IR fl-istess kategorija ta’ inġenju tal-ajru jiġi kkreditat bl-għan li jissodisfa r-rekwiżiti tal-għarfien teoriku fis-suġġetti li ġejjin:

 Il-Prestazzjoni Umana,

 Il-Meteoroloġija.

3.    ATPL

3.1. Applikant għal ATPL li jkollu ATPL f'kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru għandu jkun ingħata tagħlim dwar l-ibbriġġjar tal-għarfien teoriku f'ATO skont id-differenzi identifikati bejn is-sillabi ta’ ATPL għal kategoriji ta’ inġenji tal-ajru differenti.

▼M3

3.2. L-applikant għandu jgħaddi mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku kif iddefinit f’din il-Parti għas-suġġetti li ġejjin fil-kategorija ta’ inġenju tal-ajru adattata:

021 — Għarfien Ġenerali dwar l-Inġenji tal-ajru: Il-Qafas tal-Inġenju tal-Ajru u s-Sistemi, l-Impjant Elettriku, l-Impjant tal-enerġija, l-Apparat ta’ emerġenza,

022 — Għarfien Ġenerali dwar l-Inġenji tal-ajru: L-Istrumentazzjoni,

032/034 — Il-Prestazzjoni fuq l-Ajruplani jew il-Ħelikopters, kif ikun applikabbli,

070 — Il-Proċeduri Operattivi, u

080 — Il-Prinċipji tat-Titjir.

▼B

3.3. Applikant għal ATPL(A) li jkun għadda mill-eżamijiet teoretiċi rilevanti għal CPL(A) jiġi kkreditat bl-għan li jissodisfa r-rekwiżiti tal-għarfien teoriku fis-suġġett tal-Komunikazzjonijiet VFR.

3.4. Applikant għal ATPL(H) li jkun għadda mill-eżamijiet teoretiċi rilevanti għal CPL(H) jiġi kkreditat bl-għan li jissodisfa r-rekwiżti tal-għarfien teoriku fis-suġġetti li ġejjin:

 Il-Liġi tal-Ajru,

 Il-Prinċipji tat-Titjir (Ħelikopters),

 Il-Komunikazzjonijiet VFR.

3.5. Applikant għal ATPL(A) li jkun għadda mill-eżamijiet teoretiċi rilevanti għal IR(A) jiġi kkreditat bl-għan li jissodisfa r-rekwiżiti tal-għarfien teoriku fis-suġġett tal-Komunikazzjonijiet IFR.

3.6. Applikant għal ATPL(H) b'IR(H) li jkun għadda mill-eżamijiet teoretiċi rilevanti għal CPL(H) jiġi kkreditat bl-għan li jissodisfa r-rekwiżiti tal-għarfien teoriku fis-suġġetti li ġejjin:

 Il-Prinċipji tat-Titjir (Ħelikopters),

 Il-Komunikazzjonijiet VFR.

4.    IR

▼M3

4.1. Applikant għal IR jew EIR li jkun għadda mill-eżamijiet teoriċi għal CPL fl-istess kategorija ta' inġenji tal-ajru huwa kkreditat għar-rekwiżiti ta' għarfien teoriku fis-suġġetti li ġejjin:

 Il-Prestazzjoni Umana,

 Il-Meteoroloġija.

▼B

4.2. Applikant għal IR(H) li jkun għadda mill-eżamijiet teoretiċi rilevanti għal ATPL(H) VFR huwa meħtieġ li jgħaddi mis-suġġetti tal-eżami li ġejjin:

 Il-Liġi tal-Ajru,

 L-Ippjanar tat-Titjira u l-Monitoraġġ tat-Titjira,

 In-Navigazzjoni bir-Radju,

 Il-Komunikazzjonijiet tal-IFR.




Appendiċi 2



Skala tal-Klassifikazzjoni tal-Kompetenza fil-Lingwa – Livell ta’ espert, avvanzat u operattiv

Livell

Pronunzja

Struttura

Vokabularju

Kapaċità Fit-Taħdit

Fehim

Interazzjonijiet

Espert

(Livell 6)

Pronunzja, aċċent, ritmu u intonazzjoni, għalkemm possibbilment influwenzati mill-ewwel lingwa jew minn varjazzjoni reġjonali, kważi qatt ma jfixklu l-faċilità tal-fehim.

Ħakma konsistentement tajba tal-istrutturi grammatikali u l-binja tas-sentenzi, kemm dawk bażiċi kif ukoll dawk kumplessi.

Il-firxa u l-preċiżjoni tal-vokabularju huma suffiċjenti għal komunikazzjoni effettiva dwar medda wiesgħa ta’ suġġetti familjari u mhux. Il-vokabularju huwa idjomatiku, varjat u adattat skont ir-reġistru.

Kapaċità ta’ konverżazzjoni fit-tul b'mod naturali u mingħajr tbatija. Kapaċità fil-varjazzjoni tad-diskors sabiex jinkiseb effett stilistiku, eż. sabiex jiġi enfasizzat punt.

Kapaċità ta’ użu spontanju ta’ markaturi u konnetturi tad-diskors.

Il-fehim huwa konsistentement preċiż fi kważi l-kuntesti kollha u jinkludi l-fehim ta’ dettalji żgħar lingwistiċi u kulturali.

Kapaċità ta’ interazzjoni mingħajr tbatija kważi fis-sitwazzjonijiet kollha. Kapaċità tal-persuna li tinduna bi spunti verbali u sinjali mhux verbali, u li tirreaġixxi b'mod adattat għalihom.

Avvanzat

(Livell 5)

Pronunzja, aċċent, ritmu u intonazzjoni, għalkemm influwenzati mill-ewwel lingwa jew minn varjazzjoni reġjonali, rari jfixklu l-faċilità tal-fehim.

Ħakma konsistentement tajba tal-istrutturi grammatikali u l-binja tas-sentenzi bażiċi. Isiru tentattivi ta’ formazzjoni ta’ strutturi kumplessi, iżda bi żbalji li kultant ifixklu s-sens intiż.

Il-firxa u l-preċiżjoni tal-vokabluarju huma suffiċjenti għal komunikazzjoni effettiva dwar suġġetti komuni, konkreti u relatati max-xogħol. Isir użu konsistenti u tajjeb ta’ parafrażijiet. Il-vokabularju kultanti huwa idjomatiku.

Kapaċità ta’ konverżazzjoni fit-tul mingħajr ħafna tbatija dwar suġġetti familjari, iżda nuqqas ta’ kapaċità fil-varjazzjoni tad-diskors għal effett stilistiku. Kapaċità ta’ użu adattat ta’ markaturi jew konnetturi tad-diskors.

Il-fehim huwa preċiż fir-rigward ta’ suġġetti komuni, konkreti u relatati max-xogħol u ġeneralment preċiż meta l-kelliem jiffaċċja problema lingwistika jew sitwazzjoni kkumplikata jew tibdil mhux mistenni tas-sitwazzjoni.

Kapaċità ta’ fehim ta’ firxa ta’ varjetajiet ta’ diskors (djalett u/jew aċċent) jew reġistri.

It-tweġibiet huma immedjati, adattati u informattivi. Kapaċità effettiva ta’ ġestjoni tar-relazzjoni bejn il-kelliem u s-semmiegħ.

Operattiv

(Livell 4)

Pronunzja, aċċent, ritmu u intonazzjoni, huma influwenzati mill-ewwel lingwa jew minn varjazzjoni reġjonali, iżda kultant biss ifixklu l-faċilità tal-fehim.

L-istrutturi grammatikali u l-binja tas-sentenzi bażiċi jintużaw b'mod kreattiv u ġeneralment ikun hemm ħakma tajba tagħhom. Jistgħu jsiru żbalji, b'mod partikolari f'ċirkostanzi mhux tas-soltu jew mhux mistennija, iżda rari jfixklu s-sens intiż.

Il-firxa u l-preċiżjoni tal-vokabluarju normalment huma suffiċjenti għal komunikazzjoni effettiva dwar suġġetti komuni, konkreti u relatati max-xogħol.

Ħafna drabi jkun hemm il-kapaċità ta’ użu ta’ parafrażijiet fin-nuqqas ta’ vokabularju, speċjalment f'ċirkostanzi mhux tas-soltu jew mhux mistennija.

Kapaċità ta’ espressjoni b'ritmu xieraq.

Xi kultant il-konverżazzjoni tista' tkun inqas mexxejja meta ma jibqgħux jintużaw formoli fissi u diskors li l-kelliem ikun tgħallem bl-amment u minflok ikun hemm interazzjoni spontanja, iżda dan ma jfixkilx l-effikaċja tal-komunikjazzjoni. Kapaċità ta’ użu limitat ta’ markaturi u konnetturi tad-diskors. L-espressjonijiet konnettivi fl-intervalli tad-diskors ma jtellfux l-attenzjoni.

Il-fehim huwa fil-biċċa l-kbira preċiż fir-rigward ta’ suġġetti komuni, konkreti u relatati max-xogħol meta l-aċċent jew il-varjetajiet użati jkunu tali li jkunu jistgħu jinftiehmu minn komunità internazzjonali ta’ utenti.

Meta l-kelliem jiffaċċja problema lingwistika jew sitwazzjoni kkumplikata jew avvenimenti mhux mistennija, il-fehim jista' jkun inqas rapidu jew ikun hemm bżonn strateġiji ta’ kjarifika.

It-tweġibiet normalment ikunu immedjati, adattati u informattivi.

Il-kelliem jaf jibda u jkompli konverżazzjoni anki meta jseħħu avvenimenti mhux mistennija. Kapaċità ta’ ġestjoni adegwata f'każijiet eventwali ta’ nuqqas ta’ fehim permezz ta’ verifika, konferma jew kjarifika.

Nota: It-test inizjali tal-Appendiċi 2 ġie ttrasferit għal AMC, ara wkoll in-Nota Spjegattiva.




Appendiċi 3

Korsijiet ta’ taħriġ għall-ħruġ ta’ CPL u ATPL

1. Din l-appendiċi tiddeskrivi r-rekwiżiti għat-tipi differenti ta’ korsijiet ta’ taħriġ għall-ħruġ ta’ CPL u ATPL, b’IR u mingħajrha.

2. Applikant li jixtieq jittrasferixxi għal ATO oħra matul kors ta’ taħriġ għandu japplika għand l-awtorità kompetenti għal valutazzjoni formali tas-sigħat ta’ taħriġ addizzjonali meħtieġa.

A.    Kors integrat ta’ ATP - Ajruplani

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors integrat ATP(A) huwa li jħarreġ lil bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġa biex ikunu jistgħu jaħdmu bħala kopiloti ta’ ajruplani b’aktar minn magna waħda u b’aktar minn bdot wieħed fit-trasport kummerċjali bl-ajru u biex jiksbu s-CPL(A)/IR.

2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ ATP(A) għandu jikkompleta l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.

3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(A) jew PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(A) jew PPL(H), 50 % tas-sigħat fit-titjir qabel il-kors għandhom ikunu kkreditati, sa massimu ta’ 40 siegħa esperjenza ta’ titjir, jew 45 siegħa jekk tkun inkisbet il-klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ajruplan, li minnhom sa 20 siegħa jistgħu jgħoddu fir-rigward tar-rekwiżit ta’ ħin ta’ tagħlim fit-titjir ma’ bdot ieħor.

4. Il-kors għandu jinkludi:

(a) tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien tal-ATPL(A)

(b) taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti;

(c) taħriġ fl-MCC għat-tħaddim ta’ ajruplani b’aktar minn bdot wieħed.

5. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors tal-ATP(A) kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi, u għal IR jekk ir-rekwiżiti applikabbli jkunu ssodisfati.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors ta’ għarfien teoriku ATP(A) għandu jinkludi mill-inqas 750 siegħa ta’ tagħlim.

7. Il-kors MCC għandu jinkludi mill-inqas 25 siegħa ta’ tagħlim u eżerċizzji ta’ għarfien teoriku.

EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU

8. Applikant għandu juri l-livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detentur ta’ ATPL(A).

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

9. It-taħriġ fit-titjir, minbarra t-taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip, għandu jinkludi total ta’ mill-inqas 195 siegħa, li jinkludu t-testijiet tal-progress kollha, li minnhom sa 55 sigħat tal-kors kollu jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art. Fi ħdan it-total ta’ 195 siegħa, l-applikanti għandhom iwettqu mill-inqas:

(a) 95 siegħa ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom sa 55 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art;

(b) 70 siegħa bħala PIC, inklużi titjir VFR u ħin ta’ titjir bl-istrumenti bħala bdot kmandant student (SPIC). Il-ħin ta’ titjir bl-istrumenti bħala SPIC għandu jingħadd bħala ħin ta’ titjir PIC sa massimu ta’ 20 siegħa;

(c) 50 siegħa ta’ titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR ta’ mill-inqas 540 km (300 NM) u li matulha għandu jsir inżul ta’ waqfien sħiħ f’żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq;

(d) 5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir għandhom jitwettqu billejl, inklużi mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor li jinkludu mill-inqas siegħa ta’ navigazzjoni cross-country, u li matulhom għandhom isiru 5 telgħat bil-bdot waħdu u 5 niżliet l-art b’waqfien sħiħ bil-bdot waħdu;

(e) 115 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti li jinkludu, mill-inqas:

(1) 20 siegħa bħala SPIC;

(2) 15-il siegħa MCC, li għalihom jista’ jintuża FFS jew FNPT II;

(3) 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti, li minnhom sa:

(i) 25 siegħa jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f’FNPT I, jew

(ii) 40 siegħa jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f’FNPT II, FTD 2 jew FFS, li minnhom sa 10 sigħat jistgħu jitwettqu f’FNPT I.

Applikant li għandu ċertifikat ta’ tlestija ta’ kors għall-Modulu Bażiku ta’ Titjir bl-Istrumenti għandu jkun ikkreditat sa massimu ta’ 10 sigħat fir-rigward tal-ħin mitlub ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti. Is-sigħat imwettqa f’BITD m’għandhomx ikunu kkreditati.

(f) 5 sigħat għandhom jitwettqu f’ajruplan iċċertifikat għall-ġarr ta’ mill-inqas 4 persuni li għandu skrun varjabbli bis-snien tal-ingranaġġ u attrezzatura għall-inżul li tidħol u toħroġ.

TEST TAL-ĦILIET

10. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(A) jew fuq ajruplan b’magna waħda jew fuq ajruplan b’iktar minn magna waħda, kif ukoll it-test tal-ħiliet tal-IR fuq ajruplan b’iktar minn magna waħda.

B.    Kors modulari ta’ ATP – Ajruplani

1. L-applikanti għal ATPL(A) li jlestu t-tagħlim fl-għarfien teoriku f’kors modulari:

(a) għandu jkollhom mill-inqas PPL(A) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO;

għandhom iwettqu mill-inqas is-sigħat ta’ tagħlim fl-għarfien teoriku li ġejjin:

(1) għall-applikanti li għandhom PPL(A): 650 siegħa;

(2) għall-applikanti li għandhom CPL(A): 400 siegħa;

(3) għall-applikanti li għandhom IR(A): 500 siegħa;

(4) għall-applikanti li għandhom CPL(A) u IR(A): 250 siegħa.

It-tagħlim fl-għarfien teoriku għandu jitlesta qabel jittieħed it-test tal-ħiliet għall-ATPL(A).

C.    Kors integrat CPL/IR - Ajruplani

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors integrat CPL(A) u IR(A) huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex iħaddmu ajruplani b’magna waħda u bi bdot wieħed, jew b’aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed fit-trasport kummerċjali bl-ajru, u biex jiksbu CPL(A)/IR.

2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ CPL(A)/IR għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.

3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(A) jew PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(A) jew PPL(H), 50 % tas-sigħat fit-titjir qabel il-kors għandhom ikunu kkreditati, sa massimu ta’ 40 siegħa esperjenza ta’ titjir, jew 45 siegħa jekk tkun inkisbet il-klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ajruplan, li minnhom sa 20 siegħa jistgħu jgħoddu fir-rigward tar-rekwiżit ta’ ħin ta’ tagħlim fit-titjir ma’ bdot ieħor.

4. Il-kors għandu jinkludi:

(a) tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(A) u IR;

(b) taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.

5. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors tal-ATP(A) kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi, u għal IR jekk ir-rekwiżiti applikabbli jkunu ssodisfatti.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(A)/IR għandu jinkludi mill-inqas 500 siegħa ta’ tagħlim.

EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU

7. L-applikanti għandhom juru livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detenturi ta’ CPL(A) u IR.

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

8. It-taħriġ fit-titjir, minbarra t-taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip, għandu jinkludi total ta’ mill-inqas 180 siegħa, li jinkludu t-testijiet tal-progress kollha, li minnhom sa 40 sigħat tal-kors kollu jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art. Fi ħdan it-total ta’ 180 siegħa, l-applikanti għandhom iwettqu mill-inqas:

(a) 80 siegħa ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom sa 40 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art;

(b) 70 siegħa bħala PIC, inklużi titjir VFR u ħin ta’ titjir bl-istrumenti li wieħed jista’ jwettaqhom bħala SPIC. Il-ħin ta’ titjir bl-istrumenti bħala SPIC għandu jingħadd bħala ħin ta’ titjir PIC sa massimu ta’ 20 siegħa;

(c) 50 siegħa ta’ titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR ta’ mill-inqas 540 km (300 NM) u li matulha għandu jsir inżul ta’ waqfien sħiħ f’żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq;

(d) 5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir għandhom jitwettqu billejl, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li jinkludu mill-inqas siegħa ta’ navigazzjoni cross-country, u li matulhom għandhom isiru 5 telgħat bil-bdot waħdu u 5 niżliet l-art b’waqfien sħiħ u bil-bdot waħdu;

(e) 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti li jinkludu, mill-inqas:

(1) 20 siegħa bħala SPIC;

(2) 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti, li minnhom sa:

(i) 25 siegħa jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f’FNPT I, jew

(ii) 40 siegħa jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f’FNPT II, FTD 2 jew FFS, li minnhom sa 10 sigħat jistgħu jitwettqu f’FNPT I.

Applikant li għandu ċertifikat ta’ tlestija ta’ kors għall-Modulu Bażiku ta’ Titjir bl-Istrumenti għandu jkun ikkreditat sa massimu ta’ 10 sigħat fir-rigward tal-ħin mitlub ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti. Is-sigħat imwettqa f’BITD m’għandhomx ikunu kkreditati.

(f) 5 sigħat għandhom jitwettqu f’ajruplan iċċertifikat għall-ġarr ta’ mill-inqas 4 persuni li għandu skrun varjabbli bis-snien tal-ingranaġġ u attrezzatura għall-inżul li tidħol u toħroġ.

TESTIJIET TAL-ĦILIET

9. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(A) u t-test tal-ħiliet tal-IR jew fuq ajruplan b’aktar minn magna waħda jew fuq ajruplan b’magna waħda.

D.    Kors integrat ta’ CPL - Ajruplani

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors integrat CPL(A) huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġ għall-ħruġ ta’ CPL(A).

2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ CPL(A) għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.

3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(A) jew PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(A) jew PPL(H), 50 % tas-sigħat fit-titjir qabel il-kors għandhom ikunu kkreditati, sa massimu ta’ 40 siegħa esperjenza ta’ titjir, jew 45 siegħa jekk tkun inkisbet il-klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ajruplan, li minnhom sa 20 siegħa jistgħu jgħoddu fir-rigward tar-rekwiżit ta’ ħin ta’ tagħlim fit-titjir ma’ bdot ieħor.

4. Il-kors għandu jinkludi:

(a) tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(A);

(b) taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.

5. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors tal-ATP(A) kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi jekk ir-rekwiżiti applikabbli jkunu ssodisfatti.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(A)/IR għandu jinkludi mill-inqas 350 siegħa ta’ tagħlim.

EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU

7. L-applikanti għandhom juru livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detenturi ta’ CPL(A).

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

8. It-taħriġ fit-titjir, minbarra t-taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip, għandu jinkludi total ta’ mill-inqas 150 siegħa, li jinkludu t-testijiet tal-progress kollha, li minnhom sa 5 sigħat tal-kors kollu jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art. Fi ħdan it-total ta’ 150 siegħa, l-applikanti għandhom iwettqu mill-inqas:

(a) 80 siegħa ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art;

(b) 70 siegħa bħala PIC;

(c) 20 siegħa ta’ titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR ta’ mill-inqas 540 km (300 NM) u li matulha għandu jsir inżul ta’ waqfien sħiħ f’żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq;

(d) 5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir għandhom jitwettqu billejl, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li jinkludu mill-inqas siegħa ta’ navigazzjoni cross-country, u li matulhom għandhom isiru 5 telgħat bil-bdot waħdu u 5 niżliet l-art b’waqfien sħiħ u bil-bdot waħdu;

(e) 10 sigħat ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti, li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f’FNPT I, FTD 2, FNPT II jew FFS. Applikant li għandu ċertifikat ta’ tlestija ta’ kors għall-Modulu Bażiku ta’ Titjir bl-Istrumenti għandu jkun ikkreditat sa massimu ta’ 10 sigħat fir-rigward tal-ħin mitlub ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti. Is-sigħat imwettqa f’BITD m’għandhomx ikunu kkreditati;

(f) 5 sigħat għandhom jitwettqu f’ajruplan iċċertifikat għall-ġarr ta’ mill-inqas 4 persuni li għandu skrun varjabbli bis-snien tal-ingranaġġ u attrezzatura għall-inżul li tidħol u toħroġ.

TEST TAL-ĦILIET

9. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(A) fuq ajruplan b’magna waħda jew fuq ajruplan b’aktar minn magna waħda.

E.    Kors modulari ta’ CPL - Ajruplani

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors modulari CPL(A) huwa li jħarreġ lid-detenturi ta’ PPL(A) sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġ għall-ħruġ ta’ CPL(A).

2. Qabel ma jibdew kors modulari ta’ CPL(A), l-applikanti għandhom ikunu detenturi ta’ PPL(A) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO.

3. Qabel ma jibda t-taħriġ fit-titjir, kull applikant għandu:

(a) ikun wettaq 150 siegħa ta’ ħin ta’ titjir;

(b) ikun ikkonforma mal-prerekwiżiti għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għal ajruplani b’aktar minn magna waħda skont is-Subparti H, jekk se jintuża ajruplan b’aktar minn magna waħda fit-test tal-ħiliet.

4. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ CPL(A) għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO. It-tagħlim fl-għarfien teoriku jista’ jsir f’ATO li tipprovdi tagħlim ta’ għarfien teoriku biss.

5. Il-kors għandu jinkludi:

(a) tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(A);

(b) taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(A) approvat għandu jinkludi mill-inqas 250 siegħa ta’ tagħlim.

EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU

7. L-applikanti għandhom juru livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detenturi ta’ CPL(A).

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

8. L-applikanti mingħajr IR għandhom jingħataw mill-inqas 25 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir ma’ bdot ieħor, li jinkludu 10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f’BITD, FNPT I jew II, FTD 2 jew FFS.

9. L-applikanti li għandhom IR(A) valida għandhom ikunu kkreditati b’mod sħiħ fir-rigward tal-ħin ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor. L-applikanti li għandhom IR(H) valida għandhom ikunu kkreditati sa 5 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor, u f’dan il-każ mill-inqas 5 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor għandhom jingħataw f’ajruplan. Applikant li għandu Ċertifikat ta’ Tlestija ta’ Kors għall-Modulu Bażiku ta’ Titjir bl-Istrumenti għandu jkun ikkreditat sa massimu ta’ 10 sigħat fir-rigward tal-ħin mitlub ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti.

10. 

(a) L-applikanti li għandhom IR valida għandhom jingħataw mill-inqas 15-il siegħa ta’ tagħlim fit-titjir viżiv ma’ bdot ieħor.

(b) L-applikanti mingħajr klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ajruplan għandhom jingħataw mill-inqas 5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir billejl addizzjonali, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom mill-inqas waħda ta’ navigazzjoni cross-country, u li għandhom jinkludu 5 telgħat bi bdot waħdu u 5 niżliet l-art b’waqfien sħiħ u bil-bdot waħdu.

11. Mill-inqas 5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir għandhom jitwettqu f’ajruplan iċċertifikat għall-ġarr ta’ mill-inqas 4 persuni u li għandu skrun varjabbli bis-snien tal-ingranaġġ u attrezzatura għall-inżul li tidħol u toħroġ.

ESPERJENZA

12. L-applikant għal CPL(A) għandu jkun lesta mill-inqas 200 siegħa ta’ ħin ta’ titjir, inklużi mill-inqas:

(a) 100 siegħa bħala PIC, li minnhom 20 siegħa ta’ titjir cross-country bħala PIC, li għandhom jinkludu titjira cross-country VFR ta’ mill-inqas 540 km (300 NM), u li matulha għandu jsir inżul b’waqfien sħiħ f’żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq;

(b) 5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir għandhom jitwettqu billejl, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor li jinkludu mill-inqas siegħa ta’ navigazzjoni cross-country, kif ukoll 5 telgħat bil-bdot waħdu u 5 niżliet l-art b’waqfien sħiħ bil-bdot waħdu;

(c) 10 sigħat ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti, li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f’FNPT I jew FNPT II jew FFS. Applikant li għandu ċertifikat ta’ tlestija ta’ kors għall-Modulu Bażiku ta’ Titjir bl-Istrumenti għandu jkun ikkreditat sa massimu ta’ 10 sigħat fir-rigward tal-ħin mitlub ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti. Is-sigħat imwettqa f’BITD m’għandhomx ikunu kkreditati;

▼M3

(d) 6 sigħat ta’ ħin ta’ titjir għandhom jitwettqu fuq ajruplan b’iktar minn magna waħda, jekk jintuża ajruplan b’aktar minn magna waħda fit-test tal-ħiliet.

▼B

(e) Is-sigħat bħala PIC ta’ kategoriji oħra ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jgħoddu fir-rigward tal-200 siegħa ħin ta’ titjir, fil-każijiet li ġejjin:

(i) 30 siegħa f’ħelikopters, jekk l-applikant ikollu PPL(H);

(ii) 100 siegħa f’ħelikopters, jekk l-applikant ikollu CPL(H);

(iii) 30 sigħat f’TMGs jew gliders;

(iv) 30 siegħa f’airships, jekk l-applikant ikollu PPL(As);

(v) 60 siegħa f’airships, jekk l-applikant ikollu CPL(As).

TEST TAL-ĦILIET

13. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir u r-rekwiżiti tal-esperjenza rilevanti, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(A) jew fuq ajruplan b’magna waħda jew fuq ajruplan b’aktar minn magna waħda.

F.    Kors integrat ATP/IR — Ħelikopters

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors integrat ATP(H)/IR huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex jagħtihom il-kapaċità li jaħdmu bħala kopiloti fuq ħelikopters b’aktar minn magna waħda u b’aktar minn bdot wieħed fit-trasport kummerċjali bl-ajru u biex jiksbu CPL(H)/IR.

2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ ATP(H)/IR għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.

3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ jew bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(H), 50 % tal-esperjenza rilevanti għandha tkun ikkreditata, sa massimu ta’:

(a) 40 sigħat, li minnhom sa 20 sigħat jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor;

(b) 50 siegħa, li minnhom sa 25 siegħa jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor, jekk tkun inkisbet klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ħelikopter.

4. Il-kors għandu jinkludi:

(a) tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien tal-ATPL(H) u IR;

(b) taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti;

(c) taħriġ f’MCC għat-tħaddim ta’ ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed.

5. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors tal-ATP(H)/IR kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi u għal IR jekk ir-rekwiżiti applikabbli jkunu ssodisfati.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ ATP(H)/IR għandu jinkludi mill-inqas 750 siegħa ta’ tagħlim.

7. Il-kors MCC għandu jinkludi mill-inqas 25 siegħa ta’ eżerċizzji ta’ tagħlim fl-għarfien teoriku.

EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU

8. L-applikanti għandhom juru l-livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detenturi ta’ ATPL(H) u IR.

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

9. It-taħriġ fit-titjir għandu jinkludi total ta’ mill-inqas 195 siegħa, li jinkludu t-testijiet tal-progress kollha. Fi ħdan it-total ta’ 195 siegħa, l-applikanti għandhom iwettqu mill-inqas:

(a) 140 siegħa ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom:

(1) 75 siegħa ta’ tagħlim viżiv li jistgħu jinkludu:

(i) 30 siegħa f’FFS, livell C/D tal-ħelikopters, jew

(ii) 25 siegħa f’FTD 2,3, jew

(iii) 20 siegħa f’FNPT II/III tal-ħelikopters, jew

(iv) 20 siegħa f’ajruplan jew TMG;

(2) 50 siegħa ta’ tagħlim tal-istrumenti li jistgħu jinkludu:

(i) sa 20 siegħa f’FFS jew FTD 2,3 jew FNPT II/III tal-ħelikopters, jew

(ii) 10 sigħat mill-inqas f’FNPT 1 ta’ ħelikopter jew ajruplan;

(3) 15-il siegħa MCC, li għalihom jista’ jintuża FFS ta’ ħelikopter jew FTD 2,3(MCC) ta’ ħelikopter jew FNPT II/III(MCC).

Jekk il-ħelikopter użat għat-taħriġ fit-titjir huwa ta’ tip differenti mill-FFS tal-ħelikopter użat għat-taħriġ viżiv, il-kreditu massimu għandu jkun limitat għal dak allokat għall-FNPT II/III tal-ħelikopters.

(b) 55 siegħa bħala PIC, li minnhom 40 sigħat jistgħu jkunu bħala SPIC. Mill-inqas għandhom jitwettqu 14-il siegħa ta’ bdot waħdu binhar u siegħa ta’ bdot waħdu billejl. (c)

(c) 50 siegħa ta’ titjir cross-country, inklużi mill-inqas 10 sigħat ta’ titjir cross-country bħala SPIC, fosthom titjira cross-country VFR ta’ mill-inqas 185 km (100 NM) u li matulha għandu jsir jsir inżul ta’ waqfien sħiħ f’żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq;

(d) 5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir f’ħelikopters għandhom jitwettqu billejl, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor li minnhom mill-inqas waħda ta’ navigazzjoni cross-country, u 5 ċirkwiti billejl bil-bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul;

(e) 50 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor li jinkludu:

(i) 10 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim bażiku ta’ titjir bl-istrumenti, u

(ii) 40 siegħa ta’ Taħriġ IR, li għandhom jinkludu mill-inqas 10 sigħat f’ħelikopter iċċertifikat b’IFR b’aktar minn magna waħda.

TESTIJIET TAL-ĦILIET

10. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(H) fuq ħelikopter b’aktar minn magna waħda u t-test tal-ħiliet tal-IR fuq ħelikopter iċċertifikat b’IFR b’aktar minn magna waħda u għandu jikkonforma mar-rekwiżiti għal taħriġ MCC.

G.    Kors integrat ATP — Ħelikopters

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors integrat ATP(H) huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex jagħtihom il-kapaċità li jaħdmu bħala kopiloti fuq ħelikopters b’aktar minn magna waħda u b’aktar minn bdot wieħed limitati għal privileġġi VFR fit-trasport kummerċjali bl-ajru u biex jiksbu CPL(H).

2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ ATP(H) għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.

3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ jew bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(H), 50 % tal-esperjenza rilevanti għandha tkun ikkreditata, sa massimu ta’:

(a) 40 sigħat, li minnhom sa 20 sigħat jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor;

(b) 50 siegħa, li minnhom sa 25 siegħa jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor, jekk tkun inkisbet klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ħelikopter.

4. Il-kors għandu jinkludi:

(a) tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien tal-ATPL(H);

(b) taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti bażiċi;

(c) taħriġ f’MCC għat-tħaddim ta’ ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed.

5. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors ta’ ATP(H) kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi, jekk ir-rekwiżiti applikabbli jkunu ssodisfati.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ ATP(H) għandu jinkludi mill-inqas 650 siegħa ta’ tagħlim.

7. Il-kors MCC għandu jinkludi mill-inqas 20 siegħa ta’ eżerċizzji ta’ tagħlim fl-għarfien teoriku.

EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU

8. L-applikanti għandhom juru l-livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detenturi ta’ ATPL (H).

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

9. It-taħriġ fit-titjir għandu jinkludi total ta’ mill-inqas 150 siegħa, li jinkludu t-testijiet tal-progress kollha. Fi ħdan it-total ta’ 150 siegħa, l-applikanti għandhom iwettqu mill-inqas:

(a) 95 siegħa ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom:

(i) 75 siegħa ta’ tagħlim viżiv li jistgħu jinkludu:

(1) 30 siegħa f’FFS, livell C/D tal-ħelikopters, jew

(2) 25 siegħa f’FTD 2,3 tal-ħelikopters, jew

(3) 20 siegħa f’FNPT II/III tal-ħelikopters, jew

(4) 20 siegħa f’ajruplan jew TMG;

(ii) 10 sigħat ta’ tagħlim bażiku ta’ titjir bl-istrumenti jistgħu jinkludu 5 sigħat f’mill-inqas FNPT I tal-ħelikopters jew ajruplan;

(iii) 10 sigħat MCC, li għalihom jintuża ħelikopter: jista’ jintuża FFS tal-ħelikopters jew FTD 2,3(MCC) jew FNPT II/III(MCC).

Jekk il-ħelikopter użat għat-taħriġ fit-titjir huwa ta’ tip differenti mill-FFS tal-ħelikopter użat għat-taħriġ viżiv, il-kreditu massimu għandu jkun limitat għal dak allokat għall-FNPT II/III tal-ħelikopters.

(b) 55 siegħa bħala PIC, li minnhom 40 sigħat jistgħu jkunu bħala SPIC. Għandu jkun hemm mill-anqas 14-il siegħa ta’ bdot waħdu binhar u siegħa ta’ bdot waħdu billejl;

(c) 50 siegħa ta’ titjir cross-country, inklużi mill-inqas 10 sigħat ta’ titjir cross-country bħala SPIC, li minnhom titjira cross-country VFR ta’ mill-inqas 185 km (100 NM) u li matulha l-ħelikopter għandu jinżel f’żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq;

(d) 5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir f’ħelikopters għandhom jitwettqu billejl, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor li minnhom mill-inqas waħda ta’ navigazzjoni cross-country, u 5 ċirkwiti billejl bil-bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul.

TESTIJIET TAL-ĦILIET

10. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(H) fuq ħelikopter b’aktar minn magna waħda, u għandu jikkonforma mar-rekwiżiti MCC.

H.    Kors modulari ATP — Ħelikopters

1. L-applikanti għal ATPL(H) li jkunu lestew it-tagħlim tal-għarfien teoriku tagħhom f’kors modulari għandu jkollhom mill-inqas PPL(H) u jwettqu mill-inqas is-sigħat ta’ tagħlim li ġejjin f’perjodu ta’ 18-il xahar:

(a) għall-applikanti li għandhom PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO: 550 siegħa;

(b) għall-applikanti li għandhom CPL(H): 300 siegħa.

2. L-applikanti għal ATPL(H)/IR li jkunu lestew it-tagħlim tal-għarfien teoriku tagħhom f’kors modulari għandu jkollhom mill-inqas PPL(H) u jlestu mill-inqas is-sigħat ta’ tagħlim li ġejjin:

(a) għall-applikanti li għandhom PPL(H): 650 siegħa;

(b) għall-applikanti li għandhom CPL(H): 400 siegħa;

(c) għall-applikanti li għandhom IR(H): 500 siegħa;

(d) għall-applikanti li għandhom CPL(H) u IR(H): 250 siegħa.

I.    Kors integrat CPL/IR — Ħelikopters

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors integrat CPL(H)/IR huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex iħaddmu ħelikopters b’aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed u biex jiksbu CPL(H)/IR ta’ ħelikopter b’aktar minn magna waħda.

2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ CPL(H)/IR għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.

3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ jew bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(H), 50 % tal-esperjenza rilevanti għandha tkun ikkreditata, sa massimu ta’:

(a) 40 sigħat, li minnhom sa 20 sigħat jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor;

(b) 50 siegħa, li minnhom sa 25 siegħa jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor, jekk tkun inkisbet klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ħelikopter.

4. Il-kors għandu jinkludi:

(a) tagħlim ta’ għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(H) u IR, u l-klassifikazzjoni tat-tip inizjali ta’ ħelikopter b’aktar minn magna waħda;

(b) taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.

5. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors tas-CPL(H)/IR kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi u għal IR, jekk ir-rekwiżiti applikabbli jkunu ssodisfati.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(H)/IR għandu jinkludi mill-inqas 500 siegħa ta’ tagħlim.

EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU

7. L-applikanti għandhom juru livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detentur ta’ CPL(H) u IR.

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

8. It-taħriġ fit-titjir għandu jinkludi total ta’ mill-anqas 180 siegħa li jinkludu t-testijiet tal-progress kollha. Fi ħdan it-total ta’ 180 siegħa, l-applikanti għandhom ilestu mill-anqas:

(a) 125 siegħa ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom:

(i) 75 siegħa ta’ tagħlim viżiv, li jistgħu jinkludu:

(1) 30 siegħa f’FFS, livell C/D tal-ħelikopters, jew

(2) 25 siegħa f’FTD 2,3 tal-ħelikopters, jew

(3) 20 siegħa f’FNPT II/III tal-ħelikopters, jew

(4) 20 siegħa f’ajruplan jew TMG;

(ii) 50 siegħa ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti li jistgħu jinkludu:

(1) sa 20 siegħa f’FFS jew FTD 2,3 jew FNPT II,III tal-ħelikopters, jew

(2) 10 sigħat f’FNPT 1 mill-inqas ta’ ħelikopter jew ajruplan.

Jekk il-ħelikopter użat għat-taħriġ fit-titjir ikun ta’ tip differenti mill-FFS użat għat-taħriġ viżiv, il-kreditu massimu għandu jkun limitat għal dak allokat għall-FNPT II/III.

(b) 55 siegħa bħala PIC, li minnhom 40 sigħat jistgħu jkunu bħala SPIC. Għandu jkun hemm mill-anqas 14-il siegħa ta’ bdot waħdu binhar u siegħa ta’ bdot waħdu billejl;

(c) 10 sigħat ta’ titjir cross-country ma’ bdot ieħor;

(d) 10 sigħat ta’ titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR ta’ mill-inqas 185 km (100 NM) u li matulha għandu jsir inżul ta’ waqfien sħiħ f’żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq;

(e) 5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir f’ħelikopters għandhom jitwettqu billejl, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li mill-inqas waħda minnhom ta’ navigazzjoni cross-country, u 5 ċirkwiti billejl bil-bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul;

(f) 50 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor li jinkludu:

(i) 10 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim bażiku ta’ titjir bl-istrumenti, u

(ii) 40 siegħa ta’ Taħriġ IR, li għandhom jinkludu mill-inqas 10 sigħat f’ħelikopter iċċertifikat b’IFR b’aktar minn magna waħda.

TEST TAL-ĦILIET

9. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(H) jew fuq ħelikopter b’aktar minn magna waħda jew ħelikopter b’magna waħda u t-test tal-ħiliet tal-IR fuq ħelikopter iċċertifikat b’IFR b’aktar minn magna waħda.

J.    Kors integrat CPL — Ħelikopters

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors integrat CPL(H) huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ kompetenza meħtieġa għall-ħruġ ta’ CPL(H).

2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ CPL(H) għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.

3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ jew bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(H), 50 % tal-esperjenza rilevanti għandha tkun ikkreditata, sa massimu ta’:

(a) 40 sigħat, li minnhom sa 20 sigħat jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor;

(b) 50 siegħa, li minnhom sa 25 siegħa jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor jekk tkun inkisbet klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ħelikopter.

4. Il-kors għandu jinkludi:

(a) tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(H);

(b) taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.

5. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors ta’ CPL(H) kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi, jekk ir-rekwiżiti applikabbli jkunu ssodisfati.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(H) approvat għandu jinkludi mill-inqas 350 siegħa ta’ tagħlim jew 200 siegħa jekk l-applikant ikun detentur ta’ PPL.

EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU

7. L-applikanti għandhom juru livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detenturi ta’ CPL(H).

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

8. It-taħriġ fit-titjir għandu jinkludi total ta’ mill-anqas 135 siegħa, li jinkludu t-testijiet tal-progress kollha, li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art. Fi ħdan it-total ta’ 135 siegħa, l-applikanti għandhom ilestu mill-anqas:

(a) 85 siegħa ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom:

(i) sa 75 siegħa ta’ tagħlim viżiv, u jistgħu jinkludu:

(1) 30 siegħa f’FFS, livell C/D tal-ħelikopters, jew

(2) 25 siegħa f’FTD 2,3 tal-ħelikopters, jew

(3) 20 siegħa f’FNPT II/III tal-ħelikopters, jew

(4) 20 siegħa f’ajruplan jew TMG.

(ii) sa 10 sigħat jistgħu jkunu tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti, u jistgħu jinkludu 5 sigħat f’mill-inqas FNPT I tal-ħelikopters jew ajruplan.

Jekk il-ħelikopter użat għat-taħriġ fit-titjir ikun ta’ tip differenti mill-FFS użat għat-taħriġ viżiv, il-kreditu massimu għandu jkun limitat għal dak allokat għall-FNPT II/III.

(b) 50 siegħa bħala PIC, li minnhom 35 sigħat jistgħu jkunu bħala SPIC. Għandu jkun hemm mill-anqas 14-il siegħa ta’ bdot waħdu binhar u siegħa ta’ bdot waħdu billejl;

(c) 10 sigħat ta’ titjir cross-country ma’ bdot ieħor;

(d) 10 sigħat ta’ titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR ta’ mill-inqas 185 km (100 NM) u li matulha għandu jsir inżul ta’ waqfien sħiħ f’żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq;

(e) 5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir f’ħelikopters għandhom jitwettqu billejl, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor li minnhom mill-inqas waħda ta’ navigazzjoni cross-country, u 5 ċirkwiti billejl bil-bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul;

(f) 10 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor, inklużi mill-inqas 5 sigħat f’ħelikopter.

TEST TAL-ĦILIET

9. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir irrelatat, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(H).

K.    Kors modulari CPL — Ħelikopters

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors modulari CPL(H) huwa li jħarreġ lid-detenturi ta’ PPL(H) sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġa għall-ħruġ ta’ CPL(H).

2. Qabel ma jibdew kors modulari ta’ CPL(H), l-applikanti għandhom ikunu detenturi ta’ PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO.

3. Qabel ma jibda t-taħriġ fit-titjir, kull applikant għandu:

▼M3

(a) ikun wettaq mill-inqas 155 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot f’ħelikopters, inklużi 50 siegħa bħala PIC li minnhom 10 sigħat għandhom ikunu cross-country. Is-sigħat bħala PIC ta’ kategoriji oħra ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jgħoddu mal-155 siegħa ħin ta’ titjir, kif preskritt fil-paragrafu 11 tat-Taqsima K;

▼B

(b) ikun ikkonforma ma’ FCL.725 u FCL.720.H jekk se jintuża ħelikopter b’aktar minn magna waħda fit-test tal-ħiliet.

4. Applikant li jixtieq jagħmel kors modulari ta’ CPL(H) għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim fit-titjir kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO. It-tagħlim fl-għarfien teoriku jista’ jingħata f’ATO li tipprovdi tagħlim ta’ għarfien teoriku biss.

5. Il-kors għandu jinkludi:

(a) tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(H);

(b) taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(H) approvat għandu jinkludi mill-inqas 250 siegħa ta’ tagħlim.

EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU

7. L-applikanti għandhom juru livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detenturi ta’ CPL(H).

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

8. L-applikanti mingħajr IR għandhom jingħataw mill-anqas 30 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir, li minnhom:

(a) 20 siegħa ta’ tagħlim viżiv, li jistgħu jinkludu 5 sigħat f’FFS tal-ħelikopters jew FTD 2,3 jew FNPT II,III;

(b) 10 sigħat ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti, li jistgħu jinkludu 5 sigħat f’mill-inqas FTD 1 jew FNPT I tal-ħelikopters jew ajruplan.

9. L-applikanti li għandhom IR(H) valida għandhom ikunu kkreditati b’mod sħiħ fir-rigward tal-ħin ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor. L-applikanti li għandhom IR(A) valida għandhom iwettqu mill-inqas 5 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor f’ħelikopter.

10. L-applikanti mingħajr klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ħelikopter għandhom jingħataw mill-inqas 5 sigħat ta’ tagħlim ta’ titjir billejl addizzjonali, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor li minnhom mill-inqas waħda ta’ navigazzjoni cross-country, u 5 ċirkwiti billejl bi bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul.

ESPERJENZA

11. L-applikant għal CPL(H) għandu jkun wettaq mill-inqas 185 siegħa ta’ ħin ta’ titjir, inklużi 50 siegħa bħala PIC, li minnhom 10 sigħat ta’ titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR ta’ mill-inqas 185 km (100 NM) u li matulha għandu jsir inżul ta’ waqfien sħiħ f’żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq.

Is-sigħat bħala bdot kmandant ta’ kategoriji oħra ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jgħoddu fir-rigward tal-185 siegħa ta’ ħin ta’ titjir, fil-każijiet li ġejjin:

(a) 20 siegħa f’ajruplani, jekk l-applikant ikollu PPL(A);

(b) 50 siegħa f’ajruplani, jekk l-applikant ikollu CPL(A); jew

(c) 10 sigħat f’TMGs jew gliders;

(d) 20 siegħa f’airships, jekk l-applikant ikollu PPL(As);

(e) 50 siegħa f’airships, jekk l-applikant ikollu CPL(As).

TEST TAL-ĦILIET

12. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat u l-esperjenza rilevanti, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(H).

L.    Kors integrat CPL/IR — Airships

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors integrat CPL(As)/IR huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġa biex iħaddmu l-airships u biex jiksbu CPL(As)/IR.

2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ CPL(As)/IR għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.

3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ jew bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(As), PPL(A) jew PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(As), PPL(A) jew PPL(H), huwa għandu jkun ikkreditat sa massimu ta’:

(a) 10 sigħat, li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor;

(b) 15-il siegħa, li minnhom sa 7 sigħat jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor, jekk inkisbet klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ airship.

4. Il-kors għandu jinkludi:

(a) tagħlim ta’ għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(As) u IR, u l-klassifikazzjoni tat-tip inizjali ta’ airship;

(b) taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.

5. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors ta’ CPL/IR(As) kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi u għal IR jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti applikabbli.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(As)/IR għandu jinkludi mill-anqas 500 siegħa ta’ tagħlim.

EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU

7. Applikant għandu juri livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detentur ta’ CPL(As) u IR.

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

8. It-taħriġ fit-titjir għandu jinkludi total ta’ mill-anqas 80 siegħa li jinkludu t-testijiet tal-progress kollha. Fi ħdan it-total ta’ 80 siegħa, l-applikanti għandhom ilestu mill-anqas:

(a) 60 siegħa ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom:

(i) 30 siegħa ta’ tagħlim viżiv, li jistgħu jinkludu:

(1) 12-il siegħa f’FFS ta’ airship, jew

(2) 10 sigħat f’FTD ta’ airship, jew

(3) 8 sigħat f’FNPT II/III ta’ airship, jew

(4) 8 sigħat f’ajruplan, ħelikopter jew TMG;

(ii) 30 siegħa ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti li jistgħu jinkludu:

(1) sa 12-il siegħa f’FFS jew FTD jew FNPT II,III ta’ airship, jew

(2) 6 sigħat f’mill-anqas FTD 1 jew FNPT I ta’ airship jew ajruplan.

Jekk l-airship użat għat-taħriġ fit-titjir huwa tip differenti mill-FFS użat għat-taħriġ viżiv, il-kreditu massimu għandu jkun limitat għal 8 sigħat.

(b) 20 siegħa bħala PIC, li minnhom 5 sigħat jistgħu jkunu bħala SPIC. Għandu jkun hemm mill-anqas 14-il siegħa ta’ bdot waħdu binhar u siegħa ta’ bdot waħdu billejl;

(c) 5 sigħat ta’ titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR ta’ mill-anqas 90 km (50 NM) li matulha għandu jsir inżul ta’ waqfien sħiħ fl-ajrudrom tad-destinazzjoni;

(d) 5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir f’airships għandhom jitlestew billejl inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, inklużi mill-anqas siegħa ta’ navigazzjoni cross-country u 5 ċirkwiti billejl bil-bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul;

(e) 30 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor li jinkludu:

(i) 10 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim bażiku ta’ titjir bl-istrumenti, u

(ii) 20 siegħa ta’ Taħriġ IR, li għandhom jinkludu mill-anqas 10 sigħat f’airship iċċertifikat b’IFR b’aktar minn magna waħda.

TEST TAL-ĦILIET

9. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(As) jew fuq airship b’aktar minn magna waħda jew fuq airship b’magna waħda u għandu jagħmel it-test tal-ħiliet tal-IR fuq airship iċċertifikat b’IFR b’aktar minn magna waħda.

M.    Kors integrat CPL — Airships

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors integrat CPL(As) huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġa għall-ħruġ ta’ CPL(As).

2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ CPL(As) għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.

3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ jew bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(As), PPL(A) jew PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(As), PPL(A) jew PPL(H), huwa għandu jkun ikkreditat sa massimu ta’:

(a) 10 sigħat, li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor;

(b) 15-il siegħa, li minnhom sa 7 sigħat jistgħu jkunu tagħli mma’ bdot ieħor jekk inkisbet klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ airship.

4. Il-kors għandu jinkludi:

(a) tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(As);

(b) taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.

5. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors ta’ CPL(As) kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi, jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti applikabbli.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(As) approvat għandu jinkludi mill-anqas 350 siegħa ta’ tagħlim jew 200 siegħa jekk l-applikant huwa detentur ta’ PPL.

EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU

7. Applikant għandu juri livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detentur ta’ CPL(As).

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

8. It-taħriġ fit-titjir għandu jinkludi total ta’ mill-anqas 50 siegħa, li jinkludu t-testijiet tal-progress kollha, li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art. Fi ħdan it-total ta’ 50 siegħa, l-applikanti għandhom ilestu mill-anqas:

(a) 30 siegħa ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art;

(b) 20 siegħa bħala PIC;

(c) 5 sigħat ta’ titjir cross-country ma’ bdot ieħor;

(d) 5 sigħat ta’ titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR ta’ mill-anqas 90 km (50 NM) li matulha għandu jsir inżul ta’ waqfien sħiħ fl-ajrudrom tad-destinazzjoni;

(e) 5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir f’airships għandhom jitlestew billejl inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, inklużi mill-anqas siegħa ta’ navigazzjoni cross-country u 5 ċirkwiti billejl bil-bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul;

(f) 10 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor, inklużi mill-anqas 5 sigħat f’airship.

TEST TAL-ĦILIET

9. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(As).

N.    Kors modulari CPL — Airships

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors integrat CPL(As) huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġa għall-ħruġ ta’ CPL(As).

2. Qabel jibda kors modulari ta’ CPL(As) applikant għandu:

(a) ikollu PPL(As) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO;

(b) ikun lesta 200 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot f’airships, inklużi 100 siegħa bħala PIC, li minnhom 50 siegħa għandhom ikunu cross-country.

3. Applikant li jixtieq jagħmel kors modulari ta’ CPL(As) għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim fit-titjir kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO. It-tagħlim fl-għarfien teoriku jista’ jingħata f’ATO li tipprovdi tagħlim ta’ għarfien teoriku biss.

4. Il-kors għandu jinkludi:

(a) tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(As);

(b) taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.

GĦARFIEN TEORIKU

5. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(As) approvat għandu jinkludi mill-anqas 250 siegħa ta’ tagħlim.

EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU

6. Applikant għandu juri livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detentur ta’ CPL(As).

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

7. L-applikanti mingħajr IR għandhom jingħataw mill-anqas 20 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir, li minnhom:

10 sigħat ta’ tagħlim viżiv, li jistgħu jinkludu 5 sigħat f’FFS tal-airships jew FTD 2,3 jew FNPT II,III;

10 sigħat ta’ tagħlim fit-tijir bl-istrumenti, li jistgħu jinkludu 5 sigħat f’mill-anqas FTD 1 jew FNPT I tal-airships jew ajruplan.

8. L-pplikanti li għandhom IR(As) valida għandhom jiġu kkreditati b’mod sħiħ fir-rigward tal-ħin ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor. L-applikanti li għandhom IR valida f’kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru għandhom jagħmlu mill-anqas 5 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim fit-tijir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor f’airship.

9. L-applikanti mingħajr klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ airship għandhom jingħataw mill-anqas 5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir billejl addizzjonali, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor li jinkludu mill-inqas siegħa ta’ navigazzjoni cross-country u 5 ċirkwiti billejl bi bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul.

ESPERJENZA

10. L-applikant għal CPL(As) għandu jkun lesta mill-anqas 250 siegħa ta’ ħin ta’ titjir f’airships, inklużi 125 siegħa bħala PIC, li minnhom 50 siegħa ta’ titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR ta’ mill-anqas 90 km (50 NM), li matulha għandu jsir inżul ta’ waqfien sħiħ fl-ajrudrom tad-destinazzjoni.

Is-sigħat bħala PIC ta’ kategoriji oħra ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jgħoddu fir-rigward tal-185 siegħa ħin ta’ titjir, fil-każijiet li ġejjin:

(a) 30 siegħa f’ajruplani jew ħelikopters, jekk l-applikant ikollu PPL(A) jew PPL(H) rispettivament;

(b) 60 siegħa f’ajruplani jew ħelikopters, jekk l-applikant ikollu CPL(A) jew CPL(H) rispettivament; jew

(c) 10 sigħat f’TMGs jew gliders;

(d) 10 sigħat fi blalen tal-arja.

TEST TAL-ĦILIET

11. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat u l-esperjenza rilevanti, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet ta’ CPL(As).




Appendiċi 4

Test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ CPL

A.    Ġenerali

1. Applikant għal test tal-ħiliet għal CPL għandu jkun ngħata tagħlim dwar l-istess klassi jew tip ta’ inġenju tal-ajru li se jintuża fit-test.

2. Applikant għandu jgħaddi mit-taqsimiet rilevanti kollha tat-test tal-ħiliet. Jekk ma jgħaddix minn xi punt fit-taqsima, allura ma jgħaddix mit-taqsima kollha. Jekk jeħel minn aktar minn taqsima waħda, l-applikant ikollu jerġa’ jagħmel it-test kollu kemm hu. Applikant li jeħel minn taqsima waħda biss għandu jirrepeti t-taqsima biss li jkun weħel minnha. Jekk jeħel minn xi taqsima meta jerġa’ jagħmel it-test, inklużi dawk it-taqsimiet li jkun għadda minnhom fit-test preċedenti, l-applikant ikollu jerġa’ jagħmel it-test kollu. It-taqsimiet rilevanti kollha tat-test tal-ħiliet għandhom jiġu kkompletati fi żmien 6 xhur. Jekk ma jirnexxilux jikseb il-punti minimi meħtieġa fit-taqsimiet rilevanti kollha tat-test f’żewġ tentattivi, l-applikant ikollu jingħata aktar taħriġ.

3. Jista’ jkun meħtieġ aktar taħriġ wara kwalunkwe test tal-ħiliet li l-applikant jeħel minnu. Ma hemm l-ebda limitu għan-numru ta’ testijiet tal-ħiliet li jistgħu jsiru.

TWETTIQ TAT-TEST

4. Jekk l-applikant jagħżel li jwaqqaf it-test tal-ħiliet għal raġunijiet li jitqiesu bħala inadegwati mill-Eżaminatur tat-Titjir (FE), l-applikant ikollu jerġa’ jagħmel it-test tal-ħiliet kollu kemm hu. Jekk it-test jitwaqqaf għal raġunijiet li jitqiesu bħala adegwati mill-FE, it-taqsimiet li ma jkunux tlestew biss għandhom jiġu ttestjati f’titjira oħra.

5. Għad-diskrezzjoni tal-FE, kwalunkwe manuvra jew proċedura tat-test tista’ tkun irripetuta darba mill-applikant. Il-FE jista’ jwaqqaf it-test fi kwalunkwe stadju jekk jitqies li l-wirja tal-applikant tal-ħiliet tat-titjir teħtieġ test komplet mill-ġdid.

6. Applikant għandu jkun meħtieġ li jtajjar l-inġenju tal-ajru minn pożizzjoni fejn jistgħu jitwettqu l-funzjonijiet ta’ PIC u li jwettaq it-test bħallikieku m’hemm l-ebda membru ieħor tal-ekwipaġġ preżenti. Ir-responsabbiltà għat-titjira għandha tiġi allokata skont ir-regolamenti nazzjonali.

7. Applikant għandu jindika lill-FE l-kontrolli u d-dmirijiet imwettqa, inkluża l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet tar-radju. Il-kontrolli għandhom jitlestew skont il-lista ta’ kontroll għall-inġenju tal-ajru li fuqu se jsir it-test. Matul it-tħejjija ta’ qabel it-titjira għat-test, l-applikant huwa meħtieġ jiddetermina l-issettjar tal-qawwa u l-veloċitajiet. Id-dejta tal-prestazzjoni għat-tlugħ, l-avviċinament u l-nżul għandha tiġi kkalkolata mill-applikant skont il-manwal tal-operazzjonijiet jew skont il-manwal tat-titjira għall-inġenju tal-ajru użat.

8. L-FE m’għandux jieħu sehem fit-tħaddim tal-inġenju tal-ajru għajr meta l-intervent ikun meħtieġ fl-interess tas-sigurtà jew biex jiġi evitat dewmien inaċċettabbli fir-rigward ta’ traffiku ieħor.

B.    Kontenut tat-test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ CPL — Ajruplani

1. L-ajruplan użat għat-test tal-ħiliet għandu jissodisfa r-rekwiżiti għall-ajruplani tat-taħriġ, u għandu jkun iċċertifikat għat-trasport ta’ mill-anqas erba’ persuni, u jkollu skrun bis-snien tal-ingranaġġ varjabbli u attrezzatura għall-inżul li tista’ tiġi miġbuda lura.

2. Ir-rotta tat-titjira għandha tintgħażel mill-FE u d-destinazzjoni għandha tkun ajrudrom ikkontrollat. L-applikant għandu jkun responsabbli għall-ippjanar tat-titjira u għandu jiżgura li t-tagħmir u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tat-titjira jinsabu abbord. It-tul tal-ħin tat-titjira għandu jkun mill-anqas 90 minuta.

3. L-applikant għandu juri l-kapaċità li:

(a) iħaddem l-inġenju tal-ajru fil-limiti tiegħu,

(b) iwettaq il-manuvri kollha mingħajr intoppi u bi preċiżjoni,

(ċ) jeżerċita ġudizzju tajjeb u ħila fit-titjir;

(d) japplika għarfien ajrunawtiku;

(e) iżomm kontroll tal-ajruplan f’kull ħin b’mod li l-eżitu b’suċċess ta’ proċedura jew manuvra qatt ma jkun iddubitat serjament.

TOLLERANZI MATUL IT-TEST TAT-TITJIR

4. Dawn il-limiti għandhom japplikaw, u dawn ġew ikkoreġuti biex jikkunsidraw il-kundizzjonijiet ta’ turbulenza u l-kwalitajiet ta’ mmaniġġjar u eżekuzzjoni tal-ajruplan użat.

Għoli

titjira normali

± 3,048.00 cm

bi ħsara simulata fil-magna

± 4,572.00 cm

Intraċċar fuq għajnuniet tar-radju

± 5°

Heading

titjira normali

± 10°

bi ħsara simulata fil-magna

± 15°

Veloċità

it-tlugħ mill-art u l-avviċinament

± 5 knots

is-sistemi tat-titjir l-oħra kollha

± 10 knots

KONTENUT TAT-TEST

5. Is-suġġetti fit-Taqsima 2(c) u (e)(iv), u t-Taqsimiet 5 u 6 kollha jistgħu jitwettqu f’FNPT II jew f’FFS.

L-użu ta’ listi ta’ kontroll tal-ajruplani, il-ħila fit-titjir, il-kontroll tal-ajruplan b’referenza viżiva esterna, il-proċeduri ta’ kontra s-silġ u tat-tneħħija tas-silġ, u l-prinċipji tal-ġestjoni ta’ theddid u żbalji japplikaw fit-taqsimiet kollha.



TAQSIMA 1 —  OPERAZZJONIJIET TA’ QABEL IT-TITJIRA U TLUQ

a

Qabel it-titjira, inklużi:

L-Ippjanar tat-titjira, id-Dokumentazzjoni, id-Determinazzjoni tal-massa u l-bilanċ, l-Briefing dwar it-temp, NOTAMS

b

Spezzjoni u manutenzjoni tal-ajruplan

c

Taxi u tlugħ mill-art

d

Kunsiderazzjonijiet ta’ eżekuzzjoni u ttrimmjar

e

Operazzjonijiet tal-ajrudrom u x-xejriet tat-traffiku

f

Il-proċedura tat-tluq, l-issettjar tal-altimetru, l-evitar tal-kolliżjonijiet (għassa)

g

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 2 —  OPERAZZJONIJIET FL-AJRU ĠENERALI

a

Kontroll tal-ajruplan b’referenza viżiva esterna, inklużi dritt u livell, tlugħ fl-ajru, tbaxxija, għassa

b

It-titjira b’airspeeds (veloċità fl-ajru mqabbel mal-arja) baxxi b’mod kritiku inklużi r-rikonoxximent ta’ u l-irkupru minn bidu ta’ waqfien tal-magni jew waqfien sħiħ

c

Dawriet, inklużi dawriet f’konfigurazzjoni ta’ nżul. Dawriet weqfin ta’ 45°

d

It-titjir b’airspeeds għoljin b’mod kritiku, inklużi r-rikonoxximent ta’ u l-irkupru minn għadsiet spirali

e

Titjir b’referenza għall-istrumenti biss, inklużi:

(i)  titjir wati, il-konfigurazzjoni tat-tajran, il-kontroll tal-heading, l-altitudni u l-airspeed

(ii)  dawriet ta’ 10°–30° fit-tlugħ fl-ajru u t-tbaxxija

(iii)  irkupri minn attitudnijiet mhux tas-soltu

(iv)  strumenti tal-panew limitati

f

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 3 —  PROĊEDURI WAQT IR-ROTTA

a

Kontroll tal-ajruplan b’referenza viżiva esterna, inkluża l-konfigurazzjoni tat-tajran

b

L-orjentazzjoni, il-qari tal-mapep

c

L-altitudni, il-veloċità, il-kontroll tal-heading, l-għassa

d

L-issettjar tal-altimetru. Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

e

Il-monitoraġġ tal-progress tat-titjira, il-ġurnal ta’ abbord, il-konsum tal-karburant, il-valutazzjoni tal-iżbalji tal-intraċċar u l-istabbiliment mill-ġdid tal-intraċċar korrett

f

L-osservazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-temp, il-valutazzjoni tax-xejriet, l-ippjanar għal devjazzjoni

g

L-intraċċar, l-istazzjonar (NDB jew VOR), l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet (titjir bl-istrumenti). L-implimentazzjoni tal-pjan ta’ devjazzjoni għal ajrudrom alternattiv (titjir viżiv)

TAQSIMA 4 —  PROĊEDURI TAL-AVVIĊINAMENT U TAL-INŻUL

a

Proċeduri tal-wasla, l-issettjar tal-altimetru, il-kontrolli, l-għassa

b

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

c

Azzjoni ta’ tidwir fil-baxx

d

Inżul normali, inżul bir-riħ mill-ġenb (jekk il-kundizzjonijiet ikunu adattati)

e

Inżul f’distanza qasira

f

Avviċinament u nżul bil-magna wieqfa (b’magna waħda biss)

g

Inżul mingħajr użu tal-flaps

h

Azzjonijiet ta’ wara t-titjira

TAQSIMA 5 —  PROĊEDURI ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

Din it-Taqsima tista’ tkun ikkombinata mat-Taqsimiet 1 sa 4

a

Ħsara fil-magna ssimulata wara t-tlugħ (f’altitudni sikura), it-taħriġ kontra n-nirien

b

Funzjonament ħażin tat-tagħmir

inkluża ħsara fl-estensjoni tal-attrezzatura għall-inżul alternattiv, fl-elettriku u l-brejkijiet

c

Inżul ta’ emerġenza (issimulat)

d

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

e

Mistoqsijiet orali

TAQSIMA 6 —  TITJIR ASIMMETRIKU SSIMULAT U ELEMENTI TAL-KLASSI JEW TAT-TIP RELEVANTI

Din it-Taqsima tista’ tkun ikkombinata mat-Taqsimiet 1 sa 5

a

Ħsara fil-magna ssimulata matul it-tlugħ (f’altitudni sikura sakemm ma jitwettaqx f’FFS)

b

Avviċinament asimmetriku u avviċinament b’tidwira

c

Avviċinament asimmetriku u nżul sħiħ

d

It-tifi u l-istartjar mill-ġdid tal-magna

e

Kollegament ma’ ATC – konformità, il-proċeduri ta’ R/T, il-Ħila fit-titjir

f

Kif iddeterminat mill-FE — kwalunkwe element rilevanti tat-test tal-ħiliet tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għandu jinkludi, jekk applikabbli:

(i)  is-sistemi tal-ajruplan inkluż il-ġestjoni tal-bdot awtomatiku

(ii)  it-tħaddim tas-sistema ta’ pressjoni qawwija

(iii)  l-użu tas-sistema tat-tneħħija tas-silġ u ta’ kontra s-silġ

g

Mistoqsijiet orali

C.    Kontenut tat-test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ CPL — Ħelikopters

1. Il-ħelikopter użat għat-test tal-ħiliet għandu jissodisfa r-rekwiżiti għall-ħelikopters tat-taħriġ.

2. Iż-żona u r-rotta tat-titjira għandhom jintgħażlu mill-FE u l-operazzjonijiet ta’ titjir f’livell baxx u titjir wieqaf għandu jkun f’ajrudrom jew sit approvat. Ir-rotot użati għat-Taqsima 3 jistgħu jintemmu fl-ajrudrom tat-tluq jew f’ajrudrom ieħor u waħda mid-destinazzjonijiet għandha tkun ajrudrom ikkontrollat. It-test tal-ħiliet jista’ jitwettaq f’2 titjiriet. It-tul tal-ħin totali ta’ titjira/titjiriet għandu jkun mill-anqas 90 minuta.

3. L-applikant għandu juri l-kapaċità li:

(a) jopera l-inġenju tal-ajru fil-limiti tiegħu;

(b) jesegwixxi l-manuvri kollha mingħajr intoppi u bi preċiżjoni;

(ċ) jeżerċita ġudizzju tajjeb u ħila fit-titjir;

(d) japplika għarfien ajrunawtiku;

(e) iżomm kontroll tal-airship f’kull ħin b’mod li l-eżitu b’suċċess ta’ proċedura jew manuvra qatt ma jkun iddubitat serjament.

TOLLERANZI TAT-TEST TAT-TITJIR

4. Il-limiti li ġejjin għandhom japplikaw, u dawn ġew ikkoreġuti sabiex jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet turbulenti u l-kwalitajiet tat-trattament u tal-eżekuzzjoni tal-ħelikopter użat.

Għoli

titjira normali

± 3,048.00 cm

emerġenza maġġuri ssimulata

± 4,572.00 cm

Intraċċar fuq għajnuniet tar-radju

± 10°

Heading

titjira normali

± 10°

emerġenza maġġuri ssimulata

± 15°

Veloċità

it-tlugħ u l-avviċinament b’aktar minn magna waħda

± 5 knots

is-sistemi tat-titjir l-oħra kollha

± 10 knots

Ground drift

Tlugħ wieqaf relattivament għall-art (I.G.E.)

± 91.44 cm

inżul l-ebda moviment lejn il-ġenb jew lura

KONTENUT TAT-TEST

5. L-affarijiet f’Taqsima 4 jistgħu jitwettqu f’ħelikopter FNPT jew f’ħelikopter FFS. L-użu tal-listi ta’ kontroll tal-ħelikopter, il-ħila fit-titjir, il-kontroll tal-ħelikopter permezz ta’ referenza viżiva esterna, il-proċeduri tat-tneħħija tas-silġ, u l-prinċipji ta’ ġestjoni ta’ theddid u żbalji japplikaw fit-taqsimiet kollha.



TAQSIMA 1 —  VERIFIKI U PROĊEDURI TA’ QABEL/WARA T-TITJIRA

a

L-għarfien dwar il-ħelikopters (eż. log tekniku, karburant, massa u bilanċ, eżekuzzjoni), l-ippjanar tat-titjir, id-dokumentazzjoni, NOTAMS, it-temp

b

L-ispezzjoni/azzjoni ta’ qabel it-titjira, il-post tal-partijiet u l-għan

c

L-ispezzjoni tal-kokpit, il-proċedura tal-istartjar

d

Il-kontrolli tat-tagħmir tal-komunikazzjoni u tan-navigazzjoni, l-għażla u l-issettjar ta’ frekwenzi

e

Il-proċedura ta’ qabel it-tlugħ mill-art, proċedura R/T, kollegament ma’ ATC - konformità

f

L-ipparkjar, it-tifi tal-magna u l-proċedura ta’ wara t-titjira

TAQSIMA 2 —  MANUVRI TITJIR WIEQAF, IT-TRATTAMENT AVVANZAT U ŻONI RISTRETTI

a

Tlugħ u nżul l-art (irfigħ u llandjar)

b

Taxi, taxi tat-titjir wieqaf

c

Titjir wieqaf b’riħ minn quddiem/mill-ġenb/minn wara

d

Dawriet f’titjir wieqaf, 360° lejn ix-xellug u l-lemin (dawriet fil-post)

e

Il-manuvri ta’ titjir wieqaf ‘il quddiem, la ġenba u lura

f

Ħsara fil-magna ssimulata mit-titjir wieqaf

g

Waqfiet rapidi fir-riħ u favur ir-riħ

h

Inżul u tlugħ mill-art, f’art inklinata/siti mhux imħejjija

i

Tlugħ (diversi profili)

j

Tlugħ bir-riħ mill-ġenb, favur ir-riħ (jekk ikun prattikabbli)

k

Tlugħ mill-art bil-massa tat-tlugħ massimu (attwali jew issimulat)

l

Avviċinamenti (profili differenti)

m

Tlugħ u nżul b’enerġija limitata

n

Awtorotazzjonijiet (l-FE jagħżel żewġ elementi minn — Dawriet bażiċi, fuq medda, b’veloċità baxxa u dawk ta’ 360°)

o

Inżul awtorotattiv

p

Prattika ta’ nżul ta’ emerġenza bl-irkupru tal-enerġija

q

Kontrolli tal-enerġija, it-teknika tal-istħarriġ, it-teknika tal-avviċinament u t-tluq

TAQSIMA 3 —  IN-NAVIGAZZJONI — PROĊEDURI WAQT IR-ROTTA

a

In-navigazzjoni u l-orjentazzjoni f’diversi altitudnijiet/livelli ta’ għoli, qari tal-mapep

b

Altitudni/għoli, veloċità, kontroll tal-heading, osservazzjoni tal-ispazju tal-ajru, l-issettjar tal-altimetru

c

Il-monitoraġġ tal-progress tat-titjira, il-ġurnal ta’ abbord, il-konsum tal-karburant, il-medda tal-kapaċità, l-ETA, il-valutazzjoni tal-iżbalji tal-intraċċar u l-istabbiliment mill-ġdid tal-intraċċar korrett, il-kontroll tal-istrumenti

d

L-osservazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-temp, l-ippjanar rigward id-devjazzjonijiet

e

L-intraċċar, l-istazzjonar (NDB u/jew VOR), l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet

f

Kollegament ma’ ATC u l-konformità mar-regolamenti, eċċ.

TAQSIMA 4 —  PROĊEDURI TAT-TITJIR U MANUVRI B’REFERENZA UNIKA GĦALL-ISTRUMENTI

a

Titjir wati, il-kontroll tal-heading, l-altitudni/għoli u l-veloċità

b

Dawriet fil-wita ta’ rata 1 għal direzzjonijiet speċifikati, 180° għal 360° xellug u lemin

c

Tlugħ fl-ajru u tbaxxija, inklużi dawriet ta’ rata 1 għal headings speċifikati

d

Irkupru minn attitudnijiet mhux tas-soltu

e

Dawriet bi bbankjar ta’ 30°, dawra sa 90° fuq in-naħa tax-xellug u tal-lemin

TAQSIMA 5 —  PROĊEDURI ANORMALI U TA’ EMERĠENZA (ISSIMULATI META JKUN ADATTAT)

Nota (1):  Meta test jitwettaq fuq ħelikopter b’aktar minn magna waħda, taħriġ ta’ ħsara fil-magna ssimulat, inklużi avviċinament u nżul b’magna waħda, se jiġi inkluż fit-test

Nota (2):  Il-FE għandu jagħżel 4 affarijiet minn dawn li ġejjin:

a

Funzjonament ħażin tal-magna, inkluż waqfien ġenerali, silġ fil-karburatur/magna, is-sistema taż-żejt, kif ikun adattat

b

Funzjonament ħażin tas-sistema tal-karburant

c

Funzjonament ħażin tas-sistema tal-elettriku

d

Funzjonament ħażin tas-sistema idrawlika, inklużi avviċinament u nżul mingħajr sistema idrawlika, kif ikun applikabbli

e

Funzjonament ħażin tas-sistema tar-rotor ewlenija u/jew anti-torque (FFS jew diskussjoni biss)

f

Taħriġ kontra n-nirien, inkluż kontroll u tneħħija tad-duħħan, kif ikun applikabbli

g

Proċeduri oħra anormali u ta’ emerġenza kif deskritti fil-manwal tat-titjir adattat, inklużi għal ħelikopters b’aktar minn magna waħda:

Ħsara fil-magna ssimulata fit-tlugħ:

tlugħ mill-art mhux aċċettat waqt jew qabel it-TDP jew inżul ta’ emerġenza sikur waqt jew qabel id-DPATO, ftit wara t-TDP jew id-DPATO.

Inżul bi ħsara fil-magna ssimulata:

inżul jew tidwir wara ħsara fil-magna qabel l-LDP jew id-DPBL,

b’segwitu għal ħsara fil-magna wara l-LDP jew inżul ta’ emerġenza sikur wara id-DPBL.

D.    Kontenut tat-test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ CPL — Airships

1. L-airship użat għat-test tal-ħiliet għandu jissodisfa r-rekwiżiti għall-airships tat-taħriġ.

2. Iż-żona u r-rotta tat-titjira għandhom jintgħażlu mill-FE. Ir-rotot użati għat-Taqsima 3 jistgħu jintemmu fl-ajrudrom tat-tluq jew f’ajrudrom ieħor u waħda mid-destinazzjonijiet għandha tkun ajrudrom ikkontrollat. It-test tal-ħiliet jista’ jitwettaq f’2 titjiriet. It-tul tal-ħin totali ta’ titjira/titjiriet għandu jkun mill-anqas 60 minuta.

3. L-applikant għandu juri l-kapaċità li:

(a) jopera l-inġenju tal-ajru fil-limiti tiegħu;

(b) jesegwixxi l-manuvri kollha mingħajr intoppi u bi preċiżjoni;

(ċ) jeżerċita ġudizzju tajjeb u ħila fit-titjir;

(d) japplika għarfien ajrunawtiku;

(e) iżomm kontroll tal-airship f’kull ħin b’mod li l-eżitu b’suċċess ta’ proċedura jew manuvra qatt ma jkun iddubitat serjament.

TOLLERANZI TAT-TEST TAT-TITJIR

4. Il-limiti li ġejjin għandhom japplikaw, u dawn ġew ikkoreġuti sabiex jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet turbulenti u l-kwalitajiet tat-trattament u tal-eżekuzzjoni tal-airship użat.

Għoli

titjira normali

± 3,048.00 cm

emerġenza maġġuri ssimulata

± 4,572.00 cm

Intraċċar fuq għajnuniet tar-radju

± 10°

Heading

titjira normali

± 10°

emerġenza maġġuri ssimulata

± 15°

KONTENUT TAT-TEST

5. L-affarijiet f’Taqsimiet 5 u 6 jistgħu jitwettqu f’Airship FNPT jew f’FFS ta’ airship. L-użu tal-listi ta’ kontroll tal-airships, il-ħila fit-titjir, il-kontroll tal-airship b’referenza viżiva esterna, il-proċeduri tat-tneħħija tas-silġ, u l-prinċipji ta’ ġestjoni ta’ theddid u żbalji japplikaw fit-taqsimiet kollha.



TAQSIMA 1 —  OPERAZZJONIJIET TA’ QABEL IT-TITJIRA U TLUQ

a

Qabel it-titjira, inklużi:

L-Ippjanar tat-titjira, id-Dokumentazzjoni, id-Determinazzjoni tal-massa u l-bilanċ, l-Briefing dwar it-temp, NOTAMS

b

Spezzjoni u manutenzjoni ta’ airship

c

Proċedura lil hinn mill-arblu, immanuvrar fuq l-art u t-tlugħ mill-art

d

Kunsiderazzjonijiet ta’ eżekuzzjoni u ttrimmjar

e

Operazzjonijiet tal-ajrudrom u x-xejriet tat-traffiku

f

Il-proċedura tat-tluq, l-issettjar tal-altimetru, l-evitar tal-kolliżjonijiet (għassa)

g

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 2 —  OPERAZZJONIJIET FL-AJRU ĠENERALI

a

Kontroll tal-airship b’referenza viżiva esterna, inklużi dritt u livell, tlugħ fl-ajru, tbaxxija, għassa

b

Titjir f’għoli tal-pressjoni

c

Tidwir

d

Tbaxxija u tlugħ fl-ajru b’angolu wieqaf ħafna

e

Titjir b’referenza għall-istrumenti biss, inklużi:

(i)  titjir wati, il-kontroll tal-heading, l-altitudni u l-veloċità fl-arja

(ii)  tidwir ta’ tlugħ fl-arju u tbaxxija

(iii)  irkupri minn attitudnijiet mhux tas-soltu

(iv)  strumenti tal-panew limitati

f

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 3 —  PROĊEDURI WAQT IR-ROTTA

a

Kontroll tal-airship b’referenza viżiva esterna,

Kunsiderazzjonijiet tal-Medda tat-titjir/Kapaċità

b

L-orjentazzjoni, il-qari tal-mapep

c

L-altitudni, il-veloċità, il-kontroll tal-heading, l-għassa

d

L-issettjar tal-altimetru, il-Kollegament ma’ ATC – konformità, il-proċeduri ta’ R/T

e

Il-monitoraġġ tal-progress tat-titjira, il-ġurnal ta’ abbord, il-konsum tal-karburant, il-valutazzjoni tal-iżbalji tal-intraċċar u l-istabbiliment mill-ġdid tal-intraċċar korrett

f

L-osservazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-temp, il-valutazzjoni tax-xejriet, l-ippjanar għal devjazzjoni

g

L-intraċċar, l-istazzjonar (NDB jew VOR), l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet (titjir bl-istrumenti). L-implimentazzjoni tal-pjan ta’ devjazzjoni għal ajrudrom alternattiv (titjir viżiv)

TAQSIMA 4 —  PROĊEDURI TAL-AVVIĊINAMENT U TAL-INŻUL

a

Proċeduri tal-wasla, l-issettjar tal-altimetru, il-kontrolli, l-għassa

b

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

c

Azzjoni ta’ tidwir fil-baxx

d

Inżul normali

e

Inżul f’distanza qasira

f

Avviċinament u nżul bil-magna wieqfa (b’magna waħda biss)

g

Inżul mingħajr użu tal-flaps

h

Azzjonijiet ta’ wara t-titjira

TAQSIMA 5 —  PROĊEDURI ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

Din it-Taqsima tista’ tkun ikkombinata mat-Taqsimiet 1 sa 4

a

Ħsara fil-magna ssimulata wara t-tlugħ (f’altitudni sikura), it-taħriġ kontra n-nirien

b

Funzjonament ħażin tat-tagħmir

c

Inżul ta’ emerġenza (issimulat)

d

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

e

Mistoqsijiet orali

TAQSIMA 6 —  AFFARIJIET TAL-KLASSI JEW TAT-TIP RILEVANTI

Din it-Taqsima tista’ tkun ikkombinata mat-Taqsimiet 1 sa 5

a

Ħsara fil-magna ssimulata matul it-tlugħ (f’altitudni sikura sakemm ma jitwettaqx f’FFS)

b

L-avviċinament u t-tidwir b’magna(i) wieqfa(weqfin)

c

L-avviċinament u l-inżul b’waqfa sħiħa b’magna(i) wieqfa(weqfin)

d

Funzjonament ħażin tas-sistema tal-pressjoni tal-envelopp

e

Kollegament ma’ ATC – konformità, il-proċeduri ta’ R/T, il-Ħila fit-titjir

f

Kif iddeterminat mill-FE — kwalunkwe element rilevanti tat-test tal-ħiliet tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għandu jinkludi, jekk applikabbli:

(i)  is-sistemi tal-airships

(ii)  it-tħaddim tas-sistema tal-pressjoni tal-envelopp

g

Mistoqsijiet orali




Appendiċi 5

Kors ta’ taħriġ integrat ta’ MPL

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors integrat ta’ MPL huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġa biex ikunu jistgħu jaħdmu bħala kobdoti ta’ ajruplani tat-trasport bl-ajru b’aktar minn magna waħda bit-turbini u b’ħafna bdoti taħt VFR u IFR u biex jiksbu MPL.

▼M3

2. L-approvazzjoni għal kors ta’ taħriġ ta’ MPL għandha tingħata biss lil ATO li hija parti minn operatur tat-trasport kummerċjali bl-ajru ċċertifikat skont il-Parti ORO jew li għandha arranġament speċifiku ma’ tali operatur. Il-liċenzja għandha tkun ristretta għal dak l-operatur speċifiku sat-tlestija tal-kors ta’ konverżjoni tal-operatur tal-linja tal-ajru.

▼B

3. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ MPL għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu f’ATO. It-taħriġ għandu jkun ibbażat fuq il-kompetenza u mwettaq f’ambjent operattiv ta’ aktar minn ekwipaġġ wieħed.

4. Applikanti ab initio biss għandhom jiddaħħlu fil-kors.

5. Il-kors għandu jinkludi:

(a) tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien tal-ATPL(A)

(b) taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti;

(c) taħriġ f’MCC għat-tħaddim ta’ ajruplani b’ħafna bdoti;

(d) taħriġ fil-klassifikazzjoni tat-tip.

6. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors tal-MPL kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi u għal IR, jekk ir-rekwiżiti applikabbli jiġu ssodisfati.

GĦARFIEN TEORIKU

7. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ MPL approvat għandu jinkludi mill-inqas 750 siegħa ta’ tagħlim sal-livell ta’ għarfien tal-ATPL(A), kif ukoll is-sigħat meħtieġa għat-tagħlim tal-għarfien teoriku għall-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti, skont is-Subparti H.

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

8. It-taħriġ fit-titjir għandu jinkludi total ta’ mill-inqas 240 siegħa, magħmula minn sigħat bħala PF u PNF, f’titjir reali u ssimulat, u għandu jkopri l-4 fażijiet ta’ taħriġ li ġejjin:

(a) Fażi 1— Il-ħiliet ewlenin tat-titjir

It-taħriġ bażiku speċifiku ta’ bdot wieħed f’ajruplan.

(b) Fażi 2 — Taħriġ Bażiku

Introduzzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ aktar minn ekwipaġġ wieħed u titjir bl-istrumenti.

(c) Fażi 3 — Taħriġ Intermedju

Applikazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ aktar minn ekwipaġġ wieħed għal ajruplan b’aktar minn magna waħda bit-turbini ċċertifikat bħala ajruplan ta’ eżekuzzjoni għolja skont il-Parti 21.

(d) Fażi 4 — Taħriġ Avvanzat

Taħriġ fil-klassifikazzjoni tat-tip f’ambjent orjentat lejn linja tal-ajru.

L-esperjenza fit-titjir, fit-titjir attwali għandha tinkludi r-rekwiżiti tal-esperjenza kollha tas-Subparti H, it-taħriġ fl-irkupru minn problemi waqt it-titjira, it-titjir billejl, it-titjir unikament b’referenza għall-istrumenti u l-esperjenza meħtieġa biex tinkiseb il-ħila fit-titjir rilevanti.

Ir-rekwiżiti MCC għandhom ikunu inkorporati fil-fażijiet rilevanti ta’ hawn fuq.

It-taħriġ fit-titjir asimmetriku għandu jingħata f’ajruplan jew f’FFS.

9. Kull fażi tat-taħriġ fis-sillabu tat-tagħlim fit-titjir għandha tkun magħmula minn tagħlim dwar l-għarfien bażiku kif ukoll minn partijiet ta’ taħriġ prattiku.

10. Il-kors ta’ taħriġ għandu jinkludi proċess ta’ evalwazzjoni kontinwa tas-sillabu tat-taħriġ u valutazzjoni kontinwa tal-istudenti li jsegwu s-sillabu. L-evalwazzjoni għandha tiżgura li:

(a) il-kompetenzi u l-valutazzjoni relatata huma rilevanti għall-kompiti ta’ kopilota ta’ ajruplan b’aktar minn bdot wieħed;

(b) l-istudenti jiksbu l-kompetenzi meħtieġa b’mod progressiv u sodisfaċenti.

11. Il-kors ta’ taħriġ għandu jinkludi mill-anqas 12-il telgħa u nżul l-art biex tkun żgurata l-kompetenza. Dan it-tlugħ u l-inżul għandu jitwettaq taħt is-sorveljanza ta’ għalliem f’ajruplan li għalih se tinħareġ il-klassifikazzjoni tat-tip.

LIVELL TA’ VALUTAZZJONI

12. L-applikant għall-MPL għandu jkun wera prestazzjoni fid-9 unitajiet tal-kompetenza kollha speċifikati fil-paragrafu 13 ta’ hawn taħt, fil-livell ta’ kompetenza avvanzat meħtieġ għall-operat u l-interazzjoni bħala kopilota f’ajruplan b’magni bit-turbini b’aktar minn bdot wieħed, taħt kundizzjonijiet viżivi u bl-istrumenti. Il-valutazzjoni għandha tikkonferma li jinżamm il-kontroll tal-ajruplan jew tas-sitwazzjoni l-ħin kollu, biex ikun żgurat ir-riżultat b’suċċess ta’ proċedura jew manuvra. L-applikant għandu konsistentement juri l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet meħtieġa għat-tħaddim sikur tat-tip ta’ ajruplan applikabbli, skont il-kriterji tal-eżekuzzjoni tal-MPL.

UNITAJIET TAL-KOMPETENZA

13. L-applikant għandu juri kompetenza fid-9 unitajiet tal-kompetenza li ġejjin:

(1) japplika l-prinċipji tal-prestazzjoni umana, inklużi l-prinċipji tal-ġestjoni tat-theddid u l-iżbalji;

(2) iwettaq l-operazzjonijiet tal-ajruplan fuq l-art;

(3) iwettaq qtugħ mill-art;

(4) iwettaq tlugħ fl-ajru;

(5) iwettaq tajran;

(6) iwettaq tbaxxija;

(7) iwettaq avviċinament;

(8) iwettaq inżul l-art;

(9) iwettaq operazzjonijiet ta’ wara l-inżul u tal-ajruplan wara t-titjira.

TITJIR ISSIMULAT

14. Rekwiżiti minimi għal FSTDs:

(a) Fażi 1— Il-ħiliet ewlenin tat-titjir

Taħriġ elettroniku u apparat ta’ part tasking approvat mill-awtorità kompetenti li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

 jinvolvu aċċessorji lil hinn minn dawk normalment assoċjati mal-kompjuters tat-tip desktop, bħal repliki funzjonali ta’ kwadrat tat-throttle, kontrollur tat-tip side-stick, jew keypad ta’ FMS;

 jinvolvu attività psikomotorja bl-applikazzjoni adattata tal-forza u l-ħin tar-rispons.

(b) Fażi 2 — Taħriġ Bażiku

FNPT II MCC li jirrappreżenta ajruplan ġeneriku b’aktar minn magna waħda bit-turbini.

(c) Fażi 3 — Taħriġ Intermedju

FSTD li jirrappreżenta ajruplan b’aktar minn magna waħda bit-turbini meħtieġ biex jitħaddem minn kopilota u kkwalifikat sa standard ekwivalenti għal-livell B, li addizzjonalment jinkludi:

 sistema viżiva ta’ matul il-jum/għabex/lejl b’panorama viżiva kkollimata kontinwa mill-anqas daqs il-wisa’ tal-kokpit li tipprovdi lil kull bdot panorama viżiva 180° orizzontalment u 40° vertikalment, u

 simulazzjoni ambjentali ta’ ATC.

(d) Fażi 4 — Taħriġ Avvanzat

FFS li huwa ekwivalenti b’mod sħiħ għal-livell D jew il-livell C b’sistema viżiva ta’ matul il-jum, inkluża simulazzjoni ambjentali ta’ ATC.




Appendiċi 6

Korsijiet ta’ taħriġ modulari għall-IR

A.    IR(A) — Kors modulari ta’ taħriġ għat-titjir

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors modulari ta’ taħriġ fit-titjir IR(A) huwa li jħarreġ lill-bdoti għal-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex joperaw l-ajruplani skont l-IFR u f'IMC. Il-kors jikkonsisti f'żewġ moduli, li jistgħu jsiru separatament jew flimkien:

(a) Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Bażiċi

Dan huwa magħmul minn 10 sigħat tagħlim bl-istrumenti, li sa 5 sigħat minnhom jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f'BITD, FNPT I jew II, jew FFS. Malli jitlesta l-Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Bażiċi, il-kandidat jinħariġlu Ċertifikat ta’ Tlestija tal-Kors.

(b) Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Proċedurali

Dan jinkludi l-bqija tas-sillabu tat-taħriġ għall-IR(A), 40 siegħa b'magna waħda jew 45 siegħa ta’ tagħlim b'aktar minn magna waħda bl-istrumenti, u l-kors ta’ għarfien teoriku għall-IR(A).

▼M3

2. Applikant għal IR(A) modulari bbażat fuq il-kompetenzi għandu jkun id-detentur ta' PPL(A) jew CPL(A). Applikant għal Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Proċedurali, li m’għandux CPL(A), għandu jkun detentur ta’ Ċertifikat ta’ Tlestija tal-Kors għall-Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Bażiċi.

L-ATO għandha tiżgura li l-applikant għal kors tal-IR(A) b’aktar minn magna waħda li m’għandux kwalifika tal-klassi jew tat-tip ta’ ajruplan b’aktar minn magna waħda, ikun ingħata t-taħriġ fuq aktar minn magna waħda speċifikat fis-Subparti H qabel jibda t-taħriġ fit-titjir għall-kors tal-IR(A).

▼B

3. Applikant li jixtieq jagħmel il-Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Proċedurali ta’ kors modulari tal-IR(A) gandu jkun meħtieġ li jlesti l-istadji tat-tagħlim kollha f'kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu u approvat. Qabel jibda l-Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Proċedurali, l-ATO għandha tiżgura l-kompetenza tal-applikant fil-ħiliet fl-istrumenti bażiċi waqt it-titjir. It-taħriġ ta’ aġġornament għandu jingħata kif meħtieġ.

4. Il-kors tat-tagħlim teoriku għandu jiġi kkompletat fi żmien 18-il xahar. Il-Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Proċedurali u t-test tal-ħiliet għandhom jiġu kkompletati fi żmien il-perjodu ta’ validità tal-punti minimi meħtieġa fl-eżamijiet teoretiċi.

5. Il-kors għandu jinkludi:

(a) tagħlim fl-għarfien teoriku għal-livell ta’ għarfien tal-IR;

(b) tagħlim tat-titjir bl-istrumenti.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors modulari tal-IR(A) approvat għandu jinkludi mill-inqas 150 siegħa tagħlim ta’ għarfien teoriku.

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

7. Kors tal-IR(A) b'magna waħda għandu jinkludi mill-inqas 50 siegħa tagħlim bl-istrumenti li sa 20 siegħa minnhom jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f'FNPT I, jew sa 35 siegħa f'FFS jew FNPT II. Jista' jsir massimu ta’ 10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f'FNPT II jew FFS f'FNPT I.

8. Kors tal-IR(A) b'aktar minn magna waħda għandu jinkludi mill-inqas 55 siegħa tagħlim bl-istrumenti, li minnhom, sa 25 siegħa jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f'FNPT I, jew sa 40 siegħa f'FFS jew FNPT II. Massimu ta’ 10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f'FNPT II jew f'FFS jista' jsir f'FNPT I. Il-bqija tat-tagħlim bl-istrumenti tat-titjir għandha tinkludi mill-inqas 15-il siegħa f'ajruplani b'aktar minn magna waħda.

9. Id-detentur ta’ IR(A) b'magna waħda li għandu wkoll klassifikazzjoni tat-tip jew tal-klassi b'aktar minn magna waħda li jixtieq jikseb IR(A) b'aktar minn magna waħda għall-ewwel darba għandu jlesti kors f'ATO li jinkludi mill-inqas 5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti f'ajruplani b'aktar minn magna waħda, li 3 sigħat minnhom jistgħu jkunu f'FFS jew f'FNPT II.

10.1. Id-detentur ta’ CPL(A) jew ta’ Ċertifikat ta’ Tlestija tal-Kors għall-Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Bażiċi jista' jkollu l-ammont totali ta’ taħriġ meħtieġ fil-paragrafi 7 jew 8 ta’ hawn fuq imnaqqas b'10 sigħat.

▼M3

10.2. Id-detentur ta’ IR(H) jista’ jkollu l-ammont totali ta’ taħriġ meħtieġ fil-paragrafi 7 jew 8 ta’ hawn fuq imnaqqas b’10 sigħat.

▼B

10.3. It-tagħlim totali fit-titjir bl-istrumenti f'ajruplan għandu jkun konformi mal-paragrafi 7 jew 8, kif xieraq.

11. L-eżerċizzji tat-titjir sat-test tal-ħiliet tal-IR(A) għandhom jinkludu:

(a) Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Bażiċi: Proċedura u manuvra għal titjira bl-istrumenti bażiċi li jkopru mill-inqas:

titjira bl-istrumenti bażiċi mingħajr għajnuniet viżivi esterni:

 titjira orizzontali,

 tlugħ fl-ajru,

 tbaxxija,

 dawriet f'titjira fuq livell wieħed, tlugħ fl-ajru u tbaxxija;

skema tal-istrumenti;

dawra f'daqqa;

radjunavigazzjoni;

irkupru minn attitudnijiet mhux normali;

panew limitat;

rikonoxximent u rkupru mill-bidu ta’ waqfiet għal waqfiet għalkollox;

(b) Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Proċedurali:

(i) proċeduri ta’ qabel titjira għal titjiriet tal-IFR, inkluż l-użu tal-manwal tat-titjir u d-dokumenti tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa fit-tħejjija ta’ pjan ta’ titjira tal-IFR;

(ii) proċeduri u manuvri għal operazzjoni tal-IFR taħt kundizzjonijiet normali, anormali u ta’ emerġenza li jkopru mill-inqas:

 it-tranżizzjoni minn titjira b'viżiv għal titjira bl-istrumenti mat-tlugħ,

 tluq u wasla bl-istrumenti standard,

 proċeduri IFR waqt ir-rotta,

 proċeduri ta’ stennija fir-rotta,

 avviċinamenti bl-istrumenti għal-livelli minimi speċifikati,

 proċeduri ta’ telf ta’ avviċinament,

 inżul minn avviċinamenti bl-istrumenti, inkluż tidwir forma ta’ ċirku;

(iii) manuvri ta’ waqt it-titjira u karatteristiċi partikolari tat-titjira;

(iv) jekk meħtieġ, operazzjoni ta’ ajruplan b'aktar minn magna waħda fl-eżerċizzji ta’ hawn fuq, inkluża operazzjoni tal-ajruplan biss b'referenza għall-istrumenti b'magna waħda simulata bħala mhux operattiva u tifi u startjar mill-ġdid tal-magna (l-eżerċizzju tal-aħħar għandu jsir f'altitudni bla periklu sakemm ma jsirx f'FFS jew f'FNPT II).

▼M3

A.2.    IR(A) — Kors ta' taħriġ fit-tajran modulari bbażat fuq il-kompetenza

ĠENERALI

▼M4

1. L-għan tal-kors ta' taħriġ modulari fit-tajran ibbażat fuq il-kompetenzi huwa li jħarreġ id-detenturi ta' PPL jew ta' CPL għall-kwalifika tal-istrumenti, filwaqt li jqis l-istruzzjoni jew l-esperjenza fit-titjir bl-istrumenti preċedenti. Huwa mfassal biex jipprovdi l-livell ta' profiċjenza meħtieġa biex jitħaddmu l-ajruplani taħt IFR u f'IMC. Il-kors għandu jittieħed f'ATO jew ikun jikkonsisti minn kombinazzjoni ta' struzzjoni fit-titjir bl-istrumenti mogħtija minn IRI(A) jew FI(A) li jkollhom il-privileġġ li jagħtu taħriġ għall-IR u struzzjoni fit-titjir fi ħdan ATO.

▼M3

2. Applikant għal tali IR(A) modulari bbażat fuq il-kompetenzi għandu jkun id-detentur ta' PPL(A) jew CPL(A).

3. Il-kors ta' struzzjoni teoriku għandu jiġi kkompletat fi żmien 18-il xahar. L-istruzzjoni tat-titjir bl-istrumenti u t-test tal-ħiliet għandhom jitlestew fil-perjodu ta' validità li jkun hemm miktub fuq il-karta tar-riżultati tal-eżami li tgħid li l-kandidat ikun kiseb il-punti minimi meħtieġa fl-eżami tal-għarfien teoriku.

4. Il-kors għandu jinkludi:

(a) struzzjoni fl-għarfien teoriku għal-livell ta' għarfien tal-IR(A);

(b) struzzjoni tat-titjir bl-istrumenti.

GĦARFIEN TEORIKU

5. Kors tal-IR(A) modulari bbażat fuq il-kompetenzi għandu jinkludi mill-anqas 80 siegħa ta' struzzjoni fl-għarfien teoriku. Il-kors ta' għarfien teoriku jista' jinkludi taħriġ ibbażat fuq il-kompjuters u elementi ta' taħriġ elettroniku. Għandu jingħata ammont minimu ta' tagħlim fil-klassi kif meħtieġ minn ORA.ATO.305.

TAĦRIĠ FIT-TAJRAN

6. Il-metodu tal-kisba ta' IR(A) meta wieħed isegwi dan il-kors modulari huwa bbażat fuq il-kompetenzi. Madankollu, l-applikant għandu jlesti r-rekwiżiti minimi ta' hawn taħt. Jaf ikun meħtieġ taħriġ addizzjonali biex jintlaħqu l-kompetenzi meħtieġa.

(a) Kors IR(A) modulari bbażat fuq il-kompetenzi dwar inġenji tal-ajru b'magna waħda għandu jinkludi mill-anqas 40 siegħa ta' ħin ta' tagħlim bl-istrumenti, li 10 sigħat minnhom jistgħu jkunu ħin fuq l-art ta' tagħlim bl-istrumenti f'FNPT I, jew sa 25 siegħa f'FFS jew FNPT II. Massimu ta' ħames sigħat ta' ħin fuq l-art bl-istrumenti FFS jew FNPT II jistgħu jitwettqu f'FNPT I.

(i) Meta l-applikant:

(A) ikun temm struzzjoni fit-titjir bl-istrumenti mogħtija minn IRI(A) jew FI(A) li jkollu l-privileġġi biex jipprovdi taħriġ għall-IR; jew

▼M4

(B) esperjenza preċedenti ta' ħin ta' titjira bi strument bħala PIC fuq l-ajruplani, skont klassifika li tipprovdi l-privileġġi li jtir taħt l-IFR u fl-IMC.

▼M3

dawn is-sigħat jistgħu jkunu kkreditati mal-40 siegħa imsemmija hawn fuq għal massimu ta' 30 siegħa,

(ii) Meta l-applikant ikollu ħin ta' titjir ta' tagħlim bl-istrumenti preċedenti, ħlief dak speċifikat f'(a)(i), dawn is-sigħat jistgħu jiġu kkreditati mal-40 siegħa meħtieġa sa massimu ta' 15-il siegħa.

(iii) Fi kwalunkwe każ, it-taħriġ fit-tajran għandu jinkludi mill-anqas 10 sigħat ta' ħin ta' titjir ta' tagħlim bl-istrumenti f'ajruplan f'ATO.

(iv) L-ammont totali ta' struzzjoni bi strumenti doppji ma għandhux ikun anqas minn 25 siegħa.

(b) Kors IR(A) modulari bbażat fuq il-kompetenzi f'ajruplani b'iktar minn magna waħda għandu jinkludi mill-anqas 45 siegħa ta' ħin ta' tagħlim bl-istrumenti, li 10 sigħat minnhom jistgħu jkunu ħin fuq l-art bl-istrumenti f'FNPT I, jew sa 30 siegħa f'FFS jew FNPT II. Massimu ta' ħames sigħat ta' ħin fuq l-art bl-istrumenti FFS jew FNPT II jistgħu jitwettqu f'FNPT I.

(i) Meta l-applikant ikollu:

(A) ikun temm struzzjoni fit-titjir bl-istrumenti mogħtija minn IRI(A) jew FI(A) li jkollu l-privileġġi biex jipprovdi taħriġ għall-IR; jew

▼M4

(B) esperjenza preċedenti ta' ħin ta' titjira bi strument bħala PIC fuq l-ajruplani, skont klassifika li tipprovdi l-privileġġi li jtir taħt l-IFR u fl-IMC.

▼M3

dawn is-sigħat jistgħu jkunu kkreditati mal-45 siegħa imsemmija hawn fuq għal massimu ta' 35 siegħa.

(ii) Meta l-applikant ikollu ħin ta' titjir ta' tagħlim bl-istrumenti, ħlief dak speċifikat f'(a)(i) hawn fuq, dawn is-sigħat jistgħu jiġu kkreditati mal-45 siegħa meħtieġa sa massimu ta' 15-il siegħa

(iii) Fi kwalunkwe każ, it-taħriġ fit-tajran għandu jinkludi mill-anqas 10 sigħat ta' ħin ta' titjir ta' tagħlim bl-istrumenti f'ajruplan b'iktar minn magna waħda f'ATO.

(iv) L-ammont totali ta' struzzjoni bl-istrumenti doppji ma għandux ikun anqas minn 25 siegħa, li mill-anqas 15-il siegħa għandhom jitwettqu f'ajruplan b'iktar minn magna waħda.

(c) Biex jiġi stabbilit l-ammont ta' sigħat ikkreditati u biex jiġu stabbiliti l-ħtiġijiet ta' taħriġ, l-applikant għandu jwettaq valutazzjoni ta' qabel id-dħul f'ATO.

(d) It-tlestija tal-istruzzjoni għat-titjir bl-istrumenti mogħtija minn IRI(A) jew FI(A) skont (a)(i) jew (b)(i) għandha tiġi ddokumentata f'rekord ta' taħriġ speċifiku u ffirmata mill-istruttur.

7. L-istruzzjoni fit-titjir għall-IR(A) modulari bbażat fuq il-kompetenzi għandha tinkludi:

(a) il-proċeduri u l-manuvri għal titjir bażiku bl-istrumenti li mill-anqas ikopru:

(i) titjir bażiku bl-istrumenti mingħajr għajnuniet viżwali esterni;

(ii) titjira orizzonatli;

(iii) tlugħ;

(iv) nżul;

(v) dawriet fit-titjir f'livell, tlugħ u nżul;

(vi) skema tal-istrumenti;

(vii) dawriet f'daqqa;

(viii) navigazzjoni tar-radju;

(ix) irkupru minn attitudnijiet mhux normali;

(x) panell limitat; u

(xi) għarfien u rkupru minn waqfien inċipjenti u sħiħ;

(b) proċeduri ta' qabel it-titjir għal titjiriet IFR, inkluż l-użu ta' manwal tat-titjir u dokumenti tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa għat-tħejjija ta' pjan ta' titjir IFR;

(c) proċeduri u manuvri għal operazzjoni tal-IFR taħt kundizzjonijiet normali, anormali u ta’ emerġenza li jkopru mill-inqas:

(i) tranżizzjoni minn titjira viżwali għal waħda bl-istrumenti matul it-tlugħ;

(ii) tluq u wasliet bl-istrumenti standard;

(iii) proċeduri IFR waqt ir-rotta;

(iv) proċeduri ta' stennija;

(v) avviċinament bl-istrumenti sa valur minimu speċifikat;

(vi) proċeduri ta' approċċ mitlufa; u

(vii) inżul minn avviċinamenti bl-istrumenti, inkluż tidwir forma ta’ ċirku;

(d) manuvri ta’ waqt it-titjira u karatteristiċi partikolari tat-titjira;

(e) jekk ikun meħtieġ, tħaddim ta' ajruplan b'iktar minn magna waħda fl-eżerċizzji ta' hawn fuq, inkluż:

(i) tħaddim tal-ajruplan unikament b'referenza għal strumenti b'magna waħda simulata bħala inoperattiva;

(ii) tifi tal-magna u startjar mill-ġdid (li għandu jitwettaq f'altitudni sikura sakemm ma jintwettaq f'FFS jew FNPT II).

8. L-applikanti għall-IR(A) modulari bbażata fuq il-kompetenzi, li jkollhom PPL jew CPL tal-Parti-FCL u IR(A) valida maħruġa skont ir-rekwiżiti tal-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta' Chicago minn pajjiż terz, jistgħu jiġu kkreditati b'mod sħiħ mar-rekwiżiti tal-kors ta' taħriġ imsemmija fil-paragrafu (4). Sabiex tinħareġ l-IR(A), l-applikant għandu:

(a) itemm it-test tat-taħriġ għall-IR(A) skont l-Appendiċi 7;

(b) juri lill-eżaminatur matul it-test tal-ħila li huwa/hija kiseb il-livell adegwat ta' għarfien teoretiku tal-liġi tal-ajru, il-meteoroloġija u l-ippjanar u l-prestazzjoni tat-titjir (IR);u

(c) ikollu esperjenza minima ta' mill-anqas 50 sena ta' ħin ta' titjir taħt IFR bħala PIC fuq l-ajruplani.

VALUTAZZJONI TA' QABEL ID-DĦUL

9. Il-kontenut u d-dewmien tal-valutazzjoni ta' qabel id-dħul għandhom jiġu stabbiliti mill-ATO abbażi tal-esperjenza bl-istrumenti preċedenti tal-applikant.

INĠENJI TAL-AJRU B'IKTAR MINN MAGNA WAĦDA

10. Id-detentur ta' IR(A) ta' magna waħda li jkollu wkoll kwalifika tat-tip u tal-klassi b'iktar minn magna waħda li jkun jixtieq jikseb IR(A) b'iktar minn magna waħda għall-ewwel darba għandu jtemm kors f'ATO li jinkludi mill-anqas ħames sigħat ta' ħin ta' tagħlim bl-istrumenti f'ajruplani b'iktar minn magna waħda, li tliet sigħat minnhom jistgħu jkunu f'FFS jew FNPT II u għandu jgħaddi minn test tal-ħiliet.

▼B

B.    IR(H) — Kors modulari ta’ taħriġ fit-titjir

1. L-għan tal-kors modulari ta’ IR(H) ta’ taħriġ għat-titjir huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex joperaw il-ħelikopters taħt IFR u f'IMC.

▼M3

2. Applikant għal kors modulari tal-IR(H) għandu jkun id-detentur ta’ PPL(H) jew CPL(H) jew ATPL(H). Qabel jibda l-fażi ta’ struzzjoni tal-inġenju tal-ajru tal-kors tal-IR(H), l-applikant għandu jkun id-detentur tal-kwalifika tat-tip ta’ ħelikopter użat għat-test tal-ħiliet tal-IR(H), jew lesta t-taħriġ ta’ kwalifika tat-tip approvat fuq dak it-tip. L-applikant għandu jkollu ċertifikat ta’ tlestija sodisfaċenti tal-MCC jekk it-test tal-ħiliet għandu jsir f’kundizzjonijiet b’Aktar minn Bdot Wieħed.

▼B

3. Applikant li jixtieq jagħmel kors modulari tal-IR(H) għandu jkun meħtieġ jikkompleta l-istadji ta’ tagħlim kollha f'kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu u approvat.

4. Il-kors tat-tagħlim teoriku għandu jiġi kkompletat fi żmien 18-il xahar. It-tagħlim fittitjira u t-test tal-ħiliet għandhom jiġu kkompletati fi żmien il-perjodu ta’ validità tas-suffiċjenza fl-eżamijiet teoretiċi.

5. Il-kors għandu jinkludi:

(a) tagħlim fl-għarfien teoriku għal-livell ta’ għarfien tal-IR;

(b) tagħlim tat-titjir bl-istrumenti.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors modulari tal-IR(H) approvat għandu jinkludi mill-inqas 150 siegħa ta’ tagħlim.

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

7. Kors tal-IR(H) b'magna waħda għandu jinkludi mill-inqas 50 siegħa ta’ tagħlim bl-istrumenti, li minnhom:

(a) sa 20 siegħa jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f'FNPT I (H) jew (A). Dawn l-20 siegħa ta’ tagħlim f'FNPT I (H) jew (A) jistgħu jiġu ssostitwiti minn tagħlim ta’ 20 siegħa għal IR(H) f'ajruplan, approvat għal dan il-kors, jew

(b) sa 35 siegħa jistgħu jkuun ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f'ħelikopter FTD 2/3, FNPT II/III jew FFS.

It-tagħlim fit-titjir bl-istrumenti għandu jinkludi mill-inqas 10 sigħat f'ħelikopter iċċertifikat għall-IFR.

8. Kors ta’ IR(H) b'aktar minn magna waħda għandu jinkludi mill-inqas 55 siegħa tagħlim bl-istrumenti li minnhom;

(a) sa 20 siegħa jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f'FNPT I (H) jew (A). Dawn l-20 siegħa ta’ tagħlim f'FNPT I (H) jew (A) jistgħu jiġu ssostitwiti minn tagħlim ta’ 20 siegħa għal IR(H) f'ajruplan, approvat għal dan il-kors, jew

(b) sa 40 siegħa jistgħu jkuun ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f'ħelikopter FTD 2/3, FNPT II/III jew FFS.

It-tagħlim fit-titjir bl-istrumenti għandu jinkludi mill-inqas 10 sigħat f'ħelikopter b'aktar minn magna waħda ċċertifikat IFR.

9.1. Id-detenturi ta’ ATPL(H) għandu jkollhom is-sigħat ta’ tagħlim tal-għarfien teoriku mnaqqsa b'50 siegħa.

▼M3

9.2. Id-detentur ta’ IR(A) jista’ jkollu l-ammont ta’ taħriġ meħtieġ imnaqqas b’10 sigħat.

▼M3

9.3. Id-detentur ta’ PPL (H) bi kwalifika ta’ billejl b'ħelikopter jew ta' CPL (H) jista’ jkollu l-ammont totali tal-ħin ta' tagħlim bl-istrumenti meħtieġa imnaqqas b’ħames sigħat.

▼B

10. L-eżerċizzji tat-titjir sat-test tal-ħiliet tal-IR(H) għandhom jinkludu:

(a) proċeduri ta’ qabel titjira għal titjiriet tal-IFR, inkluż l-użu tal-manwal tat-titjir u d-dokumenti tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa fit-tħejjija ta’ pjan ta’ titjira tal-IFR;

(b) proċeduri u manuvri għal operazzjoni tal-IFR taħt kundizzjonijiet normali, anormali u ta’ emerġenza li jkopru mill-inqas:

it-tranżizzjoni minn titjira viżiva għal titjira bl-istrumenti mat-tlugħ,

tluq u wasla bl-istrumenti standard,

proċeduri IFR waqt ir-rotta,

proċeduri ta’ stennija fir-rotta,

avviċinamenti bl-istrumenti għal-livelli minimi speċifikati,

proċeduri ta’ telf ta’ avviċinament,

inżul minn avviċinamenti bl-istrumenti, inkluż tidwir forma ta’ ċirku;

(c) manuvri ta’ waqt it-titjira u karatteristiċi partikolari tat-titjira;

(d) jekk meħtieġ, operazzjoni ta’ ajruplan b'aktar minn magna waħda fl-eżerċizzji ta’ hawn fuq, inkluża operazzjoni tal-ajruplan biss b'referenza għall-istrumenti b'magna waħda simulata bħala mhux operattiva u tifi u startjar mill-ġdid tal-magna (l-eżerċizzju tal-aħħar għandu jsir f'FFS jew FNPT II jew FTD 2/3).

C.    IR(As) — Kors modulari ta’ taħriġ fit-titjir

ĠENERALI

1. L-għan ta’ dan il-kors modulari ta’ taħriġ fit-titjir tal-IR(As) huwa li jħarreġ lill-bdoti għal-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex joperaw l-airships taħt IFR u f'IMC. Il-kors jikkonsisti f'żewġ moduli, li jistgħu jsiru separatament jew flimkien:

(a) Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Bażiċi

Dan huwa magħmul minn 10 sigħat tagħlim bl-istrumenti, li sa 5 sigħat minnhom jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f'BITD, FNPT I jew II, jew FFS. Malli jitlesta l-Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Bażiċi, il-kandidat jinħariġlu Ċertifikat ta’ Tlestija tal-Kors.

(b) Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Proċedurali

Dan jinkludi l-bqija tas-sillabu tat-taħriġ għall-IR(As), 25 siegħa ta’ tagħlim bl-istrumenti, u l-kors ta’ għarfien teoriku għall-IR(As).

2. Applikant għal kors modulari tal-IR(As) għandu jkun id-detentur ta’ PPL(As) inklużi l-privileġġi li jtir billejl jew CPL(As). Applikant għal Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Proċedurali, li m'għandux CPL(As), għandu jkun detentur ta’ Ċertifikat ta’ Tlestija tal-Kors għall-Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Bażiċi.

3. Applikant li jixtieq jagħmel il-Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Proċedurali ta’ kors modulari tal-IR(As) hu meħtieġ li jlesti l-istadji tat-tagħlim kollha f'kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu u approvat. Qabel jibda l-Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Proċedurali, l-ATO għandha tiżgura l-kompetenza tal-applikant fil-ħiliet fl-istrumenti bażiċi waqt it-titjir. It-taħriġ ta’ aġġornament għandu jingħata kif meħtieġ.

4. Il-kors tat-tagħlim teoriku għandu jiġi kkompletat fi żmien 18-il xahar. Il-Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Proċedurali u t-test tal-ħiliet għandhom jiġu kkompletati fi żmien il-perjodu ta’ validità tal-punti minimi meħtieġa fl-eżamijiet teoretiċi.

5. Il-kors għandu jinkludi:

(a) tagħlim fl-għarfien teoriku għal-livell ta’ għarfien tal-IR;

(b) tagħlim tat-titjir bl-istrumenti.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors modulari tal-IR(As) approvat għandu jinkludi mill-inqas 150 siegħa ta’ tagħlim tal-għarfien teoriku.

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

7. Kors tal-IR(As) għandu jinkludi mill-inqas 35 siegħa ta’ tagħlim bl-istrumenti li sa 15-il siegħa minnhom jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f'FNPT I, jew sa 20 siegħa f'FFS jew f'FNPT II. Jista' jsir massimu ta’ 5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art ta’ FNPT I.

8. Id-detentur ta’ CPL(As) jew ta’ Ċertifikat ta’ Tlestija tal-Kors għall-Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Bażiċi jista' jkollu l-ammont totali ta’ taħriġ meħtieġ fil-paragrafu 7 imnaqqas b'10 sigħat. It-taħriġ totali fit-titjir bl-istrumenti fl-airship għandu jaqbel mal-paragrafu 7.

9. Jekk l-applikant huwa detentur ta’ IR ta’ kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru, il-ħin totali meħtieġ ta’ taħriġ fit-titjir jista' jitnaqqas sa 10 sigħat fuq airships.

10. L-eżerċizzji tat-titjir sat-test tal-ħiliet tal-IR(As) għandhom jinkludu:

(a) Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Bażiċi:

Proċedura u manuvra għal titjira bl-istrumenti bażiċi li jkopru mill-inqas:

titjira bl-istrumenti bażiċi mingħajr għajnuniet viżivi esterni:

 titjira orizzontali,

 tlugħ fl-ajru,

 tbaxxija,

 dawriet f'titjira fuq livell wieħed, tlugħ fl-ajru u tbaxxija;

skema tal-istrumenti;

radjunavigazzjoni;

irkupru minn attitudnijiet mhux normali;

panew limitat;

(b) Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Proċedurali:

(i) proċeduri ta’ qabel titjira għal titjiriet tal-IFR, inkluż l-użu tal-manwal tat-titjir u d-dokumenti tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa fit-tħejjija ta’ pjan ta’ titjira tal-IFR;

(ii) proċeduri u manuvri għal operazzjoni tal-IFR taħt kundizzjonijiet normali, anormali u ta’ emerġenza li jkopru mill-inqas:

 it-tranżizzjoni minn titjira b'viżiv għal titjira bl-istrumenti mat-tlugħ,

 tluq u wasla bl-istrumenti standard,

 proċeduri IFR waqt ir-rotta,

 proċeduri ta’ stennija fir-rotta,

 avviċinamenti bl-istrumenti għal-livelli minimi speċifikati,

 proċeduri ta’ telf ta’ avviċinament,

 inżul minn avviċinamenti bl-istrumenti, inkluż tidwir forma ta’ ċirku;

(iii) manuvri ta’ waqt it-titjira u karatteristiċi partikolari tat-titjira;

(iv) operazzjoni ta’ airship fl-eżerċizzji ta’ hawn fuq, inkluża operazzjoni tal-airship biss b'referenza għall-istrumenti b'magna waħda simulata bħala mhux operattiva u tifi u startjar mill-ġdid tal-magna (l-eżerċizzju tal-aħħar għandu jsir f'altitudni bla periklu sakemm ma jsirx f'FFS jew f'FNPT II).




Appendiċi 7

Test tal-ħiliet tal-IR

1. Applikant għal IR għandu jkun ingħata tagħlim dwar l-istess klassi jew tip ta’ inġenju tal-ajru li jintuża fit-test.

2. Applikant għandu jgħaddi mit-taqsimiet rilevanti kollha tat-test tal-ħiliet. Jekk ma jgħaddix minn xi punt fit-taqsima, allura ma jgħaddix mit-taqsima kollha. Jekk jeħel minn aktar minn taqsima waħda, l-applikant ikollu jerġa' jagħmel it-test kollu kemm hu. Applikant li jeħel minn taqsima waħda biss għandu jerġa' jagħmel dik it-taqsima biss. Jekk jeħel minn xi taqsima meta jerġa' jagħmel it-test, inklużi dawk it-taqsimiet li jkun għadda minnhom fit-test preċedenti, l-applikant ikollu jerġa' jagħmel it-test kollu. It-taqsimiet rilevanti kollha tat-test tal-ħiliet għandhom jiġu kkompletati fi żmien 6 xhur. Jekk ma jirnexxilux jikseb il-punti minimi meħtieġa fit-taqsimiet rilevanti kollha tat-test f'żewġ tentattivi, l-applikant ikollu jingħata aktar taħriġ.

3. Jista' jkun meħtieġ aktar taħriġ meta applikant jeħel mit-test tal-ħiliet. Ma hemm l-ebda limitu għan-numru ta’ testijiet tal-ħiliet li jistgħu jsiru.

TWETTIQ TAT-TEST

4. It-test huwa maħsub biex jissimula titjira fil-prattika. Ir-rotta li għandha tiġi segwita fl-ajru għandha tintgħażel mill-eżaminatur. Element essenzjali huwa l-kapaċità tal-applikant li jippjana u jwettaq it-titjira minn materjal ta’ briefing ta’ rutina. L-applikant għandu jippjana t-titjira u għandu jiżgura li t-tagħmir u d-dokumentazzjoni kollha għat-twettiq tat-titjira jkunu abbord. It-titjira għandha ddum mill-inqas siegħa.

5. Jekk l-applikant jagħżel li jtemm test tal-ħiliet għal raġunijiet meqjusin inadegwati mill-eżaminatur, l-applikant għandu jerġa' jwettaq it-test tal-ħiliet kollu. Jekk it-test jintemm għal raġunijiet meqjusin adegwati mill-eżaminatur, dawk it-taqsimiet biss li ma jkunux intemmu għandhom jiġu ttestjati f'titjira oħra.

6. Għad-diskrezzjoni tal-eżaminatur, kull manuvra jew proċedura tat-test tista' tiġi ripetuta darba mill-applikant. L-eżaminatur jista' jwaqqaf it-test fi kwalunkwe stadju jekk iqis li l-wirja tal-applikant tal-ħiliet tat-titjir teħtieġ test sħiħ mill-ġdid.

7. Applikant għandu jtajjar inġenju tal-ajru minn pożizzjoni fejn il-funzjonijiet ta’ PIC jistgħu jitwettqu u għandu jagħmel it-test daqslikieku m'hemmx membru tal-ekwipaġġ ieħor. L-eżaminatur m'għandux jipparteċipa fit-tħaddim tal-inġenju tal-ajru, għajr meta jkun meħtieġ intervent fl-interess tas-sigurtà jew biex jiġi evitat dewmien mhux aċċettabbli għal traffiku ieħor. Ir-responsabbiltà għat-titjira għandha tiġi allokata skont ir-regolamenti nazzjonali.

8. L-altitudnijiet deċiżjonali, għoli/altitudni ta’ tbaxxija minimi u dwar avviċinamenti mingħajr suċċess għandhom jiġu stabbiliti mill-applikant bi qbil mill-eżaminatur.

9. Applikant għal IR għandu jindika lill-eżaminatur il-kontrolli u d-dmirijiet imwettqa, inkluża l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet tar-radju. Il-kontrolli għandhom isiru f'konformità mal-lista ta’ kontroll awtorizzata għall-inġenju tal-ajru li fih qed isir it-test. Matul it-tħejjija ta’ qabel it-titjira għat-test, l-applikant huwa meħtieġ li jistabbilixxi l-issettjar tal-qawwa u l-veloċitajiet. Id-dejta tal-prestazzjoni għat-tlugħ, l-avviċinament u l-nżul għandha tiġi kkalkolata mill-applikant skont il-manwal tal-operazzjonijiet jew skont il-manwal tat-titjira għall-inġenju tal-ajru użat.

TOLLERANZI MATUL IT-TEST TAT-TITJIR

10. L-applikant għandu juri l-kapaċità li:

jopera l-inġenju tal-ajru fil-limiti tiegħu;

jesegwixxi l-manuvri kollha mingħajr intoppi u bi preċiżjoni;

jeżerċita ġudizzju tajjeb u ħila fit-titjir;

japplika għarfien ajrunawtiku;

jżomm kontroll tal-inġenju tal-ajru f'kull ħin b'mod li l-eżitu b'suċċess ta’ proċedura jew manuvra qatt ma jiġi ddubitat serjament.

11. Il-limiti li ġejjin għandhom japplikaw, u dawn ġew ikkoreġuti biex jagħmlu tajjeb għal kundizzjonijiet turbulenti u għall-kwalitajiet tal-immaniġġjar u l-eżekuzzjoni tal-inġenju tal-ajru użat.

Għoli

Ġeneralment

± 3,048.00 cm

Bidu ta’ tidwira f'altitudni deċiżjonali

+ 50 pied/– 0 piedi

Għoli/MAP/altitudni minima ta’ tbaxxija

+ 50 pied/– 0 piedi

Intraċċar

fuq għajnuniet bir-radju

± 5°

Avviċinament bi preċiżjoni

diflezzjoni ta’ nofs skala, azimuth u l-mogħdija tal-glajd

Heading

il-magni kollha joperaw

± 5°

bi ħsara simulata fil-magna

± 10°

Veloċità

il-magni kollha joperaw

± 5 knots

bi ħsara simulata fil-magna

+ 10 knots/– 5 knots

KONTENUT TAT-TEST



Ajruplani

Użu tal-lista ta’ kontroll, ħila fit-titjir, proċeduri ta’ kontra s-silġ/tat-tneħħija tas-silġ, eċċ., għandhom jiġu applikati fit-taqsimiet kollha

TAQSIMA 1 —  OPERAZZJONIJIET TA' QABEL IT-TITJIRA U TLUQ

a

Użu tal-manwal tat-titjira (jew ekwivalenti) speċjalment kalkolu tal-eżekuzzjoni tal-inġenju tal-ajru, massa u bilanċ

b

Użu ta’ dokument tas-Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru, dokument tat-temp

c

Tħejjija ta’ pjan tat-titjira tal-ATC, pjan/log tat-titjira tal-IFR

d

Spezzjoni ta’ qabel it-titjira

e

Kundizzjonijiet Meteoroloġiċi

f

Taxiing

g

Briefing ta’ qabel it-tlugħ mill-art, Tlugħ mill-art

((o))

Tranżizzjoni għal titjira bl-istrumenti

((o))

Proċeduri ta’ tluq bl-istrumenti, issettjar tal-altimetru

((o))

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 2 —  IMMANIĠĠJAR ĠENERALI ((o))

a

Kontroll tal-ajruplan b'referenza biss għall-istrumenti, inkluż: livell tat-titjira f'diversi veloċitajiet, trim

b

Dawriet waqt tlugħ fl-ajru u tbaxxija b'dawra sostnuta ta’ Rata 1

c

Irkupri minn attitudnijiet mhux tas-soltu, inklużi dawriet bi bbankjar ta’ 45° u dawriet f'daqqa waqt it-tbaxxija

(1)

Irkupru minn avviċinament għal waqfien tal-magna f'titjira fi pjan, dawriet ta’ tlugħ fl-ajru/tbaxxija u f'konfigurazzjoni ta’ nżul – applikabbli biss għall-ajruplani

e

Panew limitat: tlugħ fl-ajru jew tbaxxija stabbilizzati, dawriet f'livell b'Rata 1 fuq headings partikolari, irkupru minn attitudnijiet mhux tas-soltu — applikabbli biss għall-ajruplani

TAQSIMA 3 —  PROĊEDURI IFR WAQT IR-ROTTA ((o))

a

Intraċċar, inkluża l-interċettazzjoni, pereżempju NDB, VOR, RNAV

b

Użu ta’ għajnuniet bir-radju

c

Titjira fi pjan, kontroll ta’ heading, altitudni u airspeed, issettjar tal-qawwa, teknika ta’ trim

d

Issettjar tal-altimetru

e

Puntwalità u reviżjoni tal-ETAs (żamma waqt ir-rotta, jekk meħtieġ)

f

Monitoraġġ tal-progress tat-titjira, log tat-titjira, użu tal-fjuwil, immaniġġjar tas-sistemi

g

Proċeduri ta’ protezzjoni mis-silġ, simulati jekk meħtieġ

h

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 4 —  PROĊEDURI TA' AVVIĊINAMENT TA' PREĊIŻJONI ((o))

a

Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni, identifikazzjoni tal-faċilitajiet

b

Proċeduri tal-wasla, kontrolli bl-altimetru

c

Briefing tal-avviċinament u l-inżul, inklużi l-kontrolli ta’ tbaxxija/avviċinament/inżul

((+))

Proċedura ta’ żamma

e

Konformità mal-proċedura tal-avviċinament ippubblikata

f

Puntwalità tal-avviċinament

g

Altitudni, veloċità, kontroll tal-heading (avviċinament stabilizzat)

((+))

Azzjoni ta’ tidwir

((+))

Proċedura ta’ avviċinament bla suċċess/inżul

j

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 5 —  PROĊEDURI TA' AVVIĊINAMENT MHUX TA' PREĊIŻJONI ((o))

a

Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni, identifikazzjoni tal-faċilitajiet

b

Proċeduri tal-wasla, issettjar tal-altimetru

c

Briefing tal-avviċinament u l-inżul, inklużi l-kontrolli ta’ tbaxxija/avviċinament/inżul

((+))

Proċedura ta’ żamma

e

Konformità mal-proċedura tal-avviċinament ippubblikata

f

Puntwalità tal-avviċinament

g

Altitudni, veloċità, kontroll tal-heading (approċċ stabilizzat)

((+))

Azzjoni ta’ tidwir

((+))

Proċedura ta’ avviċinament bla suċċess/inżul

j

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 6 —  TITJIRA B'MAGNA WAĦDA MA TAĦDIMX (ajruplani b'aktar minn magna waħda biss) ((o))

a

Ħsara simulata fil-magna wara t-tlugħ jew fit-tidwir

b

Avviċinament, tidwir u avviċinament bla suċċess proċedurali b'magna waħda ma taħdimx

c

Avviċinament u nżul b'magna waħda ma taħdimx

d

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

(1)   Tista' titwettaq f'FFS, FTD 2/3 jew FNPT II.

(+)  Jistgħu jitwettqu jew fit-taqsima 4 jew fit-taqsima 5.

(o)  Għandha titwettaq b'referenza għall-istrumenti biss.



Ħelikopters

Użu tal-lista ta’ kontroll, ħila fit-titjir, proċeduri ta’ kontra s-silġ/tat-tneħħija tas-silġ, eċċ., għandhom jiġu applikati fit-taqsimiet kollhaIt-test għandu jqis il-kontroll tal-ħelikopter, l-identifikazzjoni tal-magna bil-ħsara, azzjonijiet immedjati (touch drills), azzjonijiet ta’ segwitu u kontrolli u preċiżjoni tat-titjira fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

TAQSIMA 1 —  TLUQ

a

Użu tal-manwal tat-titjira (jew ekwivalenti) speċjalment kalkolu tal-eżekuzzjoni tal-inġenju tal-ajru, massa u bilanċ

b

Użu ta’ dokument tas-Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru, dokument tat-temp

c

Tħejjija ta’ pjan tat-titjira tal-ATC, pjan/log tat-titjira tal-IFR

d

Spezzjoni ta’ qabel it-titjira

e

Kundizzjonijiet Meteoroloġiċi

f

Taxiing/Taxy fl-ajru f'konformità mal-ATC jew struzzjonijiet tal-għalliem

g

Briefing ta’ qabel it-tlugħ mill-art, proċeduri u kontrolli

h

Tranżizzjoni għal titjira bl-istrumenti

i

Proċeduri ta’ tluq bl-istrumenti

TAQSIMA 2 —  IMMANIĠĠJAR ĠENERALI

a

Kontroll tal-ħelikopter b'referenza biss għall-istrumenti, inkluż:

b

Dawriet waqt tlugħ fl-ajru u tbaxxija b'dawra sostnuta ta’ Rata 1

c

Irkupri minn attitudnijiet mhux tas-soltu, inklużi dawriet bi bbankjar ta’ 45° u dawriet f'daqqa waqt it-tbaxxija

TAQSIMA 3 —  PROĊEDURI IFR WAQT IR-ROTTA

a

Intraċċar, inkluża l-interċettazzjoni, pereżempju NDB, VOR, RNAV

b

Użu ta’ għajnuniet bir-radju

c

Titjira fi pjan, kontroll ta’ heading, altitudni u airspeed, issettjar tal-qawwa

d

Issettjar tal-altimetru

e

Puntwalità u reviżjoni tal-ETAs

f

Monitoraġġ tal-progress tat-titjira, log tat-titjira, użu tal-fjuwil, immaniġġjar tas-sistemi

g

Proċeduri ta’ protezzjoni mis-silġ, simulati jekk ikun meħtieġ u applikabbli

h

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 4 —  AVVIĊINAMENT TA' PREĊIŻJONI

a

Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni, identifikazzjoni tal-faċilitajiet

b

Proċeduri tal-wasla, kontrolli bl-altimetru

c

Briefing tal-avviċinament u l-inżul, inklużi l-kontrolli ta’ tbaxxija/avviċinament/inżul

(1)

Proċedura ta’ żamma

e

Konformità mal-proċedura tal-avviċinament ippubblikata

f

Puntwalità tal-avviċinament

g

Altitudni, veloċità, kontroll tal-heading (approċċ stabilizzat)

(1)

Azzjoni ta’ tidwir

(1)

Proċedura ta’ avviċinament bla suċċess/inżul

j

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 5 —  AVVIĊINAMENT MHUX TA' PREĊIŻJONI

a

Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni, identifikazzjoni tal-faċilitajiet

b

Proċeduri tal-wasla, kontrolli bl-altimetru

c

Briefing tal-avviċinament u l-inżul, inklużi l-kontrolli ta’ tbaxxija/avviċinament/inżul

(1)

Proċedura ta’ żamma

e

Konformità mal-proċedura tal-avviċinament ippubblikata

f

Puntwalità tal-avviċinament

g

Altitudni, veloċità, kontroll tal-heading (approċċ stabilizzat)

(1)

Azzjoni ta’ tidwir

(1)

Proċedura ta’ approċċ bla suċċess (1)/inżul

j

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 6 —  PROĊEDURI ANORMALI U TA' EMERĠENZA

a

Ħsara simulata fil-magna wara t-tlugħ jew mal-avviċinament/waqt l-avviċinament (2) (f'altitudni sikura sakemm ma ssirx f'FFS jew f'FNPT II/III, FTD 2,3)

b

Ħsara fl-apparat ta’ żieda fl-istabbiltà/sistema idrawlika (jekk applikabbli)

c

Panew limitat

d

Awtorotazzjoni u rkupru għal altitudni stabbilita minn qabel

e

Avviċinament ta’ preċiżjoni manwali mingħajr direttur tat-titjira (3)

Avviċinament ta’ preċiżjoni manwali b'direttur tat-titjira (3)

(1)   Għandhom isiru fit-taqsima 4 jew fit-taqsima 5.

(2)   Ħelikopter b'aktar minn magna waħda biss.

(3)   Punt wieħed biss jista' jiġi ttestjat.



Airships

Użu tal-lista ta’ kontroll, ħila fit-titjir, konformità tal-kollegament mal-ATC, proċeduri R/T, għandhom jiġu applikati fit-taqsimiet kollhaIt-test għandu jqis il-kontroll tal-airship, l-identifikazzjoni tal-magna bil-ħsara, azzjonijiet immedjati, azzjonijiet ta’ segwitu, kontrolli u preċiżjoni tat-titjira fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

TAQSIMA 1 —  OPERAZZJONIJIET TA' QABEL IT-TITJIRA U TLUQ

a

Użu tal-manwal tat-titjira (jew ekwivalenti) speċjalment kalkolu tal-eżekuzzjoni tal-inġenju tal-ajru, massa u bilanċ

b

Użu ta’ dokument tas-Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru, dokument tat-temp

c

Tħejjija ta’ pjan tat-titjira tal-ATC, pjan/log tat-titjira tal-IFR

d

Spezzjoni ta’ qabel it-titjira

e

Kundizzjonijiet Meteoroloġiċi

f

Briefing ta’ qabel it-tlugħ mill-art, proċedura tal-off mast, manuvrar fuq l-art

g

Tlugħ mill-art

h

Tranżizzjoni għal titjira bl-istrumenti

i

Proċeduri ta’ tluq bl-istrumenti, issettjar tal-altimetru

j

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 2 —  IMMANIĠĠJAR ĠENERALI

a

Kontroll tal-airship b'referenza biss għall-istrumenti

b

Dawriet waqt tlugħ fl-ajru u tbaxxija b'rata ta’ dawrien sostnuta

c

Irkupri minn attitudnijiet mhux tas-soltu

d

Panew limitat

TAQSIMA 3 —  PROĊEDURI IFR WAQT IR-ROTTA

a

Intraċċar, inkluża l-interċettazzjoni, pereżempju NDB, VOR, RNAV

b

Użu ta’ għajnuniet bir-radju

c

Titjira fi pjan, kontroll ta’ heading, altitudni u airspeed, issettjar tal-qawwa, teknika ta’ trim

d

Issettjar tal-altimetru

e

Puntwalità u reviżjoni tal-ETAs

f

Monitoraġġ tal-progress tat-titjira, log tat-titjira, użu tal-fjuwil, immaniġġjar tas-sistemi

g

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 4 —  PROĊEDURI TA'AVVIĊINAMENT TA' PREĊIŻJONI

a

Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni, identifikazzjoni tal-faċilitajiet

b

Proċeduri tal-wasla, kontrolli bl-altimetru

c

Briefing tal-avviċinament u l-inżul, inklużi l-kontrolli ta’ tbaxxija/avviċinament/inżul

((+))

Proċedura ta’ żamma

e

Konformità mal-proċedura tal-avviċinament ippubblikata

f

Puntwalità tal-avviċinament

g

Avviċinament stabilizzat (altitudni, kontroll tal-heading u tal-veloċità)

((+))

Azzjoni ta’ tidwir

((+))

Proċedura ta’ avviċinament bla suċċess/inżul

j

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 5 —  PROĊEDURI TA' AVVIĊINAMENT MHUX TA' PREĊIŻJONI

a

Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni, identifikazzjoni tal-faċilitajiet

b

Proċeduri tal-wasla, issettjar tal-altimetru

c

Briefing tal-avviċinament u l-inżul, inklużi l-kontrolli ta’ tbaxxija/avviċinament/inżul

((+))

Proċedura ta’ żamma

e

Konformità mal-proċedura tal-avviċinament ippubblikata

f

Puntwalità tal-avviċinament

g

Avviċinament stabilizzat (altitudni, kontroll tal-heading u tal-veloċità)

((+))

Azzjoni ta’ tidwir

((+))

Proċedura ta’ avviċinament bla suċċess/inżul

j

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 6 —  TITJIRA B'MAGNA WAĦDA MA TAĦDIMX

a

Ħsara simulata fil-magna wara t-tlugħ jew fit-tidwir

b

Avviċinament u tidwir proċedurali b'magna waħda ma taħdimx

c

Avviċinament u nżul, proċedura ta’ avviċinament bla suċċess, b'magna waħda ma taħdimx

d

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

(+)  Jistgħu jitwettqu jew fit-taqsima 4 jew fit-taqsima 5.




Appendiċi 8

Ikkreditar transevrsali tal-parti IR ta’ klassi jew kontroll tal-profiċjenza tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip

A.    Ajruplani

Il-krediti għandhom jingħataw biss meta d-detentur ikun qed jivvalida l-privileġġi tal-IR mill-ġdid għal ajruplani b’magna waħda u għal ajruplani bi bdot wieħed u b’aktar minn magna waħda, kif xieraq.



Meta jsir kontroll tal-profiċjenza inkluża IR, u d-detentur għandu klassifikazzjoni valida minn dawn li ġejjin:

Il-kreditu huwa validu fir-rigward tal-parti IR fil-kontroll tal-profiċjenza għal:

Klassifikazzjoni tat-tip MP;

Klassifikazzjoni tat-tip ta’ ajruplan kumpless ta’ prestazzjoni għolja

Klassi SE (1) u

Klassifikazzjoni tat-tip SP ME. (1)

klassifikazzjoni tat-tip ta’ ajruplan SP ME, u SP ME kumpless, mhux ta’ prestazzjoni għolja, krediti biss għat-taqsima 3B tat-test tal-ħiliet għal ajruplan kumpless mhux ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed tal-Appendiċi 9 (1)

ajruplan kumpless, ta’ prestazzjoni mhux għolja, ristrett għal Klassi SP ME (1), u

Klassi SP ME (1), u

Klassifikazzjoni ta’ tip ta’ ajruplan SP ME Klassi SE u

klassifikazzjoni tat-tip (1) Klassifikazzjoni SP ME ta’ tip ta’

ajruplan kumpless, ta’ prestazzjoni mhux għolja, ristrett għal tħaddim MP

a.  Klassi SP ME (1), u

b.  Klassifikazzjoni ta’ tip ta’ ajruplan SP ME kumpless, mhux ta’ prestazzjoni għolja (1), u

c.  Klassi u klassifikazzjoni tat-tip SE (1)

Klassifikazzjoni tal-klassi SP ME, imħaddem bi bdot wieħed

Klassi u klassifikazzjoni tat-tip SE, u

Klassi SP ME, u

Klassifikazzjoni ta’ tip ta’ ajruplan SP ME kumpless, mhux ta’ prestazzjoni għolja

Klassifikazzjoni tal-klassi SP ME, ristrett għal tħaddim MP

Klassi u klassifikazzjoni tat-tip SE (1), u

Klassi SP ME (1), u

Klassifikazzjoni ta’ tip ta’ ajruplan SP ME kumpless, mhux ta’ prestazzjoni għolja (1)

Klassifikazzjoni tal-klassi SP SE

Klassi u klassifikazzjoni tat-tip SE

Klassifikazzjoni tat-tip SP SE

Klassi u klassifikazzjoni tat-tip SE

(1)   Sakemm matul it-12-il xahar preċedenti, l-applikant ikun tar mill-inqas tliet tluq u avviċinamenti IFR fuq ajruplan ta’ klassi jew tip SP f’operazzjonijiet ta’ bdot wieħed, jew, għal ajruplani mhux ta’ prestazzjoni għolja b’aktar minn magna waħda, l-applikant ikun għadda mit-taqsima 6 tat-test tal-ħiliet għal ajruplani mhux kumplessi u mhux ta’ prestazzjoni għolja li jittajru biss b’referenza għall-istrumenti f’operazzjoni ta’ bdot wieħed.

B.    Ħelikopters

Il-kredits għandhom jingħataw biss meta d-detentur ikun qed jivvalida l-privileġġi tal-IR mill-ġdid għal ħelikopters b’magna waħda u ħelikopters b’aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed, kif xieraq.



Meta jsir kontroll tal-profiċjenza inkluża IR, u d-detentur għandu klassifikazzjoni valida minn dawn li ġejjin:

Il-kreditu huwa validu fir-rigward tal-parti IR fil-profiċjenza għal: Klassifikazzjoni tat-tip MPH

Klassifikazzjoni tat-tip SE (1), u

Klassifikazzjoni tat-tip SP ME. (1)

Klassifikazzjoni tat-tip SP ME. (1)

imħaddem bħala bdot waħdieni Klassifikazzjoni tat-tip SE,

Klassifikazzjoni tat-tip SP ME.

Klassifikazzjoni tat-tip SP ME.

ristrett għal tħaddim b’aktar minn bdot wieħed

Klassifikazzjoni tat-tip SP, (1)

Klassifikazzjoni tat-tip SP ME.

(1)   Sakemm matul it-12-il xahar preċedenti, l-applikant ikun tar mill-inqas tliet tluq u avviċinamenti IFR fuq ħelikopter tat-tip SP f’operazzjoni SP.




Appendiċi 9

Taħriġ, Test tal-ħiliet u kontroll tal-profiċjenza għal klassifikazzjoni tat-tip u tal-klassi MPL, ATPL u kontroll tal-profiċjenza għal IRs

A.    Ġenerali

1.

Applikant għal test tal-ħiliet għandu jkun ingħata tagħlim fuq l-istess klassi jew tip ta’ inġenju tal-ajru li għandu jintuża fit-test.

2.

Fil-każ ta’ li l-applikant ma jgħaddix mit-taqsimiet kollha tat-test f'żewġ tentattivi, ikun jeħtieġ aktar taħriġ.

3.

Ma hemm l-ebda limitu għan-numru ta’ testijiet tal-ħiliet li jistgħu jsiru.

KONTENUT TAL-KONTROLL TAT-TAĦRIĠ, TEST TAL-ĦILIET/KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA

▼M4

4.

Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21, is-sillabu tat-tagħlim tat-titjir, l-eżami tal-ħiliet u l-kontroll tal-profiċjenza għandhom jikkonformaw ma' dan l-Appendiċi. Is-sillabu, -eżami tal-ħiliet u l-kontroll tal-profiċjenza jistgħu jitnaqqsu biex jiġi rikonoxxut il-kreditu għall-esperjenza preċedenti fuq tipi ta' inġenji tal-ajru simili, kif stabbilit fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21.

5.

Għajr fil-każ ta' testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta' ATPL, meta jkun definit b'dan il-mod fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21 għall-inġenju tal-ajru speċifiku, jista' jingħata kreditu għal punti tat-test tal-ħiliet komuni għal tipi oħrajn jew għal varjanti oħrajn meta l-bdot ikun ikkwalifikat.

▼B

TWETTIQ TAT-TEST/KONTROLL

6.

L-eżaminatur jista' jagħżel bejn test tal-ħiliet differenti jew xenarji tal-kontroll tal-profiċjenza li jkun fihom operazzjonijiet rilevanti simulati u approvati mill-awtorità kompetenti. Għandhom jintużaw simulaturi ta’ titjira sħiħa u apparat ieħor tat-taħriġ, meta dan ikun disponibbli, kif stabbilit f'din il-Parti.

7.

Matul il-kontroll tal-profiċjenza, l-eżaminatur għandu jivverifika li d-detentur tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip iżomm livell adgewat ta’ għarfien teoriku.

8.

Jekk l-applikant jagħżel li jtemm test tal-ħiliet għal raġunijiet meqjusin inadegwati mill-eżaminatur, l-applikant għandu jerġa' jwettaq it-test tal-ħiliet kollu. Jekk it-test jintemm għal raġunijiet meqjusin adegwati mill-eżaminatur, dawk it-taqsimiet biss li ma jkunux intemmu għandhom jiġu ttestjati f'titjira oħra.

9.

Għad-diskrezzjoni tal-eżaminatur, kull manuvra jew proċedura tat-test tista' tiġi ripetuta darba mill-applikant. L-eżaminatur jista' jwaqqaf it-test fi kwalunkwe fażi jekk huwa jqis li t-turija mill-applikant tal-ħila fit-titjir teħtieġ test sħiħ mill-ġdid.

10.

Applikant għandu jkun meħtieġ itajjar inġenju tal-ajru minn pożizzjoni fejn ikunu jistgħu jitwettqu l-funzjonijiet tal-PIC jew tal-kopilota, kif rilevanti, u li jwettaq it-test bħallikieku ma kien hemm l-ebda membru ieħor tal-ekwipaġġ jekk ikun qed jagħmel it-test/kontroll taħt kundizzjonijiet ta’ bdot wieħed. Ir-responsabbiltà għat-titjira għandha tiġi allokata skont ir-regolamenti nazzjonali.

11.

Matul it-tħejjija ta’ qabel it-titjira għat-test, l-applikant huwa meħtieġ li jistabbilixxi l-issettjar tal-qawwa u l-veloċitajiet. L-applikant għandu jindika lill-eżaminatur il-kontrolli u d-dmirijiet imwettqa, inkluża l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet tar-radju. Il-kontrolli għandhom jiġu kkompletati skont il-lista ta’ kontroll awtorizzata għall-inġenju tal-ajru li fih ikun qed isir it-test u, jekk applikabbli, skont il-kunċett tal-MCC. Id-dejta tal-prestazzjoni għat-tlugħ, l-avviċinament u l-nżul għandha tiġi kkalkolata mill-applikant skont il-manwal tal-operazzjonijiet jew skont il-manwal tat-titjira għall-inġenju tal-ajru użat. L-altitudnijiet deċiżjonali, għoli/altitudni ta’ tbaxxija minimi u dwar avviċinamenti mingħajr suċċess għandhom jiġu stabbiliti mill-applikant bi qbil mal-eżaminatur.

12.

L-eżaminatur m'għandux jieħu sehem fit-tħaddim tal-ajruplan, għajr meta jkun meħtieġ intervent fl-interess tas-sigurtà jew sabiex jiġi evitat dewmien mhux aċċettabbli għal traffiku ieħor.

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦAT-TEST TAL-ĦILIET/KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA GĦAL KLASSIFIKAZZJONIJIET TAT-TIP TA' INĠENJU TAL-AJRU B'AKTAR MINN BDOT WIEĦED, GĦAL KLASSIFIKAZZJONIJIET TAT-TIP TA' INĠENJU TAL-AJRU BI BDOT WIEĦED, META MĦADDMA F'OPERAZZJONIJIET B'AKTAR MINN BDOT WIEĦED, GĦAL MPL U ATPL

13.

It-test tal-ħiliet għal inġenju tal-ajru b'aktar minn bdot wieħed jew għal inġenju tal-ajru bi bdot wieħed meta mħaddem f'operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed għandu jsir f'ambjent b'aktar minn ekwipaġġ wieħed. Applikant ieħor jew bdot ikkwalifikat bi klassifikazzjoni tat-tip oħra jista' joqgħod bħala t-tieni bdot. Jekk jintuża inġenju tal-ajru, it-tieni bdot għandu jkun l-eżaminatur jew għalliem.

14.

L-applikant għandu jaġixxi bħala PF matul it-taqsimiet kollha tat-test tal-ħiliet, għajr għal proċeduri anormali u ta’ emerġenza, li jistgħu jsiru bħala PF jew PNF skont l-MCC. L-applikant għall-ħruġ inizjali ta’ klassifikazzjoni tat-tip ta’ inġenju tal-ajru b'aktar minn bdot wieħed jew ATPL għandu juri wkoll il-kapaċità li jaġixxi bħala PNF. L-applikant jista' jagħżel jew il-post fuq in-naħa tal-lemin jew dak fuq in-naħa tax-xellug jekk il-punti kollha jkunu jistgħu jitwettqu mill-post magħżul.

15.

Il-kwistjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu kkontrollati speċifikament mill-eżaminatur għall-applikanti għall-ATPL jew klassifikazzjoni tat-tip għal inġenju tal-ajru b'aktar minn bdot wieħed jew għal operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed f'ajruplan bi bdot wieħed li jestendu għad-dmirijiet ta’ PIC, irrispettivament minn jekk l-applikant jaġixxix bħala PF jew PNF:

(a) immaniġġjar tal-kooperazzjoni tal-ekwipaġġ;

(b) Element essenzjali li għandu jiġi kkontrollat huwa l-kapaċità li wieħed jippjana u jwettaq it-titjira minn materjal ta’ briefing ta'rutina.

(c) stabbiliment ta’ prijoritajiet u teħid ta’ deċiżjonijiet skont l-aspetti tas-sigurtà u regoli u regolamenti rilevanti xierqa għas-sitwazzjoni operattiva, inklużi emerġenzi.

16.

It-test/kontroll għandu jsir taħt IFR, jekk il-klassifikazzjoni tal-IR tkun inkluża, u kemm jista' jkun għandu jitwettaq f'ambjent tat-trasport tal-ajru kummerċjali simulat. Element essenzjali li għandu jiġi kkontrollat huwa l-kapaċità li wieħed jippjana u jwettaq it-titjira minn materjal ta’ briefing ta'rutina.

17.

Meta l-kors tal-klassifikazzjoni tat-tip ikun inkluda inqas minn sagħtejn ta’ taħriġ f'titjira fuq l-inġenju tal-ajru, it-test tal-ħiliet jista' jsir f'FFS u jista' jintemm qabel it-taħriġ tat-titjir fuq l-inġenju tal-ajru. F'dak il-każ, ċertifikat ta’ tlestija tal-kors tal-klassifikazzjoni tat-tip, inkluż it-taħriġ tat-titjir fuq l-inġenju tal-ajru, għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti qabel il-klassifikazzjoni tat-tip ġdida tiddaħħal fil-liċenzja tal-applikant.

B.    Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru

PUNTI MINIMI MEĦTIEĠA

1.

Fil-każ ta’ ajruplani bi bdot wieħed, bl-eċċezzjoni ta’ ajruplani ta’ prestazzjoni għolja ta’ bdot wieħed, l-applikant għandu jgħaddi mit-taqsimiet kollha tat-test tal-ħiliet jew tal-kontroll tal-profiċjenza. Jekk ma jgħaddix minn xi punt fit-taqsima, allura ma jgħaddix mit-taqsima kollha. Jekk ma jgħaddix minn aktar minn taqsima waħda, dan ikun ifisser li l-applikant ikollu jerġa' jagħmel it-test jew il-kontroll mill-ġdid. Kwalunkwe applikant li ma jgħaddix minn taqsima waħda għandu jerġa' jagħmel it-taqsima li ma jkunx għadda minnha mill-ġdid. Jekk ma jgħaddix minn xi taqsima ta’ test li jkun qed jagħmel mill-ġdid, inkużi dawk it-taqsimiet li jkun għadda minnhom f'tentattiv preċedenti, dan ikun ifisser li l-applikant ikollu jagħmel it-test jew il-kontroll kollu mill-ġdid. Għal ajruplani b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed, l-applikant għandu jgħaddi mit-taqsima 6 tat-test jew tal-kontroll rilevanti, li tindirizza titjira asimmetrika.

2.

Fil-każ ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja b'aktar minn bdot wieħed u dawk bi bdot wieħed, l-applikant għandu jgħaddi mit-taqsimiet kollha tat-test tal-ħiliet jew tal-kontroll tal-profiċjenza. Jekk ma jgħaddix minn aktar minn 5 punti, ikun meħtieġ li l-applikant jagħmel it-test jew il-kontroll kollu mill-ġdid. Kull applikant li ma jgħaddix minn 5 punti jew inqas għandu jagħmel il-punti li ma jkunx għadda minnhom mill-ġdid. Jekk ma jgħaddix minn xi taqsima ta’ test li jkun qed jagħmel mill-ġdid, inkużi dawk it-taqsimiet li jkun għadda minnhom f'tentattiv preċedenti, dan ikun ifisser li l-applikant ikollu jagħmel it-test jew il-kontroll kollu mill-ġdid. It-taqsima 6 mhijiex parti mit-test tal-ħiliet tal-ATPL jew MPL. Jekk l-applikant ma jgħaddix mit-taqsima 6 biss jew ma jagħmilx din it-taqsima, il-klassifikazzjoni tat-tip tinħareġ mingħajr privileġġi ta’ CAT II jew CAT III. Biex il-privileġġi tal-klassifikazzjoni tat-tip jiġu estiżi għal CAT II jew CAT III, l-applikant għandu jgħaddi mit-taqsima 6 fuq it-tip ta’ inġenju tal-ajru xieraq.

TOLLERANZA TA' TEST TAT-TITJIRA

3.

L-applikant għandu juri l-kapaċità li:

(a) jopera l-ajruplan fil-limiti tiegħu;

(b) jesegwixxi l-manuvri kollha mingħajr intoppi u bi preċiżjoni;

(c) jeżerċita ġudizzju tajjeb u ħila fit-titjir;

(d) japplika għarfien ajrunawtiku;

(e) iżomm kontroll tal-inġenju tal-ajru f'kull ħin b'mod li l-eżitu b'suċċess ta’ proċedura jew manuvra jkun dejjem żgurat;

(f) jifhem u japplika proċeduri ta’ koordinazzjoni u nuqqas ta’ kapaċità ta’ ekwipaġġ, jekk applikabbli;

(g) jikkomunika b'mod effikaċi mal-membri l-oħra tal-ekwipaġġ, skont il-każ.

4.

Il-limiti li ġejjin għandhom japplikaw, u dawn ġew ikkoreġuti sabiex jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet turbulenti u l-kwalitajiet tal-immaniġġjar u l-eżekuzzjoni tal-ajruplan użat:

Għoli

Ġeneralment

± 3,048.00 cm

Bidu ta’ tidwira f'altitudni deċiżjonali

+ 50 pied/–0 piedi

Għoli/altitudni minimi ta’ tbaxxija

+ 50 pied/–0 piedi

Intraċċar

fuq għajnuniet bir-radju

± 5°

Avviċinament bi preċiżjoni

diflezzjoni ta’ nofs skala, azimuth u l-mogħdija tal-glajd

Heading

il-magni kollha joperaw

± 5°

bi ħsara simulata fil-magna

± 10°

Veloċità

il-magni kollha joperaw

± 5 knots

bi ħsara simulata fil-magna

+ 10 knots/- 5 knots

KONTENUT TAT-TAĦRIĠ/TEST TAL-ĦILA/KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA

5.

Ajruplani bi bdot wieħed, għajr għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja

(a) Is-simboli li ġejjin ifissru:

P

=

Imħarreġ bħala PIC jew Kopilota u bħala Bdot Itir (PF) u Bdot Mhux Itir (PNF)

X

=

Għal dan l-eżerċizzju għandhom jintużaw simulaturi tat-titjir, jekk disponibbli, inkella għandu jintuża ajruplan jekk xieraq għall-manuvra jew il-proċedura

P#

=

It-taħriġ għandu jkun ikkumplimentat bi spezzjoni ta’ ajruplan taħt sorveljanza

(b) It-taħriġ prattiku għandu jsir mill-inqas fil-livell tal-apparat tat-taħriġ muri bħala (P), jew jista' jsir fi kwalunkwe livell ogħla ta’ apparat muri bil-vleġġa (—>)

It-taqsiriet li ġejjin jintużaw biex juru t-tagħmir ta’ taħriġ użat:

A

=

Ajruplan

FFS

=

Simulatur ta’ Titjira Sħiħa

FTD

=

Apparat tat-Taħriġ tat-Titjira (inkluż FNPT II għall-klassifikazzjoni tal-klassi ta’ ME)

(c) Il-punti bi stilla (*) ħdejhom tat-taqsima 3B u, għall-inġenji tal-ajru b'aktar minn magna waħda, it-taqsima 6, għandhom jittajru biss b'referenza għall-istrumenti jekk il-validazzjoni mill-ġdid/tiġdid ta’ IR tkun inkluża fit-test tal-ħiliet jew fil-kontroll tal-profiċjenza. Jekk il-punti bi stilla (*) ħdejhom ma jittajrux biss b'referenza għall-istrumenti matul it-test tal-ħiliet jew il-kontroll tal-profiċjenza, u meta ma jkun hemm l-ebda kkreditar ta’ privileġġi IR, il-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip tkun ristretta għal VFR biss.

(d) It-taqsima 3 A għandha titlesta sabiex tiġi vvalidata mill-ġdid il-klassifikazzjoni tat-tip jew ta’ klassi b'aktar minn magna waħda, VFR biss, fejn l-esperjenza meħtieġa ta’ 10 setturi tar-rotot fi ħdan 12-il xahar preċedenti ma tkunx inkisbet. It-taqsima 3 A mhijex meħtieġa jekk it-taqsima 3B tkun tlestiet.

(e) Fejn tidher l-ittra “M” fil-kolonna tat-test tal-ħiliet jew tal-kontroll tal-profiċjenza, dan ikun jindika l-eżerċizzju obbligatorju jew għażla fejn jidher aktar minn eżerċizzju wieħed.

(f) FFS jew FNPT II għandu jintuża għal taħriġ prattiku għal klassifikazzjonijiet tat-tip jew tal-klassi b'aktar minn magna waħda jekk jiffurmaw parti minn kors ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip approvata. Il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-approvazzjoni tal-kors:

▼M3

(i) il-kwalifika tal-FFS jew l-FNPT II kif stabbilit fir-rekwiżiti rilevanti tal-Parti-ARA u l-Parti-ORA;

▼B

(ii) il-kwalifiki tal-għalliema;

(iii) l-ammont ta’ taħriġ FFS jew FNPT II ipprovdut til-kors;

(iv) il-kwalifiki u l-esperjenza preċedenti fuq tipi simili tal-bdot li jkun qed jitħarreġ.

(g) Meta jitwettaq test tal-ħiliet jew kontroll tal-profiċjenza f'operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed, klassifikazzjoni tat-tip għandha tkun ristretta għal operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed.



(ara B.5 (c) u (d))(Din is-taqsima tista' tingħaqad mat-taqsimiet 1 sa 4)

AJRUPLANI BI BDOT WIEĦED, GĦAJR GĦAL AJRUPLANI KUMPLESSI TA' PRESTAZZJONI GĦOLJA

TAĦRIĠ PRATTIKU

TEST TAL-ĦILIET TA' KLASSIFIKAZZJONI TAL-KLASSI JEW TAT-TIP/KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA

Manuvri/Proċeduri

 
 
 

Inizjali tal-għalliem meta jiġi kkompletat it-taħriġ

Data tal-kontroll

Inizjali tal-eżaminatur meta jiġi kkompletat it-test

FTD

FFS

A

FFS

A

TAQSIMA 1

1  Tluq

1.1  Qabel it-titjira, inklużi:

Dokumentazzjoni

Massa u bilanċ

Rapport dwar it-temp

NOTAM

 
 
 
 
 
 

1.2  Kontrolli ta’ qabel it-titjira

 
 
 
 
 
 

1.2.1  Esterni

P#

 

P

 
 
 

1.2.2  Interni

 
 

P

 

M

 

1.3  Magna qed tinxtegħel:

Ħsarat

normali

P—>

—>

—>

 

M

 

1.4  Taxiing

 

P—>

—>

 

M

 

1.5  Kontrolli qabel it-tluq:

Run-up tal-magna (jekk applikabbli)

P—>

—>

—>

 

M

 

1.6  Proċedura ta’ tlugħ mill-art:

Normali bil-flapps issettjati skont il-Manwal tat-Titjir

Riħ kontra (jekk il-kundizzjonijiet ikunu jippermettu dan)

 

P—>

—>

 
 
 

1.7  Tlugħ:

Vx/Vy

Tidwir lejn headings

Livellar

 

P—>

—>

 

M

 

1.8  Kollegament mal-ATC – Konformità, proċedura R/T

 
 
 
 
 
 

TAQSIMA 2

2  Operazzjonijiet fl-ajru (VMC)

2.1  Titjira dritta u livellata b'airspeeds differenti inkluża titjira b'airspeed baxx ħafna bil-flapps u mingħajrhom (inkluż avviċinament lejn VMCA meta applikabbli)

 

P—>

—>

 
 
 

2.2  Dawriet weqfin (360° xellug u lemin b'xaqliba trasversali ta’ 45°)

 

P—>

—>

 

M

 

2.3  Waqfien u rkupru:

(i)  Waqfien mingħajr periklu

(ii)  Avviċinament għal waqfien f'dawra ta’ tbaxxija u b'xaqliba trasversali b'konfigurazzjoni ta’ avviċinament u qawwa

(iii)  Avviċinament għal waqfien b'konfigurazzjoni ta’ nżul u qawwa

(iv)  Avviċinament għal waqfien, dawra għat-tlugħ bil-flapp tat-tluq u b'qawwa tat-tlugħ (ajruplani b'magna waħda biss)

 

P—>

—>

 

M

 

2.4  Immaniġġjar bl-użu tal-bdot awtomatiku u d-direttur tat-titjira (jista' jsir fit-taqsima 3) jekk applikabbli

 

P—>

—>

 

M

 

2.5  Kollegament mal-ATC – Konformità, proċedura R/T

 
 
 
 
 
 

TAQSIMA 3 A

3 A  Proċeduri VFR waqt ir-rotta

3A0.1  Pjan ta’ titjira, kalkoli preċiżi u qari ta’ mapep

 
 
 
 
 
 

3A0.2  Żamma ta’ altitudni, heading u veloċità

 
 
 
 
 
 

3A0.3  Orjentazzjoni, puntwalità u reviżjoni ta’ ETAs

 
 
 
 
 
 

3A0.4  Użu ta’ għajnuniet ta’ navigazzjoni bir-radju (jekk applikabbli)

 
 
 
 
 
 

3A0.5  Immaniġġjar ta’ titjira (log ta’ titjira, kontrolli ta’ rutina inklużi fjuwil, sistemi u formazzjoni ta’ silġ)

 
 
 
 
 
 

3 A.6  Kollegament mal-ATC – Konformità, proċedura R/T

 
 
 
 
 
 

TAQSIMA 3B

3B  Titjira bl-istrumenti

3B0.1*  IFR ta’ tluq

 

P—>

—>

 

M

 

3B0.2*  IFR waqt rotta

 

P—>

—>

 

M

 

3B0.3*  Proċeduri ta’ stennija fir-rotta

 

P—>

—>

 

M

 

3B0.4*  ILS għal DH/A ta’ 200′ (60 m) jew għal proċedura minima (jista' jintuża l-bdot awtomatiku għal intersezzjoni fi trajettorja ta’ nżul)

 

P—>

—>

 

M

 

3B0.5*  Avviċinament mingħajr preċiżjoni għal MDH/A u MAP

 

P—>

—>

 

M

 

3B0.6*  Eżerċizzji f'titjir inkluża ħsara simulata tal-kumpass u tal-indikatur tal-attitudni:

dawriet b'rata 1,

irkupri minn attitudnijiet mhux tas-soltu

P—>

—>

—>

 

M

 

3B0.7*  Falliment ta’ lokalizzatur jew ta’ trajettorja ta’ nżul

P—>

—>

—>

 
 
 

3B.8*  Kollegament mal-ATC – Konformità, proċedura R/T

 
 
 
 
 
 

Tħalliet vojta apposta

 
 
 
 
 
 

TAQSIMA 4

4  Wasla u nżul

4.1  Proċedura ta’ wasla f'ajrudrom

 

P—>

—>

 

M

 

4.2  Inżul normali

 

P—>

—>

 

M

 

4.3  Inżul mingħajr flapps

 

P—>

—>

 

M

 

4.4  Inżul f'riħ kontra (jekk il-kundizzjonijiet ikunu tajbin)

 

P—>

—>

 
 
 

4.5  Avviċinament u nżul b'magna mixgħula iżda mhux ingranata (idle power) sa 2 000 ′ 'il fuq mir-runway (ajruplan b'magna waħda biss)

 

P—>

—>

 
 
 

4.6  Avviċinament b'tidwira minn għoli minimu

 

P—>

—>

 

M

 

4.7  Titjira mal-madwar u nżul billejl (jekk applikabbli)

P—>

—>

—>

 
 
 

4.8  Kollegament mal-ATC – Konformità, proċedura R/T

 
 
 
 
 
 

TAQSIMA 5

5  Proċeduri anormali u ta’ emerġenza

5.1  Tlugħ rifjutat b'veloċità raġonevoli Veloċità

 

P—>

—>

 

M

 

5.2  Ħsara simulata ta’ magna wara t-tlugħ (ajruplani b'magna waħda biss)

 
 

P

 

M

 

5.3  Inżul furzat simulat mingħajr qawwa (ajruplani b'magna waħda biss)

 
 

P

 

M

 

5.4  Emerġenzi simulati:

(i)  nar jew duħħan waqt titjira,

(ii)  sistemi jaħdmu ħażin skont il-każ

P—>

—>

—>

 
 
 

5.5  Tifi u startjar mill-ġdid tal-magna (Test tal-ħiliet ME biss) (f'altitudni mingħajr periklu jekk isir f'inġenji tal-ajru)

P—>

—>

—>

 
 
 

5.6  Kollegament mal-ATC – Konformità, proċedura R/T

 
 
 
 
 
 

TAQSIMA 6

6  Titjira asimmetrika simulata

6.1*  (Din it-taqsima tista' tingħaqad mat-taqsimiet 1 sa 5) Ħsara simulata ta’ magna

Ħsara simulata ta’ magna waqt it-tlugħ (f'altitudni sikura sakemm isir f'FFS jew f'FNPT II)

P—>

—>

—>X

 

M

 

6.2*  Avviċinament asimmetriku u avviċinament b'tidwira

P—>

—>

—>

 

M

 

6.3*  Avviċinament asimmetriku u nżul sħiħ

P—>

—>

—>

 

M

 

6.4  Kollegament mal-ATC – Konformità, proċedura R/T

 
 
 
 
 
 

6.

Ajruplani b'aktar minn bdot wieħed u ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed

(a) Is-simboli li ġejjin ifissru:

P

=

Imħarreġ bħala PIC jew Kopilota u bħala PF u PNF għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-tip skont il-każ.

X

=

Għal dan l-eżerċizzju għandhom jintużaw simulaturi tat-titjir, jekk disponibbli, inkella għandu jintuża ajruplan jekk xieraq għall-manuvra jew il-proċedura

P#

=

It-taħriġ għandu jkun ikkumplimentat minn spezzjoni b'sorveljanza ta’ ajruplan.

(b) It-taħriġ prattiku għandu jsir mill-inqas fil-livell ta’ tagħmir ta’ taħriġ muri bħala (P), jew jista' jsir sa kull livell ogħla ta’ tagħmir muri bil-vleġġa (—–>).

It-taqsiriet li ġejjin jintużaw biex juru t-tagħmir ta’ taħriġ użat:

A

=

Ajruplan

FFS

=

Simulatur ta’ Titjira Sħiħa

FTD

=

Apparat ta’ Taħriġ fit-Titjir

OTD

=

Apparat Ieħor ta’ Taħriġ

(c) Il-punti bi stilla (*) ħdejhom għandhom jittajru biss b'referenza għall-istrumenti. Jekk din il-kondizzjoni ma tiġix issodisfata matul it-test tal-ħila jew il-kontroll tal-profiċjenza, il-klassifikazzjoni tat-tip għandha tiġi ristretta għal VFR biss.

(d) Fejn tidher l-ittra “M” fil-kolonna tat-test tal-ħila jew tal-kontroll tal-profiċjenza din tindika l-eżerċizzju obbligatorju.

(e) FFS għandu jintuża għal taħriġ prattiku u għal ittestjar jekk l-FFS jagħmel parti minn kors approvat ta’ klassifikazzjoni tat-tip. Il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-approvazzjoni tal-kors:

(i) il-kwalifika tal-FFS jew tal-FNPT II;

(ii) il-kwalifiki tal-għalliema;

(iii) l-ammont ta’ taħriġ FFS jew FNPT II ipprovdut til-kors;

(iv) il-kwalifiki u l-esperjenza preċedenti fuq tipi simili tal-bdot li jkun qed jitħarreġ.

(f) Il-manuvri u l-proċeduri għandhom jinkludu MCC għal ajruplan b'aktar minn bdot wieħed u għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed f'operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed.

(g) Il-manuvri u l-proċeduri għandhom isiru fi rwol ta’ bdot wieħed għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed f'operazzjonijiet bi bdot wieħed.

(h) Fil-każ ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, meta jsir test tal-ħila jew ta’ kontroll tal-profiċjenza f'operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed, il-klassifikazzjoni tat-tip għandha tkun ristretta għal operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed. Jekk jintalbu privileġġi ta’ bdot wieħed, għandhom jiġu kkompletati l-manuvri/proċeduri fi 2.5, 3.9.3.4, 4.3, 5.5 u mill-inqas manuvra/proċedura waħda mit-taqsima 3.4 minbarra dik ta’ bdot wieħed.

(i) Fil-każ ta’ klassifikazzjoni tat-tip ristrett maħruġ b'konformità mal-FCL.720.A(e), l-applikanti għandhom jissodisfaw l-istess rekwiżiti bħal applikanti oħra għall-klassifikazzjoni tat-tip għajr għall-eżerċizzji prattiċi relatati mal-fażijiet tat-tlugħ u l-inżul l-art.



AJRUPLANI B'AKTAR MINN BDOT WIEĦED U AJRUPLANI KUMPLESSI TA' PRESTAZZJONI GĦOLJA BI BDOT WIEĦED

TAĦRIĠ PRATTIKU

ONI TAT-TIP ATPL/MPL JEW KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA

Manuvri/Proċeduri

 
 
 
 

Inizjali tal-għalliem meta jiġi kkompletat it-taħriġ

Data tal-kontroll

Inizjali tal-eżaminatur meta jiġi kkompletat it-test

OTD

FTD

FFS

A

FFS

A

TAQSIMA 1

1.  Tħejjija għal titjira

1.1.  Kalkolu tal-prestazzjoni

P

 
 
 
 
 
 

1.2.  Spezzjoni viżiva esterna tal-ajruplan; lokalizzazzjoni ta’ kull element u għan tal-ispezzjoni

P#

 
 

P

 
 
 

1.3.  Spezzjoni tal-kokpit

 

P—–>

—–>

—–>

 
 
 

1.4.  L-użu tal-lista ta’ kontroll qabel ma jinxtgħelu l-magni, proċeduri tal-bidu, kontroll tat-tagħmir tar-radju u tan-navigazzjoni, l-għażla u l-issettjar tal-frekwenzi ta’ navigazzjoni u komunikazzjoni

P—–>

—–>

—–>

—–>

 

M

 

1.5.  Taxiing b'konformità mal-kontroll tat-traffiku tal-ajru jew mal-istruzzjonijiet tal-għalliem

 
 

P—–>

—–>

 
 
 

1.6.  Kontrolli qabel it-tlugħ

 

P—–>

—–>

—–>

 

M

 

TAQSIMA 2

2.  Tlugħ mill-art

2.1.  Tlugħ normali bil-flapps issettjati b'mod differenti, inkluż tlugħ ta’ malajr

 
 

P—–>

—–>

 
 
 

2.2*  tkun meħtieġa tranżizzjoni għal titjira bl-istrumenti matul rotazzjoni jew minnufih wara tlugħ fl-ajru

 
 

P—–>

—–>

 
 
 

2.3.  Tlugħ f'riħ kontra

 
 

P—–>

—–>

 
 
 

2.4.  Tlugħ mill-art bil-massa tat-tlugħ massimu (attwali jew issimulat)

 
 

P—–>

—–>

 
 
 

2.5.  Tlugħ bi ħsara simulata tal-magna:

2.5.1*  ftit wara li tintlaħaq V2

(F'ajruplani li ma jkunux iċċertifikati bħala kategorija ta’ ajruplani ta’ trasport jew ta’ kategorija ta’ vvjaġġar minn post għall-ieħor, il-ħsara fil-magna m'għandhiex tkun simulata qabel ma jintlaħaq għoli massimu ta’ 500 pied 'il fuq mit-tarf tar-runway. Għal ajruplani li jkollhom l-istess prestazzjoni ta’ ajruplan ta’ trasport fir-rigward tal-massa ta’ tlugħ u ta’ altitudni ta’ densità, l-għalliem jista' jissimula l-ħsara ta’ magna ftit wara li tintlaħaq il-V2)

 
 

P—–>

—–>

 
 
 

2.5.2*  bejn V1 u V2

 
 

P

X

 

M

FFS Biss

 

2.6.  Tlugħ rifjutat f'veloċità raġonevoli qabel ma tintlaħaq il-V1

 
 

P—–>

—>X

 

M

 

TAQSIMA 3

3.  Manuvri u Proċeduri ta’ titjira

3.1.  Dawriet bi spoilers jew mingħajrhom

 
 

P—–>

—>

 
 
 

3.2.  Tuck under u Mach buffets wara li jintlaħaq in-numru kritiku Mach, u karatteristiċi speċifiċi oħrajn tat-titjira tal-ajruplan (eż. xengil minn naħa għall-oħra u tidwir tad-denb tal-ajruplan (eż. Dutch Roll))

 
 

P—–>

—>X

M'għandux jintuża inġenju tal-ajru għal dan l- eżerċizzju

 
 
 

3.3.  Operat normali tas-sistemi u kontroll tal-panew tal-inġinier

P—–>

—–>

—–>

—–>

 
 
 

Operat normali u anormali tas-sistemi li ġejjin:

 
 
 
 
 

M

Għandu jintgħażel minimu obbligatorju ta’ 3 anormali inklużi minn 3.4.0 sa 3.4.14.

3.4.0.  Magna (jekk ikun meħtieġ l-iskrun)

P—–>

—–>

—–>

—–>

 
 
 

3.4.1.  Pressjonizzazzjoni u arja kondizzjonata

P—–>

—–>

—–>

—–>

 
 
 

3.4.2.  Sistema pitot/statika

P—–>

—–>

—–>

—–>

 
 
 

3.4.3.  Sistema tal-karburant

P—–>

—–>

—–>

—–>

 
 
 

3.4.4.  Sistema elettrika

P—–>

—–>

—–>

—–>

 
 
 

3.4.5.  Sistema idrawlika

P—–>

—–>

—–>

—–>

 
 
 

3.4.6.  Kontroll tat-titjira u s-sistema ta’ trim

P—–>

—–>

—–>

—–>

 
 
 

3.4.7.  Sistema kontra s-silġ u sistema tat-tneħħija tas-silġ, Tisħin għall-protezzjoni kontra t-tleħħija

P—–>

—–>

—–>

—–>

 
 
 

3.4.8.  Bdot awtomatiku/Direttur tat-titjira

P—–>

—–>

—–>

—–>

 

M (bdot wieħed biss)

 

3.4.9.  Apparat ta’ twissija ta’ waqfien jew apparat biex ikun evitat waqfien, u apparat biex tiżdied l-istabbiltà

P—–>

—–>

—–>

—–>

 
 
 

3.4.10.  Sistema ta’ twissija ta’ art fil-qrib, radar tat-temp, altimetru tar-radju, transponder

 

P—–>

—–>

—–>

 
 
 

3.4.11  Radji, tagħmir ta’ navigazzjoni, strumenti, sistema ta’ mmaniġġjar tat-titjira

P—–>

—–>

—–>

—–>

 
 
 

3.4.12.  Attrezzatura għall-inżul u brejk

P—–>

—–>

—–>

—–>

 
 
 

3.4.13  Sistema ta’ paletti u flapps

P—–>

—–>

—–>

—–>

 
 
 

3.4.14  Unità ta’ enerġija awżiljarja

P—–>

—–>

—–>

—–>

 
 
 

Tħalliet vojta apposta

 
 
 
 
 
 
 

3.6.  Proċeduri anormali u ta’ emerġenza:

 
 
 
 
 

M

Għandu jintgħażel minimu obbligatorju ta’ 3 punti inklużi minn 3.6.1 sa 3.6.9

3.6.1.  Taħriġ fit-tifi tan-nar eż. magna, APU, kabina, kompartiment tat-tagħbija, kokpit, nar fil-ġwienaħ u nirien ikkawżati minn sistema tal-elettriku, inkluża l-evakwazzjoni

 

P—–>

—–>

—–>

 
 
 

3.6.2.  Kontroll u tneħħija tad-duħħan

 

P—–>

—–>

—–>

 
 
 

3.6.3.  Ħsarat, waqfien u startjar mill-ġdid ta’ magni f'għoli mingħajr periklu

 

P—–>

—–>

—–>

 
 
 

3.6.4.  Rimi ta’ fjuwil (simulat)

 

P—–>

—–>

—–>

 
 
 

3.6.5.  Riħ qawwi trasversali (wind shear) waqt tlugħ/inżul l-art

 
 

P

X

 

FFS biss

 

3.6.6.  Falliment simulat tal-pressjoni tal-kabina/tbaxxija ta’ emerġenza

 
 

P—–>

—–>

 
 
 

3.6.7.  Nuqqas ta’ kapaċità ta’ membru tal-ekwipaġġ ta’ titjira

 

P—–>

—–>

—–>

 
 
 

3.6.8.  Proċeduri oħrajn ta’ emerġenza kif imfissra fil-qosor fil-Manwal tat-Titjir ta’ Ajruplan adattat

 

P—–>

—–>

—–>

 
 
 

3.6.9.  Avveniment ACAS

P—–>

—–>

—–>

Ma jistax jintuża inġenju tal-ajru

 

FFS biss

 

3.7.  Dawriet weqfin xaqliba trasversali ta’ 45°, 180° sa 360° xellug u lemin

 

P—–>

—–>

—–>

 
 
 

3.8.  Rikonoxximent bikri u miżuri rimedjali għal waqfien imminenti (sa ma l-apparat ta’ twissija ta’ waqfien ikun attivat) f'konfigurazzjoni ta’ tlugħ (bil-flapps f'pożizzjoni ta’ tlugħ), f'konfigurazzjoni ta’ tajran b'veloċità moderata u f'konfigurazzjoni ta’ nżul (bil-flapps f'pożizzjoni ta’ nżul, bl-attrezzatura estiża)

 
 

P—–>

—–>

 
 
 

3.8.1.  Irkupru minn waqfien sħiħ jew wara li apparat ta’ twissija ta’ waqfien ikun attivat f'konfigurazzjoni ta’ tlugħ, tajran u avviċinament

 
 

P

X

 
 
 

3.9.  Proċeduri ta’ titjir bl-istrumenti

 
 
 
 
 
 
 

3.9.1*  Il-konformità mar-rotot tat-tluq u tal-wasla u mal-istruzzjonijiet ATC

 

P—–>

—–>

—–>

 

M

 

3.9.2*  Proċeduri ta’ stennija fir-rotta

 

P—–>

—–>

—–>

 
 
 

3.9.3*  Avviċinamenti ta’ preċiżjoni 'l isfel sa altitudni deċiżjonali (DH) mhux inqas minn 60 m (200 pied)

 
 
 
 
 
 
 

3.9.3.1*  manwalment, mingħajr direttur tat-titjira

 
 

P—–>

—–>

 

M (test tal-ħiliet biss)

 

3.9.3.2*  manwalment, b'direttur tat-titjira

 
 

P—–>

—–>

 
 
 

3.9.3.3*  bil-bdot awtomatiku

 
 

P—–>

—–>

 
 
 

3.9.3.4*  il-ħsara tal-magna għandha tiġi simulata matul l-avviċinament finali qabel ma tinqabeż il-marka ta’ barra (OM) sakemm tintmess l-art jew permezz tal-proċedura sħiħa ta’ avviċinament bla suċċess

F'ajruplani li ma jkunux iċċertifikati bħala kategorija ta’ ajruplani ta’ trasport (JAR/FAR 25) jew bħala kategorija ta’ ajruplani ta’ vvjaġġar minn post għall-ieħor (SFAR 23), l-avviċinament bi ħsara simulata tal-magna u l-avviċinament b'tidwir li jirriżulta għandhom jinbdew flimkien mal-avviċinament mingħajr preċiżjoni kif deskritt fi 3.9.4. It-tidwir għandu jinbeda meta jintlaħaq l-għoli ppubblikat ta’ spazju ħieles mingħajr ostaklu (OCH/A), iżda mhux aktar tard minn meta jintlaħaq għoli/altitudni minimu/a ta’ nżul (MDH/A) ta’ 500 pied 'il fuq mill-elevazzjoni minima tar-runway. Għal ajruplani li jkollhom l-istess prestazzjoni ta’ ajruplan ta’ trasport fir-rigward ta’ massa ta’ tlugħ u ta’ altitudni ta’ densità, l-għalliem jista' jissimula l-ħsara ta’ magna skont 3.9.3.4.

 
 

P—–>

—–>

 

M

 

3.9.4*  Avviċinament mingħajr preċiżjoni sal-MDH/A

 
 

P*—>

—–>

 

M

 

3.9.5.  Avviċinament b'tidwir forma ta’ ċirku bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)*  Avviċinament għall-altitudni awtorizzata ta’ avviċinament b'tidwir forma ta’ ċirku minimu fl-ajruport inkwistjoni skont il-faċilitajiet lokali ta’ avviċinament bl-istrumenti f'kundizzjonijiet ta’ titjir simulat bl-istrumenti;

segwit minn:

(b)  avviċinament b'tidwir forma ta’ ċirku għal runway oħra mill-inqas 90° lil hinn mil-linja taċ-ċentru mill-avviċinament finali użat fil-punt (a), fl-altitudni awtorizzata ta’ avviċinament b'tidwir forma ta’ ċirku minimu.

Kumment: jekk (a) u (b) ma jkunux possibbli minħabba raġunijiet tal-ATC, tista' ssir proċedura simulata ta’ viżibbiltà baxxa.

 
 

P*—>

—–>

 
 
 

TAQSIMA 4

4.  Proċeduri ta’ Avviċinament Bla Suċċess

4.1.  Avviċinament b'tidwir bil-magni kollha jaħdmu* wara avviċinament bl-ILS meta tintlaħaq l-altitudni deċiżjonali miftiehma

 
 

P*—>

—–>

 
 
 

4.2.  Proċeduri oħra ta’ avviċinament bla suċċess

 
 

P*—>

—–>

 
 
 

4.3*  Avviċinament b'tidwir manwali bil-magna kritika ma taħdimx b'mod simulat wara avviċinament bl-istrumenti meta jintlaħaq DH, MDH jew MAPt

 
 

P*—>

—–>

 

M

 

4.4.  Inżul rifjutat f'għoli ta’ 15 m (50 pied) 'il fuq mit-tarf tar-runway u avviċinament b'tidwir

 
 

P—–>

—–>

 
 
 

TAQSIMA 5

5.  Inżul

5.1.  Inżul normali* anki wara avviċinament bl-ILS bi tranżizzjoni għal titjira viżiva meta jintlaħaq DH

 
 

P

 
 
 
 

5.2.  Inżul bi stabilizzatur simulat iġġammjat b'mod orizzontali f'kull pożizzjoni mingħajr bilanċ

 
 

P—–>

Għal dan l-eżerċizzju ma jistgħux jintużawinġenji tal-ajru

 
 
 

5.3.  Inżul f'riħ kontra (inġenju tal-ajru, jekk ikun prattiku)

 
 

P—–>

—–>

 
 
 

5.4.  Skema tat-traffiku u nżul mingħajr flapps jew paletti estiżi jew bi flapps jew b'paletti estiżi parzjalment

 
 

P—–>

—–>

 
 
 

5.5.  Inżul bil-magna kritika simulata ma taħdimx

 
 

P—–>

—–>

 

M

 

5.6.  Inżul b'żewġ magni ma jaħdmux:

— ajruplani bi 3 magni: il-magna ċentrali u magna waħda fuq barra sa fejn ikun fattibbli skont dejta tal-AFM;

— ajruplani b'4 magni: 2 magni fuq ġenb wieħed

 
 

P

X

 

M

FFS biss

(test tal-ħiliet biss)

 

Kummenti ġenerali:

Rekwiżiti speċjali għal estensjoni ta’ klassifikazzjoni tat-tip għal avviċinament bl-istrumenti sa altitudni deċiżjonali ta’ inqas minn 200 pied (60 m), jiġifieri operazzjonijiet Cat II/III.

TAQSIMA 6

Awtorizzazzjoni addizzjonali għal klassifikazzjoni tat-tip għal avviċinamenti bl-istrumenti sa altitudni deċiżjonali ta’ inqas minn 60 m (200 pied) (CAT II/III)

Il-manuvri u l-proċeduri li ġejjin huma r-rekwiżiti minimi ta’ taħriġ li jippermettu avviċinamenti bl-istrumenti sa DH ta’ anqas minn 60 m (200pied). Waqt il-proċeduri li ġejjin ta’ avviċinamenti bl-istrumenti u ta’ avviċinament bla suċċess għandu jintuża t-tagħmir kollu ta’ ajruplan meħtieġ għal ċertifikazzjoni tat-tip ta’ avviċinamenti bl-istrumenti sa DH ta’ inqas minn 60 m (200 pied).

 
 
 
 
 
 
 

6.1*  Tlugħ rifjutat f'RVR minimu awtorizzat

 
 

P*—>

—>X

Ma jistax jintuża inġenju tal-ajru għal dan l-eżerċizzju

 

M*

 

6.2*  Avviċinamenti bl-ILS: f'kundizzjonijiet ta’ titjir simulat bl-istrumenti sa DH applikabbli, bl-użu tas-sistema ta’ gwida tat-titjir. Il-proċeduri standard ta’ koordinazzjoni tal-ekwipaġġ (il-kondiviżjoni tax-xogħol, il-proċeduri ta’ call out, sorveljanza reċiproka, skambju ta’ informazzjoni u għajnuna) għandhom ikunu osservati.

 
 

P—–>

—–>

 

M

 

6.3*  Tidwira:

wara avviċinamenti kif indikat fil-punt 6.2 meta jintlaħaq DH.

It-taħriġ għandu jinkludi wkoll avviċinament b'tidwir minħabba RVR (simulat) insuffiċjenti, riħ qawwi trasversali, devjazzjoni ta’ ajruplani li taqbeż il-limiti ta’ avviċinamenti għal avviċinament ta’ suċċess, u ħsara tat-tagħmir tal-art/ajru qabel ma jintlaħaq DH u, avviċinament b'tidwir bi ħsara simulata tat-tagħmir fl-ajru

 
 

P—–>

—–>

 

M*

 

6.4*  Inżul:

b'referenza viżiva stabbilita f'DH wara avviċinament bl-istrumenti. mis-sistema speċifika ta’ gwida tat-titjir jekk isirx inżul awtomatiku

 
 

P—–>

—–>

 

M

 

NOTA: Operazzjonijiet CAT II/III għandhom jitwettqu skont ir-rekwiżiti applikabbli ta’ operazzjonijiet tal-ajru.

7.

Klassifikazzjoni ta’ klassi – baħar

It-Taqsima 6 għandha tiġi kompluta għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ ajruplani b'iktar minn magna waħda bi klassifikazzjoni tal-klassi tal-baħar, VFR biss, fejn l-esperjenza meħtieġa ta’ 10 setturi tar-rotot fit-12-il xahar preċedenti ma tkunx tlestiet.



(Din it-taqsima tista' tingħaqad mat-taqsimiet 1 sa 4) Ħsara simulata ta’ magna(Din it-taqsima tista' tingħaqad mat-taqsimiet 1 sa 5) Ħsara simulata ta’ magna

KLASSIFIKAZZJONI TAL-KLASSI - BAĦAR

TAĦRIĠ PRATTIKU

 

Manuvri/Proċeduri

Inizjali tal-għalliem meta jiġi komplut it-taħriġ

Iniżjali tal-eżaminatur meta jiġi kkompletat it-test

TAQSIMA 1

1.  Tluq

1.1.  Qabel it-titjira, inklużi:

Dokumentazzjoni

Massa u bilanċ

Rapport dwar it-temp

NOTAM

 
 

1.2.  Kontrolli ta’ qabel it-titjira

Esterni/interni

 
 

1.3.  Xegħil u tifi tal-magna

Ħsarat normali

 
 

1.4.  Taxiing

 
 

1.5.  Taxiing gradwali

 
 

1.6.  Irmiġġ:

Xtajta

Moll

Baga

 
 

1.7.  Titjir fuq l-ilma bil-magna mitfija

 
 

1.8.  Kontrolli qabel it-tluq:

Run-up tal-magna

(jekk applikabbli)

 
 

1.9.  Proċedura ta’ tlugħ mill-art:

Normali bl-issettjar tal-flapps tal-Manwal tat-Titjir

Riħ kontra (jekk il-kundizzjonijiet jippermettu)

 
 

1.10.  Tlugħ mill-art

Tidwir lejn headings

Livellar

 
 

1.11.  Kollegament mal-ATC – Konformità, proċedura R/T

 
 

TAQSIMA 2

2.  Operazzjonijiet fl-ajru (VFR)

2.1.  Titjira dritta u livellata b'airspeeds differenti inkluża titjira b'airspeed baxx ħafna bil-flapps u mingħajrhom (inkluż avviċinament lejn VMCA meta applikabbli)

 
 

2.2.  Dawriet weqfin (360° xellug u lemin b'xaqliba trasversali ta’ 45°)

 
 

2.3.  Waqfien u rkupru:

(i)  waqfien mingħajr periklu;

(ii)  avviċinament għal waqfien f'dawra ta’ nżul f'xaqliba trasversali b'konfigurazzjoni ta’ avviċinament u qawwa;

(iii)  avviċinament għal waqfien b'konfigurazzjoni ta’ nżul u qawwa;

(iv)  avviċinament għal waqfien, dawra ta’ tlugħ bil-flapp ta’ tlugħ u b'qawwa ta’ tlugħ (ajruplan b'magna waħda biss)

 
 

2.4.  Kollegament mal-ATC – Konformità, proċedura R/T

 
 

TAQSIMA 3

3.  Proċeduri VFR waqt ir-rotta

3.1.  Pjan ta’ titjira, kalkoli preċiżi u qari ta’ mapep

 
 

3.2.  Żamma ta’ altitudni, heading u veloċità

 
 

3.3.  Orjentazzjoni, puntwalità u reviżjoni ta’ ETAs

 
 

3.4.  Użu ta’ għajnuniet ta’ navigazzjoni bir-radju (jekk applikabbli)

 
 

3.5.  Immaniġġjar ta’ titjira (log ta’ titjira, kontrolli ta’ rutina inklużi fjuwil, sistemi u formazzjoni ta’ silġ)

 
 

3.6.  Kollegament mal-ATC – Konformità, proċedura R/T

 
 

TAQSIMA 4

4.  Wasla u nżul

4.1.  Proċedura ta’ wasla f'ajrudrom (inġenji tal-ajru anfibji biss)

 
 

4.2.  Inżul normali

 
 

4.3.  Inżul mingħajr flapps

 
 

4.4.  Inżul f'riħ kontra (jekk il-kundizzjonijiet ikunu tajbin)

 
 

4.5.  Avviċinament u nżul b'magna mixgħula mhux ingranata sa 2 000 ' 'il fuq mill-ilma (ajruplan b'magna waħda biss)

 
 

4.6.  Avviċinament b'tidwira minn għoli minimu

 
 

4.7  Inżul fuq ilma kalm

Inżul fuq ilma mqalleb

 
 

4.8.  Kollegament mal-ATC – Konformità, proċedura R/T

 
 

TAQSIMA 5

5.  Proċeduri anormali u ta’ emerġenza

5.1.  Tlugħ rifjutat b'veloċità raġonevoli

 
 

5.2.  Ħsara simulata ta’ magna wara tlugħ (ajruplan b'magna waħda biss)

 
 

5.3.  Inżul simulat ta’ emerġenza mingħajr qawwa (ajruplan b'magna waħda biss)

 
 

5.4.  Emerġenzi simulati:

(i)  nar jew duħħan waqt titjira

(ii)  ħsarat fis-sistemi skont il-każ

 
 

5.5.  Kollegament mal-ATC – Konformità, proċedura R/T

 
 

TAQSIMA 6

6.  Titjira asimmetrika simulata

6.1.  waqt tlugħ (f'altitudni mingħajr periklu sakemm ma ssirx f'FFS u FNPT II)

 
 

6.2.  Tifi u startjar mill-ġdid tal-magna (Test tal-ħiliet ta’ ME biss)

 
 

6.3.  Avviċinament asimmetriku u avviċinament b'tidwira

 
 

6.4.  Avviċinament asimmetriku u nżul sħiħ

 
 

6.5.  Kollegament mal-ATC – Konformità, proċedura R/T

 
 

C.    Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija ta’ ħelikopters

1.

Fil-każ ta’ test tal-ħiliet jew ta’ kontroll tal-profiċjenza għal klassifikazzjoni tat-tip u għall-ATPL, l-applikant għandu jgħaddi mit-taqsimiet 1 sa 4 u 6 (skont il-każ) tat-test tal-ħiliet jew tal-kontroll tal-profiċjenza. L-applikant li ma jgħaddix minn aktar minn 5 punti jkollu jerġa' jagħmel it-test jew il-kontroll kollu. L-applikant li ma jgħaddix minn anqas minn 5 punti jkollu jwieġeb il-mistoqsijiet li ma jkunx għadda minnhom. Jekk applikant ma jgħaddix minn punt wieħed meta jerġa' jagħmel it-test jew il-kontroll jew ma jgħaddix minn xi punti oħrajn li jkun għadda minnhom diġà, ikollu jagħmel it-test jew il-kontroll kollu mill-ġdid. It-taqsimiet kollha tat-test tal-ħiliet jew tal-kontroll tal-profiċjenza għandhom jiġu kkompletati fi żmien 6 xhur. Fil-każ ta’ kontroll tal-profiċjenza għal IR, l-applikant għandu jgħaddi mit-taqsima 5 tal-kontroll tal-profiċjenza.

2.

Jekk l-applikant ma jgħaddix minn aktar minn 3 punti huwa jkollu jerġa' jagħmel it-taqsima 5 kollha. Applikant li ma jgħaddix minn mhux aktar minn 3 punti jkollu jagħmel il-punti li jkun weħel minnhom. L-applikant li ma jgħaddix minn anqas minn 3 punti jkollu jwieġeb il-mistoqsijiet li ma jkunx għadda minnhom. Jekk applikant ma jgħaddix minn punt wieħed tat-test/kontroll mill-ġdid jew jekk jeħel minn xi punt ieħor li jkun għadda minnu qabel, ikollu jerġa' jagħmel it-test/kontroll kollu.

TOLLERANZA TA' TEST TAT-TITJIRA

3.

L-applikant għandu juri l-kapaċità li:

(a) jopera l-inġenju tal-ajru fil-limiti tiegħu;

(b) jesegwixxi l-manuvri kollha mingħajr intoppi u bi preċiżjoni;

(c) jeżerċita ġudizzju tajjeb u ħila fit-titjir;

(d) japplika għarfien ajrunawtiku;

(e) iżomm kontroll tal-ħelikopter f'kull ħin b'mod li l-eżitu b'suċċess ta’ proċedura jew manuvra qatt ma jiġi ddubitat;

(f) jifhem u japplika proċeduri ta’ koordinazzjoni u nuqqas ta’ kapaċità ta’ ekwipaġġ, jekk applikabbli;

(g) jikkomunika b'mod effikaċi mal-membri l-oħra tal-ekwipaġġ, skont il-każ.

▼M3

4.

Il-limiti li ġejjin għandhom japplikaw, u dawn ġew ikkoreġuti sabiex jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet turbulenti u l-kwalitajiet tat-trattament u tal-eżekuzzjoni tal-ħelikopter użat.

▼B

(a)   Limiti ta’ titjira IFR

Għoli:

Ġeneralment

± 3,048.00 cm

Bidu ta’ tidwira f'altitudni deċiżjonali

+ 50 pied/- 0 pied

Għoli/altitudni minimi ta’ tbaxxija

+ 50 pied/- 0 pied

Intraċċar:

Għajnuniet bir-radju

± 5°

Avviċinament bi preċiżjoni

diflezzjoni ta’ nofs skala, azimuth u l-mogħdija tal-glajd

Heading:

Operazzjonijiet normali

± 5°

Operazzjonijiet anormali/ emerġenzi

± 10°

Veloċità:

Ġeneralment

± 10 knots

Bi ħsara simulata tal-magna

+ 10 knots/- 5 knots

(b)   Limiti ta’ titjira VFR

Għoli:

Ġeneralment

± 3,048.00 cm

Heading:

Operazzjonijiet normali

± 5°

Operazzjonijiet anormali/ emerġenzi

± 10°

Veloċità:

Ġeneralment

± 10 knots

Bi ħsara simulata tal-magna

+ 10 knots/-5 knots

Ground drift:

Tlugħ wieqaf relattivament għall-art (I.G.E.)

± 91.44 cm

Inżul ±2 piedi (b'0 piedi

titjira b'lura jew laterali)

KONTENUT TAT-TAĦRIĠ/TEST TAL-ĦILA/KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA

ĠENERALI

5.

Is-simboli li ġejjin ifissru:

P

=

Imħarreġ bħala PIC għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-tip għal SPH jew imħarreġ bħala PIC jew Kopilota u bħala PF u PNF għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-tip għal MPH.

6.

It-taħriġ prattiku għandu jsir mill-anqas fil-livell ta’ tagħmir ta’ taħriġ muri bħala (P), jew jista' jsir sa kull livell ta’ tagħmir ogħla muri bil-vleġġa (—>).

It-taqsiriet li ġejjin jintużaw biex juru t-tagħmir ta’ taħriġ użat:

FFS

=

Simulatur ta’ Titjira Sħiħa

FTD

=

Apparat ta’ Taħriġ fit-Titjir

H

=

Ħelikopter

7.

Il-punti li għandhom stilla (*) magħhom għandhom jittajru f'IMC attwali jew simulati, minn applikanti li jixtiequ jġeddu jew jerġgħu jivvalidaw IR(H), jew jestendu l-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni għal tip ieħor biss.

8.

Il-proċeduri ta’ titjir bl-istrumenti (taqsima 5) għandhom jitwettqu minn biss applikanti li jixtiequ jġeddu jew jerġgħu jivvalidaw IR(H) jew jestendu l-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni għal tip ieħor. Għal dan l-għan jistgħu jintużaw FFS jew FTD 2/3.

9.

Fejn tidher l-ittra “M” fil-kolonna tat-test tal-ħila jew tal-kontroll tal-profiċjenza din tindika l-eżerċizzju obbligatorju.

10.

Għandu jintuża FSTD għal taħriġ prattiku u ttestjar jekk l-FSTD jagħmel parti minn kors ta’ klassifikazzjoni tat-tip. Il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kors:

▼M3

(i) il-kwalifika tal-FSTD kif stabbilit fir-rekwiżiti rilevanti tal-Parti-ARA u l-Parti-ORA;

▼B

(ii) il-kwalifiki tal-għalliem u tal-eżaminatur;

(iii) l-ammont ta’ taħriġ FSTD ipprovdut matul il-kors;

(iv) il-kwalifiki u l-esperjenza preċedenti f'tipi simili tal-bdot li jkun qed jitħarreġ;

(v) l-ammont ta’ esperjenza f'titjir b'sorveljanza pprovdut wara l-ħruġ tal-klassifikazzjoni l-ġdida tat-tip.

ĦELIKOPTERS B'AKTAR MINN BDOT WIEĦED

11.

L-applikanti għat-test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-tip ta’ ħelikopter b'aktar minn bdot wieħed u ATPL(H) għandhom jagħmlu t-taqsimiet 1 sa 4 biss u, jekk applikabbli, it-taqsima 6.

12.

L-applikanti għall-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-kontroll tal-profiċjenza għal klassifikazzjoni tat-tip ta’ ħelikopter b'aktar minn bdot wieħed għandhom jagħmlu biss it-taqsimiet 1 sa 4 u, jekk applikabbli, it-taqsima 6.



ĦELIKOPTERS BI BDOT WIEĦED/B'AKTAR MINN BDOT WIEĦED

TAĦRIĠ PRATTIKU

TEST TAL-ĦILIET JEW VERIFIKA TAL-PROFIĊJENZA

Manuvri/Proċeduri

 
 
 

Inizjali tal-għalliem meta jiġi kkompletat it-taħriġ

Dejta tal-kontroll

Inizjali tal-eżaminatur meta jiġi kkompletat it-test

FTD

FFS

H

FFS

H

TAQSIMA 1 —  Tħejjijiet u kontrolli ta’ qabel titjira

1.1  Spezzjoni viżiva esterna tal-ajruplan; lokalizzazzjoni ta’ kull element u għan tal-ispezzjoni

 
 

P

 

M (jekk isir fil-ħelikopter)

 

1.2  Spezzjoni tal-kokpit

 

P

—>

 

M

 

1.3  Proċeduri tal-bidu, kontroll tat-tagħmir tar-radju u tan-navigazzjoni, l-għażla u l-issettjar tal-frekwenzi ta’ navigazzjoni u komunikazzjoni

P

—>

—>

 

M

 

1.4  Taxiing/taxiing fl-ajru f'konformità mal-istruzzjonijiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru jew mal-istruzzjonijiet tal-għalliem

 

P

—>

 

M

 

1.5  Proċeduri u kontrolli ta’ qabel it-tlugħ

P

—>

—>

 

M

 

TAQSIMA 2 —  Manuvri u proċeduri ta’ titjira

2.1  Tlugħ (diversi profili)

 

P

—>

 

M

 

2.2  Art inklinata jew qtugħ mill-art u nżul f'riħ kontra

 

P

—>

 
 
 

2.3  Tlugħ f'massa massima ta’ tlugħ (massa massima reali jew simulata ta’ tlugħ)

P

—>

—>

 
 
 

2.4  Tlugħ bi ħsara simulata fil-magna ftit qabel ma jintlaħaq TDP jew DPATO

 

P

—>

 

M

 

2.4.1  Tlugħ bi ħsara simulata fil-magna ftit wara li jintlaħaq TDP jew DPATO

 

P

—>

 

M

 

2.5  Dawriet ta’ tlugħ u nżul għal headings speċifiċi

P

—>

—>

 

M

 

2.5.1  Dawriet b'xaqliba trasversali ta’ 30°, 180° għal 360° xellug u lemin, b'referenza biss għal strumenti

P

—>

—>

 

M

 

2.6  Inżul awtorotattiv

P

—>

—>

 

M

 

2.6.1  Inżul awtorotattiv (SEH biss) jew irkupru ta’ enerġija

 

P

—>

 

M

 

2.7  Inżul, diversi profili

 

P

—>

 

M

 

2.7.1  Tidwira jew inżul wara ħsara simulata ta’ magna qabel LDP jew DPBL

 

P

—>

 

M

 

2.7.2  Inżul wara ħsara simulata ta’ magna wara LDP jew DPBL

 

P

—>

 

M

 

TAQSIMA 3 —  Operazzjonijiet normali u anormali tas-sistemi u l-proċeduri li ġejjin

3  Operazzjonijiet normali u anormali tas-sistemi u l-proċeduri li ġejjin:

 
 
 
 

M

Għal din it-taqsima għandu jintgħażel minimu obbligatorju ta’ 3 punti

3.1  Magna

P

—>

—>

 
 
 

3.2  Arja kkondizzjonata (tisħin, ventilazzjoni)

P

—>

—>

 
 
 

3.3  Sistema pitot/statika

P

—>

—>

 
 
 

3.4  Sistema ta’ fjuwil

P

—>

—>

 
 
 

3.5  Sistema elettrika

P

—>

—>

 
 
 

3.6  Sistema idrawlika

P

—>

—>

 
 
 

3.7  Kontroll ta’ titjira u s-sistema ta’ trim

P

—>

—>

 
 
 

3.8  Sistema ta’ kontra s-silġ u sistema tat-tneħħia tas-silġ

P

—>

—>

 
 
 

3.9  Bdot awtomatiku/Direttur tat-titjira

P

—>

—>

 
 
 

3.10  Apparat biex tiżdied l-istabbiltà

P

—>

—>

 
 
 

3.11  Radar tat-temp, altimetru tar-radju, transponder

P

—>

—>

 
 
 

3.12  Sistema ta’ Navigazzjoni ta’ Żona

P

—>

—>

 
 
 

3.13  Sistema tal-attrezzatura għall-inżul

P

—–>

—–>

 
 
 

3.14  Unità ta’ qawwa awżiljarja

P

—>

—>

 
 
 

3.15  Radju, tagħmir ta’ navigazzjoni, strumenti, sistema ta’ mmaniġġjar ta’ titjira

P

—>

—>

 
 
 

TAQSIMA 4 —  Proċeduri anormali u ta’ emerġenza

4  Proċeduri anormali u ta’ emerġenza

 
 
 
 

M

Għal din it-taqsima għandu jintgħażel minimu obbligatorju ta’ 3 punti

4.1  Taħriġ fit-tifi tan-nar (inkluża l-evakwazzjoni jekk applikabbli)

P

—>

—>

 
 
 

4.2  Kontroll u tneħħija tad-duħħan

P

—>

—>

 
 
 

4.3  Ħsarat, waqfien u startjar mill-ġdid ta’ magni f'għoli mingħajr periklu

P

—>

—>

 
 
 

4.4  Rimi ta’ fjuwil (simulat)

P

—>

—>

 
 
 

4.5  Ħsara fil-kontroll tar-rotor tad-denb (jekk applikabbli)

P

—>

—>

 
 
 

4.5.1  Telf tar-rotor tad-denb (jekk applikabbli)

P

—>

Għal dan l-eżerċizzju ma jistax jintuża ħelikopter

 
 
 

4.6  Nuqqas ta’ kapaċità ta’ membru ta’ ekwipaġġ – MPH biss

P

—>

—>

 
 
 

4.7  Ħsarat fit-trażmissjoni

P

—>

—>

 
 
 

4.8  Proċeduri oħra ta’ emerġenza kif imfissra fil-qosor fil-Manwal tat-Titjir adattat

P

—>

—>

 
 
 

TAQSIMA 5 —  Proċeduri ta’ Titjira bl-Istrumenti (li għandhom isiru f'IMC jew f'IMC simulati)

5.1  Tlugħ bl-istrumenti: tkun meħtieġa tranżizzjoni għal titjira bl-istrumenti malajr kemm jista' jkun wara li jkun sar it-tlugħ

P*

—>*

—>*

 
 
 

5.1.1  Ħsara simulata fil-magna waqt tluq

P*

—>*

—>*

 

M*

 

5.2  Il-konformità mar-rotot tat-tluq u tal-wasla u mal-istruzzjonijiet ATC

P*

—>*

—>*

 

M*

 

5.3  Proċeduri ta’ stennija fir-rotta

P*

—>*

—>*

 
 
 

5.4  Avviċinamenti bl-ILS sa altitudni deċiżjonali ta’ CAT I

P*

—>*

—>*

 
 
 

5.4.1  Manwalment, mingħajr direttur tat-titjira

P*

—>*

—>*

 

M*

 

5.4.2  Avviċinament bi preċiżjoni manwalment, b'direttur tat-titjira jew mingħajru

P*

—>*

—>*

 

M*

 

5.4.3  Bi bdot awtomatiku akkoppjat

P*

—>*

—>*

 
 
 

5.4.4  Manwalment, b'magna waħda ma taħdimx b'mod simulat. (Il-ħsara tal-magna għandha tkun simulata matul l-avviċinament finali qabel ma tinqabeż il-marka ta’ barra (OM) sakemm tintmess l-art jew sakemm titlesta l-proċedura ta’ avviċinament bla suċċess)

P*

—>*

—>*

 

M*

 

5.5  Avviċinament mingħajr preċiżjoni sa altitudni ta’ MDA/H ta’ nżul minimu

P*

—>*

—>*

 

M*

 

5.6  Tidwira bil-magni kollha jaħdmu meta jintlaħqu DA/DH jew MDA/MDH

P*

—>*

—>*

 
 
 

5.6.1  Proċeduri oħra ta’ avviċinament bla suċċess

P*

—>*

—>*

 
 
 

5.6.2  Tidwira b'magna waħda ma taħdimx b'mod simulat meta jintlaħqu DA/DH jew MDA/MDH

P*

 
 
 

M*

 

5.7  Awtorotazzjoni ta’ IMC bi rkupru tal-qawwa

P*

—>*

—>*

 

M*

 

5.8  Irkupru minn attitudnijiet mhux tas-soltu

P*

—>*

—>*

 

M*

 

TAQSIMA 6 —  Użu ta’ Tagħmir Fakultattiv

6  Użu ta’ tagħmir fakultattiv

P

—>

—>

 
 
 

D.    Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija ta’ inġenji tal-ajru bil-powered-lift

1.

Fil-każ ta’ testijiet tal-ħiliet jew kontrolli tal-profiċjenza għal klassifikazzjoni tat-tip ta’ inġenji tal-ajru bil-powered-lift, l-applikant għandu jgħaddi mit-taqsimiet 1 sa 5 u 6 (jekk applikabbli) tat-test tal-ħiliet jew tal-kontroll tal-profiċjenza. L-applikant li ma jgħaddix minn aktar minn 5 punti jkollu jerġa' jagħmel it-test jew il-kontroll kollu. L-applikant li ma jgħaddix minn anqas minn 5 punti jkollu jwieġeb il-mistoqsijiet li ma jkunx għadda minnhom. Jekk applikant ma jgħaddix minn punt wieħed meta jerġa' jagħmel it-test jew il-kontroll jew ma jgħaddix minn xi punti oħrajn li jkun għadda minnhom diġà, ikollu jagħmel it-test jew il-kontroll kollu mill-ġdid. It-taqsimiet kollha tat-test tal-ħila jew tal-kontroll tal-profiċjenza għandhom jiġu kkompletati fi żmien sitt xhur.

TOLLERANZA TA' TEST TAT-TITJIRA

2.

L-applikant għandu juri l-kapaċità li:

(a) jopera l-inġenju tal-ajru bil-powered-lift fil-limiti tiegħu;

(b) jesegwixxi l-manuvri kollha mingħajr intoppi u bi preċiżjoni;

(c) jeżerċita ġudizzju tajjeb u ħila fit-titjir;

(d) japplika għarfien ajrunawtiku;

(e) iżomm kontroll tal-inġenju tal-ajru bil-powered-lift f'kull ħin b'mod li l-eżitu b'suċċess ta’ proċedura jew manuvra qatt ma jiġi ddubitat;

(f) jifhem u japplika l-proċeduri ta’ koordinazzjoni u ta’ nuqqas ta’ kapaċità tal-ekwipaġġ;

(g) jikkomunika b'mod effikaċi mal-membri l-oħra tal-ekwipaġġ.

3.

Dawn il-limiti għandhom japplikaw, u dawn ġew ikkoreġuti biex jikkunsidraw il-kundizzjonijiet ta’ turbulenza u l-kwalitajiet ta’ mmaniġġjar u eżekuzzjoni tal-inġenju tal-ajru bil-powered-lift użat.

(a)   Limiti ta’ titjira IFR:

Għoli:

Ġeneralment

± 3,048.00 cm

Bidu ta’ tidwira f'altitudni deċiżjonali

+ 50 pied/-0 pied

Għoli/altitudni minimi ta’ tbaxxija

+ 50 pied/-0 pied

Intraċċar:

Għajnuniet bir-radju

± 5°

Avviċinament bi preċiżjoni

diflezzjoni ta’ nofs skala, azimuth u l-mogħdija tal-glajd

Heading:

Operazzjonijiet normali

± 5°

Operazzjonijiet anormali/emerġenzi

± 10°

Veloċità:

Ġeneralment

± 10 knots

Bi ħsara simulata tal-magna

+ 10 knots/-5 knots

(b)   Limiti ta’ titjira VFR:

Għoli:

Ġeneralment

± 3,048.00 cm

Heading:

Operazzjonijiet normali

± 5°

Operazzjonijiet anormali/emerġenzi

± 10°

Veloċità:

Ġeneralment

± 10 knots

Bi ħsara simulata tal-magna

+ 10 knots/-5 knots

Ground drift:

Tlugħ wieqaf relattivament għall-art (I.G.E.)

± 91.44 cm

Inżul

± 2 piedi (b'0 piedi titjira b'lura jew laterali)

KONTENUT TAT-TAĦRIĠ/TEST TAL-ĦILA/KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA

4.

Is-simboli li ġejjin ifissru:

P

=

Imħarreġ bħala PIC jew Kopilota u bħala PF u PNF għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-tip skont il-każ.

5.

It-taħriġ prattiku għandu jsir mill-anqas fil-livell ta’ tagħmir ta’ taħriġ muri bħala (P), jew jista' jsir sa kull livell ta’ tagħmir ogħla muri bil-vleġġa (—>).

6.

It-taqsiriet li ġejjin jintużaw biex juru t-tagħmir ta’ taħriġ użat:

FFS

=

Simulatur ta’ Titjira Sħiħa

FTD

=

Apparat ta’ Taħriġ fit-Titjir

OTD

=

Apparat Ieħor ta’ Taħriġ

PL

=

Inġenju tal-Ajru bil-Powered-lift

(a) L-applikanti għat-test tal-ħiliet għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip ta’ inġenji tal-ajru bil-powered-lift għandhom jagħmlu t-taqsimiet 1 sa 5 u, jekk applikabbli, it-taqsima 6.

(b) L-applikanti għall-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-kontroll tal-profiċjenza għal klassifikazzjoni tat-tip ta’ inġenji tal-ajru bil-powered-lift għandhom jagħmlu t-taqsimiet 1 sa 5 u, jekk applikabbli, it-taqsima 6 u/jew 7.

(c) Il-punti bi stilla (*) ħdejhom għandhom jittajru biss b'referenza għall-istrumenti. Jekk din il-kondizzjoni ma tiġix issodisfata matul it-test tal-ħila jew il-kontroll tal-profiċjenza, il-klassifikazzjoni tat-tip għandha tiġi ristretta għal VFR biss.

7.

Fejn tidher l-ittra “M” fil-kolonna tat-test tal-ħila jew tal-kontroll tal-profiċjenza din tindika l-eżerċizzju obbligatorju.

8.

Apparat ta’ Taħriġ ta’ Simulazzjoni ta’ Titjira għandu jintuża għal taħriġ u ttestjar prattiċi jekk jagħmel parti minn kors approvat ta’ klassifikazzjoni tat-tip. Il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-approvazzjoni tal-kors:

▼M3

(a) il-kwalifika tal-apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni ta’ titjira kif stabbilit fir-rekwiżiti rilevanti tal-Parti-ARA u l-Parti-ORA;

▼B

(b) il-kwalifiki tal-għalliem.



KATEGORIJA TAL-INĠENJU TAL-AJRU BIL-POWERED-LIFT

TAĦRIĠ PRATTIKU

TEST TAL-ĦILIET JEW VERIFIKA TAL-PROFIĊJENZA

Manuvri/Proċeduri

 
 
 
 

Inizjali tal-għalliem meta jiġi komplut it-taħriġ

Data tal-kontroll

Iniżjali tal-eżaminatur meta jiġi kkompletat it-test

OTD

FTD

FFS

PL

FFS

PL

TAQSIMA 1 —  Tħejjijiet u kontrolli ta’ qabel titjira

1.1  Spezzjoni viżiva minn barra ta’ inġenji tal-ajru bil-powered-lift;

is-sit fejn ikun jinsab kull oġġett u l-iskop tal-ispezzjoni

 
 
 

P

 
 
 

1.2  Spezzjoni tal-kokpit

P

—>

—>

—>

 
 
 

1.3  Proċeduri tal-bidu, kontroll tat-tagħmir tar-radju u tan-navigazzjoni, l-għażla u l-issettjar tal-frekwenzi ta’ navigazzjoni u komunikazzjoni

P

—>

—>

—>

 

M

 

1.4  Taxiing f'konformità mal-istruzzjonijiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru jew mal-istruzzjonijiet tal-għalliem

 

P

—>

—>

 
 
 

1.5  Proċeduri u kontrolli qabel tlugħ inkluż Kontroll tal-Qawwa

P

—>

—>

—>

 

M

 

TAQSIMA 2 —  Manuvri u proċeduri ta’ titjira

2.1  Profili ta’ tlugħ VFR normali;

Operazzjonijiet tar-runway (STOL u VTOL) inkluż riħ kontra

Eliporti elevati

Eliporti fil-livell tal-art

 

P

—>

—>

 

M

 

2.2  Tlugħ f'massa massima ta’ tlugħ (massa massima reali jew simulata ta’ tlugħ)

 

P

—>

 
 
 
 

2.3.1  Tlugħ rifjutat:

matul operazzjonijiet tar-runway

matul operazzjonijiet ta’ eliport elevat

matul operazzjonijiet fil-livell tal-art

 

P

—>

 
 

M

 

2.3.2  Tlugħ bi ħsara simulata tal-magna wara li jkun inqabeż il-punt tad-deċiżjoni:

matul operazzjonijiet tar-runway

matul operazzjonijiet ta’ eliport elevat

matul operazzjonijiet fil-livell tal-art

 

P

—>

 
 

M

 

2.4  Tbaxxija awtorotattiva sal-art bil-modalità ta’ ħelikopter (ma għandhomx jintużaw inġenji tal-ajru għal dan l-eżerċizzju)

P

—>

—>

 
 

M FFS biss

 

2.4.1  Tbaxxija b'awtorotazzjoni bil-modalità ta’ ajruplan (ma għandhomx jintużaw inġenji tal-ajru għal dan l-eżerċizzju)

 

P

—>

 
 

M FFS biss

 

2.5  Profili ta’ nżul VFR normali;

operazzjonijiet tar-runway (STOL u VTOL)

eliporti elevati

eliporti fil-livell tal-art

 

P

—>

—>

 

M

 

2.5.1  Inżul bi ħsara simulata tal-magna wara li jkun intlaħaq il-punt tad-deċiżjoni:

matul operazzjonijiet tar-runway

matul operazzjonijiet ta’ eliport elevat

matul operazzjonijiet fil-livell tal-art

 
 
 
 
 
 
 

2.6  Tidwira jew inżul wara ħsara simulata ta’ magna qabel il-punt tad-deċiżjoni

 

P

—>

 
 

M

 

TAQSIMA 3 —  Operazzjonijiet normali u anormali tas-sistemi u l-proċeduri li ġejjin:

3  Operazzjonijiet normali u anormali tas-sistemi u l-proċeduri li ġejjin (jistgħu jsiru f'FSTD jekk jikkwalifika għall-eżerċizzju):

 
 
 
 
 

M

Għal din it-taqsima għandu jintgħażel minimu obbligatorju ta’ 3 punti

3.1  Magna

P

—>

—>

 
 
 
 

3.2  Pressjonizzazzjoni u arja kondizzjonata (tisħin, ventilazzjoni)

P

—>

—>

 
 
 
 

3.3  Sistema pitot/statika

P

—>

—>

 
 
 
 

3.4  Sistema ta’ fjuwil

P

—>

—>

 
 
 
 

3.5  Sistema elettrika

P

—>

—>

 
 
 
 

3.6  Sistema idrawlika

P

—>

—>

 
 
 
 

3.7  Kontroll tat-titjira u s-sistema ta’ trim

P

—>

—>

 
 
 
 

3.8  Sistema ta’ kontra s-silġ u sistema tat-tneħħija tas-silġ, tisħin għal protezzjoni kontra tleħħija (jekk installata)

P

—>

—>

 
 
 
 

3.9  Bdot awtomatiku/Direttur tat-titjira

P

—>

—>

 
 
 
 

3.10  Apparat ta’ twissija ta’ waqfien jew apparat biex ikun evitat waqfien u apparat biex tiżdied l-istabbiltà

P

—>

—>

 
 
 
 

3.11  Radar tat-temp, altimetru tar-radju, transponder, sistema ta’ twissija ta’ art fil-qrib (jekk installata)

P

—>

—>

 
 
 
 

3.12  Sistema tal-attrezzatura għall-inżul

P

—–>

—–>

 
 
 
 

3.13  Unità ta’ qawwa awżiljarja

P

—>

—>

 
 
 
 

3.14  Radju, tagħmir ta’ navigazzjoni, sistema tal-istrumenti u tal-immaniġġjar ta’ titjira

P

—>

—>

 
 
 
 

3.15  Sistema ta’ flapps

P

—>

—>

 
 
 
 

TAQSIMA 4 —  Proċeduri anormali u ta’ emerġenza

4  Proċeduri anormali u ta’ emerġenza

(jistgħu jsiru f'FSTD jekk jikkwalifika għall-eżerċizzju)

 
 
 
 
 

M

Għal din it-taqsima għandu jintgħażel minimu obbligatorju ta’ 3 punti

4.1  Taħriġ ta’ kontra n-nirien, magna, APU, kompartiment tal-merkanzija, kokpit u nirien elettriċi, inkluża l-evakwazzjoni skont il-każ

P

—>

—>

 
 
 
 

4.2  Kontroll u tneħħija tad-duħħan

P

—>

—>

 
 
 
 

4.3  Ħsarat, tifi u l-istartjar mill-ġdid ta’ magni

(ma għandhomx jintużaw inġenji tal-ajru għal dan l-eżerċizzju) inkluża l-bidla tal-OEI minn modi ta’ ħelikopter għal ta’ ajruplan u viċi versa

P

—>

—>

 
 

FFS biss

 

4.4  Rimi ta’ fjuwil (simulat, jekk installat)

P

—>

—>

 
 
 
 

4.5  Riħ qawwi trasversali waqt tlugħ u nżul (ma għandhomx jintużaw inġenji tal-ajru għal dan l-eżerċizzju)

 
 

P

 
 

FFS biss

 

4.6  Ħsara simulata tal-pressjoni tal-kabina/inżul ta’ emerġenza (ma għandhomx jintużaw inġenji tal-ajru għal dan l-eżerċizzju)

P

—>

—>

 
 

FFS biss

 

4.7  Avveniment ACAS

(ma għandhomx jintużaw inġenji tal-ajru għal dan l-eżerċizzju)

P

—>

—>

 
 

FFS biss

 

4.8  Nuqqas ta’ kapaċità ta’ membru tal-ekwipaġġ

P

—>

—>

 
 
 
 

4.9  Ħsarat fit-trażmissjoni

P

—>

—>

 
 

FFS biss

 

4.10  Irkupru minn waqfien sħiħ (magna mitfija u mixgħula) jew wara li jkun attivat apparat ta’ twissija ta’ waqfien waqt tlugħ, tajran u konfigurazzjonijiet ta’ avviċinament (ma għandhomx jintużaw inġenji tal-ajru għal dan l-eżerċizzju)

P

—>

—>

 
 

FFS biss

 

4.11  Proċeduri ta’ emerġenza oħrajn kif dettaljati fil-Manwal tat-Titjir adattat

P

—>

—>

 
 
 
 

TAQSIMA 5 —  Proċeduri ta’ Titjira bl-Istrumenti (li għandhom isiru f'IMC jew f'IMC simulati)

5.1  Tlugħ bl-istrumenti: tkun meħtieġa tranżizzjoni għal titjira bl-istrumenti malajr kemm jista' jkun wara li jkun sar it-tlugħ

P*

—>*

—>*

 
 
 
 

5.1.1  Ħsara simulata ta’ magna waqt tlugħ wara l-punt tad-deċiżjoni

P*

—>*

—>*

 
 

M*

 

5.2  Il-konformità mar-rotot tat-tluq u tal-wasla u mal-istruzzjonijiet ATC

P*

—>*

—>*

 
 

M*

 

5.3  Proċeduri ta’ stennija fir-rotta

P*

—>*

—>*

 
 
 
 

5.4  Avviċinament bi preċiżjoni sa altitudni deċiżjonali mhux anqas minn 60 m (200 pied)

P*

—>*

—>*

 
 
 
 

5.4.1  Manwalment, mingħajr direttur tat-titjira

P*

—>*

—>*

 
 

M* (Test tal-ħiliet biss)

 

5.4.2  Manwalment, b'direttur tat-titjira

P*

—>*

—>*

 
 
 
 

5.4.3  Bl-użu ta’ bdot awtomatiku

P*

—>*

—>*

 
 
 
 

5.4.4  il-ħsara fil-magna għandha tkun simulata matul l-avviċinament finali qabel ma tinqabeż il-marka ta’ barra (OM) u għandha titkompla sakemm tintmess l-art, jew sakemm titlesta l-proċedura ta’ avviċinament bla suċċess)

P*

—>*

—>*

 
 

M*

 

5.5  Avviċinament mingħajr preċiżjoni sa altitudni ta’ MDA/H ta’ nżul minimu

P*

—>*

—>*

 
 

M*

 

5.6  Tidwira bil-magni kollha jaħdmu meta jintlaħqu DA/DH jew MDA/MDH

P*

—>*

—>*

 
 
 
 

5.6.1  Proċeduri oħra ta’ avviċinament bla suċċess

P*

—>*

—>*

 
 
 
 

5.6.2  Tidwira b'magna waħda ma taħdimx b'mod simulat meta jintlaħqu DA/DH jew MDA/MDH

P*

 
 
 
 

M*

 

5.7  Awtorotazzjoni tal-IMC bi rkupru tal-qawwa għal inżul fuq ir-runway bil-modalità ta’ ħelikopter biss (m'għandhomx jintużaw inġenji tal-ajru għal dan l-eżerċizzju)

P*

—>*

—>*

 
 

M*

FFS biss

 

5.8  Irkupru minn attitudnijiet mhux tas-soltu (dan jiddependi mill-kwalità tal-FFS)

P*

—>*

—>*

 
 

M*

 

TAQSIMA 6 —  Awtorizzazzjoni addizzjonali għal klassifikazzjoni tat-tip għal avviċinamenti bl-istrumenti sa altitudni deċiżjonali ta’ anqas minn 60 m (CAT II/III)

6  Awtorizzazzjoni addizzjonali għal klassifikazzjoni tat-tip għal avviċinamenti bl-istrumenti sa altitudni deċiżjonali ta’ anqas minn 60 m (CAT II/III).

Il-manuvri u l-proċeduri li ġejjin huma r-rekwiżiti minimi ta’ taħriġ li jippermettu avviċinamenti bl-istrumenti sa DH ta’ anqas minn 60 m (200pied). Il-manuvri u l-proċeduri li ġejjin huma r-rekwiżiti minimi ta’ taħriġ li jippermettu avviċinamenti bl-istrumenti sa DH ta’ anqas minn 60 m (200 pied). Waqt il-proċeduri li ġejjin ta’ avviċinamenti bl-istrumenti u ta’ avviċinament bla suċċess għandu jintuża t-tagħmir kollu tal-inġenji tal-ajru mtellgħin bil-powered-lift meħtieġ għaċ-ċertifikazzjoni tat-tip ta’ avviċinament bl-istrumenti sa DH ta’ inqas minn 60 m (200 pied)

 
 
 
 
 
 
 

6.1  Tlugħ rifjutat f'RVR minimu awtorizzat

 

P

—>

 
 

M*

 

6.2  Avviċinamenti bl-ILS

f'kundizzjonijiet ta’ titjir simulat bl-istrumenti sa DH applikabbli, bl-użu tas-sistema ta’ gwida tat-titjir. Il-proċeduri standard ta’ koordinazzjoni tal-ekwipaġġ (SOPs) Għandhom jiġu osservati.

 

P

—>

—>

 

M*

 

6.3  Tidwir

wara avviċinamenti kif indikat fil-punt 6.2 meta jintlaħaq DH. It-taħriġ għandu jinkludi wkoll tidwira minħabba RVR (simulata) insuffiċjenti, riħ qawwi trasversali, devjazzjoni tal-inġenji tal-ajru li taqbeż il-limiti ta’ avviċinamenti għal avviċinament li jirnexxi, ħsara fit-tagħmir tal-art/ajru qabel ma jintlaħaq DH, u tidwira bi ħsara simulata fit-tagħmir tal-ajru

 

P

—>

—>

 

M*

 

6.4  B'referenza viżiva b'referenza viżiva stabbilita f'DH wara avviċinament bl-istrumenti. mis-sistema speċifika ta’ gwida tat-titjir jekk isirx inżul awtomatiku

 

P

—>

 
 

M*

 

TAQSIMA 7 —  Tagħmir fakultattiv

7  Użu ta’ tagħmir fakultattiv

 

P

—>

—>

 
 
 

E.    Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija ta’ airship

1.

Fil-każ ta’ testijiet ta’ ħila jew kontrolli tal-profiċjenza għal klassifikazzjoni tat-tip ta’ airship, l-applikant għandu jgħaddi mit-taqsimiet 1 sa 5 u 6 (skont il-każ) tat-test tal-ħila jew tal-kontroll tal-profiċjenza. L-applikant li ma jgħaddix minn aktar minn 5 punti jkollu jerġa' jagħmel it-test/il-kontroll kollu. L-applikant li ma jgħaddix minn anqas minn 5 punti jkollu jwieġeb il-mistoqsijiet li ma jkunx għadda minnhom. Jekk applikant ma jgħaddix minn punt wieħed tat-test/kontroll mill-ġdid jew jekk jeħel minn xi punt ieħor li jkun għadda minnu qabel, ikollu jerġa' jagħmel it-test/kontroll kollu. It-taqsimiet kollha tat-test tal-ħila jew tal-kontroll tal-profiċjenza għandhom jiġu kkompletati fi żmien sitt xhur.

TOLLERANZA TA' TEST TAT-TITJIRA

2.

L-applikant għandu juri l-kapaċità li:

(i) jopera l-inġenju tal-ajru fil-limiti tiegħu;

(ii) jesegwixxi l-manuvri kollha mingħajr intoppi u bi preċiżjoni;

(iii) jeżerċita ġudizzju tajjeb u ħila fit-titjir;

(iv) japplika għarfien ajrunawtiku;

(v) iżomm kontroll tal-airship f'kull ħin b'mod li l-eżitu b'suċċess ta’ proċedura jew manuvra qatt ma jkun iddubitat serjament;

(vi) jifhem u japplika l-proċeduri ta’ koordinazzjoni u ta’ nuqqas ta’ kapaċità tal-ekwipaġġ;

(vii) jikkomunika b'mod effikaċi mal-membri l-oħra tal-ekwipaġġ.

3.

Il-limiti li ġejjin għandhom japplikaw, u dawn ġew ikkoreġuti sabiex jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet turbulenti u l-kwalitajiet tat-trattament u tal-eżekuzzjoni tal-airship użat.

(a)   Limiti ta’ titjira IFR:

Għoli:

Ġeneralment

± 3,048.00 cm

Bidu ta’ tidwira f'altitudni deċiżjonali

+ 50 pied/-0 pied

Għoli/altitudni minimi ta’ tbaxxija

+ 50 pied/-0 pied

Intraċċar:

Għajnuniet bir-radju

± 5°

Avviċinament bi preċiżjoni

diflessjoni ta’ nofs skala, azimuth u passaġġ għall-glajds

Heading:

Operazzjonijiet normali

± 5°

Operazzjonijiet anormali/ emerġenzi

± 10°

(b)   Limiti ta’ titjira VFR:

Għoli:

Ġeneralment

± 3,048.00 cm

Heading:

Operazzjonijiet normali

± 5°

Operazzjonijiet anormali/ emerġenzi

± 10°

KONTENUT TAT-TAĦRIĠ/TEST TAL-ĦILA/KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA

4.

Is-simboli li ġejjin ifissru:

P

=

Imħarreġ bħala PIC jew Kopilota u bħala PF u PNF għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-tip skont il-każ.

5.

It-taħriġ prattiku għandu jsir mill-anqas fil-livell ta’ tagħmir ta’ taħriġ muri bħala (P), jew jista' jsir sa kull livell ta’ tagħmir ogħla muri bil-vleġġa (—>).

6.

It-taqsiriet li ġejjin jintużaw biex juru t-tagħmir ta’ taħriġ użat:

FFS

=

Simulatur ta’ Titjira Sħiħa

FTD

=

Apparat ta’ Taħriġ fit-Titjir

OTD

=

Apparat Ieħor ta’ Taħriġ

As

=

Airship

(a) L-applikanti għat-test tal-ħila għall-ħruġ tal-airship għandhom jagħmlu t-taqsimiet 1 sa 5 u, jekk applikabbli, it-taqsima 6.

(b) L-applikanti għall-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-kontroll tal-profiċjenza għal klassifikazzjoni tat-tip tal-airship għandhom jagħmlu t-taqsimiet 1 sa 5 u, jekk applikabbli, it-taqsima 6.

(c) Il-punti bi stilla (*) ħdejhom għandhom jittajru biss b'referenza għall-istrumenti. Jekk din il-kondizzjoni ma tiġix issodisfata matul it-test tal-ħila jew il-kontroll tal-profiċjenza, il-klassifikazzjoni tat-tip għandha tiġi ristretta għal VFR biss.

7.

Fejn tidher l-ittra “M” fil-kolonna tat-test tal-ħila jew tal-kontroll tal-profiċjenza din tindika l-eżerċizzju obbligatorju.

▼M3

8.

L-Apparat ta’ Taħriġ ta’ Simulazzjoni ta’ Titjira għandu jintuża għal taħriġ u ttestjar prattiċi jekk jagħmlu parti minn kors ta’ kwalifika tat-tip. Il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kors:

(a) il-kwalifika tal-apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni ta’ titjira kif stabbilit fir-rekwiżiti rilevanti tal-Parti-ARA u l-Parti-ORA;

▼B

(b) il-kwalifiki tal-għalliem.



KATEGORIJA TAL-AIRSHIP

TAĦRIĠ PRATTIKU

TEST TAL-ĦILIET JEW VERIFIKA TAL-PROFIĊJENZA

Manuvri/Proċeduri

 
 
 
 

Inizjali tal-għalliem meta jiġi komplut it-taħriġ

Data tal-kontroll

Iniżjali tal-eżaminatur meta jiġi kkompletat it-test

OTD

FTD

FFS

As

FFS

As

TAQSIMA 1 —  Tħejjijiet u kontrolli ta’ qabel titjira

1.1  Spezzjoni ta’ qabel it-titjira

 
 
 

P

 
 
 

1.2  Spezzjoni tal-kokpit

P

—>

—>

—>

 
 
 

1.3  Proċeduri tal-bidu, kontroll tat-tagħmir tar-radju u tan-navigazzjoni, l-għażla u l-issettjar tal-frekwenzi ta’ navigazzjoni u komunikazzjoni

 

P

—>

—>

 

M

 

1.4  Proċedura tal-off mast u Manuvrar fuq l-Art

 
 

P

—>

 

M

 

1.5  Proċeduri u kontrolli ta’ qabel it-tlugħ

P

—>

—>

—>

 

M

 

TAQSIMA 2 —  Manuvri u proċeduri ta’ titjira

2.1  Profil ta’ tlugħ VFR normali

 
 

P

—>

 

M

 

2.2  Tlugħ bi ħsara simulata tal-magna

 
 

P

—>

 

M

 

2.3  Tlugħ b'toqol > 0 (T/O tqil)

 
 

P

—>

 
 
 

2.4  Tlugħ b'toqol < 0 (T/O ħafif)

 
 

P

—>

 
 
 

2.5  Proċedura tat-tlugħ normali

 
 

P

—>

 
 
 

2.6  Tlugħ għal Għoli ta’ Pressjoni

 
 

P

—>

 
 
 

2.7  Għarfien tal-Għoli ta’ Pressjoni

 
 

P

—>

 
 
 

2.8  Titjira f'Għoli ta’ Pressjoni jew qrib tiegħu

 
 

P

—>

 

M

 

2.9  Tbaxxija u avviċinament normali

 
 

P

—>

 
 
 

2.10  Profil tal-inżul VFR normali

 
 

P

—>

 

M

 

2.11  Inżul b'toqol > 0 (Ldg. tqil)

 
 

P

—>

 

M

 

2.12  Inżul b'toqol < 0 (Ldg. ħafif)

 
 

P

—>

 

M

 

Tħalliet vojta apposta

 
 
 
 
 
 
 

TAQSIMA 3 —  Operazzjonijiet normali u anormali tas-sistemi u l-proċeduri li ġejjin

3  Operazzjonijiet normali u anormali tas-sistemi u l-proċeduri li ġejjin (jistgħu jsiru f'FSTD jekk jikkwalifika għall-eżerċizzju):

 
 
 
 
 

M

Għal din it-taqsima għandu jintgħażel minimu obbligatorju ta’ 3 punti

3.1  Magna

P

—>

—>

—>

 
 
 

3.2  Pressjonizzazzjoni tal-envelopp

P

—>

—>

—>

 
 
 

3.3  Sistema pitot/statika

P

—>

—>

—>

 
 
 

3.4  Sistema tal-karburant

P

—>

—>

—>

 
 
 

3.5  Sistema elettrika

P

—>

—>

—>

 
 
 

3.6  Sistema idrawlika

P

—>

—>

—>

 
 
 

3.7  Kontroll tat-titjira u s-sistema ta’ trim

P

—>

—>

—>

 
 
 

3.8  Sistema “Ballonet”

P

—>

—>

—>

 
 
 

3.9  Bdot awtomatiku/Direttur tat-titjira

P

—>

—>

—>

 
 
 

3.10  Apparat biex tiżdied l-istabbiltà

P

—>

—>

—>

 
 
 

3.11  Radar tat-temp, altimetru tar-radju, transponder, sistema ta’ twissija ta’ art fil-qrib (jekk installata)

P

—>

—>

—>

 
 
 

3.12  Sistema tal-attrezzatura għall-inżul

P

—–>

—–>

—>

 
 
 

3.13  Unità ta’ qawwa awżiljarja

P

—>

—>

—>

 
 
 

3.14  Radju, tagħmir ta’ navigazzjoni, sistema tal-istrumenti u tal-immaniġġjar ta’ titjira

P

—>

—>

—>

 
 
 

Tħalliet vojta apposta

 
 
 
 
 
 
 

TAQSIMA 4 —  Proċeduri anormali u ta’ emerġenza

4  Proċeduri anormali u ta’ emerġenza

(jistgħu jsiru f'FSTD jekk jikkwalifika għall-eżerċizzju)

 
 
 
 
 

M

Minn din it-taqsima għandu jintgħażel minimu obbligatorju ta’ 3 punti

4.1  Taħriġ ta’ kontra n-nirien, magna, APU, kompartiment tal-merkanzija, kokpit u nirien elettriċi, inkluża l-evakwazzjoni skont il-każ

P

—>

—>

—>

 
 
 

4.2  Kontroll u tneħħija tad-duħħan

P

—>

—>

—>

 
 
 

4.3  Ħsarat, tifi u l-istartjar mill-ġdid ta’ magni

B'mod partikolari, il-fażijiet ta’ titjira, inkluża ħsara multipla fil-magna

P

—>

—>

—>

 
 
 

4.4  Nuqqas ta’ kapaċità ta’ membru tal-ekwipaġġ

P

—>

—>

—>

 
 
 

4.5  Ħsara fit-trażmissjoni/kaxxa tal-gerijiet

P

—>

—>

—>

 

FFS biss

 

4.6  Proċeduri oħra ta’ emerġenza kif imfissra fil-qosor fil-Manwal tat-Titjir adattat

P

—>

—>

—>

 
 
 

TAQSIMA 5 —  Proċeduri ta’ Titjira bl-Istrumenti (li għandhom isiru f'IMC jew f'IMC simulati)

5.1  Tlugħ bl-istrumenti: tkun meħtieġa tranżizzjoni għal titjira bl-istrumenti malajr kemm jista' jkun wara li jkun sar it-tlugħ

P*

—>*

—>*

—>*

 
 
 

5.1.1  Ħsara simulata fil-magna waqt tluq

P*

—>*

—>*

—>*

 

M*

 

5.2  Il-konformità mar-rotot tat-tluq u tal-wasla u mal-istruzzjonijiet ATC

P*

—>*

—>*

—>*

 

M*

 

5.3  Proċeduri ta’ stennija fir-rotta

P*

—>*

—>*

—>*

 
 
 

5.4  Avviċinament bi preċiżjoni sa altitudni deċiżjonali mhux anqas minn 60 m (200 pied)

P*

—>*

—>*

—>*

 
 
 

5.4.1  Manwalment, mingħajr direttur tat-titjira

P*

—>*

—>*

—>*

 

M*

(Test tal-ħiliet biss)

 

5.4.2  Manwalment, b'direttur tat-titjira

P*

—>*

—>*

—>*

 
 
 

5.4.3  Bl-użu ta’ bdot awtomatiku

P*

—>*

—>*

—>*

 
 
 

5.4.4  il-ħsara fil-magna għandha tkun simulata matul l-avviċinament finali qabel ma tinqabeż il-marka ta’ barra (OM) u titkompla sa ma tintmess l-art jew sakemm titlesta l-proċedura ta’ avviċinament bla suċċess

P*

—>*

—>*

—>*

 

M*

 

5.5  Avviċinament mingħajr preċiżjoni sa altitudni ta’ MDA/H ta’ nżul minimu

P*

—>*

—>*

—>*

 

M*

 

5.6  Tidwira bil-magni kollha jaħdmu meta jintlaħqu DA/DH jew MDA/MDH

P*

—>*

—>*

—>*

 
 
 

5.6.1  Proċeduri oħra ta’ avviċinament bla suċċess

P*

—>*

—>*

—>*

 
 
 

5.6.2  Tidwira b'magna waħda ma taħdimx b'mod simulat meta jintlaħqu DA/DH jew MDA/MDH

P*

 
 
 
 

M*

 

5.7  Irkupru minn attitudnijiet mhux tas-soltu

(dan jiddependi mill-kwalità tal-FFS)

P*

—>*

—>*

—>*

 

M*

 

TAQSIMA 6 —  Awtorizzazzjoni addizzjonali għal klassifikazzjoni tat-tip għal avviċinamenti bl-istrumenti sa altitudni deċiżjonali ta’ anqas minn 60 m (CAT II/III)

6  Awtorizzazzjoni addizzjonali għal klassifikazzjoni tat-tip għal avviċinamenti bl-istrumenti sa altitudni deċiżjonali ta’ anqas minn 60 m (CAT II/III).

Il-manuvri u l-proċeduri li ġejjin huma r-rekwiżiti minimi ta’ taħriġ li jippermettu avviċinamenti bl-istrumenti sa DH ta’ anqas minn 60 m (200pied). Waqt il-proċeduri li ġejjin ta’ avviċinamenti bl-istrumenti u ta’ avviċinament bla suċċess għandu jintuża t-tagħmir kollu tal-airship meħtieġ għal ċertifikazzjoni tat-tip ta’ avviċinament bl-istrumenti sa DH ta’ anqas minn 60 m (200 pied).

 
 
 
 
 
 
 

6.1  Tlugħ rifjutat f'RVR minimu awtorizzat

 

P

—>

 
 

M*

 

6.2  Avviċinamenti bl-ILS

F'kundizzjonijiet ta’ titjir simulat bl-istrumentii sa DH applikabbli, bl-użu tas-sistema ta’ gwida tat-titjir. Il-proċeduri standard ta’ koordinazzjoni tal-ekwipaġġ (SOPs) Għandhom jiġu osservati.

 

P

—>

 
 

M*

 

6.3  Tidwir

Wara avviċinamenti kif indikat fil-punt 6.2 meta jintlaħaq DH.

It-taħriġ għandu jinkludi wkoll tidwira minħabba RVR (simulat) insuffiċjenti, riħ qawwi trasversali, devjazzjoni tal-inġenji tal-ajru li taqbeż il-limiti ta’ avviċinamenti għal avviċinament li jirnexxi, ħsara fit-tagħmir tal-art/ajru qabel ma jintlaħaq DH, u tidwira bi ħsara simulata fit-tagħmir tal-ajru

 

P

—>

 
 

M*

 

6.4  B'referenza viżiva

stabbilita f'DH wara avviċinament bl-istrumenti. Ikun jiddependi mis-sistema speċifika ta’ gwida tat-titjir jekk isirx inżul awtomatiku

 

P

—>

 
 

M*

 

TAQSIMA 7 —  Tagħmir fakultattiv

7  Użu ta’ tagħmir fakultattiv

 

P

—>

 
 
 
 




ANNESS II

KUNDIZZJONIJIET GĦALL-KONVERŻJONI TA' LIĊENZJI NAZZJONALI EŻISTENTI U KLASSIFIKAZZJONIJIET GĦAL AJRUPLANI U ĦELIKOPTERS

A.   AJRUPLANI

1.    Liċenzji tal-bdoti

Liċenzja ta’ bdot maħruġa minn Stat Membru skont ir-rekwiżiti nazzjonali għandha tkun ikkonvertita f'liċenzja tal-Parti FCL bil-kondizzjoni li l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) għal ATPL(A) u CPL(A), iwettaq bħala kontroll tal-profiċjenza r-rekwiżiti ta’ validazzjoni mill-ġdid tal-Parti FCL għal klassifikazzjoni tat-tip/tal-klassi u ta’ strumenti, rilevanti għall-privileġġi tal-liċenzja fil-pussess tiegħu;

▼M3

(b) juri għarfien tal-partijiet rilevanti tar-rekwiżiti operattivi u l-Parti-FCL;

▼B

(c) juri profiċjenza fil-lingwa skont FCL.055;

▼M4

(d) jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-tabella ta' hawn taħt:



Liċenzja nazzjonali fil-pussess tad-detentur

Esperjenza f'sigħat totali ta' titjir

Rekwiżiti addizzjonali oħra

Sostituzzjoni ta' liċenzja tal-Parti FCL u kondizzjonijiet (fejn japplika)

Tneħħija ta' kondizzjonijiet

 

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

 

ATPL(A)

> 1 500 siegħa bħala PIC fuq ajruplani b'aktar minn bdot wieħed

Xejn

ATPL(A)

Mhux applikabbli

(a)

ATPL(A)

> 1 500 fuq ajruplani b'aktar minn bdot wieħed

Xejn

bħal f'(c)(4)

bħal f'(c)(5)

(b)

ATPL(A)

> 500 fuq ajruplani b'aktar minn bdot wieħed

Juri għarfien dwar ippjanar ta' titjir u prestazzjoni kif mitlub minn FCL.515

ATPL(A), bi klassifikazzjonitat-tip ristretta għall-kopilota.

Juri l-kapaċità li jaġixxi bħala PIC kif mitlub mill-Appendiċi 9 tal-Parti FCL

(c)

CPL/IR(A) u għadda minn test tat-teorija fl-Istat Membru tal-ħruġ tal-liċenzja

 

(i)  juri għarfien dwar ippjanar ta' titjir u prestazzjoni kif mitlub minn FCL.310 u FCL.615(b);

(ii)  jissodisfa r-rekwiżiti li jifdal ta' FCL.720.A(c)

CPL/IR(A) bi krediti fit-teorija ATPL

Mhux applikabbli

(d)

CPL/IR(A)

> 500 fuq ajruplani b'aktar minn bdot wieħed, jew f'operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed fuq ajruplani ta' kategorija CS-23 ta' vvjaġġar minn post għall-ieħor bi bdot wieħed jew ekwivalenti skont ir-rekwiżiti tal-Parti CAT jew il-Parti-ORO għal trasport kummerċjali bl-ajru

(i)  jgħaddi minn eżami tal-għarfien dwar ATPL(A) fl-Istat Membru tal-ħruġ tal-liċenzja (1);

(ii)  jissodisfa r-rekwiżiti li jifdal ta' FCL.720.A(c)

CPL/IR(A) bi krediti fit-teorija ATPL

Mhux applikabbli

(e)

CPL/IR(A)

< 500 bħala PIC fuq ajruplani bi bdot wieħed

Xejn

CPL/IR(A) bi klassifikazzjonijiet tl-klassi u t-tip ristretti għal ajruplani bi bdot wieħed

Jikseb klassifikazzjoni tat-tip b'aktar minn bdot wieħed skont il-Parti FCL

(f)

CPL/IR(A)

< 500 bħala PIC fuq ajruplani bi bdot wieħed

Juri għarfien dwar ippjanar u prestazzjoni ta' titjir għal-livell CPL/IR

Bħal (4)(f)

Bħal (5)(f)

(g)

CPL(A)

< 500 bħala PIC fuq ajruplani bi bdot wieħed

Klassifikazzjoni għal billejl, jekk tapplika

CPL(A), bi klassifikazzjonijiet tat-tip/klassi ristretti għal ajruplani bi bdot wieħed

 

(h)

CPL(A)

< 500 bħala PIC fuq ajruplani bi bdot wieħed

(i)  Klassifikazzjoni għal billejl, jekk tapplika;

(ii)  juri għarfien dwar ippjanar ta' titjir u prestazzjoni kif mitlub minn FCL.310

bħal (4)(h)

 

(i)

PPL/IR(A)

≥ 75 skont IFR

 

PPL/IR(A) (IR hija ristretta għal PPL)

Juri għarfien dwar ippjanar ta' titjir u prestazzjoni kif mitlub minn FCL.615(b)

(j)

PPL(A)

≥ 70 fuq ajruplani

Juri l-użu ta' għajnuniet tan-navigazzjoni bir-radju

PPL(A)

 

(k)

(1)   Id-detenturi ta' CPL li diġà jkollhom klassifikazzjoni tat-tip għal ajruplan b'aktar minn bdot wieħed ma jkunx jeħtiġilhom li jkunu għaddew minn eżami ta' għarfien teoriku fuq ATPL(A) waqt li jkomplu jħaddmu dak l-istess tip ta' ajruplan, iżda ma jingħatawx krediti fit-teorija ATPL(A) għal liċenzja tal-Parti FCL. Jekk ikunu jeħtieġu klassifikazzjoni oħra tat-tip għal ajruplan differenti b'aktar minn bdot wieħed, għandhom jikkonformaw mal-kolonna (3), linja (e)(i) tat-tabella ta' hawn fuq.

▼B

2.    Ċertifikati tal-għalliema

Ċertifikat ta’ għalliem maħruġ minn Stat Membru skont ir-rekwiżiti nazzjonali għandu jkun ikkonvertit f’ċertifikat tal-Parti FCL bil-kondizzjoni li l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:



Ċertifikat nazzjonali jew privileġġi fil-pussess tad-detentur

Esperjenza

Rekwiżiti addizzjonali oħra

Ċertifikat ta’ sostituzzjoni tal-Parti FCL

(1)

(2)

(3)

(4)

FI(A)/IRI(A)/TRI(A)/CRI(A)

kif mitlub skont il-Parti FCL għaċ-ċertifikat rilevanti

N/A

FI(A)/IRI(A)/TRI(A)/CRI(A)

3.    Ċertifikat ta’ SFI

Ċertifikat ta’ SFI maħruġ minn Stat Membru skont ir-rekwiżiti nazzjonali għandu jkun ikkonvertit f'ċertifikat tal-Parti FCL bil-kondizzjoni li d-detentur jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:



Ċertifikat nazzjonali fil-pussess tad-detentur

Esperjenza

Rekwiżiti addizzjonali oħra

Ċertifikat ta’ sostituzzjoni tal-Parti FCL

(1)

(2)

(3)

(4)

SFI(A)

> 1 500 siegħa bħala bdot ta’ MPA

(i)  għandu jew kellu CPL, MPL jew ATPL għal ajruplani maħruġa minn Stat Membru;

(ii)  ikun ikkompleta l-kontenut ta’ simulatur tat-titjir tal-kors ta’ klassifikazzjoni tat-tip applikabbli, inkluż MCC.

SFI(A)

SFI(A)

3 snin ta’ esperjenza reċenti bħala SFI

Ikun ikkompleta l-kontenut ta’ simulatur tat-titjir tal-kors ta’ klassifikazzjoni tat-tip applikabbli, inkluż MCC

SFI(A)

Il-konverżjoni għandha tkun valida għal perjodu massimu ta’ 3 snin. Il-validazzjoni mill-ġdid għandha tkun soġġetta għat-twettiq tar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fil-Parti FCL.

4.    Ċertifikat ta’ STI

Ċertifikat ta’ STI maħruġ minn Stat Membru skont ir-rekwiżiti nazzjonali ta’ dak l-Istat jista’ jkun ikkonvertit f’ċertifikat FCL bil-kondizzjoni li d-detentur jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fit-tabella hawn taħt:



Ċertifikat nazzjonali fil-pussess tad-detentur

Esperjenza

Rekwiżiti addizzjonali oħra

Ċertifikat ta’ sostituzzjoni

(1)

(2)

(3)

(4)

STI(A)

> 500 siegħa bħala bdot fuq SPA

(i)  għandu jew kellu liċenzja ta’ bdot maħruġa minn Stat Membru;

(ii)  ikun wettaq kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 tal-Parti FCL f'FSTD li jkun xieraq għat-tagħlim maħsub

STI(A)

STI(A)

3 snin ta’ esperjenza reċenti bħala STI

ikun wettaq kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 tal-Parti FCL f'FSTD li jkun xieraq għat-tagħlim maħsub

STI(A)

Il-validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikat għandha tkun soġġetta għall-kondizzjoni li jkunu twettqu r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fil-Parti FCL.

B.   ĦELIKOPTERS

1.    Liċenzji tal-bdoti

Liċenzja ta’ bdot maħruġa minn Stat Membru skont ir-rekwiżiti nazzjonali għandha tkun ikkonvertita f'liċenzja tal-Parti FCL bil-kondizzjoni li l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) iwettaq bħala kontroll tal-profiċjenza r-rekwiżiti ta’ validazzjoni mill-ġdid tal-Parti FCL għal klassifikazzjoni tat-tip u tal-istrumenti, rilevanti għall-privileġġi tal-liċenzja fil-pussess tiegħu;

▼M3

(b) juri għarfien tal-partijiet rilevanti tar-rekwiżiti operattivi u l-Parti-FCL;

▼B

(c) juri profiċjenza fil-lingwa skont FCL.055;

▼M3

(d) jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-tabella ta' hawn taħt:



Liċenzja nazzjonali miżmuma

Esperjenza ta' sigħat ta' tajran totali

Kwalunkwe rekwiżit ieħor

Liċenzja u kundizzjonijiet tal-Parti-FCL ta' sostituzzjoni (fejn ikun applikabbli)

Tneħħija tal-kundizzjonijiet

 

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

 

ATPL(H) IR(H) valida

> 1 000 bħala PIC fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed

xejn

ATPL(H) u IR

Mhux applikabbli

(a)

ATPL(H) ebda privileġġi IR(H)

> 1 000 bħala PIC fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed

xejn

ATPL(H)

 

(b)

ATPL(H) IR(H) valida

> 1 000 fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed

Xejn

ATPL(H), u IR bi kwalifika tat-tip ristretta għall-kobdot

Juri l-kapaċità li jaġixxi bħala PIC kif mitlub mill-Appendiċi 9 tal-Parti FCL

(c)

ATPL(H) ebda privileġġi IR(H)

> 1 000 fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed

Xejn

Kwalifika tat-tip ATPL(H) ristretta għall-kopilota

Juri l-kapaċità li jaġixxi bħala PIC kif mitlub mill-Appendiċi 9 tal-Parti FCL

(d)

ATPL(H) IR(H) valida

> 500 fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed

Juri għarfien dwar ippjanar ta’ titjir u prestazzjoni kif mitlub mill-paragrafi FCL.515 u FCL.615(b)

Bħal (4)(c)

Bħal (5)(c)

(e)

ATPL(H) ebda privileġġi IR(H)

> 500 fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed

Bħal (3)(e)

Bħal (4)(d)

Bħal (5)(d)

(f)

CPL/IR(H) u għadda minn test tat-teorija tal-ICAO ATPL(H) fl-Istat Membru tal-ħruġ tal-liċenzja

 

(i)  juri għarfien dwar ippjanar ta’ titjir u prestazzjoni tat-tijir kif mitlub mill-paragrafi FCL.310 u FCL.615(b);

(ii)  jissodisfa r-rekwiżiti li jifdal tal-paragrafu FCL.720.H(b)

CPL/IR(H) CPL/IR(H) bi krediti fit-teorija ATPL(H), bil-kondizzjoni li t-test fit-teorija tal-ICAO ATPL(H) jiġi vvalutat bħala li huwa f'livell ta’ ATPL tal-Parti FCL

Mhux applikabbli

(g)

CPL/IR(H)

> 500 fuq ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed

(i)  jgħaddi minn eżami ta’ għarfien teoriku għal ATPL(H) tal-Parti FCL fl-Istat Membru tal-ħruġ tal-liċenzja (1)

(ii)  jissodisfa r-rekwiżiti li jifdal ta’ FCL.720.H(b)

CPL/IR(H) bi krediti fit-teorija ATPL(H) tal-Parti FCL

Mhux applikabbli

(h)

CPL/IR(H)

< 500 bħala PIC fuq ħelikopters bi bdot wieħed

Xejn

CPL/IR(H) bi kwalifika tat-tip ristretta għal ħelikopters bi bdot wieħed

jikseb kwalifika tat-tip b'aktar minn bdot wieħed kif mitlub mill-Parti FCL

(i)

CPL/IR(H)

< 500 bħala PIC fuq ħelikopters bi bdot wieħed

juri għarfien dwar ippjanar ta’ titjir u prestazzjoni kif mitlub mill-paragrafi FCL.310 u FCL.615(b)

Bħal (4)(i)

(j)

CPL (H)

< 500 bħala PIC fuq ħelikopters bi bdot wieħed

Kwalifika ta’ billejl

CPL(H), bi kwalifika tat-tip ristretta għal ħelikopters bi bdot wieħed

(k)

CPL (H)

< 500 bħala PIC fuq ħelikopters bi bdot wieħed

juri għarfien dwar ippjanar ta’ titjir u prestazzjoni kif mitlub mill-paragrafu FCL.310

Bħal (4) (k)

(l)

CPL (H) mingħajr kwalifika ta’ billejl

< 500 bħala PIC fuq ħelikopters bi bdot wieħed

 

Bħal (4)(k) u ristretta għal operazzjonijiet VFR ta’ binhar

Jikseb kwalifika tat-tip b'aktar minn bdot wieħed kif mitlub mill-Parti FCL u kwalifika ta’ billejl

(m)

CPL (H) mingħajr kwalifika ta’ billejl

< 500 bħala PIC fuq ħelikopters bi bdot wieħed

juri għarfien dwar ippjanar ta’ titjir u prestazzjoni kif mitlub mill-paragrafi FCL.310

Bħal (4)(k) u ristretta għal operazzjonijiet VFR ta’ binhar

(n)

PPL/IR(H)

≥75 skont IFR

 

PPL/IR(H) (IR hija ristretta għal PPL)

Juri għarfien dwar ippjanar ta’ titjir u prestazzjoni kif mitlub mill-paragrafu FCL.615(b)

(o)

PPL (H)

≥ 75 fuq ħelikopters

Juri l-użu ta’ għajnuniet tan-navigazzjoni bir-radju

PPL (H)

 

(p)

(1)   Id-detenturi ta’ CPL li diġà jkollhom kwalifika tat-tip għal ħelikopter b'aktar minn bdot wieħed ma jkunx jeħtiġilhom li jkunu għaddew minn eżami ta’ għarfien teoriku ATPL(H) waqt li jkomplu jħaddmu dak l-istess tip ta’ ħelikopter, iżda ma jingħatawx krediti fit-teorija ATPL(H) għal liċenzja tal-Parti FCL. Jekk ikunu jeħtieġu kwalifika oħra ta’ tip għal ħelikopter differenti b'aktar minn bdot wieħed, għandhom jikkonformaw mal-kolonna (3), linja (h)(i) tat-tabella.

▼B

2.    Ċertifikati tal-għalliema

Ċertifikat ta’ għalliem maħruġ minn Stat Membru skont ir-rekwiżiti nazzjonali għandu jkun ikkonvertit f'ċertifikat tal-Parti FCL bil-kondizzjoni li l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:



Ċertifikat nazzjonali jew privileġġi fil-pussess tad-detentur

Esperjenza

Rekwiżiti addizzjonali oħra

Ċertifikat ta’ sostituzzjoni

(1)

(2)

(3)

(4)

FI(H)/IRI(H)/TRI(H)

kif mitlub skont il-Parti FCL għaċ-ċertifikat rilevanti

 

FI(H)/IRI(H)/TRI(H)*

Il-validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikat għandha tkun soġġetta għall-kondizzjoni li jkunu twettqu r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fil-Parti FCL.

3.    Ċertifikat ta’ SFI

Ċertifikat ta’ SFI maħruġ minn Stat Membru skont ir-rekwiżiti nazzjonali għandu jkun ikkonvertit f'ċertifikat tal-Parti FCL bil-kondizzjoni li d-detentur jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:



Ċertifikat nazzjonali fil-pussess tad-detentur

Esperjenza

Rekwiżiti addizzjonali oħra

Ċertifikat ta’ sostituzzjoni

(1)

(2)

(3)

(4)

SFI(H)

> 1 000 siegħa bħala bdot ta’ MPH

(i)  għandu jew kellu CPL, MPL jew ATPL maħruġin minn Stat Membru;

(ii)  ikun temm il-kontenut ta’ simulatur tat-titjir tal-kors ta’ klassifikazzjoni tat-tip applikabbli, inkluż MCC

SFI(H)

SFI(H)

3 snin esperjenza reċenti bħala SFI

ikun ikkompleta l-kontenut ta’ simulatur tal-kors ta’ klassifikazzjoni tat-tip applikabbli, inkluż MCC

SFI(H)

Il-validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikat għandha tkun soġġetta għall-kondizzjoni li jkunu twettqu r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fil-Parti FCL.

4.    Ċertifikat ta’ STI

Ċertifikat ta’ STI maħruġ minn Stat Membru skont ir-rekwiżiti nazzjonali ta’ dak l-Istat jista’ jkun ikkonvertit f'ċertifikat FCL bil-kondizzjoni li d-detentur jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fit-tabella hawn taħt:



Ċertifikat nazzjonali fil-pussess tad-detentur

Esperjenza

Rekwiżiti addizzjonali oħra

Ċertifikat ta’ sostituzzjoni

(1)

(2)

(3)

(4)

STI(H)

> 500 siegħa bħala bdot fuq SPH

(i)  għandu jew kellu liċenzja ta’ bdot maħruġa minn Stat Membru;

(ii)  ikun wettaq kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 tal-Parti FCL f'FSTD li jkun xieraq għat-tagħlim maħsub

STI(H)

STI(H)

3 snin esperjenza reċenti bħala STI

ikun wettaq kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 tal-Parti FCL f'FSTD li jkun xieraq għat-tagħlim maħsub

STI(H)

Il-validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikat għandha tkun soġġetta għall-kondizzjoni li jkunu twettqu r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fil-Parti FCL.




ANNESS III

KUNDIZZJONIJIET GĦALL-AĊĊETTAZZJONI TA' LIĊENZJI MAĦRUĠIN MINN JEW F'ISEM PAJJIŻI TERZI

A.   VALIDAZZJONI TA' LIĊENZJI

Ġenerali

▼M3

1. Liċenzja ta’ bdot maħruġa f'konformità mar-rekwiżiti tal-Anness 1 tal-ICAO minn pajjiż terz tista' tkun ivvalidata mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru.

Il-bdoti għandhom japplikaw għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu residenti jew stabbiliti. Jekk ma jkunux residenti fit-territorju ta’ Stat Membru, il-bdoti għandhom japplikaw għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-operatur li għalih itiru jew ikunu beħsiebhom li jtiru jkollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu, jew meta inġenju tal-ajru li jtiru fuqu jew ikunu beħsiebhom li jtiru ikun irreġistrat.

▼B

2. Il-perjodu ta’ validazzjoni ta’ liċenzja m'għandux ikun aktar minn sena, sakemm il-liċenzja bażika tkun għadha valida.

Dan il-perjodu jista' jkun estiż biss darba mill-awtorità kompetenti li tkun ħarġet il-validazzjoni meta, matul il-perjodu ta’ validazzjoni, il-bdot ikun applika, jew ikun qed jitħarreġ, għall-ħruġ ta’ liċenzja skont il-Parti FCL. Din l-estensjoni għandha tkopri l-perjodu ta’ żmien meħtieġ biex il-liċenzja tinħareġ skont il-Parti FCL.

Id-detenturi ta’ liċenzja aċċettata minn Stat Membru għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom skont ir-rekwiżiti ddikjarati fil-Parti FCL.

Liċenzji ta’ bdoti għal trasport kummerċjali bl-ajru u għal attivitajiet kummerċjali oħra

3. Fil-każ ta’ liċenzji ta’ piloti għal trasport kummerċjali bl-ajru u attivitajiet kummerċjali oħra, id-detentur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) itemm, bħala test tal-ħila, ir-rekwiżiti ta’ validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip jew tal-klassi tal-Parti FCL rilevanti għall-privileġġi tal-liċenzja fil-pussess tad-detentur;

▼M3

(b) juri li kiseb għarfien tat-taqsimiet rilevanti tar-rekwiżiti operattivi u tal-Parti FCL;

(c) juri li kiseb għarfien fil-profiċjenza tal-lingwa skont il-paragrafu FCL.055;

▼B

(d) ikollu ċertifikat mediku validu ta’ Klassi 1, maħruġ skont il-Parti Medika;

▼M3

(e) fil-każ ta’ ajruplani, jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ esperjenza stabbiliti fit-tabella li ġejja:



Liċenzja fil-pussess tad-detentur

Esperjenza ta' sigħat ta' tajran totali

Privileġġi

 

(1)

(2)

(3)

 

ATPL(A)

> 1 500 siegħa bħala PIC fuq ajruplani b'aktar minn bdot wieħed

Trasport kummerċjali bl-ajru f'ajruplani b'aktar minn bdot wieħed bħala PIC

(a)

ATPL(A) jew CPL(A)/IR (1)

> 1 500 siegħa bħala PIC jew kobdot fuq ajruplani b’aktar minn bdot wieħed skont ir-rekwiżiti operattivi

Trasport kummerċjali bl-ajru f'ajruplani b'aktar minn bdot wieħed bħala kobdot

(b)

CPL (A)/IR

> 1 000 siegħa bħala PIC fi trasport kummerċjali bl-ajru minn meta jkun kiseb IR

Trasport kummerċjali bl-ajru f'ajruplani bi bdot wieħed bħala PIC

(c)

CPL(A)/IR

> 1 000 siegħa bħala PIC jew bħala kobdot f’ajruplani bi bdot wieħed skont ir-rekwiżiti operattivi

Trasport kummerċjali bl-ajru f’ajruplani bi bdot wieħed bħala kobdot skont ir-rekwiżiti operattivi

(d)

ATPL(A) jew CPL(A)/IR [1]

> 700 siegħa f’ajruplani minbarra TMGs, inklużi 200 siegħa fl-irwol ta’ attività li għaliha tkun intalbet l-aċċettazzjoni, u 50 siegħa f’dak l-irwol fl-aħħar 12-il xahar

Eżerċizzju ta’ privileġġi f'ajruplani minbarra trasport kummerċjali bl-ajru

(e)

CPL(A)

> 1 500 siegħa bħala PIC fit-trasport kummerċjali bl-ajru, inklużi 500 siegħa f’operazzjonijiet ta’ idroplani

Trasport kummerċjali bl-ajru f'ajruplani bi bdot wieħed bħala PIC

(f)

(1)   Id-detenturi ta’ CPL(A)/IR fuq ajruplani b'aktar minn bdot wieħed għandhom ikunu wrew livell ta’ għarfien ATPL(A) tal-ICAO qabel l-aċċettazzjoni.

▼M4

(f) fil-każ ta' ħelikopters, jikkonforma mar-rekwiżiti ta' esperjenza stabbiliti fit-tabella li ġejja:



Liċenzja fil-pussess tad-detentur

Esperjenza f'sigħat totali ta' titjir

Privileġġi

 

(1)

(2)

(3)

 

IR valida ta' ATPL(H)

> 1 000 bħala PIC fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed

Trasport kummerċjali bl-ajru f'ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed bħala PIC f'operazzjonijiet VFR u IFR

(a)

ATPL(H) mingħajr privileġġi IR

> 1 000 bħala PIC fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed

Trasport kummerċjali bl-ajru f'ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed bħala PIC f'operazzjonijiet VFR

(b)

IR valida ta' ATPL(H)

> 1 000 siegħa bħala bdot fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed

Trasport kummerċjali bl-ajru f'ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed bħala kopilota f'operazzjonijiet VFR u IFR

(c)

ATPL(H) mingħajr privileġġi IR

> 1 000 siegħa bħala bdot fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed

Trasport kummerċjali bl-ajru f'ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed bħala kopilota f'operazzjonijiet VFR

(d)

CPL(H)/IR ()

> 1 000 siegħa bħala bdot fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed

Trasport kummerċjali bl-ajru f'ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed bħala kopilota.

(e)

CPL(H)/IR

> 1 000 siegħa bħala PIC fi trasport kummerċjali bl-ajru minn meta jkun kiseb IR

Trasport kummerċjali bl-ajru f'ħelikopters bi bdot wieħed bħala PIC

(f)

ATPL(H) bi privileġġi IR jew mingħajrhom, CPL(H)/IR, CPL(H)

> 700 siegħa f'ħelikopters minbarra dawk iċċertifikati skont CS-27/29 jew ekwivalenti, inklużi 200 siegħa fl-irwol ta' attività li għaliha tkun intalbet l-aċċettazzjoni, u 50 siegħa f'dak l-irwol fl-aħħar 12-il xahar

Eżerċizzju ta' privileġġi f'ħelikopters f'operazzjonijiet minbarra trasport kummerċjali bl-ajru

(g)

(1)   Id-detenturi ta' CPL(H)/IR fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed għandhom ikunu wrew għarfien ta' livell ATPL tal-ICAO qabel l-aċċettazzjoni.

▼B

Liċenzji ta’ bdoti għal attivitajiet mhux kummerċjali bi klassifikazzjoni tal-istrumenti

4. Fil-każ ta’ liċenzji ta’ bdoti privati bi klassifikazzjoni tal-istrumenti, jew ta’ liċenzji CPL u ATPL bi klassifikazzjoni tal-istrumenti fejn il-bdot ikun biħsiebu biss li jeżerċita privileġġi ta’ bdot privat, id-detentur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) itemm test tal-ħila għal klassifikazzjoni tal-istrumenti u l-klassifikazzjonijiet tat-tip jew tal-klassi rilevanti għall-privileġġi tal-liċenzja fil-pussess tad-detentur, skont l-Appendiċi 7 u l-Appendiċi 9 tal-Parti FCL;

(b) juri li jkun kiseb għarfien dwar il-Liġi tal-Ajru, il-Kodiċijiet Ajrunawtiċi tat-Temp, l-Ippjanar u l-Prestazzjoni ta’ Titjir (IR), u l-Prestazzjoni Umana;

▼M3

(c) juri li kiseb għarfien fil-profiċjenza tal-lingwa skont il-paragrafu FCL.055;

▼B

(d) ikollu mill-inqas ċertifikat mediku validu tal-Klassi 2 maħruġ skont l-Anness 1 tal-ICAO;

▼M3

(e) ikollu esperjenza minima ta’ mill-inqas 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti bħala PIC fil-kategorija rilevanti ta’ inġenji tal-ajru.

▼B

Liċenzji ta’ bdoti għal attivitajiet mhux kummerċjali mingħajr klassifikazzjoni tal-istrumenti

5. Fil-każ ta’ liċenzji ta’ bdoti privati, jew ta’ liċenzji CPL u ATPL mingħajr klassifikazzjoni tal-istrumenti fejn il-bdot ikun biħsiebu biss li jeżerċita privileġġi ta’ bdot privat, id-detentur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) juri li jkun kiseb għarfien dwar il-Liġi tal-Ajru u l-Prestazzjoni Umana;

(b) jgħaddi mit-test tal-ħila PPL kif stabbilit fil-Parti FCL;

(c) jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti tal-Parti FCL għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-tip jew tal-klassi kif rilevanti għall-privileġġi tal-liċenzja fil-pussess tiegħu;

(d) ikollu mill-inqas ċertifikat mediku tal-Klassi 2 maħruġ skont l-Anness 1 tal-ICAO;

(e) juri li jkun kiseb profiċjenza tal-lingwa skont FCL.055;

(f) ikollu esperjenza ta’ mill-inqas 100 siegħa bħala bdot fil-kategorija rilevanti ta’ inġenji tal-ajru.

Validazzjoni ta’ liċenzji ta’ bdoti għal xogħlijiet speċifiċi ta’ dewmien limitat

6. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi ta’ hawn fuq, fil-każ ta’ titjiriet ta’ manifatturi, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw liċenzja maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO minn pajjiż terz għal mhux aktar minn 12-il xahar għal xogħlijiet speċifiċi ta’ tul limitat, bħal titjiriet ta’ tagħlim għall-ewwel dħul fis-servizz, dimostrazzjonijiet, titjiriet ta’ ġarr ta’ nies jew ta’ prova, sakemm l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) ikollu liċenzja tajba u ċertifikat mediku u klassifikazzjonijiet jew kwalifiki relatati maħruġin skont l-Anness 1 tal-ICAO;

▼M4

(b) ikun impjegat, direttament jew indirettament, ta' manifattur ta' ajruplani jew ta' awtorità tal-avjazzjoni.

▼B

F'dan il-każ, il-privileġġi tad-detentur għandhom ikunu limitati għall-provvista ta’ tagħlim u ttestjar fit-titjir għall-ewwel ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-tip, is-sorveljanza ta’ titjir inizjali f'linja mill-bdoti tal-operaturi, titjiriet ta’ kunsinna jew ta’ ġarr ta’ nies, titjir inizjali f'linja, dimostrazzjonijiet ta’ titjir jew titjiriet ta’ prova.

▼M4

7. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi ta' hawn fuq, l-Istati Membri jistgħu, għal titjiriet ta' kompetizzjoni jew titjiriet ta' wirja ta' tul limitat, jaċċettaw liċenzja maħruġa minn pajjiż terz li jippermetti lid-detentur jeżerċita l-privileġġi ta' PPL, SPL jew BPL sakemm:

(a) qabel l-avveniment, l-organizzatur tat-titjiriet ta' kompetizzjoni jew il-wirja jipprovdi lill-awtorità kompetenti b'evidenza adegwata dwar kif se tiżgura li l-bdot se jkun familjari mal-informazzjoni rilevanti għas-sikurezza u se jimmaniġġja kwalunkwe riskju assoċjat ma' dawn it-titjiriet; u

(b) l-applikant ikollu liċenzja tajba u ċertifikat mediku u klassifikazzjonijiet jew kwalifiki relatati maħruġin skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta' Chicago.

8. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi ta' hawn fuq, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw PPL, SPL jew BPL maħruġa b'konformità mar-rekwiżiti tal-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta' Chicago minn pajjiż terz għal mhux aktar minn 28 jum kalendarju kull sena għal kompiti mhux kummerċjali speċifiċi sakemm l-applikant:

(a) ikollu liċenzja tajba u ċertifikat mediku u klassifikazzjonijiet jew kwalifiki relatati maħruġin skont l-Anness 1 tal-ICAO; u

(b) jkun ikkompleta mill-inqas titjira waħda ta' akklimatizzazzjoni ma' struttur ikkwalifikat qabel it-twettiq tal-kompiti speċifiċi ta' tul limitat.

▼B

B.   BDIL TA' LIĊENZJI

▼M3

1. Liċenzja PPL/BPL/SPL, CPL jew ATPLmaħruġa skont ir-rekwiżiti tal-Anness 1 tal-ICAO minn pajjiż terz tista' tiġi kkonvertita f'PPL/BPL/SPL tal-Parti FCL bi kwalifika tal-klassi jew tat-tip bi bdot wieħed mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru.

▼B

2. Id-detentur tal-liċenzja għandu jikkonforma mar-rekwiżiti minimi li ġejjin, għall-kategorija rilevanti ta’ inġenji tal-ajru:

(a) jgħaddi minn eżami bil-miktub fil-Liġi tal-Ajru u l-Prestazzjoni Umana;

(b) jgħaddi mit-test tal-ħila PPL, BPL jew SPL, kif rilevanti, skont il-Parti FCL;

(c) jissodisfa r-rekwiżiti għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip, skont is-Subparti H;

(d) ikollu mill-inqas ċertifikat mediku tal-Klassi 2, maħruġ skont il-Parti Medika;

(e) juri li jkun kiseb profiċjenza tal-lingwa skont FCL.055;

(f) juri li jkun għamel mill-inqas 100 siegħa ħin ta’ titjir bħala bdot.

C.   AĊĊETTAZZJONI TA' KLASSIFIKAZZJONIJIET TAL-KLASSI U TAT-TIP

1. Klassifikazzjoni valida tal-klassi jew tat-tip li jkollha liċenzja maħruġa minn pajjiż terz tista' tiddaħħal f'liċenzja tal-Parti FCL bil-kondizzjoni li l-applikant:

(a) jikkonforma mar-rekwiżiti u l-prerekwiżiti ta’ esperjenza għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni applikabbli tat-tip jew tal-klassi skont il-Parti FCL;

(b) jgħaddi mit-test rilevanti ta’ ħila għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni applikabbli tat-tip jew tal-klassi skont il-Parti FCL;

(c) ikun attwalment jipprattika t-titjir;

(d) ikollu mhux inqas minn:

(i) għal klassifikazzjonijiet tal-klassi ta’ ajruplan, 100 siegħa ta’ esperjenza fit-titjir bħala bdot f'dik il-klassi;

(ii) għal klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ajruplan, 500 siegħa ta’ esperjenza fit-titjir bħala bdot f'dak it-tip;

(iii) għal ħelikopters b'magna waħda b'massa tat-tlugħ massima ċċertifikata ta’ mhux aktar minn 3 175 kg, 100 siegħa ta’ esperjenza fit-titjir bħala bdot f'dak it-tip;

(iv) għall-ħelikopters l-oħrajn kollha, 350 siegħa ta’ esperjenza fit-titjir bħala bdot f'dik il-klassi.




ANNESS IV

[PARTI MED]

SUBPARTI A

REKWIŻITI ĠENERALI

TAQSIMA 1

Ġenerali

MED.A.001    Awtorità kompetenti

Għall-iskop ta’ din il-Parti, l-awtorità kompetenti għandha tkun:

(a) għaċ-ċentri aeromediċi (AeMC - Aero-Medical Centres):

(1) l-awtorità maħtura mill-Istat Membru fejn l-AeMC ikollu l-post prinċipali tal-attività tiegħu.

(2) meta l-AeMC ikun jinsab f'pajjiż terz, l-Aġenzija;

(b) għall-eżaminaturi aeromediċi (AME - Aero-Medical Examiners):

(1) l-awtorità maħtura mill-Istat Membru fejn l-AMEs ikollhom il-post prinċipali tal-attività tagħhom.

(2) jekk il-post prinċipali tal-attività ta’ AME jkun jinsab f'pajjiż terz, l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li fih issir l-applikazzjoni mill-AME għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ AME;

(c) għall-professjonisti mediċi ġenerali (GMP - General Medical Practitioners), l-awtorità maħtura mill-Istat Membru fejn il-GMP j/tiddikjara l-attività tiegħu/tagħha;

(d) għall-professjonisti mediċi tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol (OHMP - Occupational Health Medical Practitioners) li jeżaminaw l-istat mediku tal-ekwipaġġ tal-kabina, l-awtorità maħtura mill-Istat Membru fejn l-OHMP j/tiddikjara l-attività tiegħu/tagħha.

MED.A.005    Ambitu

Din il-Parti tistabbilixxi r-rekwiżiti:

(a) għall-ħruġ, il-validità, il-konvalidazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid taċ-ċertifikat mediku meħtieġ għall-eżerċitar tal-privileġġi ta’ liċenzja ta’ bdot jew ta’ bdot student;

(b) tal-istat mediku tal-ekwipaġġ tal-kabina;

(c) għaċ-ċertifikazzjoni ta’ AMEs; u

(d) għall-kwalifika tal-GMPs u tal-professjonisti mediċi tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol (OHMP).

MED.A.010    Definizzjonijiet

Għall-iskop ta’ din il-Parti, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

 “Konklużjoni medika akkreditata” tfisser il-konklużjoni milħuqa minn espert mediku wieħed jew aktar li tkun aċċettabbli għall-awtorità tal-liċenzji, fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, għall-finijiet tal-każ ikkonċernat, b'konsultazzjoni mal-esperti tal-operazzjonijiet tat-titjir jew esperti oħra kif meħtieġ;

 “Valutazzjoni” tfisser il-konklużjoni dwar l-istat mediku tal-persuna ibbażata fuq l-evalwazzjoni tal-istorja medika tal-persuna u/jew eżamijiet aeromediċi kif rikjest f'din il-Parti u eżamijiet ulterjuri kif meħtieġ, u/jew testijiet mediċi bħal, iżda mhux limitati għal, ECG, kejl tal-pressjoni tad-demm, ittestjar tad-demm, eksrejs;

 “Sigur fir-rikonoxximent tal-kuluri” tfisser il-kapaċità tal-applikant li jiddistingwi faċilment il-kuluri użati fin-navigazzjoni bl-ajru u jidentifika b'mod korrett id-dwal ikkuluriti użati fl-avjazzjoni;

 “Speċjalista tal-għajnejn” tfisser oftalmologu jew speċjalista tal-vista kkwalifikat fl-ottometrija u mħarreġ biex jagħraf kundizzjonijiet patoloġiċi;

 “Eżami” tfisser spezzjoni, palpazzjoni, taptip bis-swaba', askultazzjoni jew mezzi oħra ta’ investigazzjoni speċjalment għad-dijanjosi tal-mard.

 “Investigazzjoni” tfisser il-valutazzjoni ta’ kundizzjoni patoloġika suspettata ta’ applikant permezz ta’ eżamijiet u testijiet sabiex tiġi vverifikata l-preżenza jew l-assenza ta’ kundizzjoni medika;

 “Awtorità tal-liċenzji” tfisser l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li tkun ħarġet il-liċenzja, jew li persuna tapplika għandha għall-ħruġ ta’ liċenzja, jew, meta persuna tkun għadha ma applikatx għall-ħruġ ta’ liċenzja, l-awtorità kompetenti skont din il-Parti;

 “Limitazzjoni” tfisser kundizzjoni mniżżla fuq iċ-ċertifikat mediku, liċenzja jew rapport mediku tal-ekwipaġġ tal-kabina li għandha tiġi mħarsa waqt li jiġu eżerċitati l-privileġġi tal-liċenzja, jew l-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina;

 “Żball rifrattiv” tfisser id-devjazzjoni minn emmetropja mkejla b'dijopteri fil-meridjan l-aktar ametropiku, imkejla b'metodi standard.

MED.A.015    Kunfidenzjalità medika

Il-persuni kollha involuti fl-eżamijiet, il-valutazzjonijiet u ċ-ċertifikazzjonijiet mediċi għandhom jiżguraw li l-kunfidenzjalità medika tiġi rispettata f'kull ħin.

MED.A.020    Tnaqqis tas-saħħa medika

(a)

Id-detenturi tal-liċenzji m'għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom u klassifikazzjonijiet jew ċertifikati relatati fi kwalunkwe ħin jekk:

(1) ikunu jafu bi tnaqqis tas-saħħa medika tagħhom li jista' ma jippermettilhomx jeżerċitaw dawk il-privileġġi b'mod sigur;

(2) ikunu qed jieħdu jew jużaw kwalunkwe medikazzjoni preskritta jew mhux preskritta li tista' tfixkilhom milli jeżerċitaw b'mod sigur il-privileġġi tal-liċenzja applikabbli;

(3) jirċievu xi trattament mediku, kirurġiku jew ta’ tip ieħor li jista' jfixkel is-sigurtà tat-titjiriet.

(b)

Barra minn hekk, id-detenturi tal-liċenzji għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn, jitolbu parir aeromediku meta dawn:

(1) ikunu għamlu operazzjoni kirurġika jew proċedura invażiva;

(2) ikunu bdew jieħdu b'mod regolari kwalunkwe medikazzjoni;

(3) ikunu sofrew xi korriment sinifikanti li jwassal għal nuqqas ta’ kapaċità li jaħdmu bħala membri tal-ekwipaġġ tat-titjira;

(4) ikunu qegħdin isofru minn xi mard sinifikanti li jwassal għal nuqqas ta’ kapaċità li jaħdmu bħala membri tal-ekwipaġġ tat-titjira;

(5) ikunu fi stat ta’ tqala;

(6) ikunu ġew rikoverati fi sptar jew klinika;

(7) ikunu jeħtieġu lentijiet korrettivi għall-ewwel darba.

(c)

F'dawn il-każijiet:

(1) id-detenturi ta’ ċertifikati mediċi tal-klassi 1 u l-klassi 2 għandhom jitolbu l-parir ta’ AeMC jew AME. L-AeMC jew l-AME għandu jeżamina l-istat mediku tad-detentur tal-liċenzja u jiddeċiedi jekk huwiex fi stat li jista' jerġa' jibda jeżerċita l-privileġġi tiegħu;

(2) id-detenturi ta’ ċertifikati mediċi tal-LAPL għandhom jitolbu l-parir tal-AeMC jew tal-AME, jew tal-GMP li jkun iffirma ċ-ċertifikat mediku. L-AeMC, l-AME jew il-GMP għandu jeżamina l-istat mediku tad-detenturi tal-liċenzji u għandu jiddeċiedi jekk humiex fi stat li jerġgħu jibdew jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom.

(d)

Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina m'għandhomx jeżerċitaw kompiti fuq inġenji tal-ajru u, fejn applikabbli, m'għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi tal-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina tagħhom jekk ikunu jafu b'xi tnaqqis fis-saħħa medika tagħhom, tant li din il-kundizzjoni tista' trendihom inkapaċi li jwettqu d-doveri u jassumu r-responsabbiltajiet tagħhom relatati mas-sigurtà.

(e)

Barra minn hekk, jekk ikollhom il-kundizzjonijiet mediċi speċifikati fil-punti (b)(1) sa (b)(5), il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn, jitolbu l-parir ta’ AME, AeMC, jew OHMP kif applikabbli. L-AME, l-AeMC jew l-OHMP għandu jeżamina l-istat mediku tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina u jiddeċiedi jekk humiex fi stat li jerġgħu jibdew iwettqu d-doveri tagħhom relatati mas-sigurtà.

MED.A.025    Obbligi tal-AeMC, l-AME, il-GMP u l-OHMP

(a)

Meta jkunu qegħdin jagħmlu eżamijiet u/jew valutazzjonijiet mediċi, l-AeMC, l-AME, il-GMP u l-OHMP għandhom:

(1) jiżguraw li tista' tiġi stabbilita komunikazzjoni mal-persuna mingħajr ostakli lingwistiċi;

(2) jgħarrfu lill-persuna bil-konsegwenzi li jiffaċċjaw f'każ li hija tipprovdi stqarrijiet mhux kompleti, mhux eżatti jew foloz dwar l-istorja medika tagħha.

(b)

Wara li jitlestew l-eżamijiet aeromediċi u/jew valutazzjoni, l-AeMC, l-AME, il-GMP u l-OHMP għandhom:

(1) jgħarrfu lill-persuna jekk hijiex fi stat mediku tajjeb jew le, jew inkell jirreferuha lill-awtorità tal-liċenzji, lill-AeMC jew lill-AME kif applikabbli;

(2) jinformaw lill-persuna b'kull limitazzjoni li tista' tillimita t-taħriġ tat-titjir jew il-privileġġi tal-liċenzja, jew l-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina kif applikabbli;

(3) jekk il-persuna tkun ġiet iċċertifikata li mhix b'saħħitha, jinfurmawha bid-dritt tagħha li terġa' tagħmel l-eżami; u

(4) fil-każ ta’ applikanti għal ċertifikat mediku, jissottomettu mingħajr dewmien rapport iffirmat jew awtentikat b'mod elettroniku li jinkludi r-riżultat tal-valutazzjoni u kopja taċ-ċertifikat mediku lill-awtorità tal-liċenzji.

(c)

L-AeMCs, l-AMEs, il-GMPs u l-OHMPs għandhom iżommu r-rekords bid-dettalji tal-eżamijiet mediċi u l-valutazzjonijiet imwettqa skont din il-Parti u r-riżultati tagħhom f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

(d)

Meta jkunu meħtieġa għal ċertifikazzjoni medika u/jew għal funzjonijiet ta’ sorveljanza, l-AeMCs, l-AMEs, il-GMPs u l-OHMP għandhom jissottomettu lill-valutatur mediku tal-awtorità kompetenti, meta jintalbu jagħmlu dan, ir-rekords u r-rapporti aeromediċi kollha, u kull informazzjoni rilevanti oħra.

TAQSIMA 2

Rekwiżiti għaċ-ċertifikati mediċi

MED.A.030    Ċertifikati mediċi

(a)

Bdot student m'għandux itir waħdu sakemm dak il-bdot student ma jkollux ċertifikat mediku, kif rikjest għal-liċenzja rilevanti.

(b)

L-applikanti għal, u d-detenturi ta', liċenzja ta’ bdot għal inġenji tal-ajru ħfief (LAPL - Light Aircraft Pilot Licence) għandu jkollhom tal-anqas ċertifikat mediku tal-LAPL.

(c)

L-applikanti għal, u d-detenturi ta', liċenzja ta’ bdot privat (PPL - Private Pilot Licence), liċenzja ta’ bdot għall-glajders (SPL - Sailplane Pilot Licence) jew liċenzja ta’ bdot għall-blalen tal-ajru (BPL - Balloon Pilot Licence) għandu jkollhom tal-anqas ċertifikat mediku tal-klassi 2.

(d)

L-applikanti għal, u d-detenturi ta', SPL jew BPL involuti f'titjiriet kummerċjali ta’ glajders jew blalen tal-ajru għandu jkollhom tal-anqas ċertifikat mediku tal-klassi 2.

(e)

Jekk tiżdied il-klassifikazzjoni għal ħidma billejl f'PPL jew LAPL, id-detentur tal-liċenzja għandu jkun sigur fir-rikonoxximent tal-kuluri.

(f)

L-applikanti għal, u d-detenturi ta', liċenzja ta’ bdot kummerċjali (CPL - Commercial Pilot Licence), liċenzja ta’ bdot ta’ ekwipaġġ multiplu (MPL - Multi-crew Pilot Licence) jew liċenzja ta’ bdot tat-trasport b'linja tal-ajru (ATPL - Airline Transport Pilot Licence) għandu jkollhom ċertifikat mediku tal-klassi 1.

(g)

Jekk tiżdied klassifikazzjoni ta’ titjir bl-istrumenti (IFR – Instrument Flight Rating) mal-PPL, id-detentur tal-liċenzja għandu jagħmel l-eżamijiet awdjometriċi tat-tonalità pura skont il-perjodiċità u l-istandard rikjesti għad-detenturi ta’ ċertifikat mediku tal-klassi 1.

(h)

Detentur ta’ liċenzja m'għandu f'ebda ħin ikollu aktar minn ċertifikat mediku wieħed maħruġ skont din il-Parti.

MED.A.035    Applikazzjoni għal ċertifikat mediku

(a)

Applikazzjonijiet għal ċertifikat mediku għandhom isiru fil-format stabbilit mill-awtorità kompetenti.

(b)

L-applikanti għal ċertifikat mediku għandhom jipprovdu lill-AeMC, lill-AME jew lill-GMP kif applikabbli:

(1) prova tal-identità tagħhom;

(2) dikjarazzjoni ffirmata:

(i) tal-fatti mediċi relatati mal-istorja medika tagħhom;

(ii) dwar jekk ikunux diġà għamlu eżami għal ċertifikat mediku u, jekk iva, minn min ikun sar u b'liema riżultat;

(iii) dwar jekk qatt ikunux ġew iċċertifikati li ma kinux b'saħħithom jew kellhomx ċertifikat mediku sospiż jew revokat.

(c)

Meta japplikaw għal konvalidazzjoni mill-ġdid jew għat-tiġdid taċ-ċertifikat mediku, l-applikanti għandhom jippreżentaw iċ-ċertifikat mediku lill-AeMC, lill-AME jew lill-GMP qabel l-eżamijiet rilevanti.

MED.A.040    Ħruġ, konvalidazzjoni mill-ġdid u tiġdid ta’ ċertifikati mediċi

(a)

Ċertifikat mediku għandu jinħareġ, jiġi kkonvalidat mill-ġdid jew imġedded biss meta jkunu saru l-eżamijiet u/jew il-valutazzjonijiet mediċi meħtieġa u tkun saret valutazzjoni tal-istat mediku.

(b)

L-ewwel ħruġ

(1) Ċertifikati mediċi tal-klassi 1 għandhom jinħarġu minn AeMC.

(2) Ċertifikati mediċi tal-klassi 2 għandhom jinħarġu minn AeMC jew AME.

(3) Ċertifikati mediċi tal-LAPL għandhom jinħarġu minn AeMC, AME jew, jekk ikun permess fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn tinħareġ il-liċenzja, minn GMP.

(c)

Konvalidazzjoni mill-ġdid u tiġdid

(1) Ċertifikati mediċi tal-klassi 1 u l-klassi 2 għandhom jiġu kkonvalidati mill-ġdid jew imġedda minn AeMC jew AME.

(2) Ċertifikati mediċi tal-LAPL għandhom jiġu kkonvalidati mill-ġdid jew imġedda minn AeMC, AME jew, jekk ikun permess fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn tinħareġ il-liċenzja, minn GMP.

(d)

L-AeMC, l-AME jew il-GMP għandhom joħorġu, jikkonvalidaw mill-ġdid jew iġeddu ċertifikat mediku biss jekk:

(1) l-applikant ikun ipprovdilhom l-istorja medika kompleta tiegħu u, jekk ikun rikjest mill-AeMC, mill-AME jew mill-GMP, ir-riżultati tal-eżamijiet u t-testijiet mediċi li jkunu saru mit-tabib tal-applikant jew minn kwalunkwe speċjalista mediku; u

(2) l-AeMC, l-AME jew il-GMP ikunu wettqu valutazzjoni aeromedika bbażata fuq l-eżamijiet u t-testijiet mediċi kif rikjest għaċ-ċertifikat mediku rilevanti biex jiġi vverifikat li l-applikant huwa konformi mar-rekwiżiti kollha rilevanti ta’ din il-Parti.

(e)

L-AME, l-AeMC jew, fil-każ ta’ riferiment, l-awtorità tal-liċenzji jistgħu jitolbu lill-applikant jagħmel eżamijiet u investigazzjonijiet mediċi addizzjonali, meta dan ikun klinikament indikat, qabel ma jinħareġ, jiġi kkonvalidat mill-ġdid jew mġġedded iċ-ċertifikat mediku.

(f)

L-awtorità tal-liċenzji tista' toħroġ jew toħroġ mill-ġdid ċertifikat mediku, kif applikabbli, jekk:

(1) każ ikun ġie riferut;

(2) tikkonstata li jkunu meħtieġa korrezzjonijiet tal-informazzjoni fiċ-ċertifikat.

MED.A.045    Validità, konvalidazzjoni mill-ġdid u tiġdid ta’ ċertifikati mediċi

(a)    Validità

(1) Iċ-ċertifikati mediċi tal-klassi 1 għandhom ikunu validi għal perjodu ta’ 12-il xahar.

(2) Il-perjodu ta’ validità ta’ ċertifikati mediċi tal-klassi 1 għandu jitnaqqas għal 6 xhur għad-detenturi ta’ liċenzji:

(i) involuti f'operazzjonijiet kummerċjali tat-trasport bl-ajru fil-ġarr ta’ passiġġieri bi bdot wieħed u li jkunu għalqu l-40 sena;

(ii) li jkunu għalqu s-60 sena.

(3) Iċ-ċertifikati mediċi tal-klassi 2 għandhom ikunu validi għal perjodu ta':

(i) 60 xahar sakemm id-detentur tal-liċenzja jagħlaq l-40 sena. Ċertifikat mediku maħruġ qabel ma tkun intlaħqet l-età ta’ 40 sena ma jibqax validu wara li d-detentur tal-liċenzja jagħlaq it-42 sena;

(ii) 24 xahar bejn l-età ta’ 40 u 50 sena. Ċertifikat mediku maħruġ qabel ma tkun intlaħqet l-età ta’ 50 sena ma jibqax validu wara li d-detentur tal-liċenzja jagħlaq il-51 sena; u

(iii) 12-il xahar wara l-età ta’ 50 sena.

(4) Iċ-ċertifikati mediċi tal-LAPL għandhom ikunu validi għal perjodu ta':

(i) 60 xahar sakemm id-detentur tal-liċenzja jagħlaq l-40 sena. Ċertifikat mediku maħruġ qabel ma tkun intlaħqet l-età ta’ 40 sena ma jibqax validu wara li d-detentur tal-liċenzja jagħlaq it-42 sena;

(ii) 24 xahar wara l-età ta’ 40 sena.

(5) Il-perjodu ta’ validità ta’ ċertifikat mediku, inklużi kwalunkwe eżamijiet jew investigazzjonijiet speċjali assoċjati, għandu jiġi:

(i) iddeterminat mill-età tal-applikant fid-data meta jsir l-eżami mediku; u

(ii) ikkalkulat mid-data tal-eżami mediku fil-każ tal-ewwel ħruġ u tiġdid, u mid-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat mediku preċedenti fil-każ ta’ konvalidazzjoni mill-ġdid.

(b)    Konvalidazzjoni mill-ġdid

L-eżamijiet u/jew il-valutazzjonijiet għall-konvalidazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikat mediku jistgħu jsiru sa 45 jum qabel id-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat mediku.

(c)    Tiġdid

(1) Jekk id-detentur ta’ ċertifikat mediku ma jikkonformax mal- (b), ikunu meħtieġa eżami u/jew valutazzjoni għat-tiġdid.

(2) Fil-każ ta’ ċertifikati mediċi tal-klassi 1 u l-klassi 2:

(i) jekk iċ-ċertifikat mediku jkun ilu li skada aktar minn sentejn, l-AeMC jew l-AME għandu jwettaq biss l-eżami tat-tiġdid wara valutazzjoni tar-rekords aeromediċi tal-applikant;

(ii) jekk iċ-ċertifikat mediku jkun skada b'aktar minn 5 snin, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-eżami għall-ewwel ħruġ u l-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq ir-rekwiżiti tal-konvalidazzjoni mill-ġdid.

(3) Fil-każ ta’ ċertifikati mediċi tal-LAPL, l-AeMC, l-AME jew il-GMP għandu jivvaluta l-istorja medika tal-applikant u għandu jwettaq l-eżami u/jew il-valutazzjoni aeromedika skont MED.B.095.

MED.A.050    Riferiment

(a)

Jekk applikant għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 jew tal-klassi 2 jiġi riferut lill-awtorità tal-liċenzji skont MED. B.001, l-AeMC jew l-AME għandu jibgħat id-dokumentazzjoni medika rilevanti lill-awtorità tal-liċenzji.

(b)

Jekk applikant għal ċertifikat mediku tal-LAPL jiġi riferut lil AME jew AeMC skont MED.B.001, il-GMP għandu jibgħat id-dokumentazzjoni medika rilevanti lill-AeMC jew lill-AME.

SUBPARTI B

REKWIŻITI GĦAĊ-ĊERTIFIKATI MEDIĊI TAL-BDOTI

TAQSIMA 1

Ġenerali

MED.B.001    Limitazzjonijiet taċ-ċertifikati mediċi

(a)    Limitazzjonijiet taċ-ċertifikati mediċi tal-klassi 1 u l-klassi 2

(1)

Jekk l-applikant ma jkunx konformi għalkollox mar-rekwiżiti tal-klassi rilevanti taċ-ċertifikat mediku iżda ma jitqiesx li jista' jipperikola s-sigurtà tat-titjiriet, l-AeMC jew l-AME għandu:

(i) fil-każ ta’ applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1, jirreferi d-deċiżjoni dwar l-istat mediku tal-applikant lill-awtorità tal-liċenzji. kif indikat f'din is-Subparti.

(ii) f'każijiet fejn ma jkunx indikat riferiment lill-awtorità tal-liċenzji f'din is-Subparti, jevalwa jekk l-applikant ikunx kapaċi jwettaq id-doveri tiegħu b'mod sigur filwaqt li jikkonforma mal-limitazzjoni jew limitazzjonijiet dokumentati fiċ-ċertifikat mediku, u joħroġ iċ-ċertifikat mediku bil-limitazzjoni(jiet) kif meħtieġ;

(iii) fil-każ ta’ applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 2, jevalwa jekk l-applikant ikunx kapaċi jwettaq id-doveri tiegħu b'mod sigur filwaqt li jikkonforma mal-limitazzjoni jew limitazzjonijiet dokumentati fiċ-ċertifikat mediku, u joħroġ iċ-ċertifikat mediku, kif meħtieġ bil-limitazzjoni(jiet), b'konsultazzjoni mal-awtorità tal-liċenzji;

(iv) L-AeMC jew l-AME jista' jikkonvalida mill-ġdid jew iġedded ċertifikat mediku bl-istess limitazzjoni mingħajr ma jirreferi l-applikant lill-awtorità tal-liċenzji.

(b)    Limitazzjonijiet taċ-ċertifikati mediċi tal-LAPL

(1)

Jekk GMP, wara li jkun ikkunsidra l-istorja medika tal-applikant, jikkonkludi li l-applikant ma jissodisfax għalkollox ir-rekwiżiti tal-istat mediku, il-GMP għandu jirreferi l-applikant lil AeMC jew AME, ħlief fil-każ ta’ dawk li jkunu jeħtieġu biss limitazzjoni relatata mal-użu ta’ lentijiet korrettivi.

(2)

Jekk applikant jiġi riferut għal ċertifikat mediku tal-LAPL, l-AeMC jew l-AME għandu jikkunsidra dovutament il-MED.B.095, jevalwa jekk l-applikanti jkunux jistgħu jwettqu dmirijiethom b'mod sigur filwaqt li jikkonformaw mal-limitazzjoni jew limitazzjonijiet dokumentati fiċ-ċertifikat mediku u joħroġ iċ-ċertifikat mediku bil-limitazzjoni(jiet) kif meħtieġ. L-AeMC jew l-AME għandu dejjem iqis il-ħtieġa li jirrestrinġi lill-bdot milli jġorr passiġġieri (Limitazzjoni Operattiva ta’ Passiġġieri, OPL - Operational Passenger Limitation).

(3)

Il-GMP jista' jikkonvalida mill-ġdid jew iġedded ċertifikat mediku tal-LAPL bl-istess limitazzjoni mingħajr ma jirreferi l-applikant lil AeMC jew AME.

(c)

Fil-valutazzjoni ta’ jekk limitazzjoni hijiex meħtieġa, għandu jiġi kkunsidrat b'mod partikolari:

(1) jekk konklużjoni medika akkreditata tindikax li f'ċirkostanzi speċjali n-nuqqas tal-applikant li jissodisfa xi rekwiżit, sew jekk kwantitattiv u sew jekk mod ieħor, huwiex tali li l-eżerċitar tal-privileġġi tal-liċenzja li jkun applika għaliha jistax jipperikola s-sigurtà tat-titjiriet;

(2) jekk l-applikant għandux l-abbiltà, il-ħila u l-esperjenza rilevanti għall-operazzjoni li li tkun trid titwettaq.

(d)

Kodiċijiet ta’ limitazzjonijiet operattivi

(1)   Limitazzjoni operattiva ta’ bdoti multipli (OML(Operational multi-pilot limitation) – Klassi 1 biss)

(i) Meta d-detentur ta’ CPL, ATPL jew MPL ma jissodisfax għalkollox ir-rekwiżiti ta’ ċertifikat mediku tal-klassi 1 u jkun ġie riferut lill-awtorità tal-liċenzji, għandu jiġi evalwat jekk iċ-ċertifikat mediku jistax jinħareġ b'OML “valida biss bħala, jew ma', kobdot ikkwalifikat”. Din il-valutazzjoni għandha ssir mill-awtorità tal-liċenzji.

(ii) Id-detentur ta’ ċertifikat mediku b'OML għandu jħaddem inġenji tal-ajru biss f'operazzjonijiet bi bdoti multipli meta l-bdot l-ieħor ikun kompletament ikkwalifikat għat-tip rilevanti ta’ inġenju tal-ajru, ma jkunx soġġett għal OML u ma jkunx għalaq is-60 sena.

(iii) L-OML għal ċertifikati mediċi tal-klassi 1 tista' tiġi imposta jew imneħħija biss mill-awtorità tal-liċenzji.

(2)   Limitazzjoni operattiva ta’ bdoti tas-sigurtà (OSL(Operational safety pilot limitation) – Klassi 2 u privileġġi tal-LAPL)

(i) Id-detentur ta’ ċertifikat mediku b'limitazzjoni OSL għandu jħaddem inġenji tal-ajru biss jekk ikun hemm abbord bdot ieħor kompletament ikkwalifikat biex jaġixxi bħal bdot fil-kmand fil-klassi jew tip ta’ inġenju tal-ajru rilevanti, jekk l-inġenju tal-ajru jkun mgħammar b'kontrolli doppji u l-bdot l-ieħor ikun bilqiegħda mal-kontrolli.

(ii) L-OSL għal ċertifikati mediċi tal-klassi 2 tista' tiġi imposta jew imneħħija minn AeMC jew AME b'konsultazzjoni mal-awtorità tal-liċenzji.

(3)   Limitazzjoni operattiva ta’ passiġġieri (OPL - Klassi 2 u privileġġi tal-LAPL)

(i) Id-detentur ta’ ċertifikat mediku b'limitazzjoni OPL għandu jħaddem biss inġenji tal-ajru mingħajr passiġġieri abbord.

(ii) OPL għal ċertifikati mediċi tal-klassi 2 tista' tiġi imposta minn AeMC jew AME b'konsultazzjoni mal-awtorità tal-liċenzji.

(iii) Limitazzjoni OPL fuq ċertifikat mediku għal-LAPL tista' tiġi imposta minn AeMC jew AME.

(e)

Kwalunkwe limitazzjoni oħra tista' tiġi imposta fuq id-detentur ta’ ċertifikat mediku jekk dan ikun meħtieġ biex tiġi żgurata s-sigurtà tat-titjiriet.

(f)

Kwalunkwe limitazzjoni imposta fuq id-detentur ta’ ċertifikat mediku għandha tiġi speċifikata fih.

TAQSIMA 2

Rekwiżiti mediċi għaċ-ċertifikati mediċi tal-klassi 1 u l-klassi 2

MED.B.005    Ġenerali

(a)

L-applikanti għal ċertifikat mediku m'għandux ikollhom:

(1) anormalitajiet konġenitali jew akkwiżiti;

(2) mard jew diżabbiltajiet ta’ natura attiva, latenti, akuta jew kronika;

(3) feriti, danni jew konsegwenzi minħabba xi operazzjoni kirurġika;

(4) effetti jew effetti kollaterali minħabba t-teħid ta’ kwalunkwe medikazzjoni terapewtika, dijanjostika jew preventiva preskritta jew mhux preskritta;

li jistgħu jwasslu għal livell ta’ inkapaċità funzjonali li tista' tfixkel l-eżerċitar sigur tal-privileġġi tal-liċenzja applikabbli jew li tista' twassal biex l-applikant għal għarrieda ma jkunx jista' jeżerċita l-privileġġi tal-liċenzja b'mod sigur.

(b)

F'każijiet fejn id-deċiżjoni dwar l-istat mediku ta’ applikant għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 tiġi riferuta lill-awtorità tal-liċenzji, din l-awtorità tista' tiddelega din id-deċiżjoni lil AeMC, ħlief f'każijiet fejn tkun meħtieġa OML.

(c)

F'każijiet fejn id-deċiżjoni dwar l-istat mediku ta’ applikant għal ċertifikat mediku tal-klassi 2 tiġi referuta lill-awtorità tal-liċenzji, din l-awtorità tista' tiddelega din id-deċiżjoni lil AeMC jew lil AME, ħlief f'każijiet fejn tkun meħtieġa OSL jew OPL.

MED.B.010    Sistema Kardjovaskulari

(a)    Eżami

(1)

F'każ ta’ indikazzjoni klinika, għandhom isiru elettrokardjogramm (ECG) standard bi 12-il lid f'qagħda rpużata kif ukoll rapport dwaru, u:

(i) għal ċertifikat mediku tal-klassi 1, fl-eżami għall-ewwel ħruġ ta’ ċertifikat mediku, imbagħad kull 5 snin sal-età ta’ 30 sena, kull sentejn sal-età ta’ 40 sena, darba fis-sena sal-età ta’ 50 sena, u f'kull eżami ta’ konvalidazzjoni mill-ġdid jew ta’ tiġdid li jiġi wara;

(ii) għal ċertifikat mediku tal-klassi 2, fl-ewwel eżami wara l-età ta’ 40 sena u mbagħad kull sentejn wara l-età ta’ 50 sena.

(2)

Għandha ssir valutazzjoni kardjovaskulari estiża meta dan ikun indikat klinikament.

(3)

Għal ċertifikat mediku tal-klassi 1, għandha ssir valutazzjoni kardjovaskulari estiża fl-ewwel eżami ta’ konvalidazzjoni mill-ġdid jew ta’ tiġdid wara l-età ta’ 65 sena u kull 4 snin wara dan.

(4)

Għal ċertifikat mediku tal-klassi 1, għandha ssir stima tal-lipidi fis-serum, inkluż il-kolesterol, fl-eżami għall-ewwel ħruġ ta’ ċertifikat mediku, u fl-ewwel eżami wara li tkun intlaħqet l-età ta’ 40 sena.

(b)    Sistema Kardjovaskulari – Ġenerali

(1)

L-applikanti m'għandhomx ikunu jsofru minn xi disturb kardjovaskulari li jista' jfixkel l-eżerċitar sigur tal-privileġġi tal-liċenzja/i applikabbli.

(2)

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 li jkollhom xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei:

(i) anewriżma tal-aorta addominali toraċika jew suprarenali, qabel jew wara l-kirurġija;

(ii) anormalità funzjonali sinifikanti ta’ xi wieħed mill-valvijiet tal-qalb;

(iii) trapjant tal-qalb jew tal-qalb/pulmun.

(3)

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 bi storja stabbilita jew b'dijanosi ta’ xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzji:

(i) mard arterjali periferali qabel jew wara l-kirurġija;

(ii) anewriżma tal-aorta addominali, qabel jew wara l-kirurġija;

(iii) anormalitajiet valvulari kardijaċi funzjonalment insinifikanti;

(iv) wara kirurġija fil-valvi tal-qalb;

(v) anormalità tal-perikardju, mijokardju jew endokardju;

(vi) anormalità konġenitali tal-qalb, qabel jew wara kirurġija korrettiva;

(vii) sinkope rikorrenti vażovagali;

(viii) trombożi arterjali jew venuża;

(ix) emboliżmu pulmonari;

(x) kundizzjoni kardjovaskulari li teħtieġ terapija antikoagulanti sistemika.

(4)

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 2 li jiġu dijanjostikati b’ waħda mill-kundizzjonijiet speċifikati f'(2) u (3) hawn fuq għandhom jiġu eżaminati minn kardjologu, b'konsultazzjoni mal-awtorità tal-liċenzji, qabel ma tkun tista' ssir valutazzjoni tal-istat mediku

(c)    Pressjoni tad-Demm

(1)

Il-pressjoni tad-demm għandha titkejjel f'kull eżami.

(2)

Il-pressjoni tad-demm tal-applikant għandha tkun fil-limiti normali.

(3)

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1:

(i) bi pressjoni baxxa ħafna sintomatika; jew

(ii) li l-pressjoni tad-demm tagħhom fl-eżami taqbeż b'mod konsistenti l-160 mmHg sistoliċi u/jew il-95 mmHg dijastoliċi, taħt kura jew mingħajr kura

għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei.

(4)

Il-fatt li tinbeda medikazzjoni għall-kontroll tal-pressjoni tad-demm jirrikjedi perjodu ta’ sospensjoni temporanja taċ-ċertifikat mediku sabiex tiġi stabbilita l-assenza ta’ effetti kollaterali sinifikanti.

(d)    Mard tal-Arterji Koronarji

(1)

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1:

(i) li jiġi suspettat li għandhom iskemija mijokardjali suspettata;

(ii) b'mard astintomatiku tal-arterji koronarji minuri li ma jkun jirrikjedi ebda trattament antianġinali;

għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzji u għandha ssirilhom evalwazzjoni kardjoloġika biex tiġi eskluża l-iskemija mijokardjali qabel ma tkun tista' ssir valutazzjoni tal-istat mediku.

(2)

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 2 b'xi waħda mill-kundizzjonijiet deskritti f'(1) għandha ssirilhom evalwazzjoni kardjoloġika qabel ma tkun tista' ssir valutazzjoni tal-istat mediku.

(3)

L-applikanti b'xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei:

(i) iskemija mijokardjali;

(ii) mard sintomatiku tal-arterja koronarja;

(iii) sintomi ta’ mard tal-arterja koronarja kkontrollati bil-medikazzjoni.

(4)

L-applikanti għall-ewwel ħruġ ta’ ċertifikat mediku tal-klassi 1 bi storja jew b'dijanjosi ta’ xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei:

(i) iskemija mijokardjali;

(ii) infart mijokardjali;

(iii) rivaskularizzazzjoni minħabba mard tal-arterja koronarja.

(5)

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 2 li jkunu asintomatiċi wara infart mijokardjali jew kirurġija minħabba mard tal-arterji koronarji għandha ssirilhom evalwazzjoni kardjoloġika sodisfaċenti qabel ma tkun tista' ssir valutazzjoni tal-istat mediku b'konsultazzjoni mal-awtorità tal-liċenzji. L-applikanti għall-konvalidazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikat mediku tal-klassi 1 għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzji.

(e)    Disturbi fir-Ritmu/fil-Konduttività

(1)

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzji meta huma jkollhom xi disturbi sinifikanti fil-konduttività jew fir-ritmu kardijaku, inkluż xi wieħed mnn dawn li ġejjin:

(i) disturb fir-ritmu supraventrikulari, inkluża disfunzjoni sinoatrijali intermittenti jew stabbilita, fibrillazzjoni atrijali u/jew aġitazzjoni u pawsi asintomatiċi sinużali;

(ii) imblukkar sħiħ fil-kumpartament tan-nervituri tax-xellug;

(iii) imblukkar atrijoventrikulari tat-tip Mobitz 2;

(iv) takikardija kumplessa wiesgħa u/jew dejqa;

(v) preċitazzjoni ventrikulari;

(vi) prolungament asintomatiku tal-QT;

(vii) kardjogramm tat-tip Brugada mill-elettrokardjografija.

(2)

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 2 b'xi waħda mill-kundizzjonijiet deskritti f'(1) għandha ssirilhom evalwazzjoni kardjoloġika sodisfaċenti, b'konsultazzjoni mal-awtorità tal-liċenzji, qabel ma tkun tista' ssir valutazzjoni tal-istat mediku.

(3)

L-applikanti b'xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(i) imblukkar mhux komplut fil-kumpartamenti tan-nervituri;

(ii) imblukkar sħiħ fil-kumpartament tan-nervituri tal-lemin;

(iii) devjazzjoni stabbli tal-assi tax-xellug;

(iv) bradikardija sinużali asintomatika;

(v) takikardija sinużali asintomatika;

(vi) kumplessi ektopiċi supraventrikulari jew ventrikulari uniformi iżolati asintomatiċi;

(vii) imblukkar atrijoventrikulari tal-ewwel grad;

(viii) imblukkar atrijoventrikulari tat-tip Mobitz 1;

jistgħu jiġu ċċertifikati bħala li jinsabu fi stat mediku tajjeb fin-nuqqas ta’ xi anormalità oħra u suġġetti għal evalwazzjoni kardjoloġika sodisfaċenti.

(4)

L-applikanti bi storja medika ta':

(i) terapija ta’ asportazzjoni;

(ii) impjant ta’ pacemaker;

għandha ssirilhom evalwazzjoni kardjoloġika sodisfaċenti qabel ma tkun tista' ssir valutazzjoni tal-istat mediku. L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzji. L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 2 għandhom jiġu vvalutati b'konsultazzjoni mal-awtorità tal-liċenzji.

(5)

L-applikanti b'xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei:

(i) mard sinoatrijali sintomatiku;

(ii) imblukkar atrijoventrikulari totali;

(iii) prolungament sintomatiku tal-QT;

(iv) sistema awtomatika impjantabbli ta’ defibrillazzjoni;

(v) pacemaker għal kontra t-takikardija ventrikulari.

MED.B.015    Sistema Respiratorja

(a)

L-applikanti b'indeboliment sinifikanti tal-funzjoni pulmonari għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei. Tista' ssir valutazzjoni tal-istat mediku meta l-funzjoni pulmonari tiġi rkuprata u tkun sodisfaċenti.

(b)

Għal ċertifikat mediku tal-klassi 1, l-applikanti huma rikjesti jagħmlu testijiet tal-funzjoni pulmonari fl-eżami tal-bidu u f'każ ta’ indikazzjoni klinika.

(c)

Għal ċertifikat mediku tal-klassi 2, l-applikanti huma rikjesti jagħmlu testijiet tal-funzjoni pulmonari f'każ ta’ indikazzjoni klinika.

(d)

L-applikanti bi storja jew dijanjosi stabbilita ta':

(1) ażma li tkun teħtieġ il-medikazzjoni;

(2) mard infjammatorju attiv tas-sistema respiratorja;

(3) sarkojdożi attiva;

(4) pnewmotoraċi;

(5) sindrome ta’ apneja tal-irqad;

(6) kirurġija toraċika maġġuri;

(7) pnewmonektomija;

għandha ssirilhom evalwazzjoni respiratorja b'riżultat sodisfaċenti qabel ma tkun tista' ssir valutazzjoni tal-istat mediku. L-applikanti bi dijanjosi stabbilita tal-kundizzjonijiet speċifikati fi (3) u (5) għandha ssirilhom evalwazzjoni kardjoloġika sodisfaċenti qabel ma tkun tista' ssir valutazzjoni tal-istat mediku.

(e)

Valutazzjoni aeromedika:

(1) l-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 b'xi waħda mill-kundizzjonijiet deskritti f'(d) hawn fuq għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzji.

(2) l-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 2 b'xi waħda mill-kundizzjonijiet deskritti f'(d) hawn fuq għandhom jiġu vvalutati b'konsultazzjoni mal-awtorità tal-liċenzji.

(f)

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 li jkunu għamlu pnewmonektomija totali għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei.

MED.B.020    Sistema Diġestiva

(a)

L-applikanti m'għandux ikollhom xi mard funzjonali jew strutturali tas-sistema gastrointestinali jew l-adnexa tagħha jista' jfixkel l-eżerċitar sigur tal-privileġġi tal-liċenzja/i applikabbli.

(b)

L-applikanti li jkunu qed isofru b'xi tip ta’ konsegwenza minħabba mard jew intervent kirurġiku f'xi parti tas-sistema diġestiva jew l-adnexa tagħha li tista' tikkawża inkapaċità waqt titjiriet, b'mod partikolari kull ostruzzjoni minħabba kontrazzjoni jew kompressjoni, għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei.

(c)

L-applikanti m'għandux ikollhom ftuq li jista' jikkaġuna sintomi li jistgħu jinkapaċitawhom.

(d)

L-applikanti b'disturbi fis-sistema gastrointestinali inklużi:

(1) disturb dispeptiku rikorrenti li jkun jeħtieġ il-medikazzjoni;

(2) pankreatite;

(3) ġebel sintomatiku;

(4) dijanjosi stabbilita jew storja ta’ infjammazzjoni kronika tal-imsaren;

(5) wara operazzjoni kirurġika fis-sistema diġestiva jew l-adnexa tagħha, inkluża kirurġija li tkun involviet it-tneħħija totali jew parzjali jew devjazzjoni ta’ xi wieħed minn dawn l-organi;

għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei. Tista' ssir valutazzjoni tal-istat mediku wara kura b'suċċess jew irkupru totali wara l-kirurġija u suġġetti għal evalwazzjoni gastroenteroloġika sodisfaċenti.

(e)

Valutazzjoni aeromedika:

(1) l-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 bi dijanjosi tal-kundizzjonijiet speċifikati fi (2), (4) u (5) għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzji;

(2) l-istat mediku tal-applikanti tal-klassi 2 bil-pankreatite għandu jiġi vvalutat b'konsultazzjoni mal-awtorità tal-liċenzji.

MED.B.025    Sistemi Metaboliċi u Endokrinali

(a)

L-applikanti m'għandu jkollhom l-ebda disturb metaboliku, nutrittiv jew endokrinali, la funzjonali u lanqas strutturali, li jista' jfixkel l-eżerċitar sigur tal-privileġġi tal-liċenzja/i applikabbli.

(b)

L-applikanti b'disfunzjoni metabolika, nutrittiva jew endokrinali jista' jinħarġilhom ċertifikat ta’ stat mediku tajjeb sakemm tintwera stabbiltà fil-kundizzjoni u ssir evalwazzjoni aeromedika li tirriżulta sodisfaċenti.

(c)

Dijabete mellitus

(1)

L-applikanti bid-dijabete mellitus li jeħtieġu l-insulina għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei.

(2)

L-applikanti bid-dijabete mellitus li ma jeħtiġux l-insulina għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei sakemm ma jintweriex li jkun inkiseb kontroll taz-zokkor fid-demm.

(d)

Valutazzjoni aeromedika:

(1) l-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 li jkunu jeħtieġu medikazzjoni oħra minbarra l-insulina għall-kontroll taz-zokkor fid-demm għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzji;

(2) l-istat mediku tal-applikanti tal-klassi 2 li jkunu jeħtieġu medikazzjoni oħra minbarra l-insulina għall-kontroll taz-zokkor fid-demm għandu jiġi vvalutat b'konsultazzjoni mal-awtorità tal-liċenzji.

MED.B.030    Ematoloġija

(a)

L-applikanti m'għandu jkollhom l-ebda mard ematoloġiku li jista' jfixkel l-eżerċitar sigur tal-privileġġi tal-liċenzja/i applikabbli.

(b)

Għal ċertifikat mediku tal-klassi 1, l-emoglobina għandha tiġi ttestjata f'kull eżami għall-ħruġ ta’ ċertifikat mediku.

(c)

L-applikanti b'kundizzjoni ematoloġika, bħal:

(1) disturbi ta’ koagulazzjoni, emorraġiċi jew trombotiċi;

(2) lewkimja kronika;

jista' jiġu ċċertifikati li jinsabu fi stat mediku tajjeb suġġetti għal evalwazzjoni aeromedika sodisfaċenti.

(d)

Valutazzjoni aeromedika:

(1) l-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 b'waħda mill-kundizzjonijiet speċifikati f'(c) hawn fuq għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzji;

(2) l-istat mediku tal-applikanti tal-klassi 2 b'waħda mill-kundizzjonijiet speċifikati f'(c) hawn fuq għandhom jiġu vvalutati b'konsultazzjoni mal-awtorità tal-liċenzji.

(e)

L-applikanti tal-klassi 1 b'waħda mill-kundizzjonijiet ematoloġiċi speċifikati hawn taħt għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzji:

(1) emoglobina anormali, inkluża, iżda mhux limitata għal, anemija, poliċitemija jew emoglobinopatija;

(2) tkabbir limfatiku sinifikanti;

(3) tkabbir tal-milsa.

MED.B.035    Sistema Ġenitourinarja

(a)

L-applikanti m'għandu jkollhom l-ebda mard funzjonali jew strutturali fis-sistema tal-kliewi jew ġenitourinarja jew l-adnexa tagħha li tista' tfixkel l-eżerċitar sigur tal-privileġġi tal-liċenzja/i applikabbli.

(b)

L-analiżi tal-awrina għandha tifforma parti minn kull eżami aeromediku. L-awrina m'għandu jkun fiha ebda element anormali kkunsidrat li għandu sinifikat patoloġiku.

(c)

L-applikanti li jkunu qed ibatu minn xi konsegwenza minħabba mard jew proċeduri kirurġiċi fil-kliewi jew fis-sistema urinarja li tista' tikkawża inkapaċità, b'mod partikolari kull ostruzzjoni minħabba kontrazzjoni jew kompressjoni, għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei.

(d)

L-applikanti b'disturb ġenitourinarju, bħal:

(1) mard renali;

(2) kalkolu wieħed jew aktar tal-awrina, jew storja ta’ kolika renali;

jista' jiġu ċċertifikati li jinsabu fi stat mediku tajjeb suġġetti għal evalwazzjoni renali/uroloġika sodisfaċenti.

(e)

L-applikanti li jkunu għamlu operazzjoni kirurġika maġġuri fl-apparat urinarju li tkun involviet tneħħija totali jew parzjali jew xi devjazzjoni tal-organi tiegħu għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei u għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid wara rkupru totali qabel ma tkun tista' ssir valutazzjoni tal-istat mediku. L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzji għal valutazzjoni mill-ġdid.

MED.B.040    Mard Infettiv

(a)

L-applikanti m'għandu jkollhom l-ebda storja medika jew dijanjosi klinika stabbilita ta’ xi mard infettiv li jista' jfixkel l-eżerċitar sigur tal-privileġġi tal-liċenzja applikabbli li jkollhom.

(b)

L-applikanti li jkunu pożittivi għall-HIV jistgħu jiġu ċċertifikati li jinsabu fi stat mediku tajjeb suġġetti għal evalwazzjoni aeromedika sodisfaċenti. L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzji.

MED.B.045    Ostetriċja u Ġinekoloġija

(a)

L-applikanti m'għandu jkollhom l-ebda kundizzjoni ostetrika jew ġinekoloġika, la funzjonali u lanqas strutturali, li tista' tfixkel l-eżerċitar sigur tal-privileġġi tal-liċenzja/i applikabbli.

(b)

L-applikanti li jkunu għamlu operazzjoni ġinekoloġika maġġuri għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei sa ma jirkupraw għalkollox.

(c)

Tqala

(1)

Fil-każ ta’ tqala, jekk l-AeMC jew l-AME jikkunsidra li d-detentur tal-liċenzja tinsab fi stat mediku tajjeb biex tkun tista' teżerċita l-privileġġi tagħha, huwa/hija għandu/ha j/tillimita l-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat mediku sal-aħħar tas-26 ġimgħa tal-ġestazzjoni. Wara dan, iċ-ċertifikat għandu jiġi sospiż. Is-sospensjoni għandha titneħħa meta jsir rkupru totali wara li tispiċċa t-tqala.

(2)

Id-detenturi ta’ ċertifikati mediċi tal-klassi 1 għandhom jeżerċitaw biss il-privileġġi tal-liċenzji tagħhom b'OML sas-26 ġimgħa tal-ġestazzjoni. F'dan il-każ, minkejja l-MED. B.001, l-OML tista' tiġi imposta u mneħħija mill-AeMC jew mill-AME.

MED.B.050    Sistema Muskoloskeletali

(a)

L-applikanti m'għandu jkollhom l-ebda anormalità fl-għadam, fil-ġogi, fil-muskoli jew fil-ligamenti, la konġenitali u lanqas akkwiżita, li tista' tfixkel l-eżerċitar sigur tal-privileġġi tal-liċenzja/i applikabbli.

(b)

L-applikant għandu jkollu tul suffiċjenti meta jkun bilqiegħda, tul tad-dirgħajn u r-riġlejn u saħħa muskolari biex ikun jista' jeżerċita b'mod sigur il-privileġġi tal-liċenzja/i applikabbli.

(c)

L-applikant għandu jkollu użu funzjonali sodisfaċenti tas-sistema muskoloskeletali li jkun jippermetti l-eżerċitar b'mod sigur tal-privileġġi tal-liċenzja/i applikabbli. L-istat mediku tal-applikanti għandu jiġi vvalutat b'konsultazzjoni mal-awtorità tal-liċenzji.

MED.B.055    Psikjatrija

(a)

L-applikanti m'għandu jkollhom l-ebda storja medika stabbilita jew djanjosi klinika ta’ xi mard jew diżabbiltà, kundizzjoni jew disturb psikjatriku, akut jew kroniku, konġenitali jew akkwiżit, li jista' jfixkel l-eżerċitar sigur tal-privileġġi tal-liċenzja/i applikabbli.

(b)

L-applikanti b'disturb mentali jew disturb fl-imġiba minħabba alkoħol jew użu jew abbuż ta’ sustanzi psikotropiċi għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei sa ma jirkupraw u jsiru indipendenti mill-użu ta’ sustanzi, u jkunu suġġetti għal evalwazzjoni psikjatrika sodisfaċenti wara kura b'suċċess. L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzji. L-istat mediku tal-applikanti tal-klassi 2 għandu jiġi vvalutat b'konsultazzjoni mal-awtorità tal-liċenzji.

(c)

L-applikanti b'kundizzjoni psikjatrika bħal:

(1) disturb fil-burdata;

(2) disturb newrotiku;

(3) disturb fil-personalità;

(4) disturb mentali jew fl-imġiba;

għandha ssirilhom evalwazzjoni psikjatrika sodisfaċenti qabel ma tkun tista' ssir valutazzjoni ta’ stat mediku tajjeb.

(d)

L-applikanti li jkunu wettqu deliberatament att wieħed jew aktar ta’ ħsara fuqhom infushom għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei. L-applikanti għandha ssirilhom evalwazzjoni psikjatrika sodisfaċenti qabel ma tkun tista' ssir valutazzjoni tal-istat mediku.

(e)

Valutazzjoni aeromedika:

(1) l-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 b'waħda mill-kundizzjonijiet deskritti f'(b), (c) jew (d) hawn fuq għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzji;

(2) l-istat mediku tal-applikanti tal-klassi 2 b'waħda mill-kundizzjonijiet deskritti f'(b), (c) jew (d) hawn fuq għandu jiġi vvalutat b'konsultazzjoni mal-awtorità tal-liċenzji.

(f)

L-applikanti bi storja stabbilita jew b'dijanjosi klinika ta’ skiżofrenja, disturbi skiżotipali jew delużjonali għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei.

MED.B.060    Psikoloġija

(a)

L-applikanti m'għandu jkollhom l-ebda defiċjenza psikoloġika stabbilita, li tista' tfixkel l-eżerċitar sigur tal-privileġġi tal-liċenzja/i applikabbli.

(b)

Tista' tkun rikjesta evalwazzjoni psikoloġika bħala parti minn, jew komplementari għal, eżami psikjatriku jew newroloġiku speċjalizzat.

MED.B.065    Newroloġija

(a)

L-applikanti m'għandu jkollhom l-ebda storja medika stabbilita jew dijanjosi klinika ta’ xi kundizzjoni newroloġika li tista' tfixkel l-eżerċitar sigur tal-privileġġi tal-liċenzja/i applikabbli.

(b)

L-applikanti bi storja stabbilita jew b'dijanjosi klinika ta':

(1) epilessija;

(2) episodji rikorrenti ta’ disturbi tas-sensi b'kawża inċerta;

għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei.

(c)

L-applikanti bi storja stabbilita jew bi dijanjosi klinika ta':

(1) epilessija mingħajr rikorrenza wara l-età ta’ 5 snin;

(2) epilessija mingħajr rikorrenza, u li jkunu ilhom aktar minn 10 snin li waqqfu kull tip ta’ trattament;

(3) anormalitajiet fl-EEG epilettiformi u mewġ fokali rallentat;

(4) mard progressiv jew mhux progressiv tas-sistema nervuża;

(5 episodju wieħed ta’ disturbi tas-sensi b'kawża inċerta;

(6) telf tas-sensi wara korriment fir-ras;

(7) dannu penetranti fil-moħħ;

(8) korriment spinali jew tan-nervituri periferali;

għandha ssirilhom evalwazzjoni oħra qabel ma tkun tista' ssir valutazzjoni tal-istat mediku. L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzji. L-istat mediku tal-applikanti tal-klassi 2 għandu jiġi eżaminat b'konsultazzjoni mal-awtorità tal-liċenzji.

MED.B.070    Sistema Viżiva

(a)

L-applikanti m'għandu jkollhom l-ebda anormalità fil-funzjoni tal-għajnejn jew tal-adnexa tagħhom jew xi kundizzjoni patoloġika attiva, konġenitali jew akkwiżita, akuta jew kronika, jew xi konsegwenza ta’ kirurġija jew trawma fl-għajnejn, li jistgħu jfixklu l-eżerċitar sigur tal-privileġġi tal-liċenzja/i applikabbli.

(b)

Eżami

(1)

Għal ċertifikat mediku tal-klassi 1:

(i) eżami komprensiv tal-għajnejn għandu jifforma parti mill-eżami tal-bidu u għandu jsir perjodikament skont ir-rifrazzjoni u l-prestazzjoni funzjonali tal-għajn; u

(ii) eżami ta’ rutina tal-għajnejn għandu jifforma parti mill-eżamijiet kollha ta’ konvalidazzjoni mill-ġdid u tiġdid.

(2)

Għal ċertifikat mediku tal-klassi 2:

(i) eżami ta’ rutina tal-għajnejn għandu jifforma parti mill-eżamijiet tal-bidu u ta’ konvalidazzjoni mill-ġdid u ta’ tiġdid kollha; u

(ii) eżami komprensiv tal-għajnejn għandu jsir meta jkun indikat klinikament.

(c)

L-akutezza viżiva fil-bogħod, b'korrezzjoni jew mingħajrha, għandha tkun:

(1) fil-każ ta’ ċertifikati mediċi tal-klassi 1, 6/9 (0,7) jew aħjar f'kull għajn separatament filwaqt li l-akutezza viżiva taż-żewġ għajnejn għandha tkun 6/6 (1,0) jew aħjar;

(2) fil-każ ta’ ċertifikati mediċi tal-klassi 2, 6/12 (0,5) jew aħjar f'kull għajn separatament filwaqt li l-akutezza viżiva taż-żewġ għajnejn għandha tkun 6/9 (0,7) jew aħjar. Applikant b'vista substandard f'għajn waħda jista' jiġi ċċertifikat li jinsab fi stat mediku tajjeb b'konsultazzjoni mal-awtorità tal-liċenzji suġġett għal valutazzjoni oftalmika sodisfaċenti;

(3) l-applikanti għal ċertifikat mediku inizjali tal-klassi 1 b'vista substandard f'għajn waħda għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei. Għal konvalidazzjoni mill-ġdid, l-applikanti b'vista substandard akkwiżita f'għajn waħda għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzji u jistgħu jiġu ċċertifikati li jinsabu fi stat mediku tajjeb jekk din x'aktarx ma tfixkilx l-eżerċitar sigur tal-liċenzja li jkollhom.

(d)

L-applikant għandu jkun kapaċi jaqra ċart N5 (jew l-ekwivalenti tagħha) minn distanza ta’ 30-50 ċm u ċart N14 (jew l-ekwivalenti tagħha) minn distanza ta’ 100 ċm, bl-għajnuna ta’ korrezzjoni, jekk din tkun preskritta.

(e)

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 huma rikjesti li jkollhom kampi viżivi normali u funzjoni binokulari normali.

(f)

L-applikanti li jkunu għamlu operazzjoni tal-għajnejn jistgħu jiġu ċċertifikati li jinsabu fi stat mediku tajjeb suġġetti għal evalwazzjoni oftalmika sodisfaċenti.

(g)

L-applikanti bi dijanjosi klinika ta’ keratokonus jistgħu jiġu ċċertifikati li jinsabu fi stat mediku tajjeb suġġetti għal eżami sodisfaċenti minn oftalmologu. L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzji.

(h)

L-applikanti:

(1) bl-astigmatiżmu;

(2) bl-anisometropja;

jistgħu jiġu ċċertifikati li jinsabu fi stat mediku tajjeb suġġetti għal evalwazzjoni oftalmika sodisfaċenti.

(i)

L-applikanti bid-diplopja għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei.

(j)

Nuċċalijiet u lentijiet tal-kuntatt. Jekk funzjoni viżiva sodisfaċenti tinkiseb biss bl-użu ta’ korrezzjoni:

(1) 

(i) għal vista fil-bogħod, għandu jintlibes nuċċali jew lentijiet tal-kuntatt waqt l-eżerċitar tal-privileġġi tal-liċenzja/i applikabbli;

(ii) għal vista fil-viċin, għandu jinżamm nuċċali disponibbli biex jintuża għall-viċin waqt l-eżerċitar tal-privileġġi tal-liċenzja;

(2) nuċċali ta’ korrezzjoni ieħor bħal dan għandu jkun faċilment disponibbli għal użu immedjat waqt l-eżerċitar tal-privileġġi tal-liċenzja/i applikabbli;

(3) il-korrezzjoni għandha tipprovdi funzjoni viżiva ottima, tkun ittollerata sew u adatta għall-iskopijiet tal-avjazzjoni;

(4) jekk jintlibsu l-lentijiet tal-kuntatt, dawn għandhom ikunu għal vista fil-bogħod, monofokali, mhux bil-kulur u ttollerati sew;

(5) applikanti b'difett rifrattiv kbir għandhom jużaw lentijiet tal-kuntatt jew lentijiet tan-nuċċali ta’ indiċi għoli;

(6) m'għandux jintuża aktar minn nuċċali wieħed biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti viżivi;

(7) m'għandhomx jintużaw lentijiet ortokeratoloġiċi.

MED.B.075    Perċezzjoni tal-kuluri

(a)

L-applikanti għandhom juru l-kapaċità li jipperċepixxu faċilment il-kuluri kif inhu meħtieġ għall-qadi b'mod sigur ta’ dmirijiethom.

(b)

Eżami

(1)

L-applikanti għandhom jgħaddu mit-test Ishihara għall-ewwel ħruġ taċ-ċertifikat mediku.

(2)

L-applikanti li jeħlu fit-test Ishihara għandhom jagħmlu testijiet ulterjuri tal-perċezzjoni tal-kuluri biex jiġi stabbilit jekk humiex siguri fir-rikonoxximent tal-kuluri.

(c)

Fil-każ ta’ ċertifikati mediċi tal-klassi 1, l-applikanti għandu jkollhom perċezzjoni normali tal-kuluri jew ikunu siguri fir-rikonoxximent tal-kuluri. L-applikanti li jeħlu fit-testijiet ulterjuri tal-perċezzjoni tal-kuluri għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei. L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzji.

(d)

Fil-każ ta’ ċertifikati mediċi tal-klassi 2, meta l-applikant ma jkollux perċezzjoni sodisfaċenti tal-kuluri, il-privileġġi tiegħu/tagħha għandhom ikunu limitati għal titjiriet binhar biss.

MED.B.080    Otorinolarinġoloġija

(a)

L-applikanti m'għandu jkollhom l-ebda anormalità fil-funzjoni tal-widnejn, l-imnieħer, is-sinus jew il-gerżuma, inklużi l-kavità orali, is-snien u l-larinġi, jew xi kundizzjoni patoloġika attiva, konġenitali jew akkwiżita, akuta jew kronika, jew xi konsegwenza ta’ kirurġija jew trawma li tista' tfixkel l-eżerċitar sigur tal-privileġġi tal-liċenzja/i applikabbli.

(b)

Is-smigħ għandu jkun sodisfaċenti għal eżerċitar sigur tal-privileġġi tal-liċenzja/i applikabbli.

(c)

Eżami

(1)

Is-smigħ għandu jiġi ttestjat fl-eżamijiet kollha.

(i) Fil-każ ta’ ċertifikati mediċi tal-klassi 1 u ċertifikati mediċi tal-klassi 2, meta għandha tiżdied klassifikazzjoni ta’ titjir bl-istrumenti fil-liċenzja fil-pussess, is-smigħ għandu jiġi ttestjat b'awdjometrija ta’ tonalità pura fl-eżami tal-bidu u, fl-eżamijiet ta’ konvalidazzjoni mill-ġdid jew ta’ tiġdid sussegwenti, kull ħames snin sal-età ta’ 40 sena u mbagħad kull sentejn.

(ii) Meta jiġu ttestjati b'awdjometru ta’ tonalità pura, l-applikanti inizjali m'għandux ikollhom telf ta’ smigħ ta’ aktar minn 35 dB f'xi waħda mill-frekwenzi ta’ 500, 1 000 jew 2 000 Hz, jew aktar minn 50 dB f'3 000 Hz, f'kull widna separatament. L-applikanti għal konvalidazzjoni mill-ġdid jew tiġdid b'telf ta’ smigħ ta’ livell ogħla għandhom juru fakultà ta’ smigħ funzjonali sodisfaċenti.

(iii) L-applikanti b'ipoakużi għandhom juru fakultà ta’ smigħ funzjonali sodisfaċenti.

(2)

Għandu jsir eżami komprensiv tal-widnejn, tal-imnieħer u tal-gerżuma għall-ewwel ħruġ ta’ ċertifikat mediku tal-klassi 1 u sussegwentement għandu jerġa' jsir perjodikament meta jkun indikat klinikament.

(d)

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 bi:

(1) proċess patoloġiku attiv, akut jew kroniku, tal-widna interna jew tan-nofs;

(2) perforazzjoni mhux imfejqa jew disfunzjoni tal-membrana/i timpanika/ċi;

(3) disturb tal-funzjoni vestibolari;

(4) restrizzjoni sinifikanti tal-passaġġi tal-imnieħer;

(5) disfunzjoni sinużali;

(6) malformazzjoni sinifikanti jew infezzjoni sinifikanti, akuta jew kronika tal-kavità orali jew tan-naħa ta’ fuq tas-sistema respiratorja;

(7) disturb sinifikanti fit-taħdit jew fil-vuċi;

għandhom jagħmlu eżami u valutazzjoni mediċi ulterjuri biex jiġi stabbilit li l-kundizzjoni ma tfixkilx l-eżerċitar sigur tal-privileġġi tal-liċenzja li jkollhom.

(e)

Valutazzjoni aeromedika:

(1) l-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 b'disturb tal-funzjoni vestibolari għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzji;

(2) l-istat mediku tal-applikanti tal-klassi 2 b'disturb tal-funzjoni vestibolari għandha tiġi eżaminata b'konsultazzjoni mal-awtorità tal-liċenzji.

MED.B.085    Dermatoloġija

L-applikanti m'għandu jkollhom l-ebda kundizzjoni dermatoloġika stabbilita li tista' tfixkel l-eżerċitar sigur tal-privileġġi tal-liċenzja/i applikabbli li jkollhom.

MED.B.090    Onkoloġija

(a)

L-applikanti m'għandu jkollhom l-ebda mard malinn primarju jew sekondarju stabbilit li jista' jfixkel l-eżerċitar sigur tal-privileġġi tal-liċenzja/i applikabbli.

(b)

Wara kura għal mard malinn, l-applikanti għandha ssirilhom evalwazzjoni onkoloġika sodisfaċenti qabel ma tkun tista' ssir valutazzjoni ta’ stat mediku tajjeb. L-applikanti tal-klassi 1 għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzji. L-istat mediku tal-applikanti tal-klassi 2 għandu jiġi vvalutat b'konsultazzjoni mal-awtorità tal-liċenzji.

(c)

L-applikanti bi storja stabbilita jew bi dijanjosi klinika ta’ tumur malinn intraċerebrali għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei.

TAQSIMA 3

Rekwiżiti speċifiċi għal ċertifikati mediċi tal-LAPL

MED.B.095    Eżami u/jew valutazzjoni medika ta’ applikanti għal ċertifikati mediċi tal-LAPL

(a)

Applikant għal ċertifikat mediku tal-LAPL għandu jiġi eżaminat abbażi tal-aqwa prassi aeromedika.

(b)

Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-istorja medika kollha tal-applikant.

(c)

Il-valutazzjoni tal-bidu, il-valutazzjonijiet mill-ġdid sussegwenti kollha wara l-età ta’ 50 sena u l-valutazzjonijiet f'każijiet fejn l-istorja medika tal-applikant ma tkunx disponibbli għall-eżaminatur għandhom jinkludu tal-anqas dan li ġej:

(1) eżami kliniku;

(2) pressjoni tad-demm;

(3) test tal-awrina;

(4) vista;

(5) fakultà tas-smigħ.

(d)

Wara l-valutazzjoni tal-bidu, il-valutazzjonijiet mill-ġdid sussegwenti sal-età ta’ 50 sena għandhom jinkludu:

(1) valutazzjoni tal-istorja medika tad-detentur tal-LAPL u

(2) l-affarijiet elenkati fil-paragrafu (c) kif jidhirlu li jkun meħtieġ l-AeMC, l-AME jew il-GMP skont l-aqwa prassi aeromedika.

SUBPARTI C

REKWIŻITI TAL-ISTAT MEDIKU TAL-EKWIPAĠĠ TAL-KABINA

TAQSIMA 1

Rekwiżiti ġenerali

MED.C.001    Ġenerali

Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina għandhom iwettqu biss id-doveri u r-responsabbiltajiet rikjesti mir-regoli tas-sigurtà tal-avjazzjoni fuq inġenji tal-ajru jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din il-Parti.

MED.C.005    Valutazzjonijiet aeromediċi

(a)

Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina għandhom isirulhom valutazzjonijiet aeromediċi biex jiġi vverifikat li m'għandhomx mard fiżiku jew mentali li jista' jwassal għall-inkapaċità jew l-inabbiltà li jwettqu d-doveri u r-responsabbiltajiet assenjati lilhom għas-sigurtà.

(b)

Kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina għandha ssirlu valutazzjoni aeromedika qabel l-ewwel assenjazzjoni ta’ kompiti fuq inġenju tal-ajru, u wara dan, għandha ssir tali valutazzjoni f'intervalli ta’ massimu ta’ 60 xahar.

(c)

Il-valutazzjonijiet aeromediċi għandhom isiru minn AME, AeMC, jew minn OHMP jekk jiġu sodisfati r-rekwiżiti ta’ MED.D.040.

TAQSIMA 2

Rekwiżiti għal valutazzjoni aeromedika tal-ekwipaġġ tal-kabina

MED.C.020    Ġenerali

Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina m'għandu jkollhom ebda:

(a) anormalitajiet konġenitali jew akkwiżiti;

(b) mard jew diżabbiltajiet ta’ natura attiva, latenti, akuta jew kronika;

(c) feriti, danni jew konsegwenzi minħabba xi operazzjoni kirurġika; u

(d) effetti jew effetti kollaterali minħabba t-teħid ta’ kwalunkwe medikazzjoni terapewtika, dijanjostika jew preventiva preskritta jew mhux preskritta li jistgħu jinvolvu livell ta’ inkapaċità funzjonali li tista' twassalhom għall-inkapaċità jew l-inabbiltà li jwettqu d-dmirijiet u jassumu r-responsabbiltajiet tagħhom għas-sigurtà.

MED.C.025    Kontenut tal-valutazzjonijiet aeromediċi

(a)

Il-valutazzjoni aeromedika tal-bidu għandha tal-anqas tinkludi:

(1) valutazzjoni tal-istorja medika tal-applikant membru tal-ekwipaġġ tal-kabina; u

(2) eżami kliniku ta’ dawn li ġejjin:

(i) sistema kardjovaskulari;

(ii) sistema respiratorja;

(iii) sistema muskoloskeletali;

(iv) otorinolarinġoloġija;

(v) sistema tal-vista; u

(vi) vista tal-kuluri.

(b)

Kull waħda mir-rivalutazzjonijiet aeromediċi sussegwenti għandha tinkludi:

(1) valutazzjoni tal-istorja medika tal-membru tal-ekwipaġġ tal-kabina, u

(2) eżami kliniku jekk jitqies meħtieġ skont l-aqwa prassi aeromedika.

(c)

Għall-iskop ta’ (a) u (b), f'każ ta’ xi dubju jew jekk ikun indikat klinikament, valutazzjoni aeromedika ta’ membru tal-ekwipaġġ tal-kabina għandha tinkludi wkoll kwalunkwe eżami, test jew investigazzjoni medika addizzjonali meqjusa neċessarji mill-AME, l-AeMC jew l-OHMP.

TAQSIMA 3

Rekwiżiti addizzjonali għall-applikanti għal, jew detenturi ta', attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina

MED.C.030    Rapport mediku tal-ekwipaġġ tal-kabina

(a)

Wara kull valutazzjoni aeromedika li tkun saret, l-applikanti għal, u d-detenturi ta', attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina:

(1) għandhom jiġu pprovduti b'rapport mediku tal-ekwipaġġ tal-kabina mill-AME, l-AeMC jew l-OHMP; u

(2) għandhom jipprovdu l-informazzjoni relatata, jew kopja tar-rapport mediku tal-ekwipaġġ tal-kabina tagħhom lill-operatur(i) li juża/jużaw is-servizzi tagħhom.

(b)

Rapport mediku tal-ekwipaġġ tal-kabina

Ir-rapport mediku tal-ekwipaġġ tal-kabina għandu jindika d-data tal-valutazzjoni aeromedika, kemm jekk il-membru tal-ekwipaġġ tal-kabina jkun ġie ċċertifikat fi stat mediku tajjeb u kemm jekk le, id-data tal-valutazzjoni aeromedika rikjesta li jkun imiss u, jekk applikabbli, limitazzjoni(jiet). Kull element ieħor għandu jkun soġġett għall-kunfidenzjalità medika skont MED.A.015.

MED.C.035    Limitazzjonijiet

(a)

Jekk id-detenturi ta’ attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina ma jikkonformawx għalkollox mar-rekwiżiti mediċi speċifikati fit-Taqsima 2, l-AME, l-AeMC jew l-OHMP għandu jikkunsidra jekk ikunux jistgħu jaqdu l-kompiti tal-ekwipaġġ tal-kabina b'mod sigur filwaqt li jikkonformaw ma’ limitazzjoni waħda jew aktar.

(b)

Kull limitazzjoni fl-eżerċitar tal-privileġġi mogħtija mill-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina għandha tkun speċifikata fir-rapport mediku tal-ekwipaġġ tal-kabina u għandha titneħħa biss minn AME, AeMC jew minn OHMP b'konsultazzjoni ma’ AME.

SUBPARTI D

EŻAMINATURI AEROMEDIĊI (AME), PROFESSJONISTI MEDIĊI ĠENERALI (GMP), PROFESSJONISTI MEDIĊI TAS-SAĦĦA FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL (OHMP)

TAQSIMA 1

Eżaminaturi aeromediċi

MED.D.001    Privileġġi

(a)

Il-privileġġi ta’ AME huma li joħroġ, jikkonvalida mill-ġdid u jġedded ċertifikati mediċi tal-klassi 2 u ċertifikati mediċi tal-LAPL, u li jagħmel l-eżamijiet u l-valutazzjonijiet mediċi rilevanti.

(b)

Id-detenturi ta’ ċertifikat ta’ AME jistgħu japplikaw għal estensjoni tal-privileġġi tagħhom biex jinkludu eżamijiet mediċi għall-konvalidazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ ċertifikati mediċi tal-klassi 1, jekk dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ MED.D.015.

(c)

L-ambitu tal-privileġġi tal-AME u kull kundizzjoni relatata miegħu għandhom ikunu speċifikati fiċ-ċertifikat.

(d)

Id-detenturi ta’ ċertifikat bħala AME m'għandhomx jagħmlu eżamijiet u valutazzjonijiet aeromediċi fi Stat Membru ieħor li ma jkunx l-Istat Membru li jkun ħarġilhom iċ-ċertifikat bħala AME, sakemm ma jkunux:

(1) ingħataw aċċess mill-Istat Membru ospitanti biex jeżerċitaw l-attivitajiet professjonali tagħhom bħala tobba speċjalizzati;

(2) informaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bl-intenzjoni tagħhom li jagħmlu eżamijiet u valutazzjonijiet aeromediċi u li joħorġu ċertifikati mediċi fl-ambitu tal-privileġġi tagħhom bħala AME; u

(3) irċevew istruzzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

MED.D.005    Applikazzjoni

(a)

L-applikazzjoni għal ċertifikat bħala AME għandha ssir fil-forma u l-manjiera speċifikati mill-awtorità kompetenti.

(b)

L-applikanti għal ċertifikat ta’ AME għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti:

(1) id-dettalji personali u l-indirizz professjonali;

(2) id-dokumentazzjoni li turi li huma konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'MED.D.010, inkluż ċertifikat li jkunu kkompletaw kors ta’ taħriġ fil-mediċina tal-avjazzjoni li jikkorrispondi għall-privileġġi li japplikaw għalihom;

(3) dikjarazzjoni bil-miktub li fiha l-AME jintrabat li joħroġ ċertifikati mediċi abbażi tar-rekwiżiti ta’ din il-Parti.

(c)

Meta l-AME jagħmel eżamijiet aeromediċi f'aktar minn post wieħed, dan għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni rilevanti rigward dawn il-postijiet kollha.

MED.D.010    Rekwiżiti għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ AME

L-applikanti għal ċertifikat ta’ AME bil-privileġġi għall-ewwel ħruġ, il-konvalidazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ ċertifikati mediċi tal-klassi 2 għandhom:

(a) ikunu kompletament ikkwalifikati u liċenzjati biex jipprattikaw l-għarfien tagħhom fil-mediċina u jkollhom Ċertifikat ta’ Kkompletar ta’ taħriġ speċjalizzat;

(b) ikunu ħadu kors ta’ taħriġ bażiku fil-mediċina tal-avjazzjoni;

(c) juru lill-awtorità kompetenti li huma:

(1) għandhom faċilitajiet u proċeduri adegwati u dokumentazzjoni u tagħmir funzjonali adatt għall-eżamijiet aeromediċi; u

(2) għandhom il-proċeduri u l-kundizzjonijiet neċessarji stabbiliti biex jiżguraw il-kunfidenzjalità medika.

MED.D.015    Rekwiżiti għall-estensjoni tal-privileġġi

L-applikanti għal ċertifikat ta’ AME bil-privileġġi estiżi għall-konvalidazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ ċertifikati mediċi tal-klassi 1 għandu jkollhom ċertifikat validu bħala AME u jkunu:

(a) għamlu tal-anqas 30 eżami għall-ħruġ, il-konvalidazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikati mediċi tal-klassi 2 fuq perjodu ta’ mhux aktar minn 5 snin qabel l-applikazzjoni;

(b) għamlu kors ta’ taħriġ avvanzat fil-mediċina tal-avjazzjoni; u

(c) ħadu taħriġ prattiku f'AeMC jew taħt is-superviżjoni tal-awtorità tal-liċenzji.

MED.D.020    Korsijiet ta’ taħriġ fil-mediċina tal-avjazzjoni

(a)

Il-korsijiet ta’ taħriġ fil-mediċina tal-avjazzjoni għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni li tkun qiegħda tipprovdihom ikollha l-post prinċipali tal-attività tagħha. L-organizzazzjoni li tipprovdi l-kors għandha turi li s-sillabu tal-kors huwa adegwat u li l-persuni inkarigati biex jipprovdu t-taħriġ ikollhom l-għarfien u l-esperjenza adegwati.

(b)

Barra fil-każ ta’ taħriġ ta’ aġġornament, il-korsijiet għandhom jispiċċaw b'eżami bil-miktub fuq is-suġġetti inklużi fil-programm tal-kors.

(c)

L-organizzazzjoni li tipprovdi l-kors għandha toħroġ ċertifikat ta’ kkompletar tal-kors lill-applikanti li jkunu għaddew mill-eżami.

MED.D.025    Tibdil fiċ-ċertifikat ta’ AME

(a)

L-AMEs għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti bil-bidliet li ġejjin li jistgħu jaffettwaw iċ-ċertifikat tagħhom:

(1) l-AME jkun soġġett għal proċeduri dixxiplinarji jew investigazzjoni minn bord mediku regolatorju;

(2) ikun hemm xi tibdil fil-kundizzjonijiet li bihom ikun ingħata ċ-ċertifikat, inkluż il-kontenut tal-istqarrijiet ipprovduti mal-applikazzjoni;

(3) ir-rekwiżiti tal-ħruġ ma jkunux għadhom qed jiġu ssodisfati;

(4) ikun hemm bidla fil-post(ijiet) tal-attività jew fl-indirizz tal-korrispondenza tal-eżaminatur aeromediku.

(b)

Fejn l-awtorità kompetenti ma tiġix informata dan għandu jwassal għas-sospensjoni jew ir-revoka tal-privileġġi taċ-ċertifikat, abbażi tad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tissospendi jew tirrevoka ċ-ċertifikat.

MED.D.030    Validità taċ-ċertifikati tal-AME

Ċertifikat ta’ AME għandu jinħareġ għal perjodu li ma jaqbiżx it-3 snin. Dan għandu jiġi kkonvalidat mill-ġdid sakemm id-detentur:

(a) ikompli jissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali rikjesti għall-eżerċitar tal-kariga tiegħu ta’ tabib u jibqa' rreġistrat bħala tabib skont il-liġi nazzjonali;

(b) ikun ħa taħriġ ta’ aġġornament fil-mediċina tal-avjazzjoni fl-aħħar 3 snin;

(c) ikun għamel tal-anqas 10 eżamijiet aeromediċi kull sena;

(d) jibqa' konformi mat-termini taċ-ċertifikat tiegħu; u

(e) jeżerċita l-privileġġi tiegħu skont din il-Parti.

TAQSIMA 2

Professjonisti mediċi ġenerali (GMPs)

MED.D.035    Rekwiżiti tal-professjonisti mediċi ġenerali

(a)

GMPs jistgħu biss jaġixxu bħala AMEs għall-ħruġ ta’ ċertifikati mediċi tal-LAPL

(1) jekk jeżerċitaw l-attività tagħhom fi Stat Membru fejn il-GMPs ikollhom aċċess xieraq għar-rekords mediċi kollha tal-applikanti; u

(2) f'konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit addizzjonali stabbilit fil-liġi nazzjonali.

(b)

Biex joħorġu ċertifikati mediċi tal-LAPL, il-professjonisti mediċi ġenerali (GMP) għandhom ikunu kkwalifikati għalkollox u liċenzjati biex jipprattikaw l-għarfien tagħhom fil-mediċina skont il-liġi nazzjonali.

(c)

Il-GMPs li jaġixxu bħala AMEs għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti bl-attività tagħhom.

TAQSIMA 3

Professjonisti mediċi tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol (OHMP)

MED.D.040    Rekwiżiti tal-professjonisti mediċi tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol

L-OHMPs għandhom jagħmlu biss valutazzjonijiet aeromediċi tal-ekwipaġġ tal-kabina jekk:

(a) l-awtorità kompetenti tikkonstata li s-sistema nazzjonali rilevanti tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol tista' tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din il-Parti;

(b) ikunu liċenzjati biex jipprattikaw l-għarfien tagħhom fil-mediċina u jkunu kkwalifikati fil-mediċina okkupazzjonali skont il-liġi nazzjonali; u

(c) ikunu kisbu għarfien fil-mediċina tal-avjazzjoni li jkun ta’ rilevanza għall-ambjent li l-ekwipaġġ tal-kabina jopera fih.

▼M1




ANNESS V

IL-KWALIFIKI TAL-EKWIPAĠĠ TAL-KABINA INVOLUT F’OPERAZZJONIJIET TAT-TRASPORT KUMMERĊJALI BL-AJRU

[PARTI-CC]

SUBPARTI GEN

REKWIŻITI ĠENERALI

CC.GEN.001 Awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta’ din il-Parti, l-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru fejn persuna tapplika sabiex tinħarġilha attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina.

CC.GEN.005 Kamp ta’ applikazzjoni

Din il-Parti tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-ħruġ ta’ attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-validità u l-użu tagħhom mid-detenturi tagħhom.

CC.GEN.015 Applikazzjoni għal attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina

L-applikazzjoni għal attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti.

CC.GEN.020 Età minima

L-applikant għal attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina jrid ikollu tal-inqas 18-il sena.

CC.GEN.025 Privileġġi u kundizzjonijiet

(a) Il-privileġġi tad-detenturi ta’ attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina huma li dawn jaġixxu bħala membri tal-ekwipaġġ tal-kabina f’operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru bl-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(b) Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina jistgħu jeżerċitaw il-privileġġi speċifikati f’(a) biss jekk:

(1) ikollhom attestazzjoni valida tal-ekwipaġġ tal-kabina kif speċifikat f’CC.CCA.105; u

(2) ikunu konformi ma’ CC.GEN.030, CC.TRA.225 u mar-rekwiżiti applikabbli tal-Parti-MED.

CC.GEN.030 Dokumenti u żamma tar-rekords

Biex juri l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli kif speċifikat f’CC.GEN.025(b), kull detentur għandu jżomm, u jipprovdi meta jkun mitlub, l-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina, il-lista u r-rekords tat-taħriġ u tal-ivverifikar għat-tip ta’ inġenju tal-ajru tiegħu/tagħha jew kwalifika/i simili, sakemm l-operatur li jħaddem is-servizzi tiegħu/tagħha ma jżommx tali rekords u jkun jista’ jagħmilhom disponibbli mill-ewwel meta ssir talba għalihom minn awtorità kompetenti jew mid-detentur.

SUBPARTI CCA

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-ATTESTAZZJONI TAL-EKWIPAĠĠ TAL-KABINA

CC.CCA.100 Ħruġ tal-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina

(a) L-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina għandhom jinħarġu biss lill-applikanti li jkunu għaddew mill-eżami wara li jkunu temmew il-kors ta’ taħriġ tal-bidu skont din il-Parti.

(b) L-attestazzjonijiet ta’ ekwipaġġ tal-kabina għandhom jinħarġu:

(1) mill-awtorità kompetenti; u/jew

(2) minn organizzazzjoni approvata biex tagħmel dan mill-awtorità kompetenti.

CC.CCA.105 Validità tal-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina

L-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina għandha tinħareġ għal perjodu mhux limitat, u għandha tibqa’ valida, sakemm:

(a) ma tiġix sospiża jew revokata mill-awtorità kompetenti; jew

(b) id-detentur tagħha jkun eżerċita l-privileġġi assoċjati matul is-60 xahar ta’ qabel fuq tal-inqas tip wieħed ta’ inġenju tal-ajru.

CC.CCA.110 Sospensjoni u revoka tal-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina

(a) Jekk id-detenturi ma jkunux konformi ma’ din il-Parti, l-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina tagħhom tista’ tiġi sospiża jew revokata mill-awtorità kompetenti.

(b) F’każ ta’ sospensjoni jew revoka tal-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina tagħhom mill-awtorità kompetenti, id-detenturi:

(1) għandhom jiġu infurmati bil-miktub dwar din id-deċiżjoni, u dwar id-dritt tagħhom għall-appell skont il-liġi nazzjonali;

(2) m’għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi mogħtija lilhom permezz tal-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina;

(3) għandhom jinfurmaw, mingħajr dewmien żejjed, lill-operatur(i) li jkun(u) qed iħaddem/iħaddmu s-servizzi tagħhom; u

(4) għandhom iroddu lura l-attestazzjoni tagħhom skont il-proċedura applikabbli stabbilita mill-awtorità kompetenti.

SUBPARTI TRA

REKWIŻITI TA’ TAĦRIĠ GĦALL-APPLIKANTI U D-DETENTURI TAL-ATTESTAZZJONI TAL-EKWIPAĠĠ TAL-KABINA

CC.TRA.215 Provvediment ta’ taħriġ

It-taħriġ meħtieġ f’din il-Parti għandu:

(a) jiġi pprovdut mill-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ jew mill-operaturi tat-trasport kummerċjali bl-ajru li jkunu approvati biex jagħmlu dan mill-awtorità kompetenti;

(b) isir minn persunal ikkwalifikat u bl-esperjenza xierqa għall-elementi tat-taħriġ li jridu jkunu koperti; and

(ċ) jitmexxa skont programm ta’ taħriġ u sillabu dokumentat bl-approvazzjoni tal-organizzazzjoni.

CC.TRA.220 Il-kors ta’ taħriġ tal-bidu u l-eżamijiet

(a) L-applikanti għal attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina għandhom itemmu kors ta’ taħriġ tal-bidu biex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-ambjent tal-avjazzjoni u biex jiksbu l-għarfien ġenerali biżżejjed kif ukoll il-profiċjenza bażika meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom relatati mas-sikurezza tal-passiġġieri u t-titjira matul operazzjonijiet ta’ titjir normali, abnormali u ta’ emerġenza.

(b) Il-programm tal-kors ta’ taħriġ tal-bidu għandu jkopri tal-inqas l-elementi speċifikati fl-Appendiċi 1 għal din il-Parti. Għandu jinkludi taħriġ teoriku u prattiku.

(ċ) L-applikanti għal attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina jridu jagħmlu eżami li jkopri l-elementi kollha tal-programm ta’ taħriġ speċifikat f’(b), ħlief it-taħriġ CRM, sabiex juru li jkunu kisbu l-livell ta’ għarfien u l-profiċjenza meħtieġa f’(a).

CC.TRA.225 Kwalifika/i għat-tip ta’ inġenju tal-ajru jew kwalifiki simili

(a) Id-detenturi ta’ attestazzjoni valida tal-ekwipaġġ tal-kabina għandhom jaħdmu fuq inġenju tal-ajru biss jekk huma jkunu kkwalifikati skont ir-rekwiżiti applikabbli tal-Parti-ORO.

(b) Biex ikun ikkwalifikat għal tip ta’ inġenju tal-ajru jew simili, id-detentur:

(1) għandu jkun konformi mat-taħriġ, l-ivverifikar u r-rekwiżiti tal-validità applikabbli, li jkunu rilevanti għall-inġenju tal-ajru li jrid jiġi operat:

(i) taħriġ speċifiku għat-tip ta’ inġenju tal-ajru, taħriġ ta’ konverżjoni tal-operatur u familjarizzazzjoni;

(ii) taħriġ fid-differenzi;

(iii) taħriġ rikorrenti; u

(2) għandu jkun ħadem matul is-sitt xhur ta’ qabel abbord it-tip ta’ inġenju tal-ajru, jew ikun temm it-taħriġ ta’ aġġornament u l-ivverifikar rilevanti qabel ma jerġa’ jibda jaħdem fuq dak it-tip ta’ inġenju tal-ajru.




Appendiċi 1 għall-Parti-CC

Il-kors ta’ taħriġ tal-bidu u l-eżamijiet

PROGRAMM TA’ TAĦRIĠ

Il-programm ta’ taħriġ tal-kors tal-bidu għandu jinkludi tal-inqas dawn li ġejjin:

1.    Għarfien teoriku ġenerali tal-avjazzjoni u tar-regolamenti dwar l-avjazzjoni li jkopru l-elementi kollha rilevanti għad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet meħtieġa mill-ekwipaġġ tal-kabina:

1.1. it-terminoloġija tal-avjazzjoni, it-teorija tat-titjir, id-distribuzzjoni tal-passiġġieri, iż-żoni ta’ titjir, il-metereoloġija u l-effetti tal-kontaminazzjoni superfiċjali tal-inġenju tal-ajru;

1.2. ir-regolamenti tal-avjazzjoni rilevanti għall-ekwipaġġ tal-kabina u r-rwol tal-awtorità kompetenti;

1.3. id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-ekwipaġġ tal-kabina matul l-operat, u l-ħtieġa li dawn jirreaġixxu fil-pront u b’mod effettiv għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;

1.4. kompetenza u saħħa kontinwa biex wieħed jaħdem bħala membru tal-ekwipaġġ tal-kabina, inkluż fir-rigward tal-limiti tal-ħin tat-titjira u tal-ħin tax-xogħol, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-mistrieħ;

1.5. l-importanza li jiġi żgurat li d-dokumenti u l-manwali rilevanti jinżammu aġġornati, bl-emendi jiġu fornuti mill-operatur skont kif applikabbli;

1.6. l-importanza li l-ekwipaġġ tal-kabina jwettaq id-dmirijiet tiegħu skont il-manwal tal-operat tal-operatur;

1.7. l-importanza tal-informazzjoni minn qabel it-titjira lill-ekwipaġġ tal-kabina, u l-għoti ta’ informazzjoni ta’ sikurezza meħtieġa fir-rigward tad-dmirijiet speċifiċi tagħhom; u

1.8. l-importanza li jiġi identifikat meta l-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina jkollhom l-awtorità u r-responsabbiltà li jibdew evakwazzjoni u proċeduri oħra ta’ emerġenza.

2.    Komunikazzjoni:

Matul it-taħriġ, għandha tingħata enfasi lill-importanza ta’ komunikazzjoni effettiva bejn l-ekwipaġġ tal-kabina u l-ekwipaġġ tat-titjira, inklużi t-tekniki ta’ komunikazzjoni, u l-lingwa u t-terminoloġija komuni.

3.    Kors introduttorju dwar il-fatturi umani (HF) fl-avjazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ (CRM)

Dan il-kors għandu jsir minn tal-inqas għalliem CRM wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina. L-elementi tat-taħriġ għandhom jiġu koperti fid-dettall u għandhom jinkludu tal-inqas dawn li ġejjin:

3.1.  Ġenerali: fatturi umani fl-avjazzjoni, struzzjonijiet ġenerali dwar il-prinċipji u l-għanijiet tas-CRM, prestazzjoni umana u limitazzjonijiet;

3.2.  Rilevanti għall-membru individwali tal-ekwipaġġ tal-kabina: kuxjenza u għarfien dwar il-personalità, l-iżbalji umani u l-affidabbiltà, l-attitudnijiet u l-imġiba, l-awtovalutazzjoni; l-istress u l-ġestjoni tal-istress; l-għeja u l-viġilanza; l-assertività; kuxjenza tas-sitwazzjoni, il-ksib u l-ipproċessar ta’ informazzjoni.

4.    It-trattament tal-passiġġieri u s-sorveljanza tal-kabina:

4.1. l-importanza tal-allokazzjoni korretta tas-siġġijiet b’referenza għall-massa u l-bilanċ tal-ajruplan, kategoriji speċjali ta’ passiġġieri, u l-ħtieġa li l-passiġġieri mingħajr diżabbiltà jitpoġġew ħdejn il-bibien tal-ħruġ li ma jkunux sorveljati;

4.2. ir-regoli li jkopru l-istivar bla periklu tal-bagalji tal-kabina u l-oġġetti ta’ servizz tal-kabina, u r-riskju li dawn isiru perikolużi għall-okkupanti tal-kompartiment tal-passiġġieri jew inkella jingumbraw jew jagħmlu ħsara lit-tagħmir jew lill-ħruġ tal-emerġenza;

4.3. pariri dwar l-għarfien u l-ġestjoni tal-passiġġieri li jkunu fis-sakra jew li jiskru abbord, jew li jkunu taħt l-influwenza tad-drogi, jew li jkunu aggressivi;

4.4. il-prekawzjonijiet li jridu jittieħdu meta jinġarru annimali ħajjin fil-kompartiment tal-passiġġieri;

4.5. il-kompiti li għandhom jitwettqu f’każ ta’ turbulenza, inkluż li tiġi garantita s-sikurezza tal-kompartiment tal-passiġġieri; u

4.6. il-metodi użati għall-motivazzjoni tal-passiġġieri u l-kontroll tal-folla, meħtieġa biex titħaffef evakwazzjoni ta’ emerġenza.

5.    Aspetti ajrumediċi u tal-ewwel għajnuna:

5.1. struzzjoni ġenerali dwar aspetti ajrumediċi u s-sopravivenza;

5.2. l-effetti fiżjoloġiċi tat-titjir, b’enfażi partikulari fuq l-ipossija, ir-rekwiżiti tal-ossiġnu, il-funzjonament tat-tromba ta’ Ewstakju u l-barotrawmi;

5.3. l-ewwel għajnuna bażika, inkluża l-kura ta’:

(a) id-dardir;

(b) it-taqlib gastrointestinali;

(c) l-iperventilazzjoni;

(d) il-ħruq;

(e) ġrieħi;

(f) meta wieħed jintilef minn sensih; u

(g) ksur u ġrieħi f’tessuti rotob;

5.4. emerġenzi mediċi matul it-titjira u l-ewwel għajnuna assoċjata, li jkopru tal-inqas:

(a) l-ażma;

(b) l-istress u r-reazzjonijiet ta’ allerġija;

(c) ix-xokk;

(d) id-dijabete;

(e) il-fgar;

(f) l-epilessija;

(g) it-twelid;

(h) il-puplesija; u

(i) l-attakk tal-qalb;

5.5. l-użu ta’ tagħmir xieraq, inkluż l-ossiġnu tal-ewwel għajnuna, il-kitts tal-ewwel għajnuna u l-kitts mediċi ta’ emerġenza, u l-kontenuti tagħhom;

5.6. taħriġ prattiku fir-risuxxitazzjoni kardjopulmonari minn kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina, bl-użu ta’ pupu ddiżinjat apposta, u b’kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi tal-ambjent tal-inġenju tal-ajru; u

5.7. is-saħħa u l-iġjene fl-ivvjaġġar, inklużi:

(a) l-iġjene abbord;

(b) ir-riskju ta’ kuntatt ma’ mard infettiv u l-mezzi biex jitnaqqsu tali riskji;

(c) it-trattament tal-iskart kliniku;

(d) id-diżinfettar tal-inġenju tal-ajru;

(e) it-trattament ta’ mewt abbord; u

(f) il-ġestjoni tal-viġilanza, l-effetti fiżjoloġiċi tal-għeja, il-fiżjoloġija tal-irqad, ir-ritmu ċirkadjan u t-tibdil taż-żona tal-ħin.

6.    Il-merkanzjia perikoluża skont l-Istruzzjonijiet Tekniċi applikabbli tal-ICAO.

7.    Aspetti ta’ sikurezza ġenerali fl-avjazzjoni, inkluż l-għarfien tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 300/2008.

8.    Taħriġ kontra n-nirien u d-duħħan:

8.1. enfażi fuq ir-responsabbiltà tal-ekwipaġġ tal-kabina li jindirizza fil-pront emerġenzi li jinvolvu nirien u duħħan u, b’mod partikulari, enfażi fuq l-importanza li jiġi identifikat is-sors reali tan-nar;

8.2. l-importanza li l-ekwipaġġ tal-kabina jiġi infurmat mill-ewwel, kif ukoll l-azzjonijiet speċifiċi meħtieġa għall-koordinazzjoni u l-għajnuna, meta jinstab li hemm nar jew duħħan;

8.3. il-ħtieġa ta’ kontrolli frekwenti f’żoni li għandhom potenzjal ta’ riskju tan-nar, inklużi t-tojlits, u d-detetturi tad-duħħan assoċjati;

8.4. il-klassifikazzjoni tan-nirien u tat-tip xieraq ta’ aġenti għat-tifi tan-nar, u l-proċeduri għal sitwazzjonijiet partikulari ta’ nar;

8.5. it-tekniċi ta’ applikazzjoni tal-aġenti għat-tifi tan-nar, il-konsegwenza tal-użu żbaljat tagħhom, u l-użu tagħhom fi spazju magħluq, inkluż it-taħriġ prattiku fit-tifi tan-nar, fl-ilbies u fl-użu tat-tagħmir użat fl-avjazzjoni għall-protezzjoni kontra d-duħħan; and

8.6. il-proċeduri ġenerali tas-servizzi ta’ emerġenza fuq l-art, fl-ajrudromi.

9.    Taħriġ tas-sopravivenza:

9.1. il-prinċipji tas-sopravivenza f’ambjenti ostili (eż. polari, fid-deżert, fil-ġungla, fil-baħar); u

9.2. taħriġ tas-sopravivenza fl-ilma, li għandu jinkludi kif jintlibes u jintuża t-tagħmir biex persuna tibqa’ f’wiċċ l-ilma, kif ukoll l-użu ta’ żurżieqa tas-salvataġġ jew tagħmir simili, kif ukoll il-prassi effettiva fl-ilma.




ANNESS VI

REKWIŻITI TAL-AWTORITÀ GĦALL-EKWIPAĠĠ TAL-AJRU

[PARTI-ARA]

SUBPARTI GEN

REKWIŻITI ĠENERALI

TAQSIMA I

ĠENERALI

ARA.GEN.105    Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din il-Parti u tal-Parti-ORA, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. “Mezzi Aċċettabbli ta’ Konformità (AMC)” tfisser standards mhux vinkolanti adottati mill-Aġenzija biex juru mezzi ta’ kif għandha tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament Bażiku u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu;

2. “Mezzi alternattivi ta’ konformità” tfisser mezzi li jipproponu alternattiva għal AMC eżistenti, jew dawk li jipproponu mezzi ġodda sabiex tkun stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, li għaliha ma jkun ġie adottat l-ebda AMC assoċjat mill-Aġenzija;

3. “Organizzazzjoni ta’ taħriġ approvata (ATO)” tfisser organizzazzjoni kkwalifikata għall-ħruġ jew il-kontinwazzjoni ta’ approvazzjoni għall-provvediment ta’ taħriġ għal-liċenzji ta’ bdot, kif ukoll għall-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati assoċjati;

4. “Mudell ta’ apparat ta’ taħriġ fl-istrumenti bażiċi (mudell BITD)” tfisser kombinazzjoni ddefinita ta’ ħardwer u softwer, li tkun kisbet il-kwalifika ta’ BITD;

5. “Speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni (CS)” huma standards tekniċi adottati mill-Aġenzija li jindikaw mezzi biex juru l-konformità mar-Regolament Bażiku u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, u li jistgħu jintużaw minn organizzazzjoni għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni;

6. “Għalliem tat-titjira (FI)” tfisser għalliem bil-privileġġi li jipprovdi taħriġ fuq inġenju tal-ajru, skont il-Parti-FCL;

7. “Apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir (FSTD)” tfisser apparat ta’ taħriġ li jkun:

(a) fil-każ ta’ ajruplani, simulatur ta’ titjira sħiħa (FFS), apparat ta’ taħriġ fit-titjir (FTD), ħarrieġ għall-proċeduri ta’ titjir u ta’ navigazzjoni (FNPT), jew apparat ta’ taħriġ fl-istrumenti bażiċi (BITD);

(b) fil-każ ta’ ħelikopters, simulatur ta’ titjira sħiħa (FFS), apparat ta’ taħriġ fit-titjir (FTD) jew ħarrieġ għall-proċeduri ta’ titjir u ta’ navigazzjoni (FNPT);

8. “Kwalifika ta’ FSTD” tfisser il-livell tal-kapaċità teknika ta’ FSTD kif iddefinit fid-dokument ta’ konformità;

9. “Utent ta’ FSTD” tfisser l-organizzazzjoni jew il-persuna li titlob lil ATO għal taħriġ, verifika jew prova fl-użu ta’ FSTD;

10. “Żamma fuq l-art” tfisser il-projbizzjoni formali ta’ inġenju tal-ajru milli jtir, u t-teħid ta’ dawn il-passi skont kif ikun meħtieġ biex iżżommu;

11. “Materjal ta’ Gwida (GM)” tfisser materjal mhux vinkolanti żviluppat mill-Aġenzija li jgħin fit-tifsira ta’ rekwiżit jew speċifikazzjoni, u li jintuża biex jgħin fl-interpretazzjoni tar-Regolament Bażiku, ir-Regola ta’ Implimentazzjoni tiegħu u l-AMC;

12. “ARO.RAMP” tfisser is-Subparti RAMP tal-Anness II għar-Regolament dwar Operazzjonijiet tal-Ajru;

13. “Apparat ta’ taħriġ ieħor (OTD)” tfisser apparat li jintuża għat-taħriġ tal-bdoti, għajr FSTD li jipprovdi għal taħriġ fejn ma jkunx meħtieġ ambjent sħiħ ta’ kabina tal-pilotaġġ;

14. “Parti-ARA” tfisser l-Anness VI għar-Regolament dwar l-Ekwipaġġ tal-Ajru tal-Avjazzjoni Ċivili;

15. “Parti-ORO” tfisser l-Anness III għar-Regolament dwar l-Operazzjonijiet tal-Ajru;

16. “Parti-CC” tfisser l-Anness V għar-Regolament dwar l-Ekwipaġġ tal-Ajru tal-Avjazzjoni Ċivili;

17. “Parti-FCL” tfisser l-Anness I għar-Regolament dwar l-Ekwipaġġ tal-Ajru tal-Avjazzjoni Ċivili;

18. “Parti-MED” tfisser l-Anness IV għar-Regolament dwar l-Ekwipaġġ tal-Ajru tal-Avjazzjoni Ċivili;

19. “Parti-ORA” tfisser l-Anness VII għar-Regolament dwar l-Ekwipaġġ tal-Ajru tal-Avjazzjoni Ċivili;

20. “Post prinċipali tan-negozju” tfisser l-uffiċċju ewlieni jew l-uffiċċju rreġistrat tal-organizzazzjoni li fih jitwettqu l-funzjonijiet finanzjarji ewlenin u l-kontroll tal-operat tal-attivitajiet msemmija f’dan ir-Regolament;

21. “Gwida għat-test tal-kwalifika (QTG)” tfisser dokument imfassal biex juri li l-prestazzjoni u l-kwalitajiet tal-immaniġġjar ta’ FSTD jirrappreżentaw dawk tal-inġenju tal-ajru, il-klassi tal-ajruplan jew it-tip ta’ ħelikopter, simulat fil-limiti preskritti u li r-rekwiżiti applikabbli kollha ġew sodisfati. Il-QTG tinkludi d-dejta tal-inġenju tal-ajru, il-klassi tal-ajruplan jew it-tip ta’ ħelikopter, kif ukoll id-dejta tal-FSTD li tintuża biex tappoġġja l-validazzjoni.

ARA.GEN.115    Dokumentazzjoni tas-superviżjoni

L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-atti leġiżlattivi, l-istandards, ir-regoli, il-pubblikazzjonijiet tekniċi u d-dokumenti kollha relatati lill-persunal rilevanti sabiex tippermettilhom jaqdu l-kompiti tagħhom u biex iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom.

ARA.GEN.120    Mezzi ta’ konformità

(a) L-Aġenzija għandha tiżviluppa Mezzi Aċċettabbli ta’ Konformità (AMC) li jistgħu jintużaw biex tkun stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Meta jkun hemm konformità mal-AMC, ir-rekwiżiti meħtieġa tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni jkunu ġew sodisfati.

(b) Jistgħu jintużaw mezzi alternattivi ta’ konformità sabiex tkun stabbilita l-konformità mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni.

(c) L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema biex tevalwa b’mod konsistenti li l-mezzi alternattivi ta’ konformità kollha użati minnha jew minn organizzazzjonijiet jew persuni taħt is-superviżjoni tagħha jippermettu li tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

(d) L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-mezzi alternattivi ta’ konformità kollha proposti minn organizzazzjoni skont OR.GEN.120, billi tanalizza d-dokumentazzjoni pprovduta u, jekk meqjus neċessarju, billi tagħmel spezzjoni tal-organizzazzjoni.

Meta l-awtorità kompetenti ssib li l-mezzi ta’ konformità alternattivi huma skont ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni, għandha tagħmel li ġej, mingħajr dewmien żejjed:

(1) tinnotifika lill-applikant li l-mezzi alternattivi ta’ konformità jistgħu jiġu implimentati u, jekk ikun applikabbli, temenda l-approvazzjoni jew iċ-ċertifikat tal-applikant kif meħtieġ; u

(2) tinnotifika lill-Aġenzija dwar il-kontenut tagħhom, inklużi kopji tad-dokumentazzjoni kollha rilevanti;

(3) tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar il-mezzi alternattivi ta’ konformità li ġew aċċettati.

(e) Meta l-awtorità kompetenti stess tuża mezzi ta’ konformità alternattivi biex tkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, għandha tagħmel li ġej:

(1) tagħmilhom disponibbli għall-organizzazzjonijiet u l-persuni kollha li jkunu taħt is-superviżjoni tagħha; u

(2) tavża lill-Aġenzija mingħajr dewmien żejjed.

L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija b’deskrizzjoni sħiħa tal-mezzi alternattivi ta’ konformità, inkluża kwalunkwe reviżjoni għall-proċeduri li jistgħu jkunu rilevanti, kif ukoll valutazzjoni li turi li r-Regoli ta’ Implimentazzjoni ġew sodisfati.

ARA.GEN.125    Informazzjoni lill-Aġenzija

(a) L-awtorità kompetenti għandha tavża, mingħajr dewmien żejjed, lill-Aġenzija f’każ li jinqalgħu xi problemi bl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

(b) L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija b’informazzjoni sinifikanti għas-sikurezza, li tkun toriġina mir-rapporti ta’ okkorrenza li tkun irċeviet.

ARA.GEN.135    Reazzjoni immedjata għal problema tas-sikurezza

(a) Mingħajr ħsara għad-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), l-awtorità kompetenti għandha timplimenta sistema biex tiġbor, tanalizza u xxerred informazzjoni ta’ sikurezza b’mod xieraq.

(b) L-Aġenzija għandha timplimenta sistema biex tanalizza b’mod xieraq kwalunkwe informazzjoni ta’ sikurezza li tkun irċeviet, u tipprovdi, mingħajr dewmien żejjed, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni, inklużi rakkomandazzjonijiet jew azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu, li jkunu neċessarji għalihom biex jirreaġixxu fil-ħin għal problema ta’ sikurezza li tkun tinvolvi prodotti, partijiet, apparat, persuni jew organizzazzjonijiet soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

(c) Kif tirċievi l-informazzjoni msemmija f’(a) u (b), l-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri adegwati sabiex tindirizza l-problema ta’ sikurezza.

(d) Il-miżuri meħuda skont (c) għandhom jiġu nnotifikati lill-persuni jew lill-organizzazzjonijiet kollha li jeħtieġ li jkunu konformi magħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika wkoll dawk il-miżuri lill-Aġenzija u, meta tkun meħtieġa azzjoni kkombinata, lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati.

TAQSIMA II

Ġestjoni

ARA.GEN.200    Sistema ta’ ġestjoni

(a) L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm sistema ta’ ġestjoni, inkluż bħala minimu:

(1) politiki u proċeduri ddokumetati biex jiddeskrivu l-organizzazzjoni tagħha, il-mezzi u l-metodi biex tinkiseb il-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tagħha. Il-proċeduri għandhom jinżammu aġġornati u jservu bħala d-dokumenti ta’ ħidma bażiċi f’dik l-awtorità kompetenti għall-kompiti relatati kollha;

(2) għadd suffiċjenti ta’ impjegati biex jaqdu l-kompiti tagħha u jwettqu r-responsabbiltajiet tagħha. Dawn l-impjegati għandhom ikunu kkwalifikati biex iwettqu l-kompiti allokati lilhom u jkollhom ukoll l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa, kif ukoll it-taħriġ tal-bidu u dak ta’ aġġornament, biex jiżguraw kompetenza kontinwa. Għandu jkun hemm fis-seħħ sistema biex tkun tista’ tiġi ppjanata d-disponibbiltà tal-impjegati, sabiex ikun żgurat it-twettiq xieraq tal-kompiti kollha;

(3) faċilitajiet adegwati u alloġġ għall-uffiċċju biex jitwettqu l-kompiti allokati;

(4) funzjoni biex tiġi ssorveljata l-konformità tas-sistema ta’ ġestjoni mar-rekwiżiti meħtieġa u l-adegwatezza tal-proċeduri, inkluż l-istabbiliment ta’ proċess ta’ verifikar intern, kif ukoll proċess ta’ ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza. Il-monitoraġġ tal-konformità għandu jinkludi sistema ta’ reazzjoni ta’ sejbiet ta’ verifika lill-maniġment għoli tal-awtorità kompetenti biex tkun żgurata l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet korrettivi kif ikun meħtieġ; u

(5) persuna jew grupp ta’ persuni, li fl-aħħar mill-aħħar tkun/ikunu responsabbli għall-maniġment għoli tal-awtorità kompetenti għall-kompitu ta’ monitoraġġ tal-konformità.

(b) L-awtorità kompetenti għandha taħtar, għal kull qasam ta’ attività li tinkludi sistema ta’ ġestjoni, persuna jew persuni li jkollha/hom ir-responsabbiltà ġenerali għall-ġestjoni tal-kompitu/i rilevanti.

(c) L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri għall-parteċipazzjoni fi skambju reċiproku tal-informazzjoni u l-għajnuna kollha meħtieġa ma’ awtoritajiet kompetenti oħra kkonċernati, inkluż rigward is-sejbiet kollha identifikati u azzjonijiet ta’ kontinwità mwettqa bħala riżultat ta’ superviżjoni ta’ persuni u organizzazzjonijiet li jeżerċitaw attivitajiet fit-territorju ta’ Stat Membru, iżda li jkunu ċċertifikati mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jew mill-Aġenzija.

(d) Kopja tal-proċeduri relatati mas-sistema tal-ġestjoni u l-emendi tagħhom għandha tkun disponibbli għall-Aġenzija għall-finijiet ta’ standardizzazzjoni.

ARA.GEN.205    Allokazzjoni tal-kompiti lil entitajiet ikkwalifikati

(a) Il-kompiti marbutin maċ-ċertifikazzjoni inizjali jew mas-superviżjoni kontinwa tal-persuni jew tal-organizzazzjonijiet soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu għandhom jiġu allokati mill-Istati Membri biss lil entitajiet ikkwalifikati. Meta talloka kompiti, l-awtorità kompetenti għandha tiżġura:

(1) li jkollha sistema implimentata biex tivverifika, fil-bidu u b’mod kontinwu, li l-entità kkwalifikata hija konformi mal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

Din is-sistema u r-riżultati tal-valutazzjonijiet għandhom jiġu ddokumentati;

(2) li tkun stabbiliet ftehim iddokumentat mal-entità kkwalifikata, approvat miż-żewġ partijiet fil-livell ta’ maniġment xieraq, li jiddefinixxi b’mod ċar:

(i) il-kompiti li jridu jsiru;

(ii) id-dikjarazzjonijiet, ir-rapporti u r-rekords li jridu jiġu pprovduti;

(iii) il-kundizzjonijiet tekniċi li jridu jiġu sodisfati fit-twettiq ta’ dawn il-kompiti;

(iv) il-kopertura tar-responsabbiltà relatata; u

(v) il-protezzjoni mogħtija lill-informazzjoni miksuba fit-twettiq ta’ tali kompiti.

(b) L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-proċess ta’ verifika interna, u l-proċess ta’ ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza, meħtieġ skont AR.GEN.200 (a)(4), ikopru l-kompiti kollha ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ superviżjoni kontinwa li jsiru f’isimha.

ARA.GEN.210    Tibdil fis-sistema tal-ġestjoni

(a) L-awtorità kompetenti għandu jkollha sistema fis-seħħ sabiex tidentifika l-bidliet li jaffettwaw il-kapaċità tagħha biex twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Din is-sistema għandha tippermetti li l-awtorità kompetenti tieħu azzjoni kif xieraq biex tiżgura li s-sistema ta’ ġestjoni tagħha tibqa’ adegwata u effettiva.

(b) L-awtorità kompetenti għandha taġġorna s-sistema ta’ ġestjoni tagħha biex tirrifletti kwalunkwe bidliet fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu fil-ħin, sabiex tiżgura implimentazzjoni effettiva.

(c) L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Aġenzija bi kwalunkwe tibdil li jaffettwa l-kapaċità tagħha biex twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tagħha.

ARA.GEN.220    Żamma tar-rekords

(a) L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta’ żamma tar-rekords li tipprovdi għall-ħażna adegwata, l-aċċessibbiltà, u t-traċċabbiltà kredibbli ta’:

(1) il-politiki u l-proċeduri ddokumentati tas-sistema ta’ ġestjoni;

(2) it-taħriġ, il-kwalifiki u l-awtorizzazzjoni tal-impjegati tagħha;

(3) l-allokazzjoni tal-kompiti, li jkopru l-elementi meħtieġa skont ARA.GEN.205 kif ukoll id-dettalji tal-kompiti allokati;

(4) il-proċessi ta’ ċertifikazzjoni u s-superviżjoni kontinwa tal-organizzazzjonijiet ċertifikati;

(5) il-proċessi għall-ħruġ tal-liċenzji tal-impjegati, il-klassifikazzjonijiet, iċ-ċertifikati u l-attestazzjonijiet, u għas-superviżjoni kontinwa tad-detenturi ta’ dawk il-liċenzji, klassifikazzjonijiet, ċertifikati u attestazzjonijiet;

(6) il-proċessi għall-ħruġ ta’ ċertifikati tal-kwalifika ta’ FSTD u għas-superviżjoni kontinwa tal-FSTD u tal-organizzazzjoni li toperah;

(7) is-superviżjoni ta’ persuni u organizzazzjonijiet li jeżerċitaw attivitajiet fit-territorju tal-Istat Membru, iżda li jkunu sorveljati jew iċċertifikati mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, kif miftiehem bejn dawn l-awtoritajiet;

(8) l-evalwazzjoni u n-notifika lill-Aġenzija ta’ mezzi alternattivi ta’ konformità proposti minn organizzazzjonijiet, u l-valutazzjoni tal-mezzi alternattivi ta’ konformità użati mill-awtorità kompetenti nfisha;

(9) sejbiet, azzjonijiet korrettivi u d-data tal-għeluq tal-azzjoni;

(10) il-miżuri ta’ infurzar meħuda;

(11) informazzjoni dwar is-sikurezza u miżuri ta’ segwiment; u

(12) l-użu ta’ dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008;

(b) L-awtorità kompetenti għandha żżomm lista taċ-ċertifikati tal-organizzazzjonijiet kollha, taċ-ċertifikati tal-kwalifika ta’ FSTD u tal-liċenzji tal-impjegati tiegħu, kif ukoll taċ-ċertifikati u l-attestazzjonijiet maħruġa minnha.

(c) Ir-rekords kollha għandhom jinżammu għall-perjodu minimu speċifikat f’dan ir-Regolament. Fin-nuqqas ta’ tali indikazzjoni, ir-rekords għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta’ 5 snin, soġġett għal-liġi applikabbli dwar il-ħarsien tad-dejta personali.

TAQSIMA III

Superviżjoni, ċertifikazzjoni u infurzar

ARA.GEN.300    Superviżjoni

(a) L-awtorità kompetenti għandha tivverifika:

(1) il-konformità mar-rekwiżiti li japplikaw għal organizzazzjonijiet jew persuni qabel il-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ organizzazzjoni, approvazzjoni, ċertifikat tal-kwalifika ta’ FSTD jew liċenzja, ċertifikat, klassifikazzjoni, jew attestazzjoni għall-impjegati, skont kif japplika;

(2) il-konformità kontinwa mar-rekwiżiti applikabbli ta’ organizzazzjonijiet li tkun iċċertifikat, ta’ persuni u detenturi ta’ ċertifikat tal-kwalifika ta’ FSTD;

(3) l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sikurezza xierqa stabbiliti mill-awtorità kompetenti, kif iddefinit f’AR.GEN.135(c) u (d).

(b) Din il-verifika għandha:

(1) tkun appoġġata b’dokumentazzjoni li tkun intiża speċifikament biex tipprovdi persunal responsabbli għas-superviżjoni tas-sikurezza bi gwida dwar kif għandhom iwettqu l-funzjonijiet tagħhom;

(2) tipprovdi lill-persuni u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati bir-riżultati tal-attività tas-superviżjoni tas-sikurezza;

(3) tkun ibbażata fuq verifiki u spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet tar-rampa u oħrajn li ma jkunux avżati minn qabel; u

(4) tipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-evidenza meħtieġa f’każ li tkun meħtieġa aktar azzjoni, inklużi l-miżuri previsti f’AR.GEN.350 u AR.GEN.355.

(c) Il-firxa tas-superviżjoni ddefinita f’(a) u (b) għandha tqis ir-riżultati ta’ attivitajiet ta’ superviżjoni mgħoddija, kif ukoll il-prijoritajiet tas-sikurezza.

(d) Mingħajr ħsara għall-kompetenzi tal-Istati Membri u għall-obbligi tagħhom kif stabbilit f’AR.RAMP, l-ambitu tas-superviżjoni tal-attivitajiet eżerċitati fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuni jew organizzazzjonijiet stabbiliti jew li jinstabu fi Stat Membru ieħor għandu jiġi stabbilit abbażi tal-prijoritajiet tas-sikurezza identifikati fil-pjan tas-sikurezza, kif ukoll tal-attivitajiet ta’ superviżjoni fil-passat.

(e) Fejn attività ta’ persuna jew organzzazzjoni tinvolvi iktar minn Stat Membru wieħed jew l-Aġenzija, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni skont (a) tista’ taqbel li l-kompiti ta’ superviżjoni jsiru mill-awtorità(jiet) kompetenti tal-Istat(i) Membru/i fejn l-attività tkun qed isseħħ, jew mill-Aġenzija. Kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni soġġetta għal tali ftehim għandha tiġi infurmata dwar l-eżistenza u l-ambitu tagħha.

(f) L-awtorità kompetenti għandha tiġbor u tipproċessa kwalunkwe informazzjoni meqjusa bħala utli għas-superviżjoni, inkluż għal spezzjonijiet tar-rampa u oħrajn li ma jkunux avżati minn qabel.

ARA.GEN.305    Programm ta’ superviżjoni

(a) L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm programm ta’ superviżjoni li jkopri l-attivitajiet ta’ superviżjoni meħtieġa skont ARA.GEN.300 u ARA.RAMP.

(b) Għall-organizzazzjonijiet iċċertifikati mill-awtorità kompetenti u d-detenturi ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD, il-programm ta’ superviżjoni għandu jiġi żviluppat billi jitqiesu n-natura speċifika tal-organizzazzjoni, il-kumplessità tal-attivitajiet tagħha u r-riżultati ta’ attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni u/jew superviżjoni fil-passat, u għandu jissejjes fuq il-valutazzjoni tar-riskji assoċjati. Għandu jinkludi f’kull ċiklu ta’ ppjanar għas-superviżjoni:

(1) verifiki u spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet tar-rampa u spezzjonijiet mhux avżati minn qabel, kif ikun meħtieġ; u

(2) laqgħat bejn il-maniġer responsabbli u l-awtorità kompetenti biex ikun żgurat li t-tnejn jibqgħu infurmati dwar kwistjonijiet sinifikanti.

(c) Għall-organizzazzjonijiet iċċertifikati mill-awtorità kompetenti u d-detenturi ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD, għandu jiġi applikat ċiklu ta’ ppjanar għas-superviżjoni li ma jaqbiżx l-24 xahar.

Iċ-ċiklu ta’ ppjanar għas-superviżjoni jista’ jitnaqqas jekk ikun hemm evidenza li l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni jew tad-detentur ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FTSD tkun naqset.

Iċ-ċiklu ta’ ppjanar għas-superviżjoni jista’ jiġi estiż sa massimu ta’ 36 xahar, jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet li, matul l-24 xahar ta’ qabel:

(1) l-organizzazzjoni tkun uriet identifikazzjoni effettiva tal-perikli għas-sikurezza tal-avjazzjoni u tal-ġestjoni tar-riskji assoċjati;

(2) l-organizzazzjoni tkun uriet b’mod kontinwu, skont ORA.GEN.130, li għandha l-kontroll sħiħ fuq it-tibdiliet kollha;

(3) ma jkunu ġew stabbiliti l-ebda sejbiet tal-livell 1; u

(4) l-azzjonijiet korrettivi kollha jkunu ġew implimentati fil-perjodu ta’ żmien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti, kif iddefinit minn ARA.GEN.350 (d)(2).

Iċ-ċiklu ta’ ppjanar għas-superviżjoni jista’ jerġa’ jiġi estiż sa massimu ta’ 48 xahar jekk, flimkien ma’ ta’ hawn fuq, l-organizzazzjoni tkun stabbiliet, u l-awtorità kompetenti tkun approvat, sistema effettiva ta’ rappurtar kontinwu lill-awtorità kompetenti dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza u l-konformità regolatorja tal-organizzazzjoni nfisha.

▼M4

(ca) Minkejja (c), fil-każ ta' organizzazzjonijiet li jipprovdu biss taħriġ lejn LAPL, PPL, SPL jew BPL u l-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati assoċjati, għandu jiġi applikat ċiklu ta' ppjanar għas-sorveljanza li ma jaqbiżx l-48 xahar. Iċ-ċiklu ta' ppjanar tas-sorveljanza għandu jitqassar jekk ikun hemm evidenza li l-prestazzjoni tas-sikurezza tad-detentur tal-organizzazzjoni tkun naqset.

Iċ-ċiklu ta' ppjanar għas-sorveljanza jista' jiġi estiż sa massimu ta' 72 xahar, jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet li, matul l-48 xahar ta' qabel:

(1) l-organizzazzjoni tkun uriet identifikazzjoni effettiva tal-perikli għas-sikurezza tal-avjazzjoni u tal-ġestjoni tar-riskji assoċjati, kif juru r-riżultati tar-reviżjoni annwali skont ORA.GEN.200(c);

(2) l-organizzazzjoni tkun dejjem żammet kontroll fuq il-bidliet kollha skont ORA.GEN.130, kif juru r-riżultati tar-reviżjoni annwali skont ORA.GEN.200(c);

(3) ma jkunu ġew stabbiliti l-ebda sejbiet tal-livell 1; u

(4) l-azzjonijiet korrettivi kollha jkunu ġew implimentati fil-perjodu ta' żmien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti, kif iddefinit minn ARA.GEN.350 (d)(2).

▼M1

(d) Għal persuni li jkollhom liċenzja, ċertifikat, klassifikazzjoni, jew attestazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti, il-programm ta’ superviżjoni għandu jinkludi spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet mhux avżati minn qabel, kif ikun xieraq.

(e) Il-programm ta’ sorveljanza għandu jinkludi r-rekords tad-dati ta’ meta jkunu se jsiru l-verifiki, l-ispezzjonijiet u l-laqgħat, u ta’ meta tali verifiki, spezzjonijiet u laqgħat ikunu saru.

AR.GEN.310    Proċedura ta’ ċertifikazzjoni inizjali – organizzazzjonijiet

(a) Kif tirċievi applikazzjoni għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat għal organizzazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli.

(b) Meta tkun sodisfatta li l-organizzazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ iċ-ċertifikat(i), kif stabbilit fl-Appendiċi III u l-Appendiċi V għal din il-Parti. Iċ-ċertifikat(i) għandu jinħareġ/għandhom jinħarġu għal perjodu mhux limitat. Il-privileġġi u l-ambitu tal-attivitajiet li l-organizzazzjoni tkun approvata twettaq għandhom jiġu speċifikati fit-termini tal-approvazzjoni mehmużin maċ-ċertifikat(i).

(c) Biex organizzazzjoni tkun tista’ timplimenta bidliet mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti skont ORA.GEN.130, l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-proċedura mressqa mill-organizzazzjoni, li tiddefinixxi l-ambitu ta’ tali bidliet u tiddeskrivi kif dawn se jiġu ġestiti u nnotifikati.

ARA.GEN.315    Proċedura għall-ħruġ, għall-validazzjoni mill-ġdid, għat-tiġdid jew għall-bdil ta’ liċenzji, klassifikazzjonijiet, ċertifikati jew attestazzjonijiet - persuni

(a) Kif tirċievi applikazzjoni għall-ħruġ, għall-validazzjoni mill-ġdid, għat-tiġdid jew għall-bdil ta’ liċenzja personali, klassifikazzjoni, ċertifikat jew attestazzjoni u kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk l-applikant jissodisfax ir-rekwiżiti applikabbli.

(b) Meta tkun sodisfatta li l-applikant ikun jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ, tivvalida mill-ġdid, iġġedded jew tbiddel il-liċenzja, iċ-ċertifikat, il-klassifikazzjoni, jew l-attestazzjoni.

ARA.GEN.330    Bidliet – organizzazzjonijiet

(a) Kif tirċievi applikazzjoni għal bidla li tkun teħtieġ l-approvazzjoni minn qabel, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli qabel ma toħroġ l-approvazzjoni.

L-awtorità kompetenti għandha tippreskrivi l-kundizzjonijiet skont liema organizzazzjoni tista’ tiffunzjona matul il-bidla, sakemm l-awtorità kompetenti ma tistabbilixxix li ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni jeħtieġ li jiġi sospiż.

Meta tkun sodisfatta li l-organizzazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-bidla.

(b) Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżura oħra ta’ infurzar, meta l-organizzazzjoni timplimenta bidliet li jeħtieġu approvazzjoni minn qabel mingħajr ma tkun irċeviet l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti kif definit f’(a), l-awtorità kompetenti għandha tissospendi, tillimita jew tirrevoka ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni.

(c) Għal bidliet li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta fin-notifikazzjoni mibgħuta mill-organizzazzjoni skont ORA.GEN.130, biex tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli. F’każ ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità, l-awtorità kompetenti għandha:

(1) tinnotifika lill-organizzazzjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità u titlob li jsiru aktar bidliet; u

(2) f’każ ta’ sejbiet tal-livell 1 jew 2, taġixxi skont ARA.GEN.350.

ARA.GEN.350    Sejbiet u azzjonijiet korrettivi - organizzazzjonijiet

(a) L-awtorità kompetenti għas-superviżjoni skont ARA.GEN.300 (a) għandu jkollha sistema biex tanalizza s-sejbiet għas-sinifikat tagħhom għas-sikurezza.

(b) Sejba tal-livell 1 għandha tiġi stabbilita mill-awtorità kompetenti meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas ta’ konformità sinifikanti mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni jew mat-termini tal-approvazzjoni jew ċertifikat li jbaxxu s-sikurezza jew li jipperikolaw b’mod serju s-sikurezza tat-titjira.

Is-sejbiet tal-livell 1 għandhom jinkludu:

(1) in-nuqqas ta’ għoti ta’ aċċess, mill-awtorità kompetenti, għall-faċilitajiet tal-organizzazzjoni kif iddefinit skont OR.GEN.140, matul il-ħinijiet normali tal-operat u wara żewġ talbiet bil-miktub;

(2) il-kisba jew iż-żamma tal-validità taċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni bil-falsifikazzjoni tad-dokumenti mressqa bħala evidenza;

(3) evidenza ta’ prattika ħażina jew ta’ użu qarrieqi taċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni; u

(4) in-nuqqas ta’ maniġer responsabbli.

(c) Sejba tal-livell 2 għandha tiġi stabbilita mill-awtorità kompetenti meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas ta’ konformità sinifikanti mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni jew mat-termini tal-approvazzjoni jew ċertifikat li jbaxxu s-sikurezza jew inkella li jipperikolaw b’mod serju s-sikurezza tat-titjira.

(d) Meta tiġi stabbilita sejba matul is-superviżjoni jew b’mezzi oħra, l-awtorità kompetenti, mingħajr ħsara għal kwalunkwe azzjoni oħra meħtieġa bir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, għandha tikkomunika s-sejba lill-organizzazzjoni bil-miktub u titlob għal azzjoni korrettiva biex ikun indirizzat n-nuqqas ta’ konformità identifikat. Fejn ikun rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Istat li fih ikun reġistrat l-inġejnu tal-ajru.

(1) Fil-każ ta’ sejbiet tal-livell 1, l-awtorita kompetenti għandha tieħu azzjoni immedjata u xierqa biex twaqqaf jew tillimita l-attivitajiet, u jekk ikun xieraq, għandha tieħu azzjoni biex tirrevoka ċ-ċertifikat jew l-approvazzjoni speċifika jew biex tillimitah jew tissospendih kompletament jew parzjalment, skont il-livell tas-sejba tal-livell 1, sakemm tittieħed azzjoni korrettiva b’suċċess mill-organizzazzjoni.

(2) Fil-każ ta’ sejbiet tal-livell 2, l-awtorità kompetenti għandha:

(i) tagħti lill-organizzazzjoni perjodu ta’ implimentazzjoni għal azzjoni korrettiva li jkun xieraq għan-natura tas-sejba li, fi kwalunkwe każ, fil-bidu m’għandux ikun iżjed minn 3 xhur. Fi tmiem dak il-perjodu, u skont in-natura tas-sejba, l-awtorità kompetenti tista’ testendi l-perjodu ta’ 3 xhur soġġett għal pjan ta’ azzjoni korrettiva sodisfaċenti miftiehem mal-awtorità kompetenti; u

(ii) tivvaluta l-azzjoni korrettiva u l-pjan ta’ implimentazzjoni proposti mill-organizzazzjoni u, jekk il-valutazzjoni tikkonkludi li dawn huma biżżejjed biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ konformità, din għandha taċċettahom.

(3) Meta organizzazzjoni tonqos milli tissottometti pjan ta’ azzjoni korrettiva aċċettabbli, jew li twettaq l-azzjoni korrettiva fil-perjodu ta’ żmien stabbilit jew estiż mill-awtorità kompetenti, is-sejba għandha titla’ għal-livell 1 u għandha tittieħed azzjoni kif stabbilit f’(d)(1) aktar ‘il fuq.

(4) L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra s-sejbiet kollha li tkun stabbiliet jew li jkunu ġew ikkomunikati lilha u, fejn ikun japplika, il-miżuri ta’ infurzar li tkun applikat, kif ukoll l-azzjonijiet korrettivi kollha u d-data tal-għeluq tal-azzjoni għas-sejbiet.

(e) Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżura ta’ infurzar oħra, meta l-awtorità ta’ Stat Membru li taġixxi skont id-dispożizzjonijiet ta’ ARA.GEN.300 (d) tidentifika kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu minn organizzazzjoni ċċertifikata mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jew mill-Aġenzija, għandha tinforma lil dik l-awtorità kompetenti u tagħtiha indikazzjoni dwar il-livell tas-sejba.

ARA.GEN.355    Sejbiet u miżuri ta’ infurzar - persuni

(a) Jekk, waqt superviżjoni jew b’mezzi oħra, tinstab evidenza mill-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni skont ARA.GEN.300(a) li turi nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli minn persuna li jkollha liċenzja, ċertifikat, klassifikazzjoni jew attestazzjoni maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi s-sejba, tirreġistraha u tinnotifikaha bil-miktub lid-detentur tal-liċenzja, taċ-ċertifikat, tal-klassifikazzjoni jew tal-attestazzjoni.

(b) Meta tinqala’ tali sejba, l-awtorità kompetenti għandha twettaq investigazzjoni. Jekk is-sejba tiġi kkonfermata, għandha:

(1) tillimita, tissospendi jew tirrevoka l-liċenzja, iċ-ċertifikat, il-klassifikazzjoni jew l-attestazzjoni skont kif applikabbli, meta tiġi stabbilita kwistjoni ta’ sikurezza; u

(2) tieħu kwalunkwe miżuri ta’ infurzar oħra meħtieġa biex tkun evitata t-tkomplija tan-nuqqas ta’ konformità.

(c) Fejn applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-persuna jew lill-organizzazzjoni li tkun ħarġet iċ-ċertifikat mediku jew l-attestazzjoni.

(d) Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżuri ta’ infurzar oħrajn, meta l-awtorità ta’ Stat Membru li taġixxi skont id-dispożizzjonijiet ta’ AR.GEN.300(d) issib evidenza li turi nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli minn persuna li jkollha liċenzja, ċertifikat, klassifikazzjoni jew attestazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor, għandha tinforma lil dik l-awtorità kompetenti.

(e) Jekk, waqt superviżjoni jew mezzi oħra, tinstab evidenza li turi nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli minn persuna soġġetta għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tagħha u ma jkollhiex liċenzja, ċertifikat, klassifikazzjoni jew attestazzjoni maħruġa skont dak ir-Regolament u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti li tkun stabbiliet in-nuqqas ta’ konformità għandha tieħu kwalunkwe miżura ta’ infurzar meħtieġa biex tkun evitata t-tkomplija ta’ dak in-nuqqas ta’ konformità.

SUBPARTI FCL

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI MARBUTIN MAL-ĦRUĠ TA’ LIĊENZJI GĦALL-EKWIPAĠĠ TAT-TITJIRA

TAQSIMA I

Ġenerali

ARA.FCL.120    Żamma tar-rekords

Apparti r-rekords meħtieġa skont ARA.GEN.220 (a), l-awtorità kompetenti għandha tinkludi fis-sistema tagħha taż-żamma tar-rekords id-dettalji tal-eżamijiet tal-għarfien teoriku u l-valutazzjonijiet tal-ħiliet tal-bdoti.

TAQSIMA II

Liċenzji, klassifikazzjoni u ċertifikati

ARA.FCL.200    Proċedura għall-ħruġ, għall-validazzjoni mill-ġdid jew għat-tiġdid ta’ liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat

(a) Ħruġ ta’ liċenzji u klassifikazzjonijiet. L-awtorità kompetenti għandha toħroġ liċenzja ta’ bdot u klassifikazzjonijiet assoċjati, billi tuża l-formola stabbilita fl-Appendiċi I għal din il-Parti.

(b) Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ għalliem u eżaminatur. L-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta’ għalliem jew eżaminatur bħala:

(1) approvazzjoni tal-privileġġi rilevanti fil-liċenzja ta’ bdot kif stabbilit fl-Appendiċi I għal din il-Parti; jew

(2) dokument separat, fil-forma u l-manjiera speċifikati mill-awtorità kompetenti.

(c) Approvazzjoni ta’ liċenzja minn eżaminaturi. Qabel ma tawtorizza speċifikament lil ċerti eżaminaturi jivvalidaw mill-ġdid jew iġeddu l-klassifikazzjonijiet jew iċ-ċertifikati, l-awtorità kompetenti għandha tiżviluppa proċeduri xierqa.

▼M4

(d) Approvazzjoni tal-liċenzja mill-istrutturi. Qabel ma tawtorizza speċifikament lil ċerti strutturi biex jivvalidaw mill-ġdid il-klassifikazzjoni tal-klassi ta' magna waħda bil-pistin jew ta' TMG, l-awtorità kompetenti għandha tiżviluppa proċeduri xierqa.

▼M1

ARA.FCL.205    Superviżjoni tal-eżaminaturi

(a) L-awtorità kompetenti għandha tiżviluppa programm ta’ superviżjoni biex tissorvelja l-imġiba u l-prestazzjoni tal-eżaminaturi, billi tikkunsidra:

(1) l-għadd ta’ eżaminaturi li tkun iċċertifikat; u

(2) l-għadd ta’ eżaminaturi ċċertifikati minn awtoritajiet kompetenti oħra li jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom fit-territorju fejn l-awtorità kompetenti tkun qed teżerċita s-superviżjoni.

▼M3

(b) l-awtorità kompetenti għandha żżomm lista ta’ eżaminaturi li hija stess tkun iċċertifikat. Il-lista għandha tiddikjara l-privileġġi tal-eżaminaturi, u għandha tiġi ppubblikata u miżmuma aġġornata mill-awtorità kompetenti.

▼M1

(c) L-awtorità kompetenti għandha tiżviluppa proċeduri biex tassenja eżaminaturi għat-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet.

▼M3

ARA.FCL.210    Informazzjoni għall-eżaminaturi

(a) L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Aġenzija dwar il-proċeduri amministrattivi nazzjonali, ir-rekwiżiti għall-protezzjoni tad-dejta personali, ir-responsabbiltà, l-assigurazzjoni għall-inċidenti u t-tariffi applikabbli fit-territorju tagħha, li għandhom jintużaw minn eżaminaturi meta jitwettqu t-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza jew il-valutazzjonijiet tal-kompetenza ta’ applikant li għalihom l-awtorità kompetenti ma tkunx l-istess waħda li tkun ħarġet iċ-ċertifikat ta’ eżaminatur.

(b) Biex tiffaċilita t-tixrid u l-aċċess għall-informazzjoni li tirċievi minn awtoritajiet kompetenti taħt (a), l-Aġenzija għandha tippubblika din l-informazzjoni skont format preskritti minnha.

(c) L-awtorità kompetenti tista’ tipprovdi lill-eżaminaturi li hi tkun iċċertifikat, u lil dawk iċċertifikati minn awtoritajiet kompetenti oħra li jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom fit-territorju tagħhom, bi kriterji ta’ sikurezza li jridu jiġu osservati meta jsiru t-testijiet tal-ħiliet u l-verifiki tal-profiċjenza abbord ajruplan.

▼M1

ARA.FCL.215    Perjodu tal-validità

(a) Meta toħroġ jew iġġedded klassifikazzjoni jew ċertifikat, l-awtorità kompetenti jew, fil-każ ta’ tiġdid, eżaminatur awtorizzat speċifikament mill-awtorità kompetenti, għandhom jestendu l-perjodu tal-validità sa tmiem ix-xahar rilevanti.

(b) Meta tivvalida mill-ġdid klassifikazzjoni, ċertifikat ta’ għalliem jew ta’ eżaminatur, l-awtorità kompetenti, jew eżaminatur awtorizzat speċifikament mill-awtorità kompetenti, għandhom jestendu l-perjodu tal-validità tal-klassifikazzjoni jew taċ-ċertifikat sa tmiem ix-xahar rilevanti.

(c) L-awtorità kompetenti, jew eżaminatur awtorizzat speċifikament għal dak il-għan mill-awtorità kompetenti, għandhom iniżżlu d-data ta’ meta tiskadi l-liċenzja jew iċ-ċertifikat.

(d) L-awtorità kompetenti tista’ tiżviluppa proċeduri biex ikunu awtorizzati ċerti privileġġi li jridu jiġu eżerċitati mid-detentur tal-liċenzja jew ċertifikat għal perjodu massimu ta’ tmien ġimgħat wara t-twettiq b’suċċess tal-eżami(jiet) applikabbli, skont l-awtorizzazzjoni fuq il-liċenzja jew iċ-ċertifikat.

ARA.FCL.220    Proċedura għall-ħruġ mill-ġdid ta’ liċenzja ta’ bdot

(a) L-awtorità kompetenti għandha toħroġ mill-ġdid liċenzja kull meta jkun meħtieġ għal raġunijiet amministrattivi u:

(1) wara l-ħruġ inizjali tal-klassifikazzjoni; jew

(2) meta l-paragrafu XII tal-liċenzja stabbilita fl-Appendiċi I għal din il-Parti jimtela u ma jibqax aktar spazju.

(b) Klassifikazzjonijiet u ċertifikati validi biss għandhom jiġu trasferiti lid-dokument tal-liċenzja l-ġdida.

ARA.FCL.250    Limitazzjoni, sospensjoni jew revoka ta’ liċenzji, klassifikazzjonijiet u ċertifikati

(a) L-awtorità kompetenti għandha tillimita, tissospendi jew tirrevoka, skont kif ikun applikabbli, liċenzja ta’ bdot u l-klassifikazzjonijiet jew iċ-ċertifikati assoċjati skont ARA.GEN.315, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin (iżda mhux fihom biss):

(1) il-kisba ta’ liċenzja ta’ bdot, klassifikazzjoni jew ċertifikat bil-falsifikazzjoni tad-dokumenti ppreżentati;

(2) il-falsifikazzjoni tal-ġurnal ta’ abbord u tar-rekords tal-liċenzji jew taċ-ċertifikati;

(3) id-detentur tal-liċenzja ma jkunx għadu iżjed konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-Parti-FCL;

(4) l-eżerċizzju tal-privileġġi ta’ liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat meta jkun fis-sakra jew taħt l-influwenza tad-drogi;

(5) in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-operat applikabbli;

(6) evidenza ta’ prattika ħażina jew ta’ użu qarrieqi taċ-ċertifikat; or

(7) prestazzjoni mhux aċċettabbli fi kwalunkwe fażi tad-dmirijiet jew responsabbiltajiet tal-eżaminatur tat-titjir.

(b) L-awtorità kompetenti tista’ wkoll tillimita, tissospendi jew tirrevoka liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat fuq talba bil-miktub tad-detentur tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat.

(c) It-testijiet tal-ħila, il-verifiki tal-profiċjenza jew il-valutazzjonijiet tal-kompetenza kollha li jsiru waqt is-sospensjoni jew wara r-revoka ta’ ċertifikat ta’ eżaminatur ma jibqgħux validi.

TAQSIMA III

Eżamijiet tal-għarfien teoriku

ARA.FCL.300    Proċeduri tal-eżami

(a) L-awtorità kompetenti għandha ddaħħal fis-seħħ l-arranġamenti u l-proċeduri meħtieġa li jippermettu lill-applikanti joqogħdu għall-eżamijiet tal-għarfien teoriku skont ir-rekwiżiti applikabbli tal-Parti-FCL.

(b) Fil-każ ta’ ATPL, MPL, liċenzja ta’ bdot kummerċjali (CPL), u l-klassifikazzjonijiet ta’ strument, dawk il-proċeduri għandhom ikunu konformi ma’ dawn kollha li ġejjin:

(1) L-eżamijiet iridu jsiru bil-kitba jew fuq il-kompjuter.

(2) Il-mistoqsijiet tal-eżami jintgħażlu mill-awtorità kompetenti, skont metodu komuni li jippermetti l-kopertura tas-sillabu kollu f’kull suġġett, mill-Bank Ċentrali Ewropew tal-Mistoqsijiet (ECQB). L-ECQB huwa bażi tad-dejta ta’ mistoqsijiet b’aktar minn għażla waħda (multiple choice) li jinżamm mill-Aġenzija.

(3) L-eżami fil-komunikazzjonijiet jista’ jsir separatament minn dawk tas-suġġetti l-oħra. Applikant li jkun diġà għadda minn wieħed jew miż-żewġ eżamijiet tal-komunikazzjoni skont ir-regoli tat-titjir viżwali (VFR) u r-regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR) m’għandux jerġa’ jiġi eżaminat fit-taqsimiet rilevanti.

(c) L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-applikanti dwar l-ilsna disponibbli għall-eżamijiet.

(d) L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri xierqa biex tiżgura l-integrità tal-eżamijiet.

(e) Jekk l-awtorità kompetenti ssib li l-applikant ma jkunx konformi mal-proċeduri tal-eżamijiet waqt l-eżami, din għandha tiġi vvalutata bil-ħsieb li twaħħal lill-applikant, jew fl-eżami ta’ suġġett wieħed jew inkella fl-eżamijiet kollha.

(f) L-awtorità kompetenti għandha tipprojbixxi lill-applikanti li jkunu nqabdu jqarrqu milli jagħmlu aktar eżamijiet għal perjodu ta’ mill-inqas 12-il xahar mid-data tal-eżami li fiha dawn inqabdu jqarrqu.

SUBPARTI CC

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI MARBUTIN MAL-EKWIPAĠĠ TAL-KABINA

TAQSIMA I

Attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina

ARA.CC.100    Proċeduri għall-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina

(a) L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri għall-ħruġ, għaż-żamma tar-rekords u għas-superviżjoni tal-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina skont ARA.GEN.315, ARA.GEN.220 u ARA.GEN.300, rispettivament.

(b) L-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina għandhom jinħarġu billi jintuża l-format u l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi II għal din il-Parti:

jew

(1) mill-awtorità kompetenti;

u/jew, jekk deċiż minn Stat Membru

(2) minn organizzazzjoni approvata biex tagħmel dan mill-awtorità kompetenti.

(c) L-awtorità kompetenti għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku:

(1) liema korp(i) joħroġ/joħorġu attestazzjoniiet tal-ekwipaġġ tal-kabina fit-territorju tagħha; u

(2) jekk l-organizzazzjonijiet ikollhom l-approvazzjoni, il-lista ta’ tali organizzazzjonijiet.

ARA.CC.105    Sospensjoni jew revoka tal-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina

L-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri skont ARA.GEN.355, inkluża s-sospensjoni jew ir-revoka ta’ attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina, tal-inqas fil-każijiet li ġejjin:

(a) in-nuqqas ta’ konformità mal-Parti-CC jew mar-rekwiżiti applikabbli tal-Parti-ORO u l-Parti-CAT, fejn tkun ġiet stabbilita problema ta’ sikurezza;

(b) il-kisba jew iż-żamma tal-validità tal-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina bil-falsifikazzjoni tad-dokumenti mressqa bħala evidenza;

(c) l-eżerċizzju tal-privileġġi tal-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina meta dan ikun ġie affettwat b’mod ħażin bl-alkoħol jew bid-drogi; and

(d) evidenza ta’ prattika ħażina jew ta’ użu qarrieqi tal-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina.

TAQSIMA II

Organizzazzjonijiet li jipprovdu taħriġ għall-ekwipaġġ tal-kabina jew li joħorġu attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina

ARA.CC.200    Approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet biex jipprovdu taħriġ għall-ekwipaġġ tal-kabina jew biex joħorġu attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina

(a) Qabel ma toħroġ approvazzjoni lil organizzazzjoni ta’ taħriġ jew lil operatur ta’ trasport kummerċjali bl-ajru biex jipprovdu taħriġ lill-ewkipaġġ tal-kabina, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li:

(1) l-imġiba, is-sillabi u l-programmi assoċjati tal-korsijiet tat-taħriġ ipprovduti mill-organizzazzjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti rilevanti tal-Parti-CC;

(2) l-apparat tat-taħriġ użat mill-organizzazzjoni jkun jirrappreżenta b’mod realistiku l-ambjent tal-kompartiment tal-passiġġieri tat-tip(i) ta’ inġejnu/i tal-ajru kif ukoll il-karatteristiċi tekniċi tal-apparat li jrid jitħaddem mill-ekwipaġġ tal-kabina; u

(3) il-ħarrieġa u l-għalliema li jagħtu s-sessjonijiet ta’ taħriġ ikollhom l-esperjenza meħtieġa u jkunu kkwalifikati fis-suġġett tat-taħriġ li jiġi kopert.

(b) Jekk, fi Stat Membru, l-organizzazzjonijiet jista’ jkollhom l-approvazzjoni biex joħorġu attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina, l-awtorità kompetenti għandha tagħti tali approvazzjonijiet biss lill-organizzazzjonijiet li jkunu konformi mar-rekwiżiti f’(a). Qabel ma tagħti tali approvazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha:

(1) tivvaluta l-kapaċità u l-affidabbiltà tal-organizzazzjoni biex twettaq il-kompiti relatati;

(2) tiżgura li l-organizzazzjoni tkun stabbiliet proċeduri dokumentati għall-prestazzjoni tal-kompiti relatati, inkluż għall-eżamijiet li jiġu ppreparati minn impjegati kwalifikati għal dan il-għan u li jkunu liberi minn kull kunflitti ta’ interess, kif ukoll għall-ħruġ ta’ attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina skont AR.GEN.315 u ARA.CC. 100(b); u

(3) titlob lill-organizzazzjoni tipprovdi informazzjoni u dokumentazzjoni marbuta mal-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina li toħroġ u d-detenturi tagħhom, skont kif ikun rilevanti għall-awtorità kompetenti biex twettaq il-kompiti taż-żamma tar-rekords, is-superviżjoni u l-infurzar tagħha.

SUBPARTI ATO

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI MARBUTIN MAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ TAĦRIĠ APPROVATI (ATOs)

TAQSIMA I

Ġenerali

ARA.ATO.105    Programm ta’ superviżjoni

Il-programm ta’ superviżjoni għall-ATOs għandu jinkludi s-sorveljanza tal-istandards tal-kors, inkluż it-teħid ta’ kampjuni fuq it-titjiriet ta’ taħriġ mal-istudenti, jekk ikun xieraq għall-inġeju tal-ajru użat.

ARA.ATO.120    Żamma tar-rekords

Apparti r-rekords meħtieġa f’ARA.GEN.220, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi fis-sistema tagħha ta’ żamma tar-rekords, dettalji dwar il-korsijiet ipprovduti mill-ATO, u jekk ikun japplika, ir-rekords li jirrigwardaw l-FSTDs użati għat-taħriġ.

SUBPARTI FSTD

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI MARBUTIN MAL-KWALIFIKI TA’ APPARAT TA’ TAĦRIĠ TA’ SIMULAZZJONI TAT-TITJIR (FSTDs)

TAQSIMA I

Ġenerali

ARA.FSTD.100    Proċedura ta’ evalwazzjoni inizjali

(a) Meta tirċievi applikazzjoni għal ċertifikat kwalifika ta’ FSTD, l-awtorità kompetenti għandha:

(1) tevalwa l-FSTD imressaq għall-evalwazzjoni inizjali jew biex jiġi aġġornat abbażi tal-kwalifika applikabbli;

(2) tivvaluta l-FSTD f’dawk l-oqsma li huma essenzjali sabiex jitlesta t-taħriġ ta’ membru tal-ekwipaġġ tal-kabina, l-ittestjar u l-proċess ta’ verifika, skont kif applikabbli;

(3) twettaq testijiet oġġettivi, suġġettivi u tal-funzjonijiet abbażi tal-kwalifika, u tirrevedi r-riżultati ta’ dawk it-testijiet biex tistabbilixxi l-gwida għat-test tal-kwalifika (QTG); u

(4) tivverifika jekk l-organizzazzjoni li tħaddem il-FSTD tkunx konformi mar-rekwiżiti applikabbli. Dan ma japplikax għall-evalwazzjoni inizjali tal-apparat ta’ taħriġ fl-istrumenti bażiċi (BITDs).

(b) L-awtorità kompetenti għandha biss tapprova l-QTG wara li titlesta l-evalwazzjoni inizjali tal-FSTD u meta d-diskrepanzi kollha fil-QTG ikunu ġew indirizzati għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti. Il-QTG li tirriżulta mill-proċedura ta’ evalwazzjoni inizjali għandha tkun il-QTG prinċipali (MQTG), li għandha tkun il-bażi għall-kwalifika tal-FSTD u l-evalwazzjonijiet tal-FSTD rikorrenti li jsiru wara.

(c) Bażi tal-kwalifika u kundizzjonijiet speċjali.

(1) L-awtorità kompetenti tista’ tippreskrivi kundizzjonijiet speċjali għall-bażi tal-kwalifika ta’ FSTD meta r-rekwiżiti ta’ ORA.FSTD.210(a) jiġu sodisfati u meta jintwera li l-kundizzjonijiet speċjali jiżguraw livell ta’ sikurezza ekwivalenti għal dak stabbilit fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli.

(2) Meta l-awtorità kompetenti, jekk mhux l-Aġenzija, tkun stabbiliet kundizzjonijiet speċjali għall-bażi tal-kwalifika ta’ FSTD, għandha tinnotifika mingħajr dewmien żejjed lill-Aġenzija dwar dan. In-notifikazzjoni għandha tkun akkumpanjata b’deskrizzjoni sħiħa tal-kundizzjonijiet speċjali preskritti, u b’valutazzjoni tas-sikurezza li turi li ntlaħaq livell ekwivalenti ta’ sikurezza għal dak stabbilit fl-Ispeċifikazzjoni taċ-Ċertifikazzjoni applikabbli.

ARA.FSTD.110    Ħruġ ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD

(a) Wara li tintemm evalwazzjoni tal-FSTD, u meta tkun sodisfatta li l-FSTD jilħaq il-bażi applikabbli ta’ kwalifika skont ORA.FSTD.210 u li l-organizzazzjoni li toperah tilħaq ir-rekwiżiti applikabbli biex iżżomm il-kwalifika tal-FSTD skont ORA.FSTD.100, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ iċ-ċertifikat ta’ kwalifika tal-FSTD b’dewmien mhux limitat, bl-użu tal-formola stabbilita fl-Appendiċi IV għal din il-Parti.

ARA.FSTD.115    Kwalifika intermedja tal-FSTD

(a) Fil-każ tal-introduzzjoni ta’ programmi ta’ inġejni tal-ajru ġodda, meta l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’din is-Subparti għall-kwalifika ta’ FSTD ma tkunx possibbli, l-awtorità kompetenti tista’ toħroġ livell ta’ kwalifika tal-FSTD intermedja.

(b) Għas-simulaturi ta’ titjira sħiħa (FFS), livell ta’ kwalifika intermedja għandu jingħata biss fil-livelli A, B jew C.

(c) Dan il-livell tal-kwalifika intermedja għandu jkun validu sakemm ikun jista’ jinħareġ livell ta’ kwalifika aħħari u, fi kwalunkwe każ, m’għandux jaqbeż it-tliet snin.

AR.FSTD.120    Tkomplija ta’ kwalifika tal-FSTD

(a) L-awtorità kompetenti għandha timmonitorja kontinwament l-organizzazzjoni li topera l-FSTD, biex tivverifika li:

(1) is-sett sħiħ ta’ testijiet fl-MQTG jerġa’ jsir progressivament tul perjodu ta’ 12-il xahar;

(2) ir-riżultati ta’ valutazzjonijiet rikorrenti jibqgħu konformi mal-istandards tal-kwalifika u huma ddatati u miżmuma; u

(3) ikun hemm fis-seħħ sistema ta’ kontroll tal-konfigurazzjoni sabiex tiżgura l-integrità kontinwa tal-ħardwer u s-softwer tal-FSTD ikkwalifikat.

(b) L-awtorità kompetenti għandha twettaq l-evalwazzjonijiet rikorrenti tal-FSTD skont il-proċeduri ddettaljati f’ARA.FSTD.100. Dawn l-evalwazzjonijiet għandhom isiru:

(1) kull sena, fil-każ ta’ simulatur ta’ titjira sħiħa (FFS), apparat ta’ taħriġ tat-titjir (FTD) jew ħarrieġ għall-proċeduri ta’ titjir u ta’ navigazzjoni (FNPT); il-bidu ta’ kull perjodu rikorrenti ta’ 12-il xahar ikun id-data tal-kwalifika inizjali. L-evalwazzjoni rikorrenti ta’ FSTD għandha ssir fi żmien 60 ġurnata qabel it-tmiem ta’ dan il-perjodu ta’ evalwazzjoni rikorrenti ta’ 12-il xahar;

(2) kull 3 snin, fil-każ ta’ BITD.

ARA.FSTD.130    Tibdiliet

(a) Kif tirċievi applikazzjoni għal kwalunkwe bidla għaċ-ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD, l-awtorità kompetenti għandha tikkonforma mal-elementi applikabbli tar-rekwiżiti tal-proċedura tal-evalwazzjoni inizjali kif deskritt f’ARA.FSTD.100(a) u (b).

(b) L-awtorità kompetenti tista’ tagħmel evalwazzjoni speċjali wara bidliet kbar, jew meta l-FSTD ikun jidher li ma jkunx qed jagħti prestazzjoni fil-livell ta’ kwalifika inizjali tiegħu.

(c) L-awtorità kompetenti għandha dejjem tagħmel evalwazzjoni speċjali qabel ma tagħti livell ogħla ta’ kwalifika lil FSTD.

ARA.FSTD.135    Sejbiet u azzjonijiet korrettivi – ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD

L-awtorità kompetenti għandha tillimita, tissospendi jew tirrevoka, skont kif ikun applikabbli, ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD skont ARA.GEN.350 fiċ-ċirkostanzi li ġejjin (iżda mhux fihom biss):

(a) il-kisba ta’ ċertifikat ta’ FSTD bil-falsifikazzjoni tad-dokumenti mressqa bħala evidenza;

(b) l-organizzazzjoni li topera l-FSTD ma tkunx tista’ turi aktar li l-FSTD huwa konformi mal-bażi tal-kwalifika tiegħu; or

(c) l-organizzazzjoni li topera l-FSTD ma tibqax konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-Parti-ORA.

ARA.FSTD.140    Żamma tar-rekords

Apparti r-rekords meħtieġa f’ARA.GEN.220, l-awtorità kompetenti għandha żżomm u taġġorna lista tal-FSTDs ikkwalifikati taħt is-superviżjoni tagħha, id-dati ta’ meta jridu jsiru l-valutazzjonijiet, u ta’ meta dawk il-valutazzjonijiet ikunu saru.

SUBPARTI AeMC

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI MARBUTIN MAĊ-ĊENTRI AJRUMEDIĊI (AeMCs)

TAQSIMA I

Ġenerali

AR.AeMC.110    Proċedura ta’ ċertifikazzjoni inizjali

Il-proċedura ta’ ċertifikazzjoni għal AeMC għandha ssegwi d-dispożizzjonijiet stabbiliti f’ARA.GEN.310.

AR.AeMC.150    Sejbiet u azzjonijiet korrettivi - AeMC

Mingħajr ħsara għal ARA.GEN.350, sejbiet tal-livell 1 jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawn li ġejjin:

(a) in-nuqqas li jinħatar kap tal-AeMC;

(b) in-nuqqas li tkun żgurata l-kunfidenzjalità medika tar-rekords ajrumediċi; u

(c) in-nuqqas li l-awtorità kompetenti tiġi pprovduta bid-dejta medika u statistika għall-finijiet tas-superviżjoni.

SUBPARTI MED

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI MARBUTIN MAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI AJRUMEDIKA

TAQSIMA I

Ġenerali

ARA.MED.120    Assessuri mediċi

L-awtorità kompetenti għandha taħtar assessur mediku wieħed jew aktar biex iwettqu l-kompiti deskritti f’din it-Taqsima. L-assessur mediku għandu jkun liċenzjat u kkwalifikat fil-mediċina, u għandu jkollu:

(a) esperjenza ta’ xogħol postgradwat fil-mediċina ta’ mill-inqas 5 snin;

(b) għarfien speċifiku u esperjenza fil-mediċina tal-avjazzjoni; u

(c) taħriġ speċifiku fiċ-ċertifikazzjoni medika.

ARA.MED.125    Riferiment lill-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji

Meta AeMC, jew eżaminatur ajrumediku (AME), ikun irrefera d-deċiżjoni dwar l-adegwatezza medika ta’ applikant lill-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji:

(a) l-assessur mediku jew il-persunal mediku maħturin mill-awtorità kompetenti għandhom jevalwaw id-dokumentazzjoni medika rilevanti, u jitolbu aktar dokumentazzjoni, eżamijiet u testijiet mediċi fejn ikun meħtieġ; u

(b) l-assessur mediku għandu jiddetermina l-adegwatezza medika tal-applikant għall-ħruġ ta’ ċertifikat mediku b’limitazzjoni waħda jew aktar, skont kif ikun meħtieġ.

▼M3

ARA.MED.130    Format taċ-ċertifikat mediku

Iċ-ċertifikat mediku għandu jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

(a) Kontenut

(1) Stat fejn inħarġet il-liċenzja ta’ bdot jew saret l-applikazzjoni għaliha (I),

(2) Klassi taċ-ċertifikat mediku (II),

(3) Numru taċ-ċertifikat, li jibda bil-kodiċi tal-pajjiż tan-NU tal-Istat fejn inħarġet il-liċenzja ta’ bdot jew saret applikazzjoni għaliha, segwit b’kodiċi ta’ numri Għarab u/jew ittri Latini (III),

(4) Isem id-detentur (IV),

(5) Nazzjonalità tad-detentur (VI),

(6) Data tat-twelid tad-detentur: (jj/xx/ssss) (XIV),

(7) Firma tad-detentur (VII),

(8) Limitazzjoni(jiet) (XIII),

(9) Data ta’ skadenza taċ-ċertifikat mediku (IX) għal:

(i) Operazzjonijiet kummerċjali li jġorru l-passiġġieri bi bdot wieħed tal-Klassi 1,

(ii) operazzjonijiet kummerċjali oħra tal-Klassi 1,

(iii) Klassi 2,

(iv) LAPL

(10) Data tal-eżami mediku

(11) Data tal-aħħar elettrokardjogramma

(12) Data tal-aħħar awdjogramma

(13) Data tal-ħruġ u firma tal-AME jew tal-assessur mediku li ħareġ iċ-ċertifikat. Jista’ jiżdied GMP f’dan l-ispazju jekk ikollu l-kompetenza li joħroġ ċertifikati mediċi skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun inħarġet il-liċenzja.

(14) Siġill jew timbru (XI)

(b) Materjal: Għajr f'każ ta’ LAPL maħruġ minn GMP, il-karta jew materjal ieħor użat għandhom jipprevjenu jew juru mill-ewwel kwalunkwe alterazzjoni jew tħassir. Kull żieda jew tħassir fuq il-formola għandhom ikunu awtorizzatat biċ-ċar mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja.

(c) Lingwa: Iċ-ċertifikati għandhom jinkibtu bil-lingwa/i nazzjonali, bl-Ingliż, u b’lingwi oħra meqjusa xierqa għal dan il-għan mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja.

(d) Id-dati kollha fuq iċ-ċertifikat mediku għandhom jinkitbu fil-format jj/xx/ssss.

▼M1

ARA.MED.135    Formoli ajrumediċi

L-awtorità kompetenti għandha tuża l-formoli li ġejjin:

(a) il-formola tal-applikazzjoni għal ċertifikat mediku;

(b) il-formola tar-rapport tal-eżami għall-applikanti tal-klassi 1 u l-klassi 2; u

(c) il-formola tar-rapport tal-eżami għall-applikanti ta’ liċenzja ta’ bdot ta’ inġejnu tal-ajru żgħir (LAPL).

ARA.MED.145    Notifika tal-GMP lill-awtorità kompetenti

L-awtorità kompetenti, fejn applikabbli, għandha tistabbilixxi proċess ta’ notifikazzjoni għat-tobba mediċi ġenerali (GMPs) sabiex ikun żgurat li l-GMP ikun jaf ir-rekwiżiti mediċi stabbiliti f’MED.B.095.

ARA.MED.150    Żamma tar-rekords

(a) Apparti r-rekords meħtieġa f’ARA.GEN.220, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi fis-sistema ta’ żamma tar-rekords tagħha dettalji tal-eżamijiet ajrumediċi u l-valutazzjonijiet imressqa mill-AMEs, l-AeMCs jew il-GMPs.

(b) Ir-rekords ajrumediċi kollha tad-detenturi ta’ liċenzja għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta’ 10 snin wara li jkun skada l-aħħar ċertifikat mediku tagħhom.

(c) Għall-finijiet tal-assessjar ajrumediku u l-istandardizzazzjoni, ir-rekords ajrumediċi għandhom isiru disponibbli, bil-permess miktub tal-applikant/tad-detentur tal-liċenzja, għal:

(1) AeMC, AME jew GMP biex ikunu jistgħu jwettqu valutazzjoni ajrumedika;

(2) bord ta’ reviżjoni medika li jista’ jitwaqqaf mill-awtorità kompetenti għal reviżjoni sekondarja ta’ każijiet dubjużi;

(3) speċjalisti mediċi rilevanti biex ikunu jistgħu jagħmlu valutazzjoni ajrumedika;

(4) l-assessur mediku tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor għall-finijiet tas-superviżjoni kooperattiva;

(5) l-applikant/id-detentur ta’ liċenzja kkonċernat, fuq talba bil-miktub mingħandu; u

(6) wara d-disidentifikazzjoni tal-applikant/tad-detentur ta’ liċenzja lill-Aġenzija għall-finijiet ta’ standardizzazzjoni.

(d) L-awtorità kompetenti tista’ tqiegħed rekords ajrumediċi għad-dispożizzjoni għal finijiet oħra għajr dawk imsemmija f’(c), skont id-Direttiva 95/46/KR, kif implimentata fil-liġi nazzjonali.

(e) L-awtorità kompetenti għandha żżomm listi:

(1) tal-AMEs kollha li għandhom ċertifikat validu maħruġ mill-istess awtorità; u

(2) fejn applikabbli, tal-GMPs kollha li jaġixxu ta’ AMEs fit-territorju tagħhom.

Dawn il-listi għandhom jiġu żvelati lil Stati Membri oħra u lill-Aġenzija, fuq talba.

TAQSIMA II

Eżaminaturi ajrumediċi (AMEs)

ARA.MED.200    Proċedura għall-ħruġ, għall-validazzjoni mill-ġdid, għat-tiġdid jew għall-bdil ta’ ċeritifkat ta’ AME

(a) Il-proċedura ta’ ċertifikazzjoni għal AME għandha ssegwi d-dispożizzjonijiet stabbiliti f’ARA.GEN.315. Qabel ma toħroġ iċ-ċertifikat, l-awtorità kompetenti għandu jkollha evidenza li l-prattika ta’ AME hija mgħammra kompletament biex twettaq l-eżamijiet ajrumediċi fl-ambitu taċ-ċertifikat ta’ AME li għalih tkun saret l-applikazzjoni.

▼M3

(b) Meta tkun sodisfatta li l-AME hija konformi mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ, tivvalida mill-ġdid, iġġedded jew tibdel iċ-ċertifikat ta’ AME għal perjodu li ma jaqbiżx it-tliet snin, bil-formola stabbilita fl-Appendiċi VII għal din il-Parti.

▼M1

ARA.MED.240    Tobba mediċi ġenerali (GMPs) li jaġixxu ta’ AMEs

L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tinnotifika lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra jekk l-eżamijiet ajrumediċi għall-LAPL ikunu jistgħu jsiru fit-territorju tagħha mill-GMPs.

ARA.MED.245    Sorveljanza kontinwa tal-AMEs u l-GMPs

Meta tiżviluppa l-programm ta’ sorveljanza kontinwa msemmi f’ARA.GEN.305, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l-għadd ta’ AMEs u GMPs li jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom fit-territorju fejn l-awtorità kompetenti tkun qed teżerċita s-sorveljanza.

AR.MED.250    Limitazzjoni, sospensjoni jew revoka ta’ ċertifikat tal-AME

(a) L-awtorità kompetenti għandha tillimita, tissospendi jew tirrevoka ċertifikat tal-AME f’każijiet fejn:

(1) l-AME ma jkunx baqa’ konformi mar-rekwiżiti applikabbli;

(2) ma jkunux ġew issodisfati l-kriterji għaċ-ċertifikazzjoni jew iċ-ċertifikazzjoni kontinwa;

(3) ikun hemm nuqqasijiet fiż-żamma tar-rekords ajrumediċi jew sottomissjoni ta’ dejta jew informazzjoni skorretta;

(4) ikun hemm falsifikazzjoni tar-rekords, ċertifikati jew dokumentazzjoni mediċi;

(5) isir ħabi ta’ fatti rigward applikazzjoni għal ċertifikat mediku, jew rigward id-detentur tiegħu, jew isiru dikjarazzjonijiet jew rappreżentazzjonijiet foloz jew qarrieqa lill-awtorità kompetenti;

(6) is-sejbiet minn verifika tal-prattika ta’ AME ma jitranġawx; u

(7) fuq talba mill-AME ċċertifikat.

(b) Iċ-ċertifikat ta’ AME għandu jiġi revokat b’mod awtomatiku f’waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(1) ir-revoka ta’ liċenzja medika għall-prattika; jew

(2) it-tħassir mir-Reġistru Mediku.

AR.MED.255    Miżuri ta’ infurzar

Jekk, matul is-superviżjoni jew b’mezzi oħra, tinstab evidenza li turi nuqqas ta’ konformità minn AeMC, AME jew GMP, l-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji għandu jkollha proċess biex tirrevedi ċ-ċertifikati mediċi maħruġa minn dak l-AeMC, l-AME jew GMP, u tista’ tħassar il-validità tagħhom fejn ikun meħtieġ biex tiżgura s-sikurezza tat-titjir.

TAQSIMA III

Ċertifikazzjoni medika

ARA.MED.315    Reviżjoni tar-rapporti tal-eżamijiet

L-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandu jkollha proċess implimentat biex:

(a) tirrevedi r-rapporti tal-eżami u tal-valutazzjoni li tkun irċeviet mill-AeMCs, l-AMEs u l-GMPs, u tinfurmahom dwar kwalunkwe inkonsistenza jew żball li jkunu saru waqt il-proċess tal-valutazzjoni; u

(b) tgħin lill-AMEs u l-AeMCs fuq talba rigward id-deċiżjoni tagħhom dwar l-adegwatezza ajrumedika f’każijiet kontroversjali.

AR.MED.325    Proċedura ta’ reviżjoni sekondarja

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċedura għar-reviżjoni ta’ każijiet dubjużi u kontroversjali bl-involviment ta’ konsulenti mediċi indipendenti, li jkollhom l-esperjenza fil-prattika tal-mediċina tal-avjazzjoni, sabiex iqisu u jagħtu parir dwar l-adegwatezza ta’ applikant għal ċertifikazzjoni medika.

▼M4

ARA.MED. 330    Ċirkostanzi mediċi speċjali

(a) Meta teknoloġija medika, mediċina jew proċeduri ġodda jkunu identifikati li jistgħu jiġġustifikaw valutazzjoni tal-istat ta' applikanti b'mod ieħor li mhux konformi mar-rekwiżiti, tista' ssir riċerka biex tinġabar evidenza dwar l-eżerċitar sigur tal-privileġġi tal-liċenzja.

(b) Sabiex tagħmel riċerka, awtorità kompetenti, b'kooperazzjoni ma' tal-anqas awtorità kompetenti oħra, tista' tiżviluppa u tevalwa protokoll ta' evalwazzjoni medika li abbażi tiegħu dawn l-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu numru definit ta' ċertifikati mediċi tal-bdoti bil-limitazzjonijiet adatti.

(c) L-AeMCs u l-AMEs jistgħu biss joħorġu ċertifikati mediċi abbażi ta' protokoll ta' riċerka jekk jingħataw struzzjonijiet biex jagħmlu dan mill-awtorità kompetenti.

(d) Il-protokoll għandu jiġi miftiehem bejn l-awtoritajiet kompetenti konċernati u għandu jinkludi bħala minimu:

(1) valutazzjoni tar-riskju;

(2) analiżi tal-letteratura u evalwazzjoni li jipprovdi evidenza li l-ħruġ ta' ċertifikat mediku skont il-protokoll ta' riċerka ma jipperikolax l-eżerċitar sigur tal-privileġġi tal-liċenzja;

(3) kriterji ta' għażla dettaljati għall-bdoti sabiex jiġu ammessi għall-protokoll;

(4) il-limitazzjonijiet li ser jiġu approvati fuq iċ-ċertifikat mediku;

(5) il-proċeduri ta' monitoraġġ li għandhom jiġu implimentati mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;

(6) id-determinazzjoni ta' punti tat-tmiem għal tmiem il-protokoll.

(e) Il-Protokoll għandu jkun konformi ma' prinċipji etiċi rilevanti.

(f) L-eżerċitar tal-privileġġi tal-liċenzja minn detenturi ta' liċenzja b'ċertifikat mediku maħruġ fuq il-bażi tal-Protokoll għandhom ikunu ristretti għal titjiriet b'inġenji tal-ajru rreġistrati fl-Istati Membri involuti fil-protokoll ta' riċerka. Din ir-restrizzjoni għandha tiġi indikata fuq iċ-ċertifikat mediku.

(g) L-awtoritajiet kompetenti li jipparteċipaw għandhom:

(1) jipprovdu lill-Aġenzija:

(i) il-protokoll tar-riċerka qabel l-implimentazzjoni;

(ii) id-dettalji u l-kwalifiki tal-punt fokali nominat ta' kull awtorità kompetenti parteċipanti;

(iii) rapporti dokumentati ta' evalwazzjonijiet regolari tal-effettività tiegħu;

(2) jipprovdu l-AeMCs u l-AMEs fil-ġurisdizzjoni tagħhom b'dettalji tal-protokoll qabel l-implimentazzjoni għall-informazzjoni tagħhom.

▼M4




Appendiċi I

Liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira

Il-liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira maħruġa minn Stat Membru skont il-Parti-FCL għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

(a) Il-kontenut. In-numru tal-element indikat għandu jkun dejjem stampat b'rabta mal-intestatura tal-element. L-elementi I sa XI huma “permanenti”, u l-elementi XII sa XIV huma elementi “varjabbli” li jistgħu jidhru fuq folja separata jew li tista' tinqala' minn mal-formola ewlenija. Kwalunkwe parti separata jew li tinqala' għandha tkun identifikata b'mod ċar bħala parti mil-liċenzja.

(1) Elementi permanenti:

(I) Stat li ħareġ il-liċenzja;

(II) titolu tal-liċenzja;

(III) numru tas-serje tal-liċenzja, li jibda bil-kodiċi tal-pajjiż tan-NU tal-Istat li ħareġ il-liċenzja, segwit mill-ittri “FCL” u kodiċi ta' numri Għarab u/jew ittri Latini;

(IV) isem id-detentur (b'kitba Latina, anke jekk il-kitba tal-lingwa/i nazzjonali mhijiex Latina);

(IVa) id-data tat-twelid

(V) indirizz tad-detentur;

(VI) nazzjonalità tad-detentur;

(VII) firma tad-detentur;

(VIII) awtorità kompetenti u, fejn meħtieġ, il-kundizzjonijiet li skonthom inħarġet il-liċenzja;

(IX) ċertifikazzjoni tal-validità u awtorizzazzjoni għall-privileġġi mogħtija;

(X) firma tal-uffiċċjal li joħroġ il-liċenzja u d-data tal-ħruġ; u

(XI) siġill jew timbru tal-awtorità kompetenti.

(2) Elementi varjabbli

(XII) klassifikazzjonijiet u ċertifikati: klassi, tip, ċertifikat ta' għalliem, eċċ., bid-dati ta' skadenza tagħhom. Il-privileġġi tar-radjutelefonija (R/T) jistgħu jidhru fuq il-formola tal-liċenzja jew fuq ċertifikat separat;

(XIII) rimarki: jiġifieri approvazzjonijiet speċjali marbutin ma' restrizzjonijiet u approvazzjonijiet għall-privileġġi, inklużi approvazzjonijiet tal-profiċjenza tal-lingwa u klassifikazzjonijiet għall-inġenji tal-ajru tal-Anness II meta jintużaw għat-trasport kummerċjali bl-arju; u

(XIV) kwalunkwe dettalji oħra meħtieġa mill-awtorità kompetenti (eż., il-post tat-twelid/il-post tal-oriġini).

(b) Il-materjal. Il-karta jew materjal ieħor użat għandhom jipprevjenu jew juru mill-ewwel kwalunkwe alterazzjoni jew tħassir. Kull żieda jew tħassir fuq il-formola għandu jkun awtorizzat b'mod ċar mill-awtorità kompetenti.

(c) Il-lingwa. Il-liċenzji għandhom ikunu miktubin bil-lingwa/i nazzjonali, bl-Ingliż, u b'lingwi oħra meqjusa xierqa għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti.

Qoxra

image

Paġna 2

image

Paġna 3

image

Paġni addizzjonali — Rekwiżiti

Il-paġni 1, 2 u 3 tal-liċenzja għandhom ikunu konformi mal-format stabbilit fil-mudell f'dan il-punt. L-awtorità kompetenti għandha tinkludi paġni supplementari personalizzati li jkun fihom tabelli li għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

 Klassifikazzjonijiet, ċertifikati, approvazzjonijiet u privileġġi,

 Id-dati tal-iskadenza tal-klassifikazzjonijiet, il-privileġġi ta' ċertifikat tal-istruttur u l-eżaminatur,

 Dati tal-eżami jew il-kontroll,

 Rimarki u restrizzjonijiet (limitazzjonijiet operattivi),

 Oqsma għan-numru taċ-ċertifikat u l-firma tal-eżaminatur u/jew l-istruttur, skont kif ikun applikabbli,

 Taqsiriet.

Dawn il-paġni huma intiżi biex jintużaw mill-awtorità kompetenti jew minn eżaminaturi jew strutturi li jkunu awtorizzati b'mod speċifiku.

Kwistjonijiet tal-bidu rigward il-klassifikazzjonijiet jew iċ-ċertifikati għandhom jiddaħħlu mill-awtorità kompetenti. Il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta' klassifikazzjonijiet jew ċertifikati jista' jiddaħħal mill-awtorità kompetenti jew minn eżaminaturi jew strutturi li jkunu awtorizzati b'mod speċifiku.

Ir-restrizzjonijiet operattivi għandhom jitniżżlu taħt “Rimarki u Restrizzjonijiet” skont il-privileġġ ristrett xieraq, eż. eżami tal-ħiliet fl-IR imwettaq ma' kopilota, privileġġi ta' tagħlim ristretti għat-tip ta' inġenju tal-ajru 1.

Klassifikazzjonijiet li ma jkunux ivvalidati jistgħu jitneħħew mil-liċenzja mill-awtorità kompetenti.

▼M1




Appendiċi II GĦALL-ANNESS VI PARTI-ARA

Format standard tal-EASA għall-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina

L-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina maħruġa skont il-Parti-CC fi Stat Membru għandhom ikunu skont l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

image

Istruzzjonijiet:

▼M3

(a) L-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina għandha tinkludi l-punti kollha speċifikati fil-Formola 142 tal-EASA skont il-punti 1-12 kif elenkati u deskritti hawn taħt.

(b) Id-daqs għandu jkun jew 105mm × 74mm (1/8 A4) jew 85mm × 54mm, u l-materjal użat għandu jipprevjeni jew juri sew kwalunkwe modifiki jew tħassir.

▼M1

(c) Id-dokument għandu jkun stampat bl-Ingliż u f’lingwi oħra meqjusa xierqa għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti.

(d) Id-dokument għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti jew minn organizzazzjoni approvata biex toħroġ attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina. Fil-każ tal-aħħar, għandha titniżżel ir-referenza għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

(e) L-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina hija rikonoxxuta fl-Istati Membri kollha u mhux meħtieġ li d-dokument jiġi skambjat meta d-detentur ikun qed jaħdem fi Stat Membru ieħor.

Element 1

:

It-titolu “ATTESTAZZJONI TAL-EKWIPAĠĠ TAL-KABINA” u r-referenza għall-Parti-CC

Element 2

:

In-numru ta’ referenza tal-attestazzjoni għandu jibda bil-kodiċi tal-pajjiż tan-NU tal-Istat Membru segwit b’minn tal-inqas l-aħħar 2 ċifri tas-sena tal-ħruġ u referenza/numru individwali skont kodiċi stabbilit mill-awtorità kompetenti (eż., BE-08-xxxx).

Element 3

:

L-Istat Membru fejn tkun inħarġet l-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina.

Element 4

:

L-isem sħiħ (kunjom u isem) indikat fid-dokument tal-identità uffiċjali tad-detentur.

Elementi 5 u 6

:

Id-data u l-post tat-twelid kif ukoll in-nazzjonalità, kif indikati fid-dokument tal-identità uffiċjali tad-detentur.

Element 7

:

Il-firma tad-detentur.

▼M3

Element 8

:

Hawnhekk jitniżżlu d-dettalji tal-identifikazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun inħarġet l-attestazzjoni, u għandhom jiġu pprovduti l-isem sħiħ tal-awtorità kompetenti, l-indirizz postali, u s-siġill, it-timbru jew il- logo uffiċjali tagħha jekk applikabbli.

▼M4

Il-punt 9

:

Jekk l-awtorità kompetenti tkun l-entità li toħroġ l-attestazzjoni, għandhom jiddaħħlu t-terminu “awtorità kompetenti” u s-siġill, it-timbru jew il-logo uffiċjali. F'dan il-każ biss, l-awtorità kompetenti tista' tiddetermina jekk siġill uffiċjali, timbru jew logo uffiċjali għandux jiddaħħal ukoll taħt l-Intestatura 8.

▼M1

Element 10

:

Firma tal-uffiċċjal li jaġixxi f’isem l-entità li toħroġ l-attestazzjoni.

Element 11

:

Għandu jintuża format standard għad-data: jiġifieri jum/xahar/sena b’mod sħiħ (pereżempju, 22/02/2008).

Element 12

:

L-istess sentenza bl-Ingliż u t-traduzzjoni sħiħa u preċiża tagħha f’lingwi oħra meqjusa xierqa għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti.




Appendiċi III GĦALL-ANNESS VI PARTI-ARA

image

image




Appendiċi IV GĦALL-ANNESS VI PARTI-ARA

ĊERTIFIKAT TAL-KWALIFIKA TA’ APPARAT TA’ TAĦRIĠ TA’ SIMULAZZJONI TAT-TITJIR

Introduzzjoni

Il-Formola 145 tal-EASA għandha tintuża għaċ-ċertifikat tal-kwalifika ta’ FSTD. Dan id-dokument għandu jkun fih l-Ispeċifikazzjoni tal-FSTD, inklużi kwalunkwe limitazzjoni(jiet) u awtorizzazzjoni(jiet) jew approvazzjoni(jiet) speċjali meqjusa xierqa għall-FSTD ikkonċernat. Iċ-ċertifikat tal-kwalifika għandu jkun stampat bl-Ingliż u fi kwalunkwe lingwa/i oħra stabbilita/i mill-awtorità kompetenti.

L-FSTDs konvertibbli għandu jkollhom ċertifikat tal-kwalifika separat għal kull tip ta’ inġenju tal-ajru. Konfigurazzjonijiet differenti ta’ magni u tagħmir fuq FSTD wieħed ma jkunux jeħtieġu ċertifikati tal-kwalifika separati. Iċ-ċertifikati tal-kwalifika kollha għandu jkollhom numru tas-serje preċedut b’kodiċi ta’ ittri, li għandu jkun speċifiku għal dak l-FSTD. Il-kodiċi ta’ ittri għandu jkun speċifiku għall-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikat.

image

image

▼M3




Appendiċi V GĦALL-ANNESS VI PARTI-ARA

image

▼M1




Appendiċi VI GĦALL-ANNESS VI PARTI-ARA

▼M3

(PAĠNA VOJTA)

▼M1




Appendiċi VII GĦALL-ANNESS VI PARTI-ARA

image

image




ANNESS VII

REKWIŻITI TA’ ORGANIZZAZZJONI GĦALL-EKWIPAĠĠ TAL-AJRU

[PARTI-ORA]

SUBPARTI GEN

REKWIŻITI ĠENERALI

TAQSIMA I

Ġenerali

ORA.GEN.105    Awtorità kompetenti

(a) Għall-finijiet ta’ din il-Parti, l-awtorità kompetenti li teżerċita superviżjoni fuq:

(1) organizzazzjonijiet soġġetti għall-obbligu ta’ ċertifikazzjoni, għandha tkun:

(i) għal organizzazzjonijiet li l-post ewlieni tan-negozju tagħhom jinsab fi Stat Membru, l-awtorità maħtura mill-istess Stat Membru;

(ii) għal organizzazzjonijiet li l-post ewlieni tan-negozju tagħhom jinsab f’pajjiż terz, l-Aġenzija;

(2) l-FSTDs għandhom ikunu:

(i) l-Aġenzija, għal FSTDs:

 li jinsabu barra mit-territorju tal-Istati Membri, jew

 li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri u jiġu operati minn organizzazzjonijiet li l-post ewlieni tan-negozju tagħhom jinsab f’pajjiż terz;

(ii) għal FSTDs li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri u li jiġu operati minn organizzazzjonijiet li l-post ewlieni tan-negozju tagħhom jinsab fi Stat Membru, l-awtorità maħtura mill-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni li toperah ikollha l-post ewlieni tan-negozju tagħha, jew l-Aġenzija, jekk ikun mitlub hekk mill-Istat Membru kkonċernat.

(b) Jekk l-FSTD li jinsab barra mit-territorju tal-Istati Membri jiġi operat minn organizzazzjoni ċċertifikata minn Stat Membru, l-Aġenzija għandha tikkwalifika dan l-FSTD b’koordinazzjoni mal-Istat Membru li jkun iċċertifika l-organizzazzjoni li topera l-istess FSTD.

ORA.GEN.115    Applikazzjoni għal ċertifikat ta’ organizzazzjoni

(a) L-applikazzjoni għal ċertifikat ta’ organizzazzjoni jew emenda għal ċertifikat eżistenti għandha ssir b’forma u b’mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti, billi jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

(b) L-applikanti għal ċertifikat inizjali għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti bid-dokumenti li juru kif dawn se jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Tali dokumentazzjoni għandha tinkludi proċedura li tiddeskrivi kif il-bidliet li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel sejrin jiġu ġġestiti u nnotifikati lill-awtorità kompetenti.

ORA.GEN.120    Mezzi ta’ konformità

(a) Mezzi ta’ konformità alternattivi għall-AMC adottati mill-Aġenzija jistgħu jintużaw minn organizzazzjoni biex tistabbilixxi l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

(b) Fejn organizzazzjoni tkun tixtieq tuża mezz alternattiv ta’ konformità, qabel ma timplementah, għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti b’deskrizzjoni sħiħa tal-mezz alternattiv ta’ konformità. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi kwalunkwe reviżjoni fil-manwali jew fil-proċeduri li jistgħu jkunu rilevanti, kif ukoll valutazzjoni li turi li jintlaħqu r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

L-organizzazzjoni tista’ timplimenta dawn il-mezzi alternattivi ta’ konformità soġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti, u meta din tirċievi n-notifika kif previst f’ARA.GEN.120(d).

ORA.GEN.125    Termini tal-approvazzjoni u privileġġi ta’ organizzazzjoni

Organizzazzjoni ċċertifikata għandha tkun konformi mal-ambitu u l-privileġġi ddefiniti fit-termini tal-approvazzjoni mehmuża maċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni.

ORA.GEN.130    Bidliet fl-organizzazzjoni

(a) Kwalunkwe bidla li tolqot:

(1) l-ambitu taċ-ċertifikat jew it-termini tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni; jew

(2) kwalunkwe mill-elementi tas-sistema ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni kif meħtieġ f’ORA.GEN.200(a)(1) u (a)(2),

għandu jkollha l-approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti.

(b) Għal kwalunkwe bidla li teħtieġ l-approvazzjoni minn qabel skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, l-organizzazzjoni għandha tapplika għal approvazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti, u tiksibha. L-applikazzjoni għandha titressaq qabel ma ssir il-bidla, sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tiddetermina t-tkomplija tal-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, u sabiex temenda, jekk ikun meħtieġ, iċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni u t-termini tal-approvazzjoni relatati mehmuża miegħu.

L-organizzazzjoni għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti.

Il-bidla għandha tiġi implimentata biss meta l-organizzazzjoni tirċievi l-approvazzjoni formali mingħand l-awtorità kompetenti skont ARA.GEN.330.

L-organizzazzjoni għandha topera skont il-kundizzjonijiet preskritti mill-awtorità kompetenti matul il-bidliet, skont kif ikun applikabbli.

(c) Il-bidliet kollha li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel għandhom jiġu ttrattati u nnotifikati lill-awtorità kompetenti kif iddefinit fil-proċedura approvata mill-awtorità kompetenti skont ARA.GEN.310(c).

ORA.GEN.135    It-tkomplija tal-validità

(a) Iċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni għandu jibqa’ validu sakemm:

(1) l-organizzazzjoni tibqa’ konformi mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet relatati għat-trattament ta’ sejbiet kif speċifikat taħt ORA.GEN.150;

(2) l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-organizzazzjoni kif definit f’ORA.GEN.140 sabiex tiddetermina l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu; u

(3) iċ-ċertifikat ma jiġix ċedut jew revokat.

(b) Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintradd lura lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

ORA.GEN.140    Aċċess

Sabiex tiġi ddeterminata l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, l-organizzazzjoni għandha tagħti aċċess għal kwalunkwe faċilità, inġejnu tal-ajru, dokument, rekords, dejta, proċedura jew kwalunkwe materjal rilevanti ieħor għall-attività tagħha soġġetta għaċ-ċertifikazzjoni, kemm jekk b’kuntratt kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna awtorizzata minn:

(a) l-awtorità kompetenti ddefinita f’ORA.GEN.105; jew

(b) l-awtorità li taġixxi skont id-dispożizzjonijiet ta’ ARA.GEN.300(d), ARA.GEN.300(e) jew ARO.RAMP.

ORA.GEN.150    Sejbiet

Wara li tkun irċeviet notifika ta’ sejbiet, l-organizzazzjoni għandha:

(a) tidentifika l-kawża oriġinali tan-nuqqas ta’ konformità;

(b) tfassal pjan ta’ azzjoni korrettiva; u

(c) turi l-implimentazzjoni ta’ azzjoni korrettiva għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti f’perjodu miftiehem mal-awtorità kif definita f’ARA.GEN.350(d).

OR.GEN.155    Reazzjoni immedjata għal problema ta’ sikurezza

L-organizzazzjoni għandha timplimenta:

(a) kwalunkwe miżura ta’ sikurezza ordnata mill-awtorità kompetenti skont ARA.GEN.135(c); u

(b) kwalunkwe informazzjoni ta’ sikurezza obbligatorja maħruġa mill-Aġenzija, inklużi direttivi tal-ajrunavigabbiltà.

ORA.GEN.160    Rappurtar ta’ okkorrenza

(a) L-organizzazzjoni għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti, u lil kwalunkwe organizzazzjoni oħra li l-Istat tal-operatur jirrekjedi li tkun infurmata, kwalunkwe aċċident, inċident serju jew okkorrenza kif iddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) u fid-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ).

▼M2

(b) Bla ħsara għall-paragrafu (a), l-organizzazzjoni għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti u lill-organizzazzjoni responsabbli għad-disinn tal-inġenju tal-ajru dwar kwalunkwe inċident, ħsara teknika, difett tekniku, qbiż tal-limiti tekniċi jew okkorrenza li tista’ turi informazzjoni mhux korretta, mhix kompluta jew ambigwa inkluża fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 ( 8 ), jew dwar kwalunkwe ċirkostanza irregolari oħra li tkun ipperikolat, jew li setgħet tipperikola, it-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru iżda li ma tkunx wasslet għal aċċident jew inċident serju.

▼M1

(c) Mingħajr ħsara għar-Regolament (UE) Nru 996/2010, għad-Direttiva 2003/42/KE, għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 ( 9 ) u għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007 ( 10 ), ir-rapporti msemmija fil-paragrafi (a) u (b) għandhom isiru f’forma u f’mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti, u għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha pertinenti dwar il-kundizzjoni magħrufa mill-organizzazzjoni.

(d) Ir-rapporti għandhom isiru kemm jista’ jkun malajr, iżda dejjem fi żmien 72 siegħa minn mindu l-organizzazzjoni tkun identifikat il-kundizzjoni li r-rapport ikun jittratta dwarha, sakemm ċirkostanzi straordinarji ma jkunux jipprevjenu dan.

(e) Fejn rilevanti, l-organizzazzjoni għandha tipproduċi rapport ta’ segwiment biex tipprovdi d-dettalji tal-azzjonijiet li tkun beħsiebha tieħu biex tipprevjeni okkorrenzi simili fil-ġejjieni, hekk kif dawn l-azzjonijiet ikunu ġew identifikati. Dan ir-rapport għandu jsir b’forma u b’mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti.

TAQSIMA II

Ġestjoni

ORA.GEN.200    Sistema ta’ ġestjoni

(a) L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm sistema ta’ ġestjoni li tinkludi:

(1) linji ta’ responsabbiltà u kapaċità ta’ rendikont fl-organizzazzjoni definiti b’mod ċar, inkluż ir-rendikont dirett fir-rigward tas-sikurezza, min-naħa tal-maniġer responsabbli;

(2) deskrizzjoni tal-filosofiji u l-prinċipji ġenerali tal-organizzazzjoni fir-rigward tas-sikurezza, magħrufa bħala l-politika ta’ sikurezza;

(3) l-identifikazzjoni ta’ perikli għas-sikurezza tal-avjazzjoni li jistgħu jiġu kkawżati mill-attivitajiet tal-organizzazzjoni, il-valutazzjoni tagħhom u l-ġestjoni tar-riskji assoċjati, inkluż it-teħid ta’ azzjonijiet biex jittaffa r-riskju u biex tiġi vverifikata l-effiċjenza tagħhom;

(4) iż-żamma ta’ persunal imħarreġ u kompetenti biex jaqdi l-kompiti tiegħi;

(5) id-dokumentazzjoni tal-proċessi ewlenin kollha tas-sistema ta’ ġestjoni, inkluż proċess biex il-persunal ikun jaf ir-responsabbiltajiet tiegħu u l-proċedura biex jemenda din id-dokumentazzjoni;

(6) funzjoni biex tkun sorveljata l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti rilevanti. Is-sorveljanza tal-konformità għandha tinkludi sistema ta’ komunikazzjoni tas-sejbiet lill-maniġer responsabbli, sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijiet korrettivi skont kif ikun meħtieġ; u

(7) kwalunkwe rekwiżiti oħra previsti fis-subpartijiet rilevanti ta’ din il-Parti jew Partijiet applikabbli oħra.

(b) Is-sistema ta’ ġestjoni għandha tikkorrispondi għad-daqs tal-organizzazzjoni u n-natura u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, b’kunsiderazzjoni għall-perikli u r-riskji assoċjati inerenti f’dawn l-attivitajiet.

▼M4

(c) Minkejja l-punt (a), f'organizzazzjoni li tipprovdi taħriġ għal LAPL, PPL, SPL jew BPL biss u l-klassifikazzjonijiet jew iċ-ċertifikati assoċjati, il-ġestjoni tar-riskju tas-sikurezza u s-sorveljanza tal-konformità definita fil-punti (a)(3) u (a)(6) tista' ssir b'analiżi organizzattiva, li għandha ssir mill-inqas darba kull sena kalendarja. L-awtorità kompetenti għandha tiġi nnotifikata dwar ir-riżultati ta' din ir-reviżjoni mill-organizzazzjoni mingħajr dewmien żejjed.

▼M1

ORA.GEN.205    Attivitajiet kuntrattati

(a) L-attivitajiet kuntrattati jinkludu l-attivitajiet kollha fl-ambitu ta’ approvazzjoni tal-organizzazzjoni li jsiru minn organizzazzjoni oħra, li jew din tkun iċċertifikata biex teżegwihom, jew, jekk ma tkunx, topera taħt l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni kontraenti. L-organizzazzjoni għandha tiżgura li meta tikkuntratta jew tixtri kwalunkwe parti tal-attività tagħha, is-servizz jew prodott kuntrattat jew mixtri jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli.

(b) Fejn organizzazzjoni ċċertifikata tikkuntratta kwalunkwe parti mill-attività tagħha lil organizzazzjoni li ma tkunx iċċertifikata skont din il-Parti biex twettaq dik l-attività, l-organizzazzjoni kuntrattata għandha topera bl-approvazzjoni tal-organizzazzjoni kontraenti. L-organizzazzjoni kontraenti għandha tiżgura li l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-organizzazzjoni kuntrattata, biex tiddetermina t-tkomplija tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli.

ORA.GEN.210    Rekwiżiti dwar il-persunal

(a) L-organizzazzjoni għandha taħtar maniġer responsabbli, li jkollu l-awtorità biex jiżgura li l-attivitajiet kollha jkunu jistgħu jiġu ffinanzjati u eżegwiti skont ir-rekwiżiti applikabbli. Il-maniġer responsabbli għandu jkun responsabbli għall-istabbiliment u għaż-żamma ta’ sistema ta’ ġestjoni effettiva.

(b) Persuna jew grupp ta’ persuni għandhom jinħatru mill-organizzazzjoni, bir-responsabbiltà li jiżguraw li l-organizzazzjoni tibqa’ konformi mar-rekwiżiti applikabbli. Tali persuna/i għandha/għandhom fl-aħħar mill-aħħar taqa’/jaqgħu taħt l-awtorità tal-maniġer responsabbli.

(c) L-organizzazzjoni għandu jkollha biżżejjed persunal ikkwalifikat għall-kompiti u l-attivitajiet ippjanati li jridu jsiru skont ir-rekwiżiti applikabbli.

(d) L-organizzazzjoni għandha żżomm ir-rekords xierqa dwar l-esperjenza, il-kwalifiki u t-taħriġ, biex juru konformità mal-paragrafu (c).

(e) L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-persunal kollu jkun jaf ir-regoli u l-proċeduri rilevanti biex iwettaq dmirijietu.

ORA.GEN.215    Rekwiżiti dwar il-faċilitajiet

L-organizzazzjoni għandu jkollha faċilitajiet li jippermettu t-twettiq u l-ġestjoni tal-kompiti u l-attivitajiet kollha ppjanati skont ir-rekwiżiti applikabbli.

ORA.GEN.220    Żamma tar-rekords

(a) L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi sistema ta’ żamma tar-rekords li tippermetti l-ħażna adegwata u t-traċċabbiltà affidabbli tal-attivitajiet żviluppati kollha, li tkun tkopri b’mod partikulari l-elementi kollha indikati f’ORA.GEN.200.

(b) Il-format tar-rekords għandu jkun speċifikat fil-proċeduri tal-organizzazzjoni.

(c) Ir-rekords għandhom jinħażnu b’mod li jiżgura l-protezzjoni mill-ħsara, l-alterazzjoni u s-serq.

SUBPARTI ATO

ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ TAĦRIĠ APPROVATI

TAQSIMA I

Ġenerali

ORA.ATO.100    Ambitu

Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li jridu jintlaħqu mill-organizzazzjonijiet li jipprovdu taħriġ għal-liċenzji ta’ bdoti u klassifikazzjonijiet u ċertifikati relatati.

ORA.ATO.105    Applikazzjoni

(a) L-applikanti għall-ħruġ ta’ ċertifikat bħala organizzazzjoni ta’ taħriġ approvata (ATO) għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti bi:

(1) l-informazzjoni li ġejja:

(i) l-isem u l-indirizz tal-organizzazzjoni ta’ taħriġ;

(ii) id-data prevista għall-bidu tal-attività;

(iii) id-dettalji personali u l-kwalifiki tal-kap tat-taħriġ (HT), l-għalliem(a) tat-titjir, l-għalliema tat-taħriġ tas-simulazzjoni tat-titjir, u l-għalliem(a) tal-għarfien teoriku;

(iv) l-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tal-ajruport(i) u/jew tas-sit(i) tal-operat fejn se jsir it-taħriġ;

(v) lista tal-inġenji tal-ajru li ser jintużaw għat-taħriġ, inklużi l-grupp, il-klassi jew it-tip, ir-reġistrazzjoni, is-sidien u l-kategorija taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tagħhom, jekk applikabbli;

(vi) lista ta’ apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-tajran (FSTDs) li l-organizzazzjoni tat-taħriġ tkun beħsiebha tuża, jekk applikabbli;

(vii) it-tip ta’ taħriġ li l-organizzazzjoni tat-taħriġ tkun tixtieq tipprovdi u l-programm ta’ taħriġ korrispondenti; u

(2) il-manwali tal-operat u tat-taħriġ.

(b) Organizzazzjonijiet ta’ taħriġ ta’ prova tat-titjir. Minkejja (a)(1)(iv) u (v), l-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ li jipprovdu taħriġ ta’ prova tat-titjir iridu jipprovdu biss:

(1) l-isem/l-ismijiet u l-indirizz(i) tal-ajruporti ewlenin u/jew is-sit(i) tal-operat fejn se jsir it-taħriġ; u

(2) lista tat-tipi jew tal-kategoriji tal-inġenji tal-ajru li se jintużaw għat-taħriġ ta’ prova ta’ titjir.

(c) Fil-każ ta’ bidla fiċ-ċertifikat, l-applikanti għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti bil-partijiet rilevanti tal-informazzjoni u tad-dokumentazzjoni msemmija f’(a).

ORA.ATO.110    Rekwiżiti dwar il-persunal

(a) Għandu jinħatar HT. L-HT għandu jkollu esperjenza wiesgħa bħala għalliem fl-oqsma rilevanti għat-taħriġ ipprovdut mill-ATO, u għandu jkollu kapaċità maniġerjali soda.

(b) Ir-responsabbiltajiet tal-HT jinkludu:

(1) li jiżgura li t-taħriġ ipprovdut ikun konformi mal-Parti-FCL u, fil-każ ta’ taħriġ ta’ prova ta’ titjir, li r-rekwiżiti rilevanti tal-Parti-21 u l-programm tat-taħriġ ikunu ġew stabbiliti;

(2) li jiżgura l-integrazzjoni sodisfaċenti tat-taħriġ ta’ titjir f’inġenju tal-ajru jew b’apparat ta’ taħriġ bis-simulazzjoni tat-titjir (FSTD), kif ukoll tat-tagħlim tal-għarfien teoriku; u

(3) li jissorvelja l-progress tal-istudenti individwali.

(c) L-għalliema tal-għarfien teoriku għandu jkollhom:

(1) sfond prattiku fl-avjazzjoni, fl-oqsma rilevanti għat-taħriġ ipprovut, u jkunu temmew kors ta’ taħriġ fit-teknika tat-tagħlim; jew

(2) esperjenza minn qabel biex jagħtu tagħlim fl-għarfien teoriku, u sfond teoriku xieraq fis-suġġett li fih ikunu se jipprovdu tagħlim fl-għarfien teoriku.

(d) L-għalliema tat-titjir u l-għalliema tat-taħriġ bis-simulazzjoni tat-titjir għandu jkollhom il-kwalifiki meħtieġa skont il-Parti-FCL għat-tip ta’ taħriġ li jkunu qed jipprovdu.

ORA.ATO.120    Żamma tar-rekords

Ir-rekords li ġejjin għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta’ 3 snin wara li jkun intemm it-taħriġ:

(a) dettalji tat-taħriġ fuq l-art, tat-titjir, u tat-titjir simulat mogħti lil studenti individwali;

(b) rapporti tal-progress iddettaljati u regolari mill-għalliema li jinkludu valutazzjonijiet, u rapporti tal-progress regolari dwar it-titjiriet bi prova u l-eżamijiet ta’ fuq l-art; u

(c) tagħrif dwar il-liċenzji u l-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati assoċjati tal-istudenti, inklużi d-dati ta’ skadenza taċ-ċertifikati mediċi u tal-klassifikazzjonijiet.

ORA.ATO.125    Programm tat-taħriġ

(a) Għandu jiġi żviluppat programm tat-taħriġ għal kull tip ta’ kors offrut.

(b) Il-programm tat-taħriġ għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-Parti-FCL u, fil-każ ta’ taħriġ ta’ titjir bi prova, ir-rekwiżiti rilevanti tal-Parti-21.

ORA.ATO.130    Manwal tat-taħriġ u manwal tal-operat

(a) L-ATO għandha tistabbilixxi u żżomm manwal tat-taħriġ u manwal tal-operat, li jinkludu fihom tagħrif u istruzzjonijiet li jippermettu lill-pesunal iwettaq id-dmirijiet tiegħu u jkunu ta’ gwida lill-istudenti dwar kif għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-kors.

(b) L-ATO għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-persunal u, fejn ikun xieraq, għad-dispożizzjoni tal-istudenti, it-tagħrif inkluż fil-manwal tat-taħriġ, fil-manwal tal-operatt u fid-dokumentazzjoni ta’ approvazzjoni tal-ATO.

(c) Fil-każ ta’ ATOs li jipprovdu taħriġ ta’ titjir bi prova, il-manwal tal-operat għandu jkun konformi mar-rekwiżiti għall-manwal tal-operat tat-titjir bi prova, kif stabbilit fil-Parti-21.

(d) Il-manwal tal-operat għandu jistabbilixxi skemi ta’ limitazzjoni tal-ħin tat-titjir għall-għalliema tat-titjir, inklużi s-sigħat massimi ta’ titjir, is-sigħat massimi ta’ xift għat-titjir, u l-ħin minimu ta’ mistrieħ bejn ix-xiftijiet tat-tagħlim, skont il-Parti-ORO.

ORA.ATO.135    Inġenji tal-ajru u FSTDs għat-taħriġ

(a) L-ATO għandha tuża flotta adegwata ta’ inġenji tal-ajru jew FSTDs għat-taħriġ, li jkunu xierqa għall-korsijiet ta’ taħriġ ipprovduti.

(b) L-ATO għandha tipprovdi taħriġ fl-FSTDs biss wara li tkun uriet lill-awtorità kompetenti:

(1) l-adegwatezza tal-ispeċifikazzjonijiet tal-FSTD għall-programm ta’ taħriġ relatat;

(2) li l-FSTDs użati huma konformi mar-rekwiżiti rilevanti tal-Parti-FCL;

(3) fil-każ ta’ simulaturi tat-titjira sħiħa (FFSs), li l-FFS jirrappreżenta b’mod adegwat it-tip rilevanti ta’ inġenju tal-ajru; u

(4) li din ikollha fis-seħħ sistema biex tissorvelja b’mod adegwat il-bidliet fl-FSTD, u biex tiżgura li dawk il-bidliet ma jolqtux ħażin l-adegwatezza tal-programm ta’ taħriġ.

(c) Jekk inġenju tal-ajru użat għat-test tal-ħiliet ikun ta’ tip differenti mill-FFS użat għat-taħriġ tat-titjir viżiv, il-kreditu massimu għandu jiġi limitat għal dak allokat għall-ħarrieġ FNPT II għall-proċeduri ta’ titjir u navigazzjoni għall-ajruplani, u FNPT II/III għall-ħelikopters fil-programm ta’ taħriġ rilevanti tat-titjir.

(d) Organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tat-titjir bi prova. L-inġenji tal-ajru użati għat-taħriġ tat-titjir bi prova għandhom ikunu mgħammra b’mod adegwat bl-istrumenti għat-titjir bi prova, skont l-għan tat-taħriġ.

ORA.ATO.140    Ajruporti u siti tal-operat

Meta tipprovdi taħriġ tat-titjir abbord inġenju tal-ajru, l-ATO għandha tuża ajruporti jew siti tal-operat li jkollhom il-faċilitajiet u l-karatteristiċi xierqa li jippermettu t-taħriġ tal-manuvri rilevanti, filwaqt li tikkunsidra t-taħriġ ipprovdut u l-kategorija u t-tip ta’ inġenju tal-ajru użat.

▼M2

ORA.ATO.145    Prerekwiżiti għat-taħriġ

(a) L-ATO għandha tiżgura li l-istudenti jissodisfaw il-prerekwiżiti kollha għat-taħriġ stabbiliti fil-Parti-Medika, fil-Parti-FCL, u, jekk ikun applikabbli, kif definit fil-parti mandatorja tad-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(b) Fil-każ tal-ATOs li jipprovdu taħriġ ta’ titjir bi prova, l-istudenti għandhom jilħqu l-prerekwiżiti kollha għat-taħriġ stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012.

▼M1

ORA.ATO.150    Taħriġ f’pajjiżi terzi

Fejn l-ATO tkun approvata biex tipprovdi taħriġ għall-klassifikazzjoni tal-istrument (IR) f’pajjiżi terzi:

(a) il-programm tat-taħriġ għandu jinkludi titjir ta’ klimatizzazzjoni f’wieħed mill-Istati Membri qabel ma jsir it-test tal-ħiliet IR; u

(b) it-test tal-ħiliet IR għandu jsir f’wieħed mill-Istati Membri.

TAQSIMA II

Rekwiżiti oħra għall-ATOs li jipprovdu taħriġ għal CPL, MPL u ATPL u l-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati assoċjati

ORA.ATO.210    Rekwiżiti dwar il-persunal

(a)  Kap tat-taħriġ (HT). Għajr fil-każ ta’ ATOs li jipprovdu taħriġ ta’ titjir bi prova, l-HT maħtur għandu jkollu esperjenza wiesgħa fit-taħriġ bħala għalliem għal liċenzji ta’ bdot professjonali u klassifikazzjonijiet jew ċertifikati assoċjati.

(b)  Għalliem ewlieni tat-titjir (CFI). L-ATO li tipprovdi tagħlim fit-titjir għandha taħtar CFI responsabbli għas-superviżjoni tal-għalliema tat-taħriġ tat-titjir u tas-simulazzjoni tat-titjir, kif ukoll għall-istandardizzazzjoni ta’ kull tagħlim fit-titjir u fis-simulazzjoni tat-titjir. Is-CFI għandu jkollu l-ogħla liċenzja ta’ bdot professjonali u klassifikazzjonijiet assoċjati marbutin mal-korsijiet ta’ taħriġ fit-titjir li jkunu saru, u għandu jkollu ċertifikat ta’ għalliem bil-privileġġ li jgħallem f’tal-anqas kors ta’ taħriġ wieħed minn dawk ipprovduti.

(c)  Għalliem ewlieni tal-għarfien teoriku (CTKI). L-ATO li tipprovdi tagħlim fl-għarfien teoriku għandha taħtar CTKI responsabbli għas-superviżjoni tal-għalliema kollha tal-għarfien teoriku, kif ukoll għall-istandardizzazzjoni ta’ kull tagħlim tal-għarfien teoriku. Is-CTKI għandu jkollu esperjenza wiesgħa bħala għalliem tal-għarfien teoriku fl-oqsma rilevanti għat-taħriġ ipprovdut mill-ATO.

ORA.ATO.225    Programm tat-taħriġ

(a) Il-programm tat-taħriġ għandu jinkludi skeda tat-tagħlim prattiku u teoriku tat-titjir, imqassma skont il-ġimgħa jew il-fażi, kif ukoll lista ta’ eżerċizzji standard u sommarju tas-sillabu.

(b) Il-kontenut u s-sekwenza tal-programm tat-taħriġ għandhom jiġu speċifikati fil-manwal tat-taħriġ.

ORA.ATO.230    Manwal tat-taħriġ u manwal tal-operat

(a) Il-manwal tat-taħriġ għandu jsemmi l-istandards, l-għanijiet u l-miri tat-taħriġ għal kull fażi tat-taħriġ li l-istudenti għandhom ikunu konformi magħhom, u għandu jindirizza s-suġġetti li ġejjin:

 il-pjan tat-taħriġ,

 informazzjoni inizjali u eżerċizzji tal-ajru,

 it-taħriġ tat-titjir f’FSTD, jekk applikabbli,

 tagħlim teoriku.

(b) Il-manwal tal-operat għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti għal gruppi partikulari ta’ persunal, bħal għalliema tat-titjir, għalliema tat-taħriġ bis-simulazzjoni tat-titjir, għalliema tal-għarfien teoriku, persunal tal-operat u tal-manutenzjoni, u għandu jinkludi tagħrif dwar it-taħriġ ġenerali, tekniku, dwar ir-rotot u tal-persunal.

TAQSIMA III

Rekwiżiti oħra għall-ATOs li jipprovdu tipi speċifiċi ta’ taħriġ

Kapitolu 1

Kors tat-tagħlim mill-bogħod

ORA.ATO.300    Ġenerali

L-ATO tista’ tkun approvata biex torganizza programmi ta’ korsijiet modulari li jużaw it-tagħlim mill-bogħod fil-każijiet li ġejjin:

(a) korsijiet modulari ta’ tagħlim tal-għarfien teoriku;

(b) korsijiet ta’ tagħlim addizzjonali tal-għarfien teoriku għal klassifikazzjoni ta’ klassi jew tip; jew

(c) korsijiet ta’ tagħlim tal-għarfien teoriku ta’ qabel id-dħul li jkun approvat għall-ewwel klassifikazzjoni tat-tip għal ħelikopter b’iktar minn magna waħda.

ORA.ATO.305    Tagħlim fil-klassi

(a) Element ta’ tagħlim fil-klassi għandu jiġi inkluż fis-suġġetti kollha tal-korsijiet modulari b’tagħlim mill-bogħod.

(b) L-ammont ta’ ħin li wieħed iqatta’ fi klassi reali m’għandux ikun inqas minn 10 % tal-perjodu totali tal-kors.

(c) Għal dan il-għan, l-akkommodazzjoni fi klassi għandha tkun disponibbli jew fil-post prinċipali tan-negozju tal-ATO jew f’xi faċilità xierqa f’post ieħor.

ORA.ATO.310    Għalliema

L-għalliema kollha għandhom ikunu familjari sew mar-rekwiżiti tal-programm tal-kors ta’ tagħlim mill-bogħod.

Kapitolu 2

Taħriġ fil-ħin ta’ titjir żero

ORA.ATO.330    Ġenerali

(a) L-approvazzjoni għat-taħriġ fil-ħin ta’ titjir żero (ZFTT), kif speċifikat fil-Parti-FCL, għandu jingħata biss lil ATOs li jkollhom ukoll il-privileġġi li jwettqu operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru, jew lil ATOs li jkollhom arranġamenti speċifiċi ma’ operaturi tat-trasport kummerċjali bl-ajru.

(b) L-approvazzjoni għaż-ZFTT għandha tingħata biss jekk l-operatur ikollu mill-inqas 90 ġurnata esperjenza operattiva abbord it-tip ta’ ajruplan.

(c) Fil-każ ta’ ZFTT ipprovdut minn ATO li jkollha arranġament speċifiku ma’ operatur, ir-rekwiżit tad-90 ġurnata esperjenza operattiva ma japplikax jekk l-għalliem tal-klassifikazzjoni tat-tip (TRI(A)) involut fit-tlugħ u fl-inżul addizzjonali, kif meħtieġ fil-Parti-ORO, ikollu esperjenza operattiva abbord it-tip ta’ ajruplan.

ORA.ATO.335    Simulatur ta’ titjira sħiħa

(a) L-FFS approvat għaż-ZFTT għandu jiffunzjona skont il-kriterji tas-sistema ta’ ġestjoni tal-ATO.

(b) Is-sistema tal-mozzjoni u s-sistema viżiva tal-FFS għandhom ikunu jiffunzjonaw bis-sħiħ, skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għall-FSTD kif imsemmi f’ORA.FSTD.205.

Kapitolu 3

Korsijiet għal-liċenzja ta’ bdot b’iktar minn ekwipaġġ wieħed (MPL)

ORA.ATO.350    Ġenerali

Il-privileġġi li jitwettqu korsijiet integrati tal-MPL u korsijiet ta’ għalliem tal-MPL għandhom jingħataw biss lill-ATO jekk ikollha wkoll il-privileġġ li twettaq operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru jew ikollha arranġament speċifiku ma’ operatur tat-trasport kummerċjali bl-ajru.

Kapitolu 4

Taħriġ ta’ titjir bi prova

ORA.ATO.355    Organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tat-titjir bi prova

(a) L-ATO li tkun approvata biex tipprovdi taħriġ ta’ titjiriet bi prova għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni 1 jew 2 tat-titjir bi prova skont il-Parti-FCL jista’ jkollha l-privileġġi tagħha estiżi biex tipprovdi taħriġ għal kategoriji oħra ta’ titjiriet bi prova u għal kategoriji oħra ta’ persunal ta’ titjiriet bi prova, sakemm:

(1) ir-rekwiżiti rilevanti tal-Parti-21 ikunu ġew sodisfati; u

(2) ikun hemm arranġament speċifiku bejn l-ATO u l-organizzazzjoni tal-Parti-21 li timpjega, jew li tkun beħsiebha timpjega, dan il-persunal.

(b) Ir-rekords tat-taħriġ għandhom jinkludu r-rapporti bil-miktub mill-istudent, kif meħtieġ mill-programm ta’ taħriġ, inklużi, fejn ikun xieraq, l-ipproċessar tad-dejta u l-analiżi tal-parametri rreġistrati li jkunu rilevanti għat-tip ta’ titjiriet bi prova.

SUBPARTI FSTD

REKWIŻITI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET LI JOPERAW APPARAT TA’ TAĦRIĠ TA’ SIMULAZZJONI TAT-TITJIR (FSTDs) U GĦALL-KWALIFIKA TAL-FSTDs

TAQSIMA I

Rekwiżiti għall-organizzazzjonijiet li joperaw FSTDs

ORA.FSTD.100    Ġenerali

(a) L-applikant għal ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD għandu juri lill-awtorità kompetenti li jkun stabbilixxa sistema ta’ ġestjoni skont it-Taqsima II ta’ ORA.GEN. Dan l-għoti ta’ evidenza għandu jiżgura li l-applikant ikollu, direttament jew permezz ta’ kuntratt, il-kapaċità li jżomm il-prestazzjoni, il-funzjonijiet u karatteristiċi oħra speċifikati għal-livell tal-kwalifika tal-FSTD, kif ukoll il-kapaċità li jikkontrolla l-installazzjoni tal-FSTD.

(b) Jekk l-applikant ikun id-detentur ta’ ċertifikat ta’ kwalifika maħruġ skont din il-Parti, l-ispeċifikazzjonijiet tal-FSTD għandhom ikunu ddettaljati:

(1) fit-termini taċ-ċertifikat tal-ATO; jew

(2) fil-każ ta’ detentur ta’ AOC, fil-manwal tat-taħriġ.

ORA.FSTD.105    Żamma tal-kwalifika tal-FSTD

(a) Sabiex tinżamm il-kwalifika tal-FSTD, id-detentur ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD għandu jwettaq, b’mod progressiv matul perjodu ta’ 12-il xahar, is-sett sħiħ ta’ testijiet inkluż fil-gwida ewlenija għat-test tal-kwalifika (MQTG), kif ukoll it-testijiet tal-funzjonijiet u dawk suġġettivi.

(b) Ir-riżultati għandhom ikunu ddatati, immarkati bħala analizzati u evalwati, u miżmuma skont ORA.FSTD.240, sabiex juru li l-istandards tal-FSTD qed jinżammu.

(c) Għandha tiġi stabbilita sistema ta’ kontroll tal-konfigurazzjoni sabiex tiżgura l-integrità kontinwa tal-ħardwer u s-softwer tal-FSTD ikkwalifikat.

ORA.FSTD.110    Modifiki

(a) Id-detentur ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD għandu jistabbilixxi u jżomm sistema biex jidentifika, jivvaluta u jinkorpora kwalunkwe modifikazzjoni importanti fl-FSTDs li jħaddem, b’mod partikulari:

(1) kwalunkwe modifika fl-inġenju tal-ajru li jkunu essenzjali għat-taħriġ, l-ittestjar u l-ivverifikar, ikunux infurzati jew le b’direttiva ta’ ajrunavigabbiltà; u

(2) kwalunkwe modifika ta’ FSTD, inkluż fis-sistema tal-mozzjoni u dik viżiva, meta tkun essenzjali għat-taħriġ, l-ittestjar u l-ivverifikar, bħal fil-każ ta’ reviżjonijiet ta’ dejta.

(b) Il-modifiki fil-ħardwer u s-softwer ta’ FSTD li jolqtu t-trattament, il-prestazzjoni u l-operat tas-sistemi, jew kwalunkwe modifika kbira fis-sistema tal-mozzjoni jew dik viżiva, għandhom jiġu vvalutati biex jiġi ddeterminat l-impatt fuq il-kriterji tal-kwalifika oriġinali. L-organizzazzjoni għandha tħejji l-emendi għal kull test ta’ validazzjoni affettwat. L-organizzazzjoni għandha tittestja l-FSTD skont il-kriterji l-ġodda.

(c) L-organizzazzjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bil-quddiem dwar kwalunkwe bidliet kbar biex tiddetermina jekk it-testijiet li saru humiex sodisfaċenti. L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina jekk valutazzjoni speċjali tal-FSTD hijiex meħtieġa qabel ma dan jerġa’ lura għat-taħriġ wara li tkun saret il-modifika.

ORA.FSTD.115    Installazzjonijiet

(a) Id-detentur ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD għandu jiżgura li:

(1) l-FSTD ikun ibbażat f’ambjent xieraq li jiggarantixxi operat sikur u affidabbli;

(2) l-okkupanti kollha u l-persunal tal-manutenzjoni tal-FSTD jiġu infurmati dwar is-sikurezza tal-FSTD sabiex jiġi żgurat l-għarfien tagħhom tat-tagħmir u l-proċeduri kollha tas-sikurezza fl-FSTD f’każ ta’ emerġenza; u

(3) l-FSTD u l-installazzjonijiet tiegħu jkunu konformi mar-regolamenti lokali għas-saħħa u s-sikurezza.

(b) Il-karatteristiċi tas-sikurezza ta’ FSTD, bħall-waqfiet ta’ emerġenza u d-dwal tal-emerġenza, għandhom jiġu vverifikati u rreġistrati tal-anqas darba fis-sena.

ORA.FSTD.120    Tagħmir addizzjonali

Fejn tagħmir addizzjonali jkun ġie miżjud ma’ FSTD, anke jekk ma jkunx meħtieġ għall-kwalifika, għandu jiġi vvalutat mill-awtorità kompetenti biex jiġi żgurat li ma jolqotx ħażin il-kwalità tat-taħriġ.

TAQSIMA II

Rekwiżiti għall-kwalifika tal-FSTDs

ORA.FSTD.200    Applikazzjoni għal kwalifika ta’ FSTD

(a) L-applikazzjoni għal kwalifika ta’ FSTD għandha ssir b’mod u manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti:

(1) fil-każ ta’ apparat ta’ taħriġ ta’ strument bażiku (BITDs), mill-manifattur tal-BITD;

(2) fil-każijiet l-oħra kollha, mill-organizzazzjoni li tkun beħsiebha topera l-FSTD.

(b) L-applikanti għal kwalifika inizjali għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti b’dokumentazzjoni li turi kif se jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Tali dokumentazzjoni għandha tinkludi l-proċedura stabbilita biex tkun żgurata l-konformità ma’ ORA.GEN.130 u ORA.FSTD.230.

ORA.FSTD.205    Speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għall-FSTDs

(a) L-Aġenzija għandha toħroġ, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni bħala mezz standard biex tintwera l-konformità tal-FSTDs mar-Rekwiżiti Essenzjali tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(b) Dawn l-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni għandhom ikunu ddettaljati u speċifiċi biżżejjed biex jindikaw lill-applikanti l-kundizzjonijiet li skonthom se jinħarġu l-kwalifiki.

ORA.FSTD.210    Bażi tal-kwalifika

(a) Il-bażi tal-kwalifika għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD għandha tikkonsisti f’li ġej:

(1) l-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni applikabbli, stabbiliti mill-Aġenzija, li jkunu fis-seħħ mid-data tal-applikazzjoni għall-kwalifika inizjali;

▼M2

(2) id-dejta dwar il-validazzjoni tal-inġenju tal-ajru, iddefinita minn parti mandatorja fid-dejta tal-adegwatezza operattiva skont kif approvata fir-Regolament (UE) Nru 748/2012, jekk applikabbli; u

▼M1

(3) kwalunkwe kundizzjoni speċjali preskritta mill-awtorità kompetenti jekk l-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni relatati ma jkollhomx standards adegwati jew xierqa għall-FSTD minħabba li l-FSTD ikollu karatteristiċi ġodda jew differenti minn dawk li fuqhom ikunu msejsal-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni applikabbli.

(b) Il-bażi tal-kwalifika għandha tapplika għal kwalifiki rikorrenti futuri tal-FSTD, sakemm ma tiġix ikkategorizzata mill-ġdid.

ORA.FSTD.225    Perjodu u validità kontinwa

(a) Il-kwalifika tas-simulatur ta’ titjira sħiħa (FFS), tal-apparat ta’ taħriġ fit-titjir (FTD), jew tal-ħarrieġ fil-proċeduri ta’ titjir u navigazzjoni (FNPT) għandhom jibqgħu validi, soġġett għal:

(1) l-FSTD u l-organizzazzjoni li toperah jibqgħu konformi mar-rekwiżiti applikabbli;

(2) l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-organizzazzjoni, kif inhu ddefinit f’ORA.GEN.140, sabiex tiddetermina l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu; u

(3) iċ-ċertifikat ta’ kwalifika ma jiġix ċedut jew revokat.

(b) Il-perjodu ta’ 12-il xahar stabbilit ARA.FSTD.120(b)(1) jista’ jiġi estiż sa massimu ta’ 36 xahar, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(1) l-FSTD kien soġġett għal evalwazzjoni inizjali u mill-inqas evalwazzjoni rikorrenti waħda, li tkun stabbiliet il-konformità tiegħu mal-bażi tal-kwalifika;

(2) id-detentur taċ-ċertifikat ta’ kwalifika tal-FSTD għandu rekord sodisfaċenti ta’ valutazzjonijiet regolatorji tal-FSTD b’suċċess matul l-aħħar 36 xhur;

(3) l-awtorità kompetenti twettaq verifika formali tas-sistema ta’ sorveljanza tal-konformità, definita f’ORA.GEN.200(a)(6), tal-organizzazzjoni kull 12-il xahar; u

(4) persuna maħtura mill-organizzazzjoni b’esperjenza xierqa tirrevedi l-ħarġiet mill-ġdid regolari tal-gwida għat-test tal-kwalifika (QTG), twettaq it-testijiet rilevanti tal-funzjonijiet u dawk suġġettivi kull 12-il xahar, u tibgħat rapport tar-riżultati lill-awtorità kompetenti.

(c) Kwalifika ta’ BITD għandha tibqa’ valida soġġett għall-valutazzjoni regolari tal-konformità tiegħu mal-bażi ta’ kwalifika applikabbli mill-awtorità kompetenti, skont ARA.FSTD.120.

(d) Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat tal-kwalifika tal-FSTD għandu jintradd lura lill-awtorità kompetenti.

ORA.FSTD.230    Bidliet fl-FSTD ikkwalifikat

(a) Id-detentur ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD għandu jinforma lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidliet proposti fl-FSTD, bħal:

(1) modifiki kbar;

(2) ir-rilokazzjoni tal-FSTD; u

(3) kwalunkwe deattivazzjoni tal-FSTD.

(b) F’każ ta’ titjib fil-livell tal-kwalifika tal-FSTD, l-organizzazzjoni għandha tapplika għal evalwazzjoni tat-titjib għand l-awtorità kompetenti. L-organizzazzjoni għandha twettaq it-testijiet ta’ validazzjoni kollha għal-livell ta’ kwalifika mitlub. Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet ta’ qabel m’għandhomx jintużaw għall-validazzjoni tal-prestazzjoni tal-FSTD għat-titjib kurrenti.

(c) Meta l-FSTD jittieħed f’post ġdid, l-organizzazzjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti qabel l-attività ppjanata flimkien ma’ skeda tal-avvenimenti relatati.

Qabel ma l-FSTD jerġa’ jitħaddem fil-post il-ġdid, l-organizzazzjoni għandha twettaq mill-inqas terz tat-testijiet ta’ validazzjoni, kif ukoll it-testijiet tal-funzjonijiet u dawk suġġettivi, biex tiżgura li l-prestazzjoni tal-FSTD tilħaq l-istandard tal-kwalifika oriġinali tagħha. Kopja tad-dokumentazzjoni tat-test għandha tinżamm flimkien mar-rekords tal-FSTD biex jiġu riveduti mill-awtorità kompetenti.

L-awtorità kompetenti tista’ tagħmel evalwazzjoni tal-FSTD wara r-rilokazzjoni. L-evalwazzjoni għandha ssir abbażi tal-kwalifika oriġinali tal-FSTD.

(d) Jekk organizzazzjoni tippjana li tneħħi FSTD minn status attiv għal perjodi fit-tul, l-awtorità kompetenti għandha tiġi nnotifikata, u għandhom jiġu stabbiliti kontrolli xierqa għall-perjodu li matulu l-FSTD ma jkunx attiv.

L-organizzazzjoni għandha tiftiehem mal-awtorità kompetenti dwar pjan għad-diżattivazzjoni, kwalunkwe ħażna u attivazzjoni mill-ġdid, biex tiżgura li l-FSTD ikun jista’ jitreġġa’ għall-istatus attiv fil-livell ta’ kwalifika oriġinali tiegħu.

ORA.FSTD.235    Trasferabbiltà ta’ kwalifika ta’ FSTD

(a) Fejn ikun hemm bidla fl-organizzazzjoni li topera FSTD, l-organizzazzjoni l-ġdida għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bil-quddiem sabiex tiftiehem dwar pjan ta’ trasferiment tal-FSTD.

(b) L-awtorità kompetenti tista’ tagħmel evalwazzjoni b’konformità mal-bażi ta’ kwalifika oriġinali tal-FSTD.

(c) Meta l-FSTD ma jibqax konformi mal-bażi ta’ kwalifika oriġinali tiegħu, l-organizzazzjoni għandha tapplika għal ċertifikat ġdid ta’ kwalifika ta’ FSTD.

ORA.FSTD.240    Żamma tar-rekords

Id-detentur ta’ kwalifika ta’ FSTD għandu jżomm ir-rekords ta’:

(a) id-dokumenti kollha li jiddeskrivu u li jagħtu prova tal-bażi ta’ kwalifika oriġinali u l-livell tal-FSTD għall-perjodu tal-ħajja tal-FSTD; u

(b) kwalunkwe dokument u rapport rikorrenti li jkunu relatati ma’ kull FSTD u mal-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin.

SUBPARTI AeMC

ĊENTRI AJRUMEDIĊI

TAQSIMA I

Ġenerali

ORA.AeMC.105    Ambitu

Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti addizzjonali li jridu jiġu sodisfati minn organizzazzjoni biex tikkwalifika għall-ħruġ jew għat-tkomplija ta’ approvazzjoni bħala ċentru ajrumediku (AeMC), biex joħroġ ċertifikati mediċi, inklużi ċ-ċertifikati mediċi inizjali tal-klassi 1.

ORA.AeMC.115    Applikazzjoni

L-applikanti għal ċertifikat tal-AeMC għandhom:

(a) ikunu konformi ma’ MED.D.005; u

(b) minbarra d-dokumentazzjoni għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni meħtieġa skont ORA.GEN.115, jipprovdu dettalji tad-dokumenti kliniki mehmuża, jew jikkollaboraw ma’ sptarijiet maħturin jew istituti mediċi, għall-finijiet ta’ eżamijiet mediċi speċjalisti.

ORA.AeMC.135    Tkomplija ta’ validità

Iċ-ċertifikat tal-AeMC għandu jinħareġ għal perjodu mhux limitat. Dan jibqa’ validu sakemm id-detentur u l-eżaminaturi ajrumediċi tal-organizzazzjoni:

(a) ikunu konformi ma’ MED.D.030; u

(b) jiżguraw l-esperjenza kontinwa tagħhom billi jwettqu għadd xieraq ta’ testijiet mediċi tal-klassi 1 kull sena.

TAQSIMA II

Ġestjoni

ORA.AeMC.200    Sistema ta’ ġestjoni

L-AeMC għandu jistabbilixxi u jżomm sistema ta’ ġestjoni li tinkludi l-elementi kollha indirizzati f’ORA.GEN.200, flimkien ma’ proċessi:

(a) għaċ-ċertifikazzjoni medika skont il-Parti-MED; u

(b) biex dejjem tiġi żgurata l-kunfidenzjalità medika.

ORA.AeMC.210    Rekwiżiti dwar il-persunal

(a) L-AeMC għandu:

(1) ikollu eżaminatur ajrumediku (AME) maħtur bħala l-kap tal-AeMC, bil-privileġġi biex joħroġ/toħroġ ċertifikati mediċi tal-klassi 1, u b’esperjenza biżżejjed fil-mediċina tal-avjazzjoni biex jaqdi/taqdi d-dmirijiet tiegħu/tagħha; u

(2) ikollu fost il-persunal għadd xieraq ta’ AMEs ikkwalifikati kompletament, u persunal tekniku u esperti oħra.

(b) Il-kap tal-AeMC għandu jkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-valutazzjoni tar-riżultati tal-eżamijiet, kif ukoll għall-iffirmar ta’ rapporti, ċertifikati, u ċertifikati mediċi inizjali tal-klassi 1.

ORA.AeMC.215    Rekwiżiti dwar il-faċilitajiet

L-AeMC għandu jkun mgħammar b’faċilitajiet medikotekniċi adegwati biex jitwettqu l-eżamijiet ajrumediċi meħtieġa għall-eżerċizzju tal-privileġġi inklużi fl-ambitu tal-approvazzjoni.

ORA.AeMC.220    Żamma tar-rekords

Flimkien mar-rekords meħtieġa skont ORA.GEN.220, l-AeMC għandu:

(a) iżomm rekords bid-dettalji tal-eżamijiet u l-valutazzjonijiet mediċi li jsiru għall-ħruġ, għall-validazzjoni mill-ġdid jew għat-tiġdid ta’ ċertifikati mediċi u r-riżultati tagħhom, għal perjodu minimu ta’ 10 snin wara d-data tal-aħħar eżami; u

(b) iżomm ir-rekords mediċi kollha b’mod li jiżgura li l-kunfidenzjalità medika tiġi rispettata dejjem.



( 1 ) ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

( 2 ) ĠU L 373, 31.12.1991, p. 21.

( 3 ) ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.

( 4 ) ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4.

( 5 ) Id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2003 dwar rapport ta’ okkorrenza fl-avjazzjoni ċivili, ĠU L 167, 4.7.2003, p. 23-36.

( 6 ) ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35.

( 7 ) ĠU L 167, 4.7.2003, p. 23.

( 8 ) ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1.

( 9 ) ĠU L 294, 13.11.2007, p. 3.

( 10 ) ĠU L 295, 14.11.2007, p. 7.