02009R0207 — MT — 23.03.2016 — 002.006


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 207/2009

tas-26 ta' Frar 2009

dwar it- ►M1  trademark tal-Unjoni Ewropea ◄

(Verżjoni kodifikata)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 078 24.3.2009, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2015/2424 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta' Diċembru 2015

  L 341

21

24.12.2015


Emendat bi:

►A1

TRATTATBEJN DWAR L-ADEŻJONI TAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA MAL-UNJONI EWROPEA

  L 112

21

24.4.2012


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 071, 16.3.2016, p.  322 (2015/2424)

►C2

Rettifika, ĠU L 267, 30.9.2016, p.  1 (2015/2424)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 207/2009

tas-26 ta' Frar 2009

dwar it- ►M1  trademark tal-Unjoni Ewropea ◄

(Verżjoni kodifikata)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)



IT-TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

It- ►M1  trademark tal-Unjoni Ewropea ◄

1.  It-trade mark ta' prodotti jew servizzi li tkun irreġistrata skont il-kundizzjonijiet li jinsabu f'dan ir-Regolament u bil-mod kif jipprovdi dan l-istess Regolament tissejjaħ minn issa 'l quddiem ►M1  “trademark tal-Unjoni Ewropea” (“trademark tal-UE”) ◄ .

2.  It- ►M1  trademark tal-Unjoni Ewropea ◄ għandha karattru unitarju. Hija għandha jkollha l-istess effett ►M1  fl-Unjoni ◄ kollha: ma tistax tiġi reġistrata, trasferita jew ċeduta, jew tkun is-suġġett ta' deċiżjoni li tirrevoka d-drittijiet tal-proprjetarju jew li tiddikjaraha bħala invalida, u lanqas ma jista' jiġi projbijt l-użu tagħha, sakemm mhux fir-rigward tal- ►M1  Unjoni ◄ kollha. Dan il-prinċipju għandu japplika sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor.

▼M1

Artikolu 2

Uffiċċju

1.  L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (“l-Uffiċċju”), huwa b'dan stabbilit.

2.  Ir-referenzi kollha fil-liġi tal-Unjoni għall-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinji) għandhom jinqraw bħala referenzi għall-Uffiċċju.

▼B

Artikolu 3

Kapaċità ta' aġir

Sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament, kumpaniji jew azjendi u entitajiet ġuridiċi oħra għandhom jitqiesu bħala persuni ġuridiċi jekk, skont it-termini tal-liġi li tirregolahom, huma jkollhom il-kapaċità li jassumu drittijiet u obbligazzjonijiet ta' kull xorta f'isimhom stess, li jidħlu f'kuntratti jew jagħmlu atti legali oħra u li jfittxu jew li jiġu mfittxija bil-qorti.



IT-TITOLU II

IL-LIĠI TAT-TRADE MARKS



IT-TAQSIMA 1

Definizzjoni ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ u kif tinkiseb ►M1  trademark tal-UE ◄

Artikolu 4

Sinjali li jistgħu jintużaw fi ►M1  trademark tal-UE ◄

►M1  Trademark tal-UE ◄ tista' tikkonsisti f'sinjali li jistgħu jiġu rappreżentati b'mod grafiku, partikolarment kliem, fosthom ismijiet personali, disinnji, ittri, numri, il-forma ta' prodotti jew l-imballaġġ tagħhom, sakemm dawn is-sinjali jiddistingwu l-prodotti jew is-servizzi ta' impriża minn dawk ta' impriża oħra.

Artikolu 5

Persuni li jistgħu jkunu proprjetarji tat-trade marks tal- ►M1  Unjoni ◄

Kwalunkwe persuna naturali jew legali, inklużi l-awtoritajiet stabbiliti permezz tal-liġi pubblika, jistgħu jkunu proprjetarji ta' trade mark tal- ►M1  Unjoni ◄ .

Artikolu 6

Kif tinkiseb ►M1  trademark tal-UE ◄

►M1  Trademark tal-UE ◄ tinkiseb permezz ta' reġistrazzjoni.

Artikolu 7

Raġunijiet assoluti għal rifjut

1.  Dawn li ġejjin ma jistgħux jiġu rreġistrati:

(a) sinjali li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4;

(b) trade marks li mhumiex ta' karattru distintiv;

(c) trade marks li jikkonsistu esklussivament f'sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw fil-kummerċ sabiex jindikaw ix-xorta, il-kwalità, il-kwantità, l-użu intenzjonat, il-valur, l-oriġini ġeografika jew il-ħin ta' produzzjoni tal-prodotti jew ta' meta ingħata s-servizz, jew karatteristiċi oħrajn tal-prodotti jew servizzi;

(d) trade marks li jikkonsistu esklussivament f'sinjali jew indikazzjonijiet li jkunu saru użanza tal-lingwa tal-mument jew tal-prattika bona fide u stabbilita tal-kummerċ;

▼M1

(e) sinjali li jikkonsistu esklużivament f'dawn li ġejjin:

(i) il-forma, jew xi karatteristika oħra, tal-oġġetti li tirriżulta min-natura tal-oġġetti nnifishom;

(ii) il-forma, jew xi karatteristika oħra, li tkun meħtieġa biex jinkiseb riżultat tekniku;

(iii) il-forma, jew xi karatteristika oħra, tal-oġġetti li tagħti valur sostanzjali lill-oġġetti;

▼B

(f) trade marks li jmorru kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità,

(g) trade marks li huma ta' natura li tista' tqarraq bil-pubbliku, per eżempju fir-rigward tax-xorta, tal-kwalità jew l-oriġini ġeografika tal-prodotti jew is-servizzi,

(h) trade marks li ma ġewx awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti u li għandhom jiġu miċħuda skont l-Artikolu 6b tal-Konvenzjoni ta' Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali, minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni ta' Pariġi”,

(i) trade marks li jinkludu badges, emblemi jew armi ħlief għal dawk imsemmija fl-Artikolu 6b tal-Konvenzjoni ta' Pariġi u li huma ta' interess pubbliku partikolari, sakemm ma jkunx hemm il-kunsens tal-awtorita kompetenti,

▼M1

(j) trademarks li huma esklużi mir-reġistrazzjoni, skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali jew ftehimiet internazzjonali li tagħhom l-Unjoni jew l-Istat Membru kkonċernat ikun parti, li jipprevedu l-protezzjoni ta' denominazzjonijiet tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi;

(k) trademarks li huma esklużi mir-reġistrazzjoni skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni jew ftehimiet internazzjonali li tagħhom l-Unjoni tkun parti, li jipprevedu l-protezzjoni ta' termini tradizzjonali għall-inbid;

▼M1

(l) trademarks li huma esklużi mir-reġistrazzjoni skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni jew ftehimiet internazzjonali li tagħhom l-Unjoni tkun parti, li jipprevedu l-protezzjoni ta' speċjalitajiet tradizzjonali garantiti;

(m) trademarks li huma magħmulin minn, jew li jirriproduċu, fl-elementi essenzjali tagħhom, denominazzjoni ta' varjetà ta' pjanti preċedenti reġistrata skont skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, jew ftehimiet internazzjonali li għalihom l-Unjoni jew l-Istat Membru kkonċernat ikunu partijiet, li jipprevedu l-protezzjoni ta' drittijiet fuq varjetà ta' pjanta, u li huma fir-rigward ta' varjetajiet ta' pjanti tal-istess speċi jew speċi relatata mill-qrib.

▼B

2.  Il-paragrafu 1 għandu japplika minkejja li r-raġunijiet li jwasslu biex trade mark ma tiġix reġistrata japplikaw biss f'parti tal- ►M1  Unjoni ◄ .

3.  Il-paragrafu 1(b), (c) u (d) m'għandhomx japplikaw jekk it-trade mark tkun saret distintiva fir-rigward tal-prodotti jew is-servizzi li għalihom tkun qiegħda tintalab ir-reġistrazzjoni minħabba l-użu li jkun sar minn din it-trade mark.

Artikolu 8

Raġunijiet relattivi għal rifjut

1.  Jekk issir oppożizzjoni minn proprjetarju ta' trade mark preċedenti, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trade mark m'għandhiex tiġi milqugħa:

(a) jekk tkun identika għal trade mark preċedenti u jekk il-prodotti jew servizzi fir-rigward ta' liem qiegħda ssir l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni huma identiċi mal-prodotti jew servizzi protetti mit-trade mark preċedenti;

(b) jekk minħabba identiċità jew xebħ bejn iż-żewġ trade marks u l-identiċità jew xebħ tal-prodotti jew servizzi koperti mit-trade marks teżisti probabiltà ta' konfużjoni minn naħa tal-pubbliku fit-territorju fejn it-trade mark preċedenti hija protetta; il-probabiltà ta' konfużjoni tinkludi wkoll il-probabiltà li ssir assoċjazzjoni mat-trade mark preċedenti.

2.  Għall-iskopijiet tal-Paragrafu 1, “Trade marks preċedenti” tfisser:

(a) trade marks tat-tip imsemmija hawn taħt b'data ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni li tiġi qabel dik tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat- ►M1  trademark tal-UE ◄ , wara li wieħed iqis, fejn dan ikun xieraq, il-prijoritajiet mitluba fir-rigward ta' dawk it-trade marks:

(i)  ►M1  trademarks tal-UE ◄ ,

(ii) trade marks reġistrati fi Stati Membru, jew, fil-każ tal-Belġju, l-Olanda jew il-Lussemburgu, fl-Uffiċċju tal-Benelux Għall-Proprjetà Intellettwali

(iii) trade marks reġistrati taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fi Stat Membru,

(iv) trade marks reġistrati taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fil- ►M1  fl-Unjoni ◄ ;

(b) applikazzjonijiet għal trade marks imsemmija fis-sub paragrafu (a), bla ħsara għar-reġistrazzjoni tagħhom;

(c) trade marks li, fid-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ , jew, fejn xieraq, ta' talba ta' prijorità fir-rigward tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ , huma magħrufa sew f'xi Stat Membru, fis-sens li l-kliem “magħrufa sew” huma wżati fl-Artikolu 6 bis tal-Konvenzjoni ta' Pariġi.

3.  Malli ssir opposizzjoni minn proprjetarju ta' trade mark, it-trade mark m'għandhiex tiġi reġistrata jekk aġent jew rappreżentant tal-proprjetarju tat-trade mark japplika għar-reġistrazzjoni tagħha f'ismu mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju, sakemm l-agent jew ir-rappreżentant ma jiġġustifikax l-azzjoni tiegħu.

4.  mal-oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark mhux reġistrata jew ta' xi sinjal ieħor użat fil-kors tal-kummerċ ta' aktar minn sempliċement ta' sinifikanza lokali, it-trade mark li tkun saret applikazzjoni dwarha m'għandiex tkun reġistrata meta u sal-limitu li, bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni tal- ►M1  Unjoni ◄ jew tal-liġi tal-Istat Membru li jirregola dak is-sinjal:

(a) id-drittijiet għal dak is-sinjal kienu nkisbu qabel id-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat- ►M1  trademark tal-UE ◄ , jew id-data tal-prijorità mitluba għall-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat- ►M1  trademark tal-UE ◄ ;

(b) dak is-sinjal jagħti lill-proprjetarju d-dritt li jiprojbixxi l-użu ta' trade mark suċċessiv.

▼M1

4a.  Jekk issir oppożizzjoni minn kwalunkwe persuna awtorizzata skont il-liġi rilevanti biex teżerċita d-drittijiet li jirriżultaw minn denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika, it-trademark li ssir applikazzjoni għaliha ma għandhiex tiġi rreġistrata meta u sa fejn, skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali li jipprevedu l-protezzjoni ta' denominazzjonijiet tal-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi:

(i) applikazzjoni għal denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika kienet diġà ġiet ippreżentata f'konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, qabel id-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE jew id-data tal-prijorità pretiża għall-applikazzjoni, soġġett għar-reġistrazzjoni sussegwenti tagħha;

(ii) dik id-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika tagħti d-dritt li tipprojbixxi l-użu ta' trademark sussegwenti.

▼M1

5.  Jekk issir oppożizzjoni minn proprjetarju ta' trademark preċedenti rreġistrata fit-tifsira tal-paragrafu 2, it-trademark li tkun saret applikazzjoni għaliha ma għandhiex tkun irreġistrata meta tkun identika jew simili għal trademark preċedenti, irrispettivament minn jekk l-oġġetti jew is-servizzi li għalihom issir applikazzjoni humiex identiċi jew simili għal dawk li għalihom tkun ġiet irreġistrata trademark preċedenti jew jekk ma jkunux simili għalihom, meta, fil-każ ta' trademark preċedenti tal-UE, it-trademark ikollha reputazzjoni fl-Unjoni jew, fil-każ ta' trademark nazzjonali preċedenti, it-trademark ikollha reputazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat, u meta l-użu mingħajr raġuni valida tat-trademark li għaliha tkun saret applikazzjoni jieħu vantaġġ inġust min-natura distintiva jew ir-reputazzjoni tat-trademark preċedenti, jew ikun ta' detriment għaliha.

▼B



IT-TAQSIMA 2

L-effetti ta' ►M1  trademarks tal-UE ◄

▼M1

Artikolu 9

Drittijiet mogħtija minn trademark tal-UE

1.  Ir-reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE għandha tagħti drittijiet esklużivi lill-proprjetarju.

2.  Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' proprjetarji li jkunu nkisbu qabel id-data tal-applikazzjoni jew id-data ta' prijorità tat-trademark tal-UE, il-proprjetarju ta' dik it-trademark tal-UE għandu jkollu d-dritt li jimpedixxi li kwalunkwe parti terza, mingħajr ma jkollha l-kunsens tiegħu, tuża, fil-proċess normali tan-negozju, marbut mal-oġġetti jew servizzi, kwalunkwe sinjal fejn:

(a) is-sinjal ikun identiku għat-trademark tal-UE u jintuża b'rabta ma' oġġetti jew servizzi li huma identiċi għal dawk li għalihom tkun ġiet irreġistrata t-trademark tal-UE;

(b) is-sinjal ikun identiku jew simili għat-trademark tal-UE u jintuża relattivament għal oġġetti jew servizzi li huma identiċi, jew simili, għall-oġġetti jew is-servizzi li għalihom tkun ġiet irreġistrata t-trademark tal-UE, jekk ikun hemm il-probabbiltà li ssir konfużjoni min-naħa tal-pubbliku; il-probabbiltà ta' konfużjoni tinkludi l-probabbiltà ta' assoċjazzjoni bejn is-sinjal u t-trademark;

(c) is-sinjal ikun identiku jew simili għat-trademark tal-UE, irrispettivament minn jekk tintużax b'rabta ma' oġġetti jew servizzi li huma identiċi, simili jew mhux simili għal dawk li għalihom tkun ġiet irreġistrata t-trademark tal-UE, meta din tal-aħħar ikollha reputazzjoni fl-Unjoni u meta l-użu ta' dak is-sinjal mingħajr raġuni valida jieħu vantaġġ inġust min-natura distintiva jew ir-reputazzjoni tat-trademark tal-UE, jew ikun ta' detriment għaliha.

3.  Dawn li ġejjin, b'mod partikolari, jistgħu jiġu pprojbiti skont il-paragrafu 2:

(a) it-twaħħil ta' sinjal mal-oġġetti jew mal-imballaġġ tagħhom;

(b) l-offerta ta' oġġetti, it-tqegħid fis-suq, jew il-ħżin tagħhom għal dawk l-għanijiet taħt is-sinjal, jew l-offerta jew il-provvista ta' servizzi b'dak l-istess sinjal;

(c) l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' oġġetti taħt is-sinjal;

(d) l-użu tas-sinjal bħala isem kummerċjali jew tal-kumpannija jew parti minn isem kummerċjali jew tal-kumpannija;

(e) l-użu tas-sinjal f'gazzetti kummerċjali u fir-riklamar;

(f) l-użu tas-sinjal f'reklamar komparattiv b'mod li jmur kontra d-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).

4.  Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-proprjetarji li jkunu nkisbu qabel id-data tal-applikazzjoni jew id-data ta' prijorità tat-trademark tal-UE, il-proprjetarju ta' dik it-trademark tal-UE għandu jkollu wkoll id-dritt li jimpedixxi li, fil-proċess normali tan-negozju, kwalunkwe parti terza ddaħħal oġġetti fl-Unjoni mingħajr ma jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera hemmhekk, fejn dawn l-oġġetti, inkluż l-imballaġġ tagħhom, joriġinaw minn pajjiżi terzi u jkollhom trademark mingħajr awtorizzazzjoni li tkun identika għat-trademark tal-UE rreġistrata fir-rigward ta' dawn l-oġġetti, jew li ma tkunx tista' tingħaraf fl-aspetti essenzjali tagħha minn dik it-trademark.

Id-dritt tal-proprjetarju ta' trademark tal-UE skont l-ewwel subparagrafu għandu jiskadi jekk, matul il-proċedimenti biex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm ksur tat-trademark tal-UE, mibdija f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, tingħata evidenza mid-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti li l-proprjetarju tat-trademark tal-UE ma jkollux id-dritt li jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-oġġetti fil-pajjiż destinatarju finali.

▼M1

Artikolu 9a

Dritt ta' projbizzjoni ta' atti preparatorji b'rabta mal-użu tal-imballaġġ jew mezzi oħrajn

Fejn ikun hemm riskju li l-imballaġġ, it-tabelli, it-tikketti, il-karatteristiċi jew it-tagħmir ta' sigurtà jew awtentiċità jew kwalunkwe mezz ieħor li miegħu tkun imwaħħla l-marka jista' jintuża b'rabta ma' oġġetti jew servizzi u tali użu jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tal-proprjetarju ta' trademark tal-UE taħt l-Artikolu 9(2) u (3), il-proprjetarju ta' dik it-trademark għandu jkollu d-dritt li jipprojbixxi l-atti li ġejjin jekk jitwettqu fil-proċess normali tan-negozju:

(a) it-twaħħil ta' sinjal identiku, jew simili, għat-trademark tal-UE fuq l-imballaġġ, it-tabelli, it-tikketti, il-karatteristiċi jew it-tagħmir ta' sigurtà jew awtentiċità jew kwalunkwe mezz ieħor li miegħu tista' titwaħħal il-marka;

(b) l-offerta jew it-tqegħid fis-suq, jew il-ħżin għal dawk il-finijiet, jew l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, l-imballaġġ, it-tabelli, it-tikketti, il-karatteristiċi jew it-tagħmir ta' sigurtà jew awtentiċità jew kwalunkwe mezz ieħor li miegħu tista' titwaħħal il-marka.

Artikolu 9b

Data li minnha jipprevalixxu drittijiet kontra partijiet terzi

1.  Id-drittijiet li jirriżultaw minn trademark tal-UE għandhom jipprevalu kontra partijiet terzi mid-data ta' pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tat-trademark.

2.  Jista' jintalab kumpens raġonevoli għal atti li jiġru wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal trademark tal-UE, jekk wara l-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tat-trademark, dawk l-atti jkunu pprojbiti bis-saħħa tal-istess pubblikazzjoni.

3.  Qorti li tismal-każ ma għandhiex tiddeċiedi dwar il-merti ta' dak il-każ qabel ma tiġi ppubblikata r-reġistrazzjoni.

▼B

Artikolu 10

Riproduzzjoni ta' ►M1  trademarks tal-UE ◄ f'dizzjunarji

Jekk ir-riproduzzjoni ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ f'dizzjunarju, f'enċiklopedija jew f'xogħol ta' referenza simili tagħti l-impressjoni li din tikkostitwixxi l-isem ġeneriku tal-prodotti jew tas-servizzi li għalihom it-trade mark hija reġistrata, il-pubblikatur tax-xogħol għandu, fuq talba tal-proprjetarju tat- ►M1  trademark tal-UE ◄ , jagħmel ċert li sa mhux iktar tard mill-edizzjoni li jkun imiss tal-pubblikazzjoni, r-riproduzzjoni tat-trade mark tkun tinkludi indikazzjoni li din hija trade mark reġistrata.

Artikolu 11

Projbizzjoni tal-użu ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ reġistrata f'isem ta' aġent jew rappreżentant

Meta ►M1  trademark tal-UE ◄ tkun reġistrata f'isem aġent jew rappreżentant ta' persuna li tkun il-proprjetarju ta' dik it-trade mark, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju, dan tal-aħħar huwa intitolat li jopponi l-użu tal-marka tiegħu mill-aġent jew mir-rappreżentant tiegħu jekk hu ma jkunx awtorizza dan l-użu, sakemm l-aġent jew ir-rappreżentant ma jiġġustifikax l-azzjonijiet tiegħu.

▼M1

Artikolu 12

Limitazzjoni tal-effetti ta' trademark tal-UE

1.  Trademark tal-UE ma għandhiex tagħti d-dritt lill-proprjetarju li jipprojbixxi li, fil-proċess normali tan-negozju, parti terza tuża:

(a) l-isem jew l-indirizz tal-parti terza, fejn dik il-parti terza tkun persuna fiżika;

(b) sinjali jew indikazzjonijiet li mhumiex ta' natura distintiva jew li għandhom x'jaqsmu man-natura, il-kwalità, il-kwantità, l-użu maħsub, il-valur, l-oriġini ġeografika, iż-żmien tal-produzzjoni tal-oġġetti jew tal-għoti tas-servizz, jew karatteristiċi oħrajn tal-oġġetti jew is-servizzi;

(c) it-trademark tal-UE għall-fini tal-identifikazzjoni jew biex issir referenza għal oġġetti jew servizzi bħala dawk tal-proprjetarju ta' dik it-trademark, b'mod partikolari fejn l-użu ta' dik it-trademark ikun neċessarju biex jiġi indikat l-għan maħsub ta' prodott jew servizz, b'mod partikolari bħala aċċessorji jew spare parts.

2.  L-ewwel paragrafu għandu japplika biss fejn l-użu li jsir minn parti terza tikkonforma ma' prattiki onesti f'materji industrijali jew kummerċjali.

▼B

Artikolu 13

L-eżawriment tad-drittijiet li jirriżultaw minn ►M1  trademark tal-UE ◄

▼M1

1.  Trademark tal-UE ma għandhiex tintitola lill-proprjetarju li jipprojbixxi l-użu tagħha fir-rigward ta' oġġetti li jkunu tqiegħdu fis-suq fiż-Żona Ekonomika Ewropea taħt dik it-trademark mill-proprjetarju jew bil-kunsens tiegħu.

▼B

2.  Il-paragrafu 1 m'għandux japplika meta l-proprjetarju jkollu raġunijiet leġittimi biex jopponi li l-prodotti jkomplu jiġu kumerċjalizzati, speċjalment meta l-kundizzjoni tal-prodotti tinbidel jew issirilha l-ħsara wara li jitqiegħdu fis-suq.

▼M1

Artikolu 13a

Dritt ta' intervent mill-proprjetarju ta' trademark irreġistrata sussegwentement bħala difiża fi proċedimenti ta' ksur

1.  Fi proċedimenti ta' ksur, il-proprjetarju ta' trademark tal-UE ma għandux ikollu d-dritt li jipprojbixxi l-użu ta' trademark tal-UE rreġistrata sussegwentement meta dik it-trademark ma tiġix iddikjarata invalida skont l-Artikolu 53(1), (3) jew (4), 54(1) jew (2), jew 57(2) ta' dan ir-Regolament.

2.  Fi proċedimenti ta' ksur, il-proprjetarju ta' trademark tal-UE ma għandux ikollu d-dritt li jipprojbixxi l-użu ta' trademark nazzjonali rreġistrata sussegwentement fejn dik it-trademark nazzjonali rreġistrata sussegwentement ma tiġix iddikjarata invalida skont l-Artikolu 8, jew l-Artikolu 9(1) jew (2), jew 46(3) tad-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).

3.  Fejn il-proprjetarju ta' trademark tal-UE ma jkollux id-dritt li jipprojbixxi l-użu ta' trademark irreġistrata sussegwentement skont il-paragrafi 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu, il-proprjetarju ta' dik it-trademark irreġistrata sussegwentement ma għandux ikollu d-dritt li jipprojbixxi l-użu ta' dik it-trademark preċedenti tal-UE fi proċedimenti ta' ksur.

▼B

Artikolu 14

L-applikazzjoni kumplimentari tal-liġi nazzjonali fir-rigward ta' vjolazzjoni

1.  L-effetti ta' ►M1  trademarks tal-UE ◄ għandhom jiġu regolati biss mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. F'aspetti oħrajn, il-vjolazzjoni ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ għandha tiġi regolata mil-liġi nazzjonali li tirrigwarda l-vjolazzjoni ta' trade marks nazzjonali skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu X.

2.  Dan ir-Regolament m'għandux jipprevjeni li jinfetħu kawżi dwar ►M1  trademark tal-UE ◄ taħt il-liġi tal-Istati Membri, partikolarment fir-rigward tal-obbligazzjonijiet ċivili u l-kompetizzjoni inġusta.

3.  Ir-regoli ta' proċedura applikabbli għandhom jiġu stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu X.



IT-TAQSIMA 3

Użu ta' ►M1  trademarks tal-UE ◄

Artikolu 15

L-użu ta' ►M1  trademarks tal-UE ◄

1.  Jekk, fi żmien ħames snin wara r-reġistrazzjoni, il-proprjetarju ma jkunx għamel użu ġenwin mit- ►M1  trademark tal-UE ◄ ►M1  fl-Unjoni ◄ f'konnessjoni mal-prodotti jew mas-servizzi li għalihom tkun reġistrata, jew jekk dan l-użu jkun ġie sospiż għal perjodu kontinwu ta' ħames snin, it- ►M1  trademark tal-UE ◄ għandha tkun soġġetta għas-sanzjonijiet li jipprovdi dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet xierqa għal dan in-nuqqas ta' użu.

▼M1

Dan li ġej għandu wkoll jikkostitwixxi użu fit-tifsira tal-ewwel subparagrafu:

(a) l-użu ta' trademark tal-UE f'għamla li tvarja f'elementi li ma jibdlux in-natura distintiva tal-marka fl-għamla li fiha tkun ġiet irreġistrata, irrispettivament minn jekk it-trademark fl-għamla kif tintuża hijiex ukoll irreġistrata fl-isem tal-proprjetarju;

(b) it-twaħħil tat-trademark tal-UE ma' oġġetti jew mal-imballaġġ tagħhom fl-Unjoni għal skopijiet ta' esportazzjoni biss.

▼B

2.  L-użu ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ bil-kunsens tal-proprjetarju għandu jitqies li jikkostitwixxi użu mill-proprjetarju.



IT-TAQSIMA 4

It- ►M1  trademarks tal-UE ◄ bħala prodotti ta' proprjetà

Artikolu 16

Meta ►M1  trademarks tal-UE ◄ għandhom jitqiesu bħala trade marks nazzjonali

▼M1

1.  Sakemm l-Artikoli 17 sa 24 ma jipprovdux mod ieħor, trademark tal-UE bħala oġġett ta' proprjetà għandha tiġi trattata fit-totalità tagħha, u għaż-żona kollha tal-Unjoni, bħala trademark nazzjonali rreġistrata fl-Istat Membru fejn, skont ir-Reġistru:

▼B

(a) il-proprjetarju għandu s-sede jew id-domiċilju tiegħu fid-data relevanti;

(b) fejn il-punt (a) ma japplikax, il-proprjetarju għandu stabbiliment fid-data relevanti.

2.  F'każijiet mhux kontemplati mill-paragrafu 1, l-Istat Membru msemmi f'dak il-paragrafu huwa l-Istat Membru fejn jinsab is-sede tal-Uffiċċju.

3.  Jekk żewġ persuni jew iktar huma msemmijin fir-Reġistru tat- ►M1  trademarks tal-UE ◄ bħala koproprjetarji, il-paragrafu 1 għandu japplika għall-koproprjetarju li jkun imsemmi l-ewwel; jekk dana ma jkunx possibli, għandu japplika għall-koproprjetarji sussegwenti fl-ordni kif inhuma mniżżlin. Meta l-paragrafu 1 ma japplika għal ebda koproprjetarju, għandu japplika l-paragrafu 2.

Artikolu 17

Trasferiment

1.  It- ►M1  trademark tal-UE ◄ tista' tiġi trasferita, separatament minn kull trasferiment tal-impriża, fir-rigward jew ta' xi wħud mill-prodotti jew servizzi li għalihom tkun reġistrata jew fir-rigward ta' kollha.

2.  It-trasferiment tal-impriża kollha jinkludi t-trasferiment tat- ►M1  trademark tal-UE ◄ ħlief meta, skont il-liġi li tirregola it-trasferiment, ikun hemm ftehim kuntrarju jew meta ċ-ċikostanzi jiddettaw biċ-ċar mod ieħor. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika għall-obbligazzjoni kuntrattwali biex isir trasferiment tal-impriża.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, iċ-ċessjoni tat- ►M1  trademark tal-UE ◄ għandha ssir bil-miktub u teħtieġ il-firma tal-partijiet kontraenti, ħlief meta tkun konsegwenza ta' deċiżjoni; jekk ma ssirx b'dan il-mod hija nulla.

4.  Meta jkun jidher b'mod ċar mid-dokument tat-trasferiment li minħabba t-trasferiment it- ►M1  trademark tal-UE ◄ aktarx tkun sejra tqarraq bil-pubbliku fir-rigward tax-xorta, il-kwalità jew l-oriġini ġeografika tal-prodotti jew servizzi li tkun reġistrata għalihom, l-Uffiċċju m'għandux jirreġistra t-trasferiment sakemm is-suċċessur ma jaqbilx li jillimita r-reġistrazzjoni tat- ►M1  trademark tal-UE ◄ għal prodotti jew servizzi li fir-rigward tagħhom aktarx ma tkunx sejra tqarraq.

5.  Fuq talba ta' waħda mill-partijiet it-trasferiment għandu jitniżżel fir-Reġistru u għandu jiġi ppubblikat.

▼C2

5b.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a) id-dettalji li għandhom jiġu inklużi fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trasferiment;

(b) it-tip ta' dokumentazzjoni meħtieġa biex jiġi stabbilit trasferiment, b'kont meħud tal-ftehimiet mogħtija mill-proprjetarju rreġistrat u s-suċċessur fit-titolu;

(c) id-dettalji dwar kif għandhom jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet għal trasferimenti parzjali, filwaqt li jiġi żgurat li l-oġġetti u s-servizzi fir-reġistrazzjoni li tibqa' u r-reġistrazzjoni l-ġdida ma jkunx hemm duplikazzjoni tagħhom u li fajl separat, inkluż numru ġdid ta' reġistrazzjoni, jiġi stabbilit għar-reġistrazzjoni l-ġdida.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

▼B

6.  Sakemm it-trasferiment ikun għadu ma tniżżilx fir-Reġistru, is-suċċessur tat-Titolu ma jistax jinqeda bid-drittijiet li jirriżultaw mir-reġistrazzjoni tat- ►M1  trademark tal-UE ◄ .

7.  Meta jkun hemm termini ta' żmien li għandhom jiġu osservati fil-konfront tal-Uffiċċju, is-suċċessur tat-Titolu jista' jagħmel l-istqarrijiet relattivi lill-Uffiċċju la darba t-talba għar-reġistrazzjoni tat-trasferiment tkun waslet l-Uffiċċju.

8.  Id-dokumenti kollha li jeħtieġu li jiġu notifikati lill-proprjetarju tat- ►M1  trademark tal-UE ◄ skont l-Artikolu 79 għandhom jiġu indirizzati lill-persuna reġistrata bħala proprjetarju.

Artikolu 18

It-trasferiment ta' trade mark reġistrata f'isem aġent

Meta ►M1  trademark tal-UE ◄ tkun reġistrata f'isem aġent jew rappreżentant ta' persuna li tkun il-proprjetarju ta' dik it-trade mark, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju, dan tal-aħħar huwa intitolat li jitlob iċ-ċessjoni tal-imsemmija reġistrazzjoni favurih, sakemm l-aġent jew ir-rappreżentant ma jiġġustifikax l-azzjoni tiegħu.

Artikolu 19

Drittijiet in rem

1.   ►M1  Trademark tal-UE ◄ tista', b'mod indipendenti mill-impriża, tingħata bħala garanzija jew tkun is-soġġett ta' drittijiet in rem.

2.  Fuq talba ta' waħda mill-partijiet, id-drittijiet msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitniżżlu fir-Reġistru u għandhom jiġu ppubblikati.

Artikolu 20

Imposta fuq l-eżekuzzjoni

1.  Jista' jkun hemm imposta fuq l-eżekuzzjoni ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ .

2.  Fir-rigward tal-proċedura ta' imposta fuq l-eżekuzzjoni ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ , il-qrati u l-awtoritajiet tal-Istati Membri stabbiliti skont l-Artikolu 16 għandhom ġurisdizzjoni esklussiva.

3.  Fuq talba ta' waħda mill-partijiet, l-imposta fuq l-eżekuzzjoni għandha titniżżel fir-Reġistru u għandha tiġi ppubblikata.

Artikolu 21

Proċedimenti ta' falliment

1.  Dawk il-proċedimenti ta' falliment biss li fihom it-trade mark tal- ►M1  Unjoni ◄ tista' tkun involuta huma dawk miftuħa fl-Istat Membru tat-territorju li fih id-debitur ikollu ċ-ċentru tal-interessi ewlenija tiegħu.

B'dana kollu, meta d-debitur huwa impriża tal-assigurazzjoni jew istituzzjoni tal-kreditu kif definit fid-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni ( 4 ) u fid-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu ( 5 ), rispettivament, l-uniċi proċediment ta' falliment li fihom trade mark tal- ►M1  Unjoni ◄ tista tkun involuta huma dawk mibdijin fl-Istat Membru ta' fejn dik l-impriża jew l-istituzzjoni tkun ġiet awtorizzata.

2.  Fil-każ ta' proprjetà konġunta ta' trade mark tal- ►M1  Unjoni ◄ , il-paragrafu 1 għandu jkun applikabbli għas-sehem tal-proprjetarju konġunt.

3.  Meta trade mark tal- ►M1  Unjoni ◄ hija involuta fi proċedimenti ta' falliment, fuq it-talba tal-awtorità nazzjonali kompetenti, id-dħul għal dan l-effett għandu jseħħ fir-Reġistru u jkunu ippublikati fil-Bulletin tat-Trade marks tal- ►M1  Unjoni ◄ referut fl-Artikolu 89.

Artikolu 22

Liċenzjar

1.   ►M1  Trademark tal-UE ◄ tista' tiġi liċenzjata fir-rigward ta' xi wħud mill-prodotti jew servizzi li għalihom hija reġistrata, jew fir-rigward ta' kollha, għall- ►M1  Unjoni ◄ kollha jew għal parti minnha. Il-liċenzja tista' tkun esklussiva jew mhux esklussiva.

2.  Il-proprjetarju ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ jista' jinqeda bid-drittijiet li jirriżultaw mit-trade mark kontra liċenzjat li jikser xi dispożizzjoni tal-kuntratt tal-liċenzja fir-rigward ta':

(a) it-tul taż-żmien;

(b) il-forma koperta mir-reġistrazzjoni taħt liema it-trademark tista' tiġi utilizzata;

(c) in-natura tal-prodotti jew servizzi li għalihom tkun ingħatat il-liċenzja;

(d) it-territorju fejn it-trade mark tista' titwaħħal; u

(e) il-kwalità tal-prodotti fabbrikati jew tas-servizzi provduti mil-liċenzjat;

3.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt tal-liċenzja, il-liċenzjat jista' jġib proċedimenti ta' vjolazzjoni ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ biss bil-kunsens tal-proprjetarju. Madanakollu, il-pussessur ta' liċenzja esklussiva jista jġib dawn il-proċedimenti jekk il-proprjetarju tat-trade mark, wara notifika formali, ma jiftaħx huwa stess proċedimenti ta' vjolazzjoni fi żmien xieraq.

4.  Il-liċenzjat huwa intitolat li jintervjeni fi proċedimenti ta' vjolazzjoni miġjuba min-naħa tal-proprjetarju ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ , sabiex jikseb kumpens għad-danni li jkun sofra.

5.  Fuq talba ta' waħda mill-partijiet, il-ħruġ jew it-trasferiment ta' liċenzja li tirrigwarda ►M1  trademark tal-UE ◄ għandhom jitniżżlu fir-Reġistru u għandhom jiġu ppubblikati.

Artikolu 23

Effetti fil-konfront ta' terzi persuni

1.  L-atti ġuridiċi msemmija fl-Artikoli 17, 19 u 22 li jirrigwardaw ►M1  trademark tal-UE ◄ għandhom ikollhom effett fil-konfront ta' terzi persuni fl-Istati Membri kollha biss wara li dawn jitniżżlu fir-Reġistru. Madanakollu, att ta' dan it-tip għandu jkollu effett qabel ma jitniżżel, fil-konfront ta' terzi persuni li jkunu akkwistaw drittijiet fit-trade mark wara d-data ta' dak l-att u li jkunu jafu bl-att fid-data meta jakkwistaw id-drittijiet.

2.  Il-paragrafu 1 ma japplikax f'każ ta' persuna li takkwista ►M1  trademark tal-UE ◄ jew dritt li jikkonċerna ►M1  trademark tal-UE ◄ permezz ta' trasferiment tal-impriża kollha jew permezz ta' kull xorta oħra ta' suċċessjoni universali.

3.  L-effetti fil-konfront ta' terzi persuni tal-atti ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 20 huma regolati mil-liġi tal-Istat Membru stabbilita skont l-Artikolu 16.

4.  Sakemm jidħlu fis-seħħ regoli komuni fl-Istati Membri dwar il-falliment, l-effetti tal-falliment jew ta' proċedimenti simili fil-konfront ta' terzi persuni għandhom ikunu regolati skont il-liġi tal-Istat Membru fejn dawn il-proċedimenti jinġiebu l-ewwel skont il-liġi nazzjonali jew il-konvenzjonijiet applikabli f'dan il-qasam.

Artikolu 24

L-applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ bħala oġġett ta' proprjetà

L-Artikoli 16 sa 23 japplikaw għal applikazzjonijiet għal ►M1  trademarks tal-UE ◄ .



IT-TITOLU III

L-APPLIKAZZJONIET GĦAL ►M1  TRADEMARKS TAL-UE ◄



IT-TAQSIMA 1

Il-preżentata ta' applikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet li jirregolawha

▼M1

Artikolu 25

Preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet

1.  L-applikazzjoni għal trademark tal-UE għandha tiġi ppreżentata fl-Uffiċċju.

2.  L-Uffiċċju għandu joħroġ, mingħajr dewmien, lill-applikant, irċevuta li għandha tinkludi tal-anqas in-numru tal-fajl, rappreżentazzjoni, deskrizzjoni jew identifikazzjoni oħra tal-marka, in-natura u l-għadd tad-dokumenti u d-data ta' meta waslu. Dik l-irċevuta tista' tinħareġ b'mezzi elettroniċi.

▼B

Artikolu 26

Kundizzjonijiet li l-applikazzjonijiet għandhom iħarsu

1.  Applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ għandha tikkonsisti f'dawn li ġejjin:

(a) talba għar-reġistrazzjoni ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ ;

(b) informazzjoni li tidentifika lill-applikant;

(c) lista ta' prodotti jew servizzi fir-rigward ta' liem ir-reġistrazzjoni hija mitluba;

(d) xbieha tat-trade mark.

▼M1

2.  L-applikazzjoni għal trademark tal-UE għandha tkun soġġetta għall-ħlas tat-tariffa għall-applikazzjoni li tkopri klassi waħda ta' oġġetti jew servizzi u, fejn ikun il-każ, ta' tariffa waħda jew iktar għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi li jaqbżu l-ewwel klassi u, fejn applikabbli, it-tariffa marbuta mar-riċerka.

▼B

3.  L-applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ għandha tħares il-kundizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 162 (1), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Implimentattiv”.

▼M1

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fl-applikazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġui adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

▼M1

Artikolu 27

Data tal-preżentazzjoni

Id-data meta tiġi ppreżentata applikazzjoni għal trademark tal-UE għandha tkun id-data li fiha d-dokumenti li jkun fihom l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 26(1) jiġu ppreżentati fl-Uffiċċju mill-applikant, soġġetti għall-ħlas ta' tariffa għall-applikazzjoni fi żmien perijodu ta' xahar minn meta jiġu ppreżentati d-dokumenti msemmija hawn fuq.

Artikolu 28

Denominazzjoni u klassifikazzjoni ta' oġġetti u servizzi

1.  L-oġġetti u s-servizzi li fir-rigward tagħhom tkun qed issir l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trademark għandhom ikunu klassifikati f'konformità mas-sistema ta' klassifikazzjoni stabbilita mill-Ftehim ta' Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta' Oġġetti u Servizzi għall-Finijiet tar-Reġistrazzjoni tal-Marki tal-15 ta' Ġunju 1957 (“Klassifikazzjoni ta' Nizza”).

2.  L-oġġetti u s-servizzi li għalihom tkun qed tintalab il-protezzjoni tat-trademark għandhom jiġu identifikati mill-applikant b'ċarezza u preċiżjoni biżżejjed li tippermetti li l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi jiddeterminaw il-firxa ta' protezzjoni mixtieqa, fuq dik il-bażi biss.

3.  Għall-finijiet tal-paragrafu 2, jistgħu jintużaw l-indikazzjonijiet ġenerali inklużi fl-intestaturi tal-klassijiet tal-Klassifikazzjoni ta' Nizza jew termini ġenerali oħrajn, dment li jkunu konformi mal-istandards meħtieġa ta' ċarezza u preċiżjoni stabbiliti f'dan l-Artikolu.

4.  L-Uffiċċju għandu jiċħad applikazzjoni fir-rigward ta' indikazzjonijiet jew termini li mhumiex ċari jew mhumiex preċiżi, fejn l-applikant ma jissuġġerixxix kliem aċċettabbli fi żmien perijodu stabbilit mill-Uffiċċju għal dak il-għan.

5.  L-użu ta' termini ġenerali, inklużi l-indikazzjonijiet ġenerali tal-intestaturi ta' klassijiet tal-Klassifikazzjoni ta' Nizza, għandu jiġi interpretat li jinkludi l-oġġetti jew is-servizzi kollha koperti mit-tifsira litterali tal-indikazzjoni jew it-terminu. L-użu ta' dawn it-termini jew l-indikazzjonijiet ma għandux jiġi interpretat li jinkludi pretensjoni ta' oġġetti jew servizzi li ma jistgħux ikunu mifhuma b'dan il-mod.

6.  Fejn l-applikant jitlob reġistrazzjoni għal iktar minn klassi waħda, l-applikant għandu jiġbor l-oġġetti u s-servizzi skont il-klassijiet tal-Klassifikazzjoni ta' Nizza, fejn kull grupp ikun preċedut bin-numru tal-klassi li fih jaqa' dak il-grupp ta' oġġetti jew servizzi, u għandu jippreżentahom fl-ordni tal-klassijiet.

7.  L-oġġetti u s-servizzi ma għandhomx jitqiesu bħala simili għal xulxin abbażi tal-fatt li jidhru fl-istess klassi skont il-Klassifikazzjoni ta' Nizza. L-oġġetti u s-servizzi ma għandhomx jitqiesu bħala differenti minn xulxin abbażi tal-fatt li jidhru fi klassijiet differenti skont il-Klassifikazzjoni ta' Nizza.

8.  Il-proprjetarji ta' trademarks tal-UE li għalihom tkun saret applikazzjoni qabel it-22 ta' Ġunju 2012 li huma rreġistrati fir-rigward tal-intestatura sħiħa ta' klassi ta' Nizza, jistgħu jiddikjaraw li l-intenzjoni tagħhom fid-data tal-preżentazzjoni kienet li jfittxu protezzjoni fir-rigward ta' oġġetti jew servizzi lil hinn minn dawk li huma koperti mit-tifsira litterali tal-intestatura ta' dik il-klassi, sakemm l-oġġetti jew is-servizzi hekk denominati jkunu inklużi fil-lista alfabetika għal dik il-klassi fl-edizzjoni tal-Klassifikazzjoni ta' Nizza fis-seħħ fid-data tal-preżentazzjoni.

Id-dikjarazzjoni għandha ssir fl-Uffiċċju sal-24 ta' Settembru 2016, u għandha tindika, b'mod ċar, preċiż u speċifiku, l-oġġetti u s-servizzi, għajr dawk koperti b'mod ċar mit-tifsira litterali tal-indikazzjonijiet tal-intestatura tal-klassi, oriġinarjament koperti mill-intenzjoni tal-proprjetarju. L-Uffiċċju għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jemenda r-Reġistru skont dan. Il-possibbiltà li ssir dikjarazzjoni skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 15, l-Artikolu 42(2), l-Artikolu 51(1)(a) u l-Artikolu 57(2).

It-trademarks tal-UE li għalihom ma ssir l-ebda dikjarazzjoni fi żmien il-perijodu msemmi fit-tieni subparagrafu għandhom jitqiesu li jestendu, minn meta jiskadi dak il-perijodu, biss għal oġġetti jew servizzi koperti b'mod ċar mit-tifsira litterali tal-indikazzjonijiet inklużi fl-intestatura tal-klassi rilevanti.

9.  Fejn ir-reġistru jkun emendat, id-drittijiet esklużivi mogħtija mit-trademark tal-UE skont l-Artikolu 9 ma għandhomx jipprevjenu lil parti terza milli tkompli tuża trademark fir-rigward ta' oġġetti jew servizzi meta u sa fejn l-użu tat-trademark għal dawk l-oġġetti jew servizzi:

(a) jkun beda qabel ma ġie emendat ir-reġistru; u

(b) ma kisirx id-drittijiet tal-proprjetarju abbażi tat-tifsira litterali tar-rekord tal-oġġetti u s-servizzi fir-reġistru f'dak il-mument.

Barra minn hekk, l-emenda tal-lista ta' oġġetti jew servizzi rreġistrati fir-reġistru m'għandhiex tagħti lill-proprjetarju tat-trademark tal-UE d-dritt li jopponi jew li japplika għal dikjarazzjoni ta' invalidità ta' trademark sussegwenti meta u sa fejn:

(a) it-trademark sussegwenti kienet jew qed tintuża, jew kienet saret applikazzjoni biex tiġi rreġistrata t-trademark, għal oġġetti jew servizzi qabel ma ġie emendat ir-reġistru; u

(b) l-użu tat-trademark fir-rigward ta' dawk l-oġġetti jew servizzi ma kisirx, jew ma kienx ser jikser, id-drittijiet tal-proprjetarju abbażi tat-tifsira litterali tar-rekord tal-oġġetti u s-servizzi fir-reġistru f'dak il-mument.

▼B



IT-TAQSIMA 2

Prijorità

Artikolu 29

Id-dritt ta' prijorità

1.  Persuna li tkun imliet kif dovut applikazzjoni għal trade mark fi jew għal kull Stat parti għall-Konvenzjoni ta' Pariġi jew għall-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, jew is-suċċessuri tagħha fit-titlu, għandha tgawdi, għall-għanijiet tal-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal trade mark tal- ►M1  Unjoni ◄ fir-rigward ta' prodotti jew servizzi li jkunu identiċi għal jew li jkunu jinsabu ġewwa dawk li għalihom tkun saret l-applikazzjoni, dritt jew prijorità matul perjodu ta' sitt xhur mid-data li tiġi ppreżentata l-ewwel applikazzjoni.

2.  Kull preżentata li hija ekwivalenti għal preżentata regolari taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat fejn tkun saret jew taħt xi ftehim bilaterali jew multilaterali għandha tiġi rikonoxxuta bħala li tagħti lok għal dritt ta' prijorità.

3.  Preżentata nazzjonali regolari tfisser kull preżentata li hija biżżejjed sabiex tiġi stabbilita d-data ta' meta ġiet preżentata l-applikazzjoni, irrispettivament mill-eżitu tal-applikazzjoni.

4.  L-applikazzjoni sussegwenti għal trade mark li kienet is-suġġett ta' applikazzjoni preċedenti fir-rigward tal-istess prodotti jew servizzi, u li tkun ġiet ippreżentata fir-rigward tal-istess Stat għandha titqies bħala l-ewwel applikazzjoni sabiex tiġi stabbilita l-prijorità, sakemm, fid-data tal-preżentata tal-applikazzjoni sussegwenti, l-applikazzjoni preċedenti tkun ġiet irtirata, abbandunata jew miċħuda, mingħajr ma tkun ġiet esposta għal spezzjoni pubblika u mingħajr ma tkun ħalliet drittijiet mhux sodisfatti, u sakemm ma tkunx intużat bħala bażi għal talba għad-dritt ta' prijorità. L-applikazzjoni preċedenti ma tistax tintuża wara bħala bażi għal talba ta' dritt ta' prijorità.

5.  Jekk l-ewwel preżentazzjoni tkun saret fi Stat li mhuwiex parti għall-Konvenzjoni ta' Pariġi jew għall-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw biss sakemm dak l-Istat, skont sejbiet ippubblikati, jagħti, skont il-bażi tal-ewwel preżentazzjoni li tkun saret fl-Uffiċċju u bla ħsara għal kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament, dritt ta' prijorità li jkollu effett ekwivalenti.

▼M1

Artikolu 30

Pretensjonijiet ta' prijorità

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw it-tip ta' dokumentazzjoni li għandha tiġi ppreżentata għall-pretensjoni ta' prijorità ta' applikazzjoni preċedenti skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

▼B

Artikolu 31

Effett ta' dritt ta' prijorità

L-effett tad-dritt ta' prijorità hu li d-data ta' prijorità tgħodd bħala d-data tal-preżentata tal-applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ għall-iskop li jiġi stabbilit liema drittijiet għandhom jingħataw preċedenza.

Artikolu 32

Preżentata ►M1  Union ◄ ekwivalenti għal preżentata nazzjonali

Applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ li tkun ġiet akkordata data ta' preżentata għandha, fl-Istati Membri, titqies bħala ekwivalenti għal preżentata nazzjonali regolari, u fejn xieraq bil-prijorità mitluba għall-applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ .



IT-TAQSIMA 3

Prijorità ta' wirja

Artikolu 33

Prijorità ta' wirja

1.  Jekk applikant għal ►M1  trademark tal-UE ◄ ikun wera prodotti jew servizzi taħt il-marka li għaliha qiegħed japplika, f'wirja internazzjonali li tkun waħda uffiċjali jew waħda li tkun rikonoxxuta internazzjonalment u li taqa' taħt it-termini tal-Konvenzjoni dwar Wirjiet Internazzjonali iffirmata f'Pariġi fit-22 ta' Novembru 1928 u riveduta l-aħħar fit-30 ta' Novembru 1972, huwa jista, jekk jippreżenta l-applikazzjoni fi żmien sitt xhur mid-data tal-ewwel wirja tal-prodotti jew servizzi taħt il-marka li għaliha huwa qiegħed japplika, jitlob dritt ta' prijorità minn dik id-data skont it-tifsira tal-Artikolu 31.

2.  Applikant li jixtieq jitlob prijorità skont il-paragrafu 1 għandu jippreżenta prova tal-wirja ta' prodotti jew servizzi taħt il-marka li għaliha qiegħed japplika skont il-kondizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

3.  Il-prijorità ta' wirja mogħtija fi Stat Membru jew f'pajjiż terz ma testendix il-perjodu ta' prijorità li jinsab fl-Artikolu 29.

▼M1

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw it-tip u d-dettalji tal-evidenza li għandha tiġi ppreżentata għal pretensjoni ta' prijorità ta' esibizzjoni f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

▼B



IT-TAQSIMA 4

Talba tal-Anzjanità ta' trade mark Nazzjonali

Artikolu 34

Talba tal-Anzjanità ta' trade mark Nazzjonali

1.  Il-proprjetarju ta' trade mark preċedenti reġistrata fi Stat Membru, li tinkludi trade mark reġistrata fil-pajjiżi Benelux, jew reġistrata taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fi Stat Membru, li japplika għar-reġistrazzjoni ta' trade mark identika bħala ►M1  trademark tal-UE ◄ għal prodotti jew servizzi li huma identiċi għal jew huma inklużi ma' dawk li għalihom it-trade mark preċedenti tkun ġiet irreġistrata, jista jitlob fir-rigward tat- ►M1  trademark tal-UE ◄ l-anzjanità tat-trade mark preċedenti għall-Istat Membru fejn jew għal-liem tkun reġistrata.

2.  L-anzjanità għandha l-effett uniku taħt dan ir-Regolament li, jekk il-proprjetarju tat- ►M1  trademark tal-UE ◄ jċedi t-trade mark preċedenti jew iħalliha tiskadi, huwa jitqies li jkompli jgawdi l-istess drittijiet daqs li kieku t-trade mark preċedenti baqgħet reġistrata.

▼M1

3.  L-anzjanità pretiża għat-trademark tal-UE għandha tiskadi meta t-trademark preċedenti li fir-rigward tagħha tkun saret il-pretensjoni ta' anzjanità, tiġi ddikjarata li hi invalida jew revokata. Meta t-trademark preċedenti tiġi revokata, l-anzjanità għandha tiskadi dment li r-revoka ssir effettiva qabel id-data tal-applikazzjoni jew id-data ta' prijorità tat-trademark tal-UE.

▼M1

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw it-tip ta' dokumentazzjoni li għandha tiġi ppreżentata għall-pretensjoni ta' anzjanità ta' trademark nazzjonali jew trademark irreġistrata skont ftehimiet internazzjonali li jkunu effettivi fi Stat Membru f'konformità mal-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

▼B

Artikolu 35

Talba ta' anzjanità wara r-reġistrazzjoni ta' ►M1  trademark tal-UE ◄

1.  Il-proprjetarju ta' trade mark tal- ►M1  Unjoni ◄ li huwa l-proprjetarju ta' trade mark identika aktar kmieni rreġistrata fi Stat Membru, inkluża trade mark irreġistrata fil-pajjiżi Benelux jew ta' trade mark identika aktar kmieni, b'reġistrazzjoni internazzjonali effettiva fi Stat Membru, għall-oġġetti jew is-servizzi li huma identiċi għal dawk li t-trade mark aktar kmieni kienet ġiet irreġistrata, li tkun inkluża fihom, jista jitlob senjorità tat-trade mark aktar kmieni fir-rigward tal-Istat Membru li fih jew li għalih tkun ġiet irreġistrata.

2.  L-Artikoli 34(2) u (3) għandhom japplikaw.



IT-TITOLU IV

IL-PROĊEDURA TA' REĠISTRAZZJONI



IT-TAQSIMA 1

L-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet

Artikolu 36

L-eżaminazzjoni tal-kondizzjonijiet tal-preżentata

1.  L-Uffiċċju għandu jeżamina jekk:

(a) l-applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ tissodisfax r-rekwiżiti għall-iffissar ta' data tal-preżentata skont l-Artikolu 27;

(b) l-applikazzjoni għat-trade mark tal- ►M1  Unjoni ◄ hix konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Implementazzjoni;

(c) fejn xieraq, l-imposti ta' klassi jkunux tħallsu fil-perjodu preskritt.

2.  Meta l-applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ ma tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, l-Uffiċċju għandu jitlob lill-applikant sabiex jirrimedja n-nuqqasijiet jew sabiex jagħmel il-ħlas li kellu jagħmel fiż-żmien preskritt.

3.  Jekk n-nuqqasijiet ma jiġux irrimedjati jew il-ħlas ma jsirx skont il-paragrafu 1(a) fil-perjodu msemmi, l-applikazzjoni m'għandhiex titqies bħala applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ . Jekk l-applikant jikkonforma mat-talba tal-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jakkorda bħala d-data tal-preżentata tal-applikazzjoni d-data meta n-nuqqasijiet jiġu rimedjati jew meta jsir il-ħlas.

4.  Jekk in-nuqqasijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) ma jiġux irrimedjati fil-perjodu preskritt, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta l-applikazzjoni.

5.  Jekk in-nuqqas ta' ħlas stabbilit taħt il-paragrafu 1(c) ma jiġix irrimedjat fil-perjodu preskritt, l-applikazzjoni għandha titqies li ġiet irtirata sakemm ma jkunx ċar liema kategoriji ta' prodotti jew servizzi huma koperti mill-ammont imħallas.

6.  F'każ li l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw t-talba ta' prijorità ma jiġux sodisfatti, id-dritt ta' prijorità tal-applikazzjoni jintilef.

7.  F'każ li l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw t-talba ta' anzjanità ta' trade mark nazzjonali ma jiġux sodisfatti, id-dritt għall-applikazzjoni jintilef.

Artikolu 37

Eżaminazzjoni ta' raġunijiet ta' rifjut assoluti

1.  Meta, taħt l-Artikolu 7, trade mark tkun ineliġibbli għal reġistrazzjoni fir-rigward ta' xi wħud mill-prodotti jew servizzi koperti mill-applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ , jew fir-rigward ta' kollha, l-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda fir-rigward ta' dawk l-prodotti jew servizzi.

▼M1 —————

▼B

3.  L-applikazzjoni m'għandhiex tiġi miċħuda qabel ma l-applikant ikun ingħata l-opportunità li jirtira jew jemenda l-applikazzjoni jew biex jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.



IT-TAQSIMA 2

It-tfittxija

▼M1

Artikolu 38

Rapport ta' riċerka

1.  L-Uffiċċju għandu, fuq talba tal-applikant għat-trademark tal-UE meta jippreżenta l-applikazzjoni, ifassal rapport ta' riċerka tal-Unjoni Ewropea (“rapport ta' riċerka tal-UE”) li jsemmi dawk it-trademarks preċedenti tal-UE jew l-applikazzjonijiet għal trademarks tal-UE li jkunu nkixfu u li jistgħu jiġu invokati taħt l-Artikolu 8 kontra r-reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE li tkun saret applikazzjoni għaliha.

2.  Fejn, fil-mument li jippreżenta applikazzjoni għal trademark tal-UE, l-applikant jitlob li jitħejja rapport ta' riċerka mill-uffiċċji ċentrali tal-Istati Membri li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u meta tkun tħallset tariffa adatta marbuta mar-riċerka qabel l-iskadenza għall-ħlas tat-tariffa għall-applikazzjoni, l-Uffiċċju għandu jittrasmetti, mingħajr dewmien, kopja tal-applikazzjoni għal trademark tal-UE lill-uffiċċju ċentrali ta' kull Stat Membru li jittratta l-proprjetà industrijali li jkun informa lill-Uffiċċju bid-deċiżjoni tiegħu li jwettaq riċerka fir-reġistru tat-trademarks tiegħu stess fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal trademark tal-UE.

3.  Kull wieħed mill-uffiċċji ċentrali tal-Istati Membri li jittrattaw il-proprjetà industrijali msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jikkomunika rapport ta' riċerka li għandu jew isemmi kwalunkwe trademarks nazzjonali preċedenti, l-applikazzjonijiet għal trademarks nazzjonali jew trademarks irreġistrati skont ftehimiet internazzjonali, li jkollhom effett fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati, li jkunu ġew skoperti u li jistgħu jiġu invokati taħt l-Artikolu 8 kontra r-reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE li ssir applikazzjoni għaliha, jew jiddikjara li din ir-riċerka ma żvelat l-ebda dritt ta' dan it-tip.

4.  L-Uffiċċju, wara li jikkonsulta lill-Bord tat-Tmexxija previst fl-Artikolu 124 (“il-Bord tat-Tmexxija”), għandu jistabbilixxi l-kontenut u l-modalitajiet għar-rapporti.

5.  L-Uffiċċju għandu jħallas ammont lil kull uffiċċju ċentrali li jittratta l-proprjetà industrijali għal kull rapport ta' riċerka ipprovdut mill-uffiċċju f'konformità mal-paragrafu 3. L-ammont, li għandu jkun l-istess għal kull uffiċċju, għandu jkun stabbilit mill-Kumitat tal-Baġit permezz ta' deċiżjoni addottata b'maġġoranza ta' tliet kwarti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri.

6.  L-Uffiċċju għandu jittrasmetti lill-applikant għal trademark tal-UE r-rapport ta' riċerka tal-UE mitlub u kwalunkwe rapport ta' riċerka nazzjonali mitlub u li jkun ġie riċevut.

7.  Fejn l-applikazzjoni għal trademark tal-UE tiġi ppubblikata, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-proprjetarji ta' trademarks preċedenti tal-Unjoni Ewropea jew ta' applikazzjonijiet għal trademarks tal-Unjoni Ewropea msemmija fir-rapport ta' riċerka tal-UE bil-pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal trademark tal-UE. Dan tal-aħħar għandu japplika irrispettivament jekk l-applikant ikunx talab li jirċievi r-rapport ta' riċerka tal-UE, sakemm il-proprjetarju ta' reġistrazzjoni jew applikazzjoni preċedenti ma jitlobx li ma jirċevix in-notifika.

▼B



IT-TAQSIMA 3

Il-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni

Artikolu 39

Pubblikazzjoni tal-applikazzjoni

▼M1

1.  Jekk il-kondizzjonijiet li jeħtieġu jiġu sodisfatti mill-applikazzjoni għal trademark tal-UE jiġu rrispettati, l-applikazzjoni għandha tkun ippubblikata għall-finijiet tal-Artikolu 41 sakemm din ma tkunx ġiet miċħuda skont l-Artikolu 37. Il-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għal informazzjoni diġà disponibbli għall-pubbliku mod ieħor f'konformità ma' dan ir-Regolament jew ma' atti adottati skont dan ir-Regolament.

▼B

2.  Meta, wara l-pubblikazzjoni, applikazzjoni tkun miċħuda permezz tal-Artikolu 37, id-deċiżjoni li din kellha tkun miċħuda għandha tkun ippublikata malli din issir finali.

▼M1

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji li għandhom ikunu inklużi fil-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

▼B



IT-TAQSIMA 4

Osservazzjonijiet minn terzi persuni u oppożizzjoni

▼M1

Artikolu 40

Osservazzjonijiet minn partijiet terzi

1.  Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u kwalunkwe grupp jew korp li jirrappreżenta lil manifatturi, produtturi, fornituri ta' servizzi, negozjanti jew konsumaturi jistgħu jippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub lill-Uffiċċju, li jispjegaw ir-raġunijiet għaliex it-trademark ma għandux jiġi rreġistrat ex officio skont l-Artikoli 5 u 7.

Il-persuni u l-gruppi jew korpi msemmijin fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx ikunu partijiet fil-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju.

2.  L-osservazzjonijiet ta' partijiet terzi għandhom jiġu ppreżentati qabel it-tmiem tal-perijodu ta' oppożizzjoni jew, meta tkun ġiet ippreżentata oppożizzjoni kontra t-trademark, qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali dwar l-oppożizzjoni.

3.  Il-preżentazzjoni li tissemma fil-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Uffiċċju li jiftaħ mill-ġdid l-analiżi tar-raġunijiet assoluti fuq inizjattiva tiegħu stess fi kwalunkwe mument qabel ir-reġistrazzjoni, fejn ikun il-każ.

4.  L-osservazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkomunikati lill-applikant li jista' jikkummenta fuqhom.

▼B

Artikolu 41

Oppożizzjoni

1.  Fi żmien perjodu ta' tliet xhur wara l-pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ , notifika ta' oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tista' tingħata fuq il-bażi li ma tistax tiġi reġistrata taħt l-Artikolu 8:

(a) mill-proprjetarji ta' trade marks preċedenti msemmija fl-Artikolu 8(2) kif ukoll minn liċenzjati li jkunu awtorizzati mill-proprjetarji ta' dawk it-trade marks, fir-rigward tal-Artikoli 8(1) u (5);

(b) mill-proprjetarji ta' trade marks msemmija fl-Artikolu 8(3);

(c) mill-proprjetarji ta' marki jew sinjali preċedenti msemmija fl-Artikolu 8(4) u minn persuni awtorizzati biex jeżerċitaw dawn id-drittijiet taħt il-liġi nazzjonali relevanti;

▼M1

(d) mill-persuni awtorizzati taħt il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali rilevanti biex jeżerċitaw id-drittijiet imsemmijin fl-Artikolu 8(4a).

▼B

2.  Notifika ta' oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trade mark tista' tingħata wkoll, bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, fl-eventwalità li tiġi ppubblikata applikazzjoni emendata skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 43(2).

▼M1

3.  L-oppożizzjoni għandha tiġi espressa bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għaliex tkun qiegħda ssir. L-oppożizzjoni ma tistax titqies li tkun ġiet ippreżentata kif dovut qabel ma jsir il-ħlas tat-tariffa tal-oppożizzjoni.

▼M1

4.  Fi żmien perijodu li għandu jiġi stabbilit mill-Uffiċċju, l-opponent jista' jippreżenta fatti, evidenza u argumenti b'appoġġ għall-każ tiegħu.

▼B

Artikolu 42

Eżaminazzjoni tal-oppożizzjoni

1.  Waqt l-eżaminazzjoni tal-oppożizzjoni l-Uffiċċju għandu jistieden lill-partijiet, kemm jista' jkun spiss, sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet, fi żmien iffisat lilhom mill-Uffiċċju, dwar il-komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħrajn jew maħruġin minnu stess.

▼M1

2.  Fuq talba tal-applikant, il-proprjetarju ta' trademark tal-UE preċedenti li jkun għamel notifika ta' oppożizzjoni għandu jġib provi li, matul il-perijodu ta' ħames snin qabel id-data ta' preżentazzjoni jew id-data tal-prijorità tal-applikazzjoni tat-trademark tal-UE, ikun sar użu ġenwin mit-trademark tal-UE preċedenti fl-Unjoni f'konnessjoni mal-oġġetti jew servizzi li għalihom hija tkun irreġistrata u li huwa qiegħed isemmi bħala ġustifikazzjoni għall-oppożizzjoni tiegħu, jew li hemm raġunijiet validi għalfejn m'għandhiex tintuża, sakemm it-trademark tal-UE preċedenti tkun ilha rreġistrata għal mhux inqas minn ħames snin sa dik id-data. F'nuqqas ta' provi ta' din ix-xorta, l-oppożizzjoni għandha tiġi rrifjutata. Jekk it-trademark tal-UE preċedenti tkun intużat f'konnessjoni ma' parti biss mill-oġġetti jew servizzi li għalihom tkun irreġistrata, hija għandha, għall-finijiet tal-eżaminazzjoni tal-oppożizzjoni, titqies li hija rreġistrata biss f'konnessjoni ma' dik il-parti tal-oġġetti jew servizzi.

▼B

3.  Il-paragrafu 2 japplika għal trade marks nazzjonali preċedenti msemmija fl-Artikolu 8(2)(a), u dana billi l-użu f' l-Istat Membru fejn it-trade mark nazzjonali preċedenti hija protetta jiġi sostitwit b'użu ►M1  fl-Unjoni ◄ .

4.  L-Uffiċċju jista', jekk jidhirlu li huwa xieraq, jistieden lill-partijiet biex jaslu għal ftehim bonarju.

5.  Jekk l-eżaminazzjoni tal-oppożizzjoni tikxef li t-trade mark ma tistax tiġi reġistrata fir-rigward ta' xi ftit mill-prodotti jew servizzi li għalihom tkun saret applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ , jew fir-rigward ta' kollha, l-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda fir-rigward ta' dawk l-prodotti jew servizzi. F'każ kuntrarju l-oppożizzjoni għandha tiġi miċħuda.

6.  Id-deċiżjoni li tiċħad l-applikazzjoni għandha tiġi ppubblikata malli ssir finali.

▼M1

Artikolu 42a

Delega ta' setgħat

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163a li jispeċifikaw id-dettalji tal-proċedura għall-preżentazzjoni u l-eżaminazzjoni ta' oppożizzjoni stipulati fl-Artikoli 41 u 42.

▼B



IT-TAQSIMA 5

L-irtirar, ir-restrizzjoni u l-emenda tal-applikazzjoni

Artikolu 43

L-irtirar, ir-restrizzjoni u l-emenda tal-applikazzjoni.

1.  L-applikant jista' f'kull ħin jirtira l-applikazzjoni tiegħu għal ►M1  trademark tal-UE ◄ jew jirrestrinġi l-lista ta' prodotti jew servizzi li jkunu jinsabu fiha. Meta l-applikazzjoni tkun diġà ġiet ippubblikata, l-irtirar jew ir-restrizzjoni għandhom jiġu ppubblikati wkoll.

2.  F'aspetti oħrajn, l-applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ tista' biss tiġi emendata, fuq talba tal-applikant, billi ssir korrezzjoni tal-isem jew l-indirizz tal-applikant, żbalji ta' kitba jew ta' ikkupjar, jew żbalji ovvji, sakemm il-korrezzjoni ma tbiddilx b'mod sostanzjali t-trade mark u ma testendix il-lista ta' prodotti jew servizzi. Meta l-emendi jaffetwaw ir-rappreżentazzjoni tat-trade mark jew il-lista ta' prodotti jew servizzi u jsiru wara l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni, l-applikazzjoni għat-trade mark għandha tiġi ppubblikata kif emendata.

▼M1

3.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163a li jispeċifikaw id-dettalji tal-proċedura li tirregola l-emenda tal-applikazzjoni.

▼B

Artikolu 44

Diviżjoni tal-applikazzjoni

1.  L-applikant jista' jaqsam l-applikazzjoni billi jiddikjara li wħud mill-oġġetti jew servizzi inklużi fl-applikazzjoni oriġinali għandhom ikunu suġġetti għal wieħed jew aktar applikazzjonijiet diviżjonali. L-oġġetti jew is-servizzi fl-applikazzjoni diviżjonali m'għandhomx ixaqilbu fuq xulxin mal-oġġetti u s-servizzi li jibqgħu fl-applikazzjoni oriġinali jew ma' dawk li huma inklużi fl-applikazzjonijiet diviżjonali l-oħrajn.

2.  Id-dikjarazzjoni ta' diviżjoni m'għandhiex tkun ammissibbli:

(a) jekk, meta oppożizzjoni tkun ġiet ippreżentata kontra l-applikazzjoni oriġinali, tali applikazzjoni diviżjonali għandha l-effett li tintroduċi diviżjoni fost l-oġġetti jew is-servizzi li kontra tagħhom l-oppożizzjoni tkun diretta, sakemm id-deċiżjoni tal-oppożizzjoni tad-Diviżjoni tkun saret finali jew il-proċedimenti tal-oppożizzjoni jkunu b'mod ieħor finalment terminati;

(b) matul il-perijodi stabbiliti fir-Regolament tal-Implementazzjoni.

3.  Id-dikjarazzjoni ta' diviżjoni għandha tkun konformi mad-disposizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Implementazzjoni.

4.  Id-dikjarazzjoni ta' diviżjoni għandha tkun suġġetta għall-ħlas ta' miżata. Id-dikjarazzjoni m'għandhiex tkun meqjusa li saret sakemm il-miżata tkun tħallset.

5.  Id-diviżjoni għandha jkollha effett fid-data li fiha din tkun reġistrata fil-files miżmuma mill-Uffiċċju ikkonċernat bl-applikazzjoni oriġinali.

6.  It-talbiet u l-applikazzjonijiet kollha ippreżentati u l-miżati kollha mħallsa fir-rigward tal-applikazzjoni oriġinali qabel id-data li fiha l-Uffiċċju jirċievi d-dikjarazzjoni tad-diviżjoni, huma meqjusa wkoll li jkunu ġew ippreżentati jew imħallsa fir-rigward tal-applikazzjoni jew l-applikazzjonijiet diviżjonali. Il-miżati għall-applikazzjoni oriġinali li ma jkunux ġew imħallsa kif xieraq qabel id-data li fiha d-dikjarazzjoni tad-diviżjoni tkun wasslet, m'għandhomx dritt għal rifużjoni.

7.  L-applikazzjoni diviżjonali għandha tippreserva d-data tal-preżentazzjoni u kwalunkwe data ta' priorità u data tas-senjorità tal-applikazzjoni oriġinali.

▼M1

9.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a) id-dettalji li għandhom ikunu inklużi f'dikjarazzjoni tad-diviżjoni ta' applikazzjoni li ssir skont il-paragrafu 1;

(b) id-dettalji dwar kif għandha tiġi pproċessata dikjarazzjoni tad-diviżjoni ta' applikazzjoni, filwaqt li jiġi żgurat li fajl separat, inkluż numru ġdid tal-applikazzjoni, jiġi stabbilit għall-applikazzjoni diviżjonali;

(c) id-dettalji li għandhom ikunu fil-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni diviżjonali skont il-paragrafu 8.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

▼B



IT-TAQSIMA 6

Ir-reġistrazzjoni

▼M1

Artikolu 45

Reġistrazzjoni

1.  Fejn applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament u fejn ma tkun ingħatat l-ebda notifika ta' oppożizzjoni fi ħdan il-perijodu msemmi fl-Artikolu 41(1) jew meta kull oppożizzjoni tkun waqgħet b'mod finali permezz ta' rtirar, rifjut jew dispożizzjoni oħra, it-trademark u d-dettalji msemmija fl-Artikolu 87(2) għandhom jiġu rreġistrati fir-Reġistru. Ir-reġistrazzjoni għandha tiġi ppubblikata.

2.  L-Uffiċċju għandu joħroġ ċertifikat ta' reġistrazzjoni. Dak iċ-ċertifikat jista' jinħareġ b'mezzi elettroniċi. L-Uffiċċju għandu jipprovdi kopji attestati jew mhux attestati taċ-ċertifikat soġġett għall-ħlas ta' tariffa, fejn dawk il-kopji huma maħruġa b'mezzi li mhumiex elettroniċi.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fi u l-forma taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

▼B



IT-TITOLU V

TUL TA' ŻMIEN, TIĠDID U TIBDIL TA' ►M1  TRADEMARKS TAL-UE ◄

Artikolu 46

Tul ta' żmien tar-reġistrazzjoni

It- ►M1  trademarks tal-UE ◄ għandhom jiġu reġistrati għal perjodu ta' għaxar snin mid-data tal-preżentata tal-applikazzjoni. Ir-reġistrazzjoni tista' tiġi mġedda skont l-Artikolu 47 għal perjodi oħrajn ta' għaxar snin.

▼M1

Artikolu 47

It-tiġdid

1.  Ir-reġistrazzjoni ta' trademark tal-UE għandha tiġi mġedda fuq talba tal-proprjetarju tat-trademark tal-UE jew ta' kull persuna espressament awtorizzata minnu, sakemm id-drittijiet ikunu tħallsu.

2.  L-Uffiċċju għandu jinforma lill-proprjetarju tat-trademark tal-UE, u lil kull persuna li jkollha dritt reġistrat fir-rigward tat-trademark tal-UE, bl-iskadenza tar-reġistrazzjoni mill-inqas sitt xhur qabel tali skadenza. In-nuqqas li tingħata tali informazzjoni ma jinvolvix ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju u ma jaffettwax l-iskadenza tar-reġistrazzjoni.

3.  It-talba għat-tiġdid għandha tintbagħat f'perijodu ta' sitt xhur qabel l-iskadenza tar-reġistrazzjoni. It-tariffa bażika għat-tiġdid, u fejn xieraq, tariffa ta' klassi waħda jew aktar għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi li jaqbżu l-ewwel waħda għandhom ukoll jitħallsu f'dan il-perijodu. Jekk dan ma jsirx, it-talba tista' tintbagħat u t-tariffi jitħallsu fi żmien perijodu ulterjuri ta' sitt xhur wara l-iskadenza tar-reġistrazzjoni, dment li titħallas tariffa addizzjonali għall-pagament tard tat-tariffa għat-tiġdid jew is-sottomissjoni tard tat-talba għat-tiġdid fi żmien dan il-perijodu ulterjuri.

4.  It-talba għat-tiġdid għandha tinkludi:

(a) l-isem tal-persuna li qed titlob it-tiġdid;

(b) in-numru ta' reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE li għandha tiġġedded;

(c) jekk it-tiġdid jintalab għal parti biss mill-oġġetti u servizzi, indikazzjoni ta' dawk il-klassijiet jew dawk l-oġġetti u servizzi li għalihom huwa mitlub it-tiġdid, jew dawk il-klassijiet jew dawk l-oġġetti u servizzi li għalihom it-tiġdid mhuwiex mitlub, imqiegħda fi gruppi skont il-klassijiet tal-klassifikazzjoni ta' Nizza, kull grupp preċedut min-numru tal-klassi ta' dik il-klassifikazzjoni li għaliha jappartjeni dak il-grupp ta' oġġetti jew servizzi, u ppreżentat fl-ordni tal-klassijiet ta' dik il-klassifikazzjoni.

Jekk ikun sar il-pagament imsemmi fil-paragrafu 3, għandha titqies li tikkostitwixxi talba għal tiġdid dment li jkun fih l-indikazzjonijiet kollha neċessarji biex jiġi stabbilit l-għan tal-pagament.

5.  Fejn it-talba tiġi ppreżentata jew it-tariffi jitħallsu fir-rigward biss ta' wħud mill-oġġetti jew servizzi li għalihom it-trade mark tal-UE tkun reġistrata, ir-reġistrazzjoni għandha tiġġedded biss għal dawk l-oġġetti jew servizzi. Fejn it-tariffi mħallsa ma jkunux suffiċjenti biex ikopru l-klassijiet kollha ta' oġġetti u servizzi li għalihom ikun qiegħed jintalab it-tiġdid, ir-reġistrazzjoni għandha tiġġedded jekk ikun ċar liema klassi jew klassijiet għandhom ikunu koperti. Fin-nuqqas ta' kriterji oħra, l-Uffiċċju għandu jqis il-klassijiet fl-ordni tal-klassifikazzjoni.

6.  It-tiġdid għandu jsir effettiv mill-jum wara d-data meta r-reġistrazzjoni eżistenti tiskadi. It-tiġdid għandu jiġi reġistrat.

7.  Fejn it-talba għat-tiġdid tiġi ppreżentata fil-perijodi previsti fil-paragrafu 3, iżda l-kondizzjonijiet l-oħra li jirregolaw it-tiġdid previsti f'dan l-Artikolu mhumiex sodisfatti, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-applikant bin-nuqqasijiet misjuba.

8.  Fejn it-talba għat-tiġdid ma tiġix sottomessa jew tiġi sottomessa wara li jiskadi l-perijodu previst fil-paragrafu 3, jew meta t-tariffi ma jitħallsux jew jitħallsu biss wara li jkun skada l-perijodu inkwistjoni, jew fejn in-nuqqasijiet imsemmijin fil-paragrafu 7 ma jiġux rimedjati f'dak il-perijodu, l-Uffiċċju għandu jistabbilixxi li r-reġistrazzjoni skadiet u għandu jinnotifika lill-proprjetarju tat-trademark tal-UE kif meħtieġ. Meta d-deċiżjoni tkun saret finali, l-Uffiċċju għandu jikkanċella l-marka mir-reġistru. Il-kanċellazzjoni għandu jkollha effett mill-jum ta' wara d-data li fiha tiskadi r-reġistrazzjoni eżistenti. Meta t-tariffi tat-tiġdid ikunu tħallsu iżda r-reġistrazzjoni ma tiġġeddidx, dawk it-tariffi għandhom jitħallsu lura.

9.  Talba waħda għat-tiġdid tista' tiġi ppreżentata għal żewġ marki jew iżjed, mal-ħlas tat-tariffi meħtieġa għal kull waħda minn dawn il-marki, sakemm il-proprjetarji jew ir-rappreżentanti huma l-istess f'kull każ.

▼B

Artikolu 48

Tibdil

1.  It- ►M1  trademark tal-UE ◄ m'għandhiex tinbidel fir-Reġistru waqt il-perjodu ta' reġistrazzjoni jew ladarba tiġġedded.

2.  Madanakollu, jekk it- ►M1  trademark tal-UE ◄ tinkludi l-isem u l-indirizz tal-proprjetarju, kull tibdil li ma jaffetwax b'mod sostanzjali l-identità tat-trade mark kif kienet reġistrata oriġinarjament jista' jiġi reġistrat fuq talba tal-proprjetarju.

▼M1

3.  It-talba għal bidla għandha tinkludi l-element tal-marka li trid tinbidel u dak l-element fil-verżjoni mibdula tiegħu.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fit-talba għal bidla. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

▼M1

4.  It-talba titqies li għadha ma ġietx ippreżentata sakemm tkun tħallset it-tariffa meħtieġa. Jekk it-tariffa ma tkunx tħallset jew ma tkunx tħallset kollha, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-applikant b'dan. Tista' ssir talba waħda għall-bidla tal-istess element f'żewġ reġistrazzjonijiet jew aktar tal-istess proprjetarju. It-tariffa meħtieġa għandha titħallas għal kull reġistrazzjoni li ser tinbidel. Jekk ir-rekwiżiti li jirregolaw il-bidla fir-reġistrazzjoni ma jiġux sodisfatti, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-applikant bin-nuqqas. Jekk in-nuqqas ma jiġix rimedjat fi żmien li għandu jiġi speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta t-talba.

5.  Il-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-bidla għandha turi xbieha tat-trademark tal-UE kif mibdula. Il-partijiet terzi li d-drittijiet tagħhom jistgħu jiġu affettwati mill-bidla jistgħu jikkontestaw ir-reġistrazzjoni tagħha fi żmien il-perijodu ta' tliet xhur wara l-pubblikazzjoni.

Artikolu 48a

Bidla fl-isem jew fl-indirizz

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi f'talba għal bidla fl-isem jew l-indirizz skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

▼B

Artikolu 49

Diviżjoni tar-reġistrazzjoni

1.  Il-proprjetarju tat-trade mark tal- ►M1  Unjoni ◄ jista' jaqsam ir-reġistrazzjoni billi jiddikjara li wħud mill-oġġetti jew mis-servizzi inklużi fir-reġistrazzjoni oriġinali għandhom ikunu s-suġġett għal wieħed jew aktar reġistrazzjonijiet diviżjonali. L-oġġetti jew is-servizzi fir-reġistrazzjoni diviżjonali m'għandhomx ixaqilbu fuq xulxin mal-oġġetti u s-servizzi li jibqgħu fir-reġistrazzjoni oriġinali jew ma' dawk li huma inklużi fir-reġistrazzjonijiet diviżjonali l-oħrajn.

2.  Id-dikjarazzjoni ta' diviżjoni m'għandhiex tkun ammissibbli:

(a) jekk, meta applikazzjoni għal revoka tad-drittijiet jew tad-dikjarazzjoni tal-invalidità tkun ġiet ippreżentata fl-Uffiċċju kontra r-reġistrazzjoni oriġinali, tali dikjarazzjoni diviżjonali għandha l-effett li tintroduċi diviżjoni fost l-oġġetti jew is-servizzi li kontra tagħhom l-applikazzjoni għad-drittijiet tar-revoka jew għal dikjarazzjoni tal-invalidità tkun diretta, sakemm id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tkun saret finali jew il-proċedimenti jkunu b'mod ieħor finalment terminati;

(b) jekk, meta kontra-talba għal revoka ta' dikjarazzjoni tal-invalidità tkun ġiet ippreżentata quddiem qorti ►M1  għat-trademark tal-UE ◄ , tali dikjarazzjoni diviżjonali għandha l-effett li tintroduċi diviżjoni fost l-oġġetti jew servizzi li kontra tagħhom il-kontra-talba hija diretta, sakemm l-imsemmi ġudizzju tal-qorti ►M1  għat-trademark tal-UE ◄ jkun irreġistrat fir-Reġistru bis-saħħa tal-Artikolu 100(6).

3.  Id-dikjarazzjoni ta' diviżjoni għandha tkun konformi mad-disposizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Implementazzjoni.

4.  Id-dikjarazzjoni ta' diviżjoni m'għandhiex tkun suġġetta għall-ħlas ta' miżata. Id-dikjarazzjoni m'għandhiex tkun meqjusa li saret sakemm il-miżata tkun tħallset.

5.  Id-diviżjoni għandha jkollha effett fid-data li fiha tkun imdaħħla fir-Reġistru.

6.  It-talbiet u l-applikazzjonijiet kollha ippreżentati u l-miżati kollha mħallsa fir-rigward tar-Reġistrazzjoni oriġinali qabel id-data li fiha l-Uffiċċju jircievi d-dikjarazzjoni tad-diviżjoni, huma meqjusa wkoll li jkunu ġew ippreżentati jew imħallsa fir-rigward tar-reġistrazzjoni jew ir-reġistrazzjonijiet diviżjonali. Il-miżati għar-reġistrazzjoni oriġinali li ma jkunux ġew imħallsa kif xieraq qabel id-data li fiha d-dikjarazzjoni tad-diviżjoni tkun wasslet, m'għandhomx dritt għal rifużjoni.

7.  Ir-reġistrazzjoni diviżjonali għandha tippreserva d-data tal-preżentazzjoni u kwalunkwe data ta' priorità u data tas-senjorità tar-reġistrazzjoni oriġinali.

▼M1

8.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a) id-dettalji li għandhom ikunu inklużi f'dikjarazzjoni tad-diviżjoni ta' reġistrazzjoni skont il-paragrafu 1;

(b) id-dettalji ta' kif għandha tiġi pproċessata dikjarazzjoni tad-diviżjoni ta' reġistrazzjoni, filwaqt li jiġi żgurat li fajl separat, inkluż numru ġdid ta' reġistrazzjoni, jiġi stabbilit għar-reġistrazzjoni diviżjonali.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

▼B



IT-TITOLU VI

ĊESSJONI, REVOKA U INVALIDITÀ



IT-TAQSIMA 1

Ċessjoni

Artikolu 50

Ċessjoni

1.   ►M1  Trademark tal-UE ◄ tista' tiġi ċeduta fir-rigward ta' xi wħud mill-prodotti jew servizzi li għalihom tkun reġistrata jew fir-rigward ta' kollha.

2.  Iċ-ċessjoni għandha tiġi ddikjarata lill-Uffiċċju bil-miktub mill-proprjetarju tat-trade mark. M'għandhiex ikollha effett qabel ma tiddaħħal fir-Reġistru.

3.  Iċ-ċessjoni għandha tiddaħħal biss bi ftehim mal-proprjetarju ta' dritt imdaħħal fir-Reġistru. Jekk liċenzja tkun ġiet reġistrata, iċ-ċessjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru biss jekk il-proprjetarju tat-trade mark jipprova li huwa jkun għarraf lil-liċenzjat bil-ħsieb tiegħu li jċedi; din l-iskrizzjoni għandha ssir meta jiskadi l-perjodu preskritt mir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

▼M1

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi f'dikjarazzjoni għal ċessjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u t-tip ta' dokumentazzjoni meħtieġa biex jiġi stabbilit ftehim ta' parti terza skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

▼B



IT-TAQSIMA 2

Bażi suffiċjenti għar-revokazzjoni

Artikolu 51

Raġunijiet għal revoka

1.  Id-drittijiet tal-proprjetarju ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ għandhom jiġu ddikjarati bħala revokati malli ssir applikazzjoni lill-Uffiċċju jew fuq il-bażi ta' kontrotalba fi proċedimenti ta' vjolazzjoni:

(a) jekk, għal perjodu kontinwu ta' ħames snin, ma jkunx sar użu ġenwin mit-trade mark ►M1  fl-Unjoni ◄ f'konnessjoni mal-prodotti jew servizzi li għalihom hija tkun reġistrata, u ma jkunx hemm raġunijiet siewja għal dan in-nuqqas ta' użu; madanakollu, l-ebda persuna ma tista' titlob li d-drittijiet tal-proprjetarju fit- ►M1  trademark tal-UE ◄ jiġu revokati jekk, waqt l-intervall bejn l-iskadenza tal-perjodu ta' ħames snin u l-preżentata tal-applikazzjoni jew tal-kontrotalba, użu ġenwin tat-trade mark ikun beda jew issokta; il-bidu jew l-issoktar ta' użu waqt perjodu ta' tliet xhur qabel il-preżentata tal-applikazzjoni jew tal-kontrotalba li jkun beda l-iktar kmieni mal-iskadenza tal-perjodu kontinwu ta' ħames snin ta' nuqqas ta' użu għandu, madanakollu, ma jiġix meqjus jekk il-preparamenti għall-bidu jew għall-issoktar iseħħu biss wara li l-proprjetarju jsir jaf li l-applikazzjoni jew il-kontrotalba jistgħu jiġu preżentati;

(b) jekk, bħala konsegwenza ta' atti jew inattività tal-proprjetarju, it-trade mark tkun saret l-isem komuni fil-kummerċ ta' prodott jew servizz li għalih tkun reġistrata;

(c) jekk, bħala konsegwenza tal-użu li jkun sar minnha mill-proprjetarju tat-trade mark jew bil-kunsens tiegħu fir-rigward tal-prodotti jew servizzi li għalihom hija reġistrata, it-trade mark aktarx tista' tqarraq bil-pubbliku, partikolarment fir-rigward tax-xorta, tal-kwalità jew tal-oriġini ġeografika ta' dawk il-prodotti jew servizzi.

2.  Meta r-raġunijiet ta' revoka ta' drittijiet jeżistu biss fir-rigward ta' xi wħud biss mill-prodotti jew servizzi li għalihom it- ►M1  trademark tal-UE ◄ hija reġistrata, id-drittijiet tal-proprjetarju għandhom jiġu dikjarati bħala revokati fir-rigward ta' dawk il-prodotti jew servizzi biss.



IT-TAQSIMA 3

Raġunijiet ta' invalidità

Artikolu 52

Raġunijiet assoluti ta' invalidità

1.   ►M1  Trademark tal-UE ◄ għandha tiġi ddikjarata bħala invalida wara applikazzjoni lill-Uffiċċju jew fuq il-bażi ta' kontrotalba fi proċedimenti ta' vjolazzjoni,

(a) meta t-trade mark tal- ►M1  Unjoni ◄ tkun ġiet irreġistrata kuntrarju tad-disposizzjonijiet tal-Artikolu 7;

(b) meta l-applikant jkun aġixxa morożament meta jkun ippreżenta l-applikazzjoni għat-trade mark.

2.  Meta t- ►M1  trademark tal-UE ◄ tkun ġiet reġistrata bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(1)(b), (c) jew (d), tista' madanakollu ma tiġix iddikjarata invalida jekk, b'konsegwenza tal-użu li jkun sar minnha, hija tkun wara r-reġistrazzjoni akkwistat karattru distintiv fir-rigward tal-prodotti jew servizzi li għalihom tkun reġistrata.

3.  Jekk ir-raġuni ta' invalidità tkun teżisti biss fir-rigward ta' xi wħud mill-prodotti jew servizzi li għalihom it- ►M1  trademark tal-UE ◄ hija reġistrata, it-trade mark għandha tiġi dikjarata bħala invalida fir-rigward ta' dawk l-prodotti jew servizzi biss.

Artikolu 53

Raġunijiet relattivi ta' invalidità

1.   ►M1  Trademark tal-UE ◄ għandha tiġi ddikjarata bħala invalida wara applikazzjoni lill-Uffiċċju jew fuq il-bażi ta' kontrotalba fi proċedimenti ta' vjolazzjoni,

(a) meta jkun hemm trade mark preċedenti kif msemmi fl-Artikolu 8(2) u l-kundizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 jew fil-paragrafu 5 ta' dak l-Artikolu jkunu sodisfatti;

(b) meta ikun hemm trade mark kif imsemmi fl-Artikolu 8(3) u l-kundizzjonijiet msemmija f'dak il-paragrafu jkunu sodisfatti;

(c) meta jkun hemm dritt preċedenti kif imsemmi fl-Artikolu 8(4) u l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu jkunu sodisfatti;

▼M1

(d) fejn ikun hemm denominazzjoni ta' oriġini preċedenti jew indikazzjoni ġeografika kif imsemmija fl-Artikolu 8(4a) u l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu jkunu sodisfatti.

Il-kondizzjonijiet kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu sodisfatti fid-data tal-applikazzjoni jew id-data ta' prijorità tat-trademark tal-UE.

▼B

2.  Trade mark tal- ►M1  Unjoni ◄ għandha wkoll tkun iddikjarata invalida mal-applikazzjoni lejn l-Uffiċċju jew fuq il-bażi ta' kontratalba fil-proċedimenti tal-ksur meta l-użu ta' tali trade mark jista jkun ipprojbit bis-saħħa ta' dritt aktar kmieni skont leġiżlazzjoni tal- ►M1  Unjoni ◄ jew ta' liġi nazzjonali li tirregola l-protezzjoni tagħha, u partikolarment:

(a) dritt għall-isem;

(b) dritt għall-preżentazzjoni personali;

(c) id-dritt tal-awtur;

(d) id-dritt għal proprjetà industrijali.

3.   ►M1  Trademark tal-UE ◄ ma tistax tiġi ddikjarata invalida jekk il-proprjetarju ta' dritt msemmi fil-paragrafi 1 jew 2 jagħti l-kunsens tiegħu espressament għar-reġistrazzjoni tat- ►M1  trademark tal-UE ◄ qabel ma tiġi sottomessal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità jew il-kontrotalba.

4.  Meta l-proprjetarju ta' wieħed mid-drittijiet msemmija fil-paragrafi 1 jew 2 ikun applika qabel għal dikjarazzjoni li ►M1  trademark tal-UE ◄ hija invalida jew ikun għamel kontrotalba fi proċedimenti ta' vjolazzjoni, huwa ma jistax jissottometti applikazzjoni ġdida għal dikjarazzjoni ta' invalidità jew jippreżenta kontrotalba fuq il-bażi ta' dritt ieħor minn dawk imsemmija li huwa seta' jinvoka biex isaħħaħ l-ewwel applikazzjoni jew kontrotalba tiegħu.

5.  Artikolu 52(3) għandu japplika.

Artikolu 54

Limitazzjoni bħala konsegwenza ta' kunsens

▼M1

1.  Fejn il-proprjetarju ta' trademark tal-UE jkun ta l-kunsens tiegħu, għal perijodu ta' ħames snin suċċessivi, li jsir użu minn trademark tal-UE sussegwenti fl-Unjoni waqt li jkun jaf b'dan l-użu, hu ma jibqax intitolat abbażi tat-trademark preċedenti li japplika għal dikjarazzjoni li t-trademark sussegwenti hija invalida fir-rigward tal-oġġetti jew servizzi li għalihom tkun intużat it-trademark sussegwenti, sakemm ir-reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE sussegwenti ma tkunx saret applikazzjoni għaliha b'mala fede.

2.  Fejn il-proprjetarju ta' trademark nazzjonali preċedenti msemmija fl-Artikolu 8(2) jew ta' sinjal preċedenti ieħor imsemmi fl-Artikolu 8(4) ikun ta l-kunsens tiegħu, għal perijodu ta' ħames snin suċċessivi, li jsir użu minn trademark tal-UE sussegwenti fl-Istat Membri fejn it-trademark preċedenti jew is-sinjal preċedenti l-ieħor huwa protett waqt li jkun jaf b'dan l-użu, hu ma jibqax intitolat abbażi tat-trademark preċedenti jew tas-sinjal l-ieħor preċedenti li japplika għal dikjarazzjoni li t-trademark sussegwenti hija invalida fir-rigward tal-oġġetti jew is-servizzi li għalihom tkun intużat it-trademark sussegwenti, sakemm ir-reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE sussegwenti ma tkunx saret applikazzjoni għaliha b'mala fede.

▼B

3.  Fil-każijiet msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-proprjetarju ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ sussegwenti mhuwiex intitolat li jopponi l-użu tad-dritt preċedenti, avolja dak id-dritt ma jkunx jista' jiġi invokat iżjed kontra t- ►M1  trademark tal-UE ◄ sussegwenti.



IT-TAQSIMA 4

Konsegwenzi ta' revoka u ta' invalidità

Artikolu 55

Il-konsegwenzi ta' revoka u ta' invalidità

1.  It- ►M1  trademark tal-UE ◄ għandha titqies li ma kellhiex, sa mid-data tal-applikazzjoni għal revoka jew tal-kontrotalba, l-effetti speċifikati minn dan ir-Regolament, sa fejn id-drittijiet tal-proprjetarju jkunu ġew revokati. Tista' tiġi iffissata data preċedenti meta waħda mir-raġuinijiet għar-revoka tkun seħħet, fid-deċiżjoni fuq talba ta' waħda mill-partijiet.

2.  It- ►M1  trademark tal-UE ◄ għandha titqies li ma kellhiex, sa mill-bidu, l-effetti speċifikati minn dan ir-Regolament, sa fejn it-trade mark tkun ġiet iddikjarata invalida.

3.  Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrigwardaw it-talbiet għal kumpens għal danni ikkawżati minħabba traskuraġni jew nuqqas ta' bona fede minn naħa tal-proprjretarju tat-trade mark, jew li jirrigwardaw qliegħ inġust, l-effett retroattiv tar-revoka jew tal-invalidità ta' trade mark m'għandux jaffetwa:

(a) kull deċiżjoni dwar vjolazzjoni li tkun saret res judicata u li tkun ġiet enforzata qabel id-deċiżjoni ta' revoka jew ta' invalidità;

(b) kull kuntratt li jkun ġie konkluż qabel id-deċiżjoni ta' revoka jew ta' invalidità, sakemm ikun ġie mwettaq qabel dik id-deċiżjoni; madanakollu, fuq bażi ta' ekwità jista' jintalab ħlas lura ta' somom li jkunu diġa' tħallsu taħt il-kuntratt relevanti, sa fejn dan ikun ġustifikat miċ-ċirkostanzi.



IT-TAQSIMA 5

Proċedimenti fl-Uffiċċju fir-rigward ta' revoka jew invalidità

Artikolu 56

Applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità

1.  Applikazzjoni għal revoka tad-drittijiet ta' proprjetarju ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ jew għal dikjarazzjoni li t-trade mark hija invalida tista' tiġi preżentata lill-Uffiċċju:

(a) meta japplikaw l-Artikoli 51 u 52, minn kull persuna naturali jew ġuridika u minn kull grupp jew organu mwaqqfa bil-għan li jirrapreżentaw l-interessi ta' fabbrikanti, produtturi, fornituri ta' servizzi, negozjanti jew konsumaturi, u li għandhom il-kapaċità li jfittxu jew li jiġi mfittxija f'isimhom stess skont il-liġi li tirregolahom;

(b) kull fejn japplika l-Artikolu 53(1), mill-persuni msemmija fl-Artikolu 41(1);

(c) kull fejn japplika l-Artikolu 53(2), mill-proprjetarji tad-drittijiet preċedenti msemmija f'dik id-dispożizzjoni jew mill-persuni li huma intitolati li jeżerċitaw id-drittijiet in kwistjoni ►M1  taħt il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat ◄ .

2.  L-applikazzjoni għandha tiġi presentata fi prospett raġunat bil-miktub. M'għandux jitqies li ġie preżentat qabel ma jitħallas id-dritt.

▼M1

3.  Applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità hija inammissibbli meta applikazzjoni li tirrigwarda l-istess materja u l-istess kawża, u li tinvolvi lill-istess partijiet, tkun ġiet aġġudikata fuq il-merti tagħha, jew mill-Uffiċċju jew permezz ta' qorti għat-trademarks tal-UE kif imsemmi fl-Artikolu 95, u d-deċiżjoni tal-Uffiċċju jew dik il-qorti dwar dik l-applikazzjoni tkun kisbet l-awtorità ta' deċiżjoni finali.

▼B

Artikolu 57

L-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni

1.  Fl-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni għal revoka ta' drittijiet jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità, l-Uffiċċju għandu jistieden lill-partijiet, kemm jista' jkun spiss skont il-ħtieġa, sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet, fi żmien li għandu jiġi iffissat mill-Uffiċċju, dwar komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħrajn jew maħruġa minnu stess.

▼M1

2.  Jekk issir talba mill-proprjetarju ta' trademark tal-UE, il-proprjetarju ta' trademark tal-UE preċedenti, li jkun parti għall-proċedimenti ta' invalidità, għandu jġib provi li, matul il-perijodu ta' ħames snin qabel id-data tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità, it-trademark tal-UE preċedenti intużat b'mod ġenwin fl-Unjoni f'konnessjoni mal-oġġetti jew servizzi li għalihom hija rreġistrata u li l-proprjetarju ta' dik it-trademark preċedenti jsemmi bħala ġustifikazzjoni għall-applikazzjoni tiegħu, jew li hemm raġunijiet validi għalfejn m'għandhiex tintuża, sakemm sa dik id-data t-trademark tal-UE preċedenti tkun ilha rreġistrata għal mhux inqas minn ħames snin. Jekk, fid-data li fiha l-applikazzjoni għal trademark tal-UE tkun ġiet ippreżentata jew fid-data tal-prijorità tal-applikazzjoni għal trademark tal-UE, it-trademark tal-UE preċedenti tkun ilha rreġistrata għal mhux inqas minn ħames snin, il-proprjetarju tat-trademark tal-UE preċedenti għandu jġib prova li, barra dan, il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 42(2) ikunu ġew sodisfatti sa dik id-data. F'nuqqas ta' provi f'dan ir-rigward l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità għandha tiġi rrifjutata. Jekk it-trademark tal-UE preċedenti tkun intużat biss fir-rigward ta' parti mill-oġġetti jew servizzi li għalihom hija rreġistrata, din għandha titqies, għall-finijiet tal-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità, bħala rreġistrata biss fir-rigward ta' dik il-parti tal-oġġetti jew servizzi.

▼B

3.  Il-paragrafu 2 għandu japplika għal trade marks nazzjonali preċedenti msemmija fl-Artikolu 8(2)(a), billi jiġi sostitwit l-użu fi Stat Membru fejn it-trade mark nazzjonali preċedenti hija protetta b'użu ►M1  fl-Unjoni ◄ .

4.  L-Uffiċċju jista', jekk jidhirlu li huwa xieraq, jistieden lill-partijiet sabiex jaslu għal ftehim bonarju.

5.  Jekk l-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni għal revoka ta' drittijiet jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità turi li t-trade mark ma kellhiex tiġi reġistrata fir-rigward tal-prodotti jew servizzi li għalihom hija reġistrata jew xi wħud minnhom, id-drittijiet tal-proprjetarju ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ għandhom jiġu revokati jew inkella għandha tiġi iddikjarata bħala invalida fir-rigward ta' dawk l-prodotti jew servizzi. F'kull każ ieħor, l-applikazzjoni għal revoka ta' drittijiet jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità għandha tiġi miċħuda.

6.  Reġistrazzjoni tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju dwar l-applikazzjoni għal revoka tad-drittijiet jew għal dikjarazzjoni tal-invalidità għandha sseħħ fir-Reġistru la darba din tkun tkun saret finali.

▼M1

Artikolu 57a

Delegazzjoni tas-setgħat

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 163a, li jispeċifikaw id-dettalji tal-proċeduri li jirregolaw ir-revoka u d-dikjarazzjoni ta' invalidità ta' trademark tal-UE kif imsemmija fl-Artikoli 56 u 57, kif ukoll it-trasferiment ta' trademark tal-UE rreġistrata f'isem aġent kif imsemmi fl-Artikolu 18.

▼B



IT-TITOLU VII

APPELLI

Artikolu 58

Id-deċiżjonijiet soġġetti għal appell

▼M1

1.  Għandu jsir appell mid-deċiżjonijiet ta' kwalunkwe każ ta' teħid tad-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 130, u, fejn ikun il-każ, il-punt (f) ta' dak l-Artikolu. Dawk id-deċiżjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ biss mid-data tal-iskadenza tal-perijodu ta' appell imsemmi fl-Artikolu 60. Il-preżentazzjoni tal-appell għandu jkollha effett sospensiv.

▼B

2.  Deċiżjoni li ma ttemmx proċedimenti fir-rigward ta' waħda mill-partijiet tista' biss tiġi appellata flimkien mad-deċiżjoni finali, sakemm id-deċiżjoni ma tkunx tippermetti appell separat.

Artikolu 59

Il-persuni li huma intitolati li jappellaw u li jkunu partijiet fi proċedimenti ta' appell.

Kull parti fi proċedimenti li tiġi milquta b'mod żvantaġġuż minn deċiżjoni tista' tappella. Il-partijiet l-oħrajn kollha fl-istess proċedimenti għandhom ikunu partijiet fil-proċedimenti tal-appell bi dritt.

▼M1

Artikolu 60

Limitu ta' żmien u forma tal-appell

1.  L-avviż tal-appell għandu jiġi ppreżentat bil-miktub lill-Uffiċċju fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni. In-notifika għandha titqies li ġiet ippreżentata biss meta t-tariffa tal-appell tkun ġiet imħallsa. Din għandha tiġi ppreżentata fil-lingwa tal-proċedimenti li fihom ittieħdet id-deċiżjoni li hija soġġetta għall-appell. Fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni, għandha tiġi ppreżentata dikjarazzjoni bil-miktub li tistipula r-raġunijiet tal-appell.

2.  Fi proċeduri f'materji kontradittorji, id-difensur jista' fit-tweġiba tiegħu, jfittex deċiżjoni li tħassar jew tibdel id-deċiżjoni kkontestata dwar punt mhux imqajjem fl-appell. Tali sottomissjonijiet għandhom jieqfu milli jkollhom effett jekk il-appellant ma jkomplix il-proċedimenti.

▼B

Artikolu 61

Reviżjoni tad-deċiżjonijiet fil-każi ex parte

1.  Jekk il-parti li tkun ippreżentat appell hija l-parti unika għall-proċedura, u jekk id-dipartiment li d-deċiżjoni tiegħu hija kkontestata jikkonsidra li l-appell huwa ammessibbli kif ukoll ben fondat, id-dipartiment għandu jirrettifika d-deċiżjoni tiegħu.

2.  Jekk id-deċiżjoni ma tkunx rettifikata fi żmien xahar wieħed minn meta tkun wasslet l-istqarrija tal-bażi, l-appell għandu jkun ri-ammess mingħajr dewmien lejn il-Bord tal-Appell, u mingħajr kummenti dwar il-meritu tiegħu.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 63

Eżaminazzjoni ta' appelli

1.  Jekk l-appell ikun ammissibli, il-Bord tal-Appell għandu jeżamina jekk l-appell huwiex permissibli.

2.  Waqt l-eżaminazzjoni tal-appell, il-Bord tal-Appell għandu jistieden lill-partijiet, kemm jista' jkun spiss skont il-ħtieġa, sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet, fi żmien perjodu iffissat mill-Bord tal-Appell, dwar il-komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħrajn jew maħruġin minnu stess.

Artikolu 64

Deċiżjonijiet dwar appelli

1.  Wara li ssir l-eżaminazzjoni tal-permissibilità tal-appell, il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi l-appell. Il-Bord tal-Appell jista' jew jeżerċita kull poter fil-kompetenza tad-dipartiment li kien responsabbli għad-deċiżjoni appellata jew jirrinvija l-każ lill-dak id-dipartiment għal prosekuzzjoni ulterjuri.

2.  Jekk il-Bord tal-Appell jirrinvija l-każ għal prosekuzzjoni ulterjuri lid-dipartiment li d-deċiżjoni tiegħu ġiet appellata, dak id-dipartiment huwa marbut bir-ratio decidendi tal-Bord tal-Appell, sa fejn il-fatti jkunu l-istess.

▼M1

3.  Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell għandhom jidħlu fis-seħħ biss mid-data tal-iskadenza tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 65(5) jew, jekk tkun infetħet kawża quddiem il-Qorti Ġenerali fi żmien dak il-perijodu, mid-data ta' meta tiġi miċħuda dik il-kawża jew ta' kwalunkwe appell ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja kontra d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali.

▼B

Artikolu 65

Kawżi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

▼M1

1.  Jistgħu jitressqu azzjonijiet quddiem il-Qorti Ġenerali kontra deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell relattivament għal appelli.

▼B

2.  Il-kawża tista' tinfetaħ fuq raġunijiet ta' nuqqas ta' kompetenza, vjolazzjoni ta' rekwiżit proċedurali essenzjali, vjolazzjoni tat-Trattat, ta' dan ir-Regolament jew ta' kull regola tal-liġi li tirrigwarda l-applikazzjoni tagħhom jew abbuż ta' poter.

▼M1

3.  Il-Qorti Ġenerali għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li tħassar jew tibdel id-deċiżjoni kkontestata.

▼B

4.  Il-kawża hija miftuħa għal kull parti fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' Appell li tkun intlaqtet b'mod żvantaġġuż mid-deċiżjoni.

▼M1

5.  Il-kawża għandha titressaq quddiem il-Qorti Ġenerali fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell.

6.  L-Uffiċċju għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali jew, fil-każ ta' appell kontra dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja.

▼M1

Artikolu 65a

Delega ta' setgħat

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163a li jispeċifikaw:

(a) il-kontenut formali tan-notifika tal-appell imsemmija fl-Artikolu 60 u l-proċedura għall-preżentazzjoni u l-eżaminazzjoni ta' appell;

(b) il-kontenut formali u l-forma tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell kif imsemmija fl-Artikolu 64;

(c) ir-rimborż tat-tariffa tal-appell kif imsemmi fl-Artikolu 60.

▼B



IT-TITOLU VIII

IL-MARKI KOLLETTIVI ►M1  TAL-UNJONI EWROPEA ◄

Artikolu 66

Il- ►M1  marki kollettivi tal-Unjoni Ewropea ◄

1.   ►M1  “Marka kollettiva tal-Unjoni Ewropea” (“marka kollettiva tal-UE”) ◄ hija ►M1  trademark tal-UE ◄ li hija hekk msejħa meta ssir l-applikazzjoni u li hija kapaċi tiddistingwi l-prodotti jew servizzi tal-membri tal-assoċjazzjoni li hija proprjetarja ta' dik il-marka minn dawk ta' impriżi oħrajn. Assoċjazzjonijiet ta' fabbrikanti, produtturi, fornituri ta' servizzi, jew negozjanti, skont il-liġi li tirregolahom, għandhom il-kapaċità li f'isimhom stess ikollhom drittijiet u obbligi ta' kull xorta, li jidħlu f'kuntratti jew li jwettqu atti ġuridiċi oħra u li jfittxu u li jiġu mfittxa, kif ukoll persuni ġuridiċi regolati mil-liġi pubblika, jistgħu japplikaw għal ►M1  marki kollettivi tal-UE ◄ .

2.  B'deroga mill-Artikolu 7(1)(c), sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex jindikaw l-oriġini ġeografika tal-prodotti jew servizzi jistgħu jikkostitwixxu ►M1  marka kollettiva tal-UE ◄ skont it-tifsira tal-paragrafu 1. Marka kollettiva ma tagħtix jedd lill-proprjetarju li jistabbilixxi lil terza persuna milli tuża fil-kummerċ dawn is-sinjali jew indikazzjonijiet, sakemm huwa jużahom skont il-prattika onesta fl-oqsma tal-industrija u tal-kummerċ; b'mod partikolari, din il-marka ma tistax tiġi invokata kontra terza persuna li hija intitolata li tuża isem ġeografiku.

3.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw għal ►M1  marki kollettivi tal-UE ◄ , sakemm l-Artikoli 67 sa 74 ma jipprovdux mod ieħor.

Artikolu 67

Ir-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka

1.  L-applikant għal ►M1  marka kollettiva tal-UE ◄ għandu jissottometti regolamenti li jirregolaw l-użu tagħha fi żmien il-perjodu preskritt.

2.  Ir-regolamenti li jirregolaw l-użu għandhom jispeċifikaw il-persuni awtorizzati biex jużaw il-marka, il-kundizzjonijiet għal adeżjoni fl-assoċjazzjoni u, fejn dawn jeżistu, il-kondizzjonijiet għall-użu tal-marka inklużi sanzjonijiet. Ir-regolamenti li jirregolaw l-użu ta' marka msemmija fl-Artikolu 66(2) għandhom jawtorizzaw lil kull persuna li l-prodotti jew servizzi tagħha joriġinaw miz-zona ġeografika in kwistjoni sabiex din issir membru tal-assoċjazzjoni li hija proprjetarja tal-marka.

▼M1

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fir-regolamenti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

▼B

Artikolu 68

Ċaħda tal-applikazzjoni

1.  Flimkien mar-raġunijiet għaċ-ċaħda ta' applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ kif msemmi fl-Artikoli 36 u 37, applikazzjoni għal ►M1  marka kollettiva tal-UE ◄ għandha tiġi miċħuda meta d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 66 jew 67 ma jkunux sodisfatti, jew jekk ir-regolamenti li jirregolaw l-użu imorru kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità.

2.  Applikazzjoni għal ►M1  marka kollettiva tal-UE ◄ għandha wkoll tiġi miċħuda jekk din tista' tqarraq bil-pubbliku fir-rigward tal-karattru jew sinifikanza tal-marka, b'mod partikolari jekk aktarx tista' tiftiehem li hija xi ħaġa differenti minn marka kollettiva.

3.  L-applikazzjoni m'għandhiex tiġi miċħuda jekk l-applikant, bħala konsegwenza ta' emenda fir-regolamenti li jirregolaw l-użu, jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2.

▼M1

Artikolu 69

Osservazzjonijiet minn partijiet terzi

Fejn osservazzjonijiet bil-miktub dwar marka kollettiva tal-UE jiġu sottomessi lill-Uffiċċju skont l-Artikolu 40, dawk l-osservazzjonijiet jistgħu jkunu bbażati wkoll fuq ir-raġunijiet partikolari li fuqhom l-applikazzjoni għal marka kollettiva tal-UE għandha tiġi rrifjutata skont l-Artikolu 68.

▼B

Artikolu 70

L-użu ta' marki

L-użu ta' ►M1  marka kollettiva tal-UE ◄ minn kull persuna li għandha l-awtorità li tużaha għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, sakemm il-kondizzjonijiet l-oħrajn imposti minn dan ir-Regolament fir-rigward tal-użu ta' ►M1  trademarks tal-UE ◄ huma sodisfatti.

Artikolu 71

L-emenda tar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka

1.  Il-proprjetarju ta' ►M1  marka kollettiva tal-UE ◄ għandu jissottometti lill-Uffiċċju kull regolamenti emendati li jirregolaw l-użu.

2.  L-emenda m'għandhiex tissemma fir-Reġistru jekk ir-regolamenti emendati ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 67 jew jinvolvu waħda mir-raġunijiet għal ċaħda msemmija fl-Artikolu 68.

▼M1

3.  L-osservazzjonijiet bil-miktub li jsiru skont l-Artikolu 69 jistgħu jiġu ppreżentati wkoll fir-rigward ta' regolamenti emendati li jirregolaw l-użu.

▼B

4.  Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-emendi tar-regolamenti li jirregolaw l-użu għandhom jidħlu fis-seħħ biss mid-data ta' meta referenza għall-emenda titniżżel fir-reġistru.

Artikolu 72

Il-persuni li huma intitolati jiftħu kawża ta' vjolazzjoni

1.  Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22(3) u (4) li jirrigwardaw id-drittijiet ta' liċenzjati għandhom japplikaw għal kull persuna li għandha l-awtorità li tuża ►M1  marka kollettiva tal-UE ◄ .

2.  Il-proprjetarju ta' ►M1  marka kollettiva tal-UE ◄ huwa intitolat li jitlob kumpens f'isem persuni li għandhom awtorità li jużaw il-marka jekk dawn ikunu sofrew danni b'konsegwenza ta' użu mhux awtorizzat tal-marka.

Artikolu 73

Ir-raġunijiet għal revoka

Minbarra r-raġunijiet għal revoka msemmija fl-Artikolu 51, id-drittijiet tal-proprjetarju ta' ►M1  marka kollettiva tal-UE ◄ għandhom jiġu revokati fuq applikazzjoni lill-Uffiċċju jew fuq il-bażi ta' kontrotalba fi proċedimenti ta' vjolazzjoni, jekk:

(a) il-proprjetarju ma jieħux passi raġonevoli sabiex jipprevjeni li l-marka tintuża b'mod li huwa inkumpatibbli mal-kundizzjonijiet tal-użu, jekk dawn ikunu jeżistu, li jinsabu fir-regolamenti li jirregolaw l-użu, u l-emendi ta' liem, fejn dan huwa approprjat, huma msemmija fir-Reġistru;

(b) il-mod kif il-marka intużat mill-proprjetarju wassal sabiex din tista' tqarraq bil-pubbliku bil-mod msemmi fl-Artikolu 68(2);

(c) tkun saret referenza fir-Reġistru għal emenda tar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka, u dana bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 71(2), sakemm il-proprjetarju tal-marka ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' dawn id-dispożizzjonijiet billi jemenda ulterjorment ir-regolamenti li jirregolaw l-użu.

Artikolu 74

Ir-raġunijiet ta' invalidità

Minbarra r-raġunijiet ta' invalidità provduti fl-Artikoli 52 u 53, ►M1  marka kollettiva tal-UE ◄ li hija reġistrata bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 68 għandha tiġi ddikjarata invalida malli ssir applikazzjoni lill-Uffiċċju jew fuq il-bażi ta' kontrotalba fi proċedimenti ta' vjolazzjoni, sakemm il-proprjetarju tal-marka ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' dawk id-dispożizzjonijiet billi jemenda r-regolamenti li jirregolaw l-użu.

▼M1



TAQSIMA 2

Marki ta' ċertifikazzjoni tal-UE

Artikolu 74b

Regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fir-regolamenti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

▼B



IT-TITOLU IX

PROĊEDURA



IT-TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 75

Stqarrija tar-raġunijiet li fuqhom id-deċiżjonijiet huma bbażati

Id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju għandhom jistqarru r-raġunijiet li fuqhom huma bbażati. Dawn għandhom ikunu bbażati biss fuq raġunijiet jew fuq xiehda fir-rigward ta' liem il-partijiet konċernati kellhom l-opportunità li jippreżentaw il-kummenti tagħhom.

Artikolu 76

L-eżaminazzjoni tal-fatti mill-Uffiċċju fuq inizzjattiva tiegħu stess.

1.  Fi proċedimenti quddiemu l-Uffiċċju għandu jeżamina l-fatti fuq l-inizzjattiva tiegħu stess; madanakollu, fi proċedimenti li jirrigwardaw raġunijiet relattivi għal ċaħda ta' reġistrazzjoni, l-Uffiċċju għandu jkun ristrett għal eżaminazzjoni ta' fatti, ta' provi u ta' argumenti ppreżentati mill-partijiet u tar-rimedji mitluba. ►M1   Fi proċedimenti ta' invalidità kondotti skont l-Artikolu 52, l-Uffiċċju għandu jillimita l-eżami tiegħu għar-raġunijiet u l-argumenti ppreżentati mill-partijiet. ◄

2.  L-Uffiċċju jista' ma jikkunsidrax fatti jew provi li ma jiġux preżentati fil-ħin preskritt mill-partijiet konċernati.

Artikolu 77

Il-proċedimenti orali

1.  Jekk l-Uffiċċju jqis li proċedimenti orali jisgħu ikunu espedjenti dawn għandhom isiru fuq l-inizzjattiva tal-Uffiċċju jew fuq talba ta' kull parti fil-proċedimenti.

2.  Il-proċedimenti orali quddiem l-eżaminaturi, id-Diviżjoni tal-Opposizzjoni u l-Amministrazzjoni tat-Trade marks u d-Diviżjoni Legali m'għandhomx isiru fil-pubbliku.

3.  Il-proċedimenti orali, inkluża l-pronunzja tad-deċiżjoni, għandhom isiru fil-pubbliku quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Bordijiet tal-Appell, sakemm id-dipartiment li quddiemu l-proċedimenti ikunu qegħdin isiru ma jiddeċidix mod ieħor f'każijiet fejn l-attendenza tal-pubbliku jista' jkollha żvantaġġi serji u mhux ġustifikati, b'mod partikolari għall-waħda mill-partijiet fil-proċedimenti.

▼M1

4.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163a li jispeċifikaw l-arranġamenti ddettaljati għal proċedimenti orali, inklużi l-arranġamenti ddettaljati għall-użu ta' lingwi skont l-Artikolu 119.

▼B

Artikolu 78

Kif għandha tittieħed ix-xiehda

1.  F'kull proċedimenti quddiem l-Uffiċċju, il-miżati ta' kif għandha tingħata jew tinkiseb ix-xiehda għandhom jinkludu dan li ġej:

(a) is-smigħ tal-partijiet;

(b) talbiet għall-informazzjoni;

(c) il-preżentata ta' dokumenti u prodotti oħra ta' xiehda;

(d) is-smigħ ta' xhieda;

(e) l-opinjonijiet ta' esperti;

(f) stqarrijiet bil-miktub ġuramentati jew affermati jew li għandhom effett simili taħt il-liġi tal-Istat fejn tinkiteb l-istqarrija.

2.  Id-dipartiment relevanti jista' jikkummissjona lil wieħed mill-membri tiegħu biex jeżamina x-xiehda preżentata.

3.  Jekk l-Uffiċċju jidhirlu li huwa meħtieġ li xi parti, xhud jew espert jagħtu x-xiehda tagħhom viva voce, huwa jista' joħroġ ċitazzjoni kontra l-persuna in kwistjoni sabiex din tidher quddiemu.

4.  Il-partijiet għandhom jiġu infurmati bil-miktub dwar is-smigħ ta' xhud jew ta' espert quddiem l-Uffiċċju. Huma għandhom id-dritt li jkunu preżenti u li jagħmlu mistoqsijiet lix-xhud jew lill-espert.

▼M1

6.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163a li jispeċifikaw l-arranġamenti ddettaljati għall-ġbir ta' evidenza.

▼M1

Artikolu 79

Notifika

5.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163a li jispeċifikaw l-arranġamenti ddettaljati għan-notifika.

▼M1

Artikolu 79b

Komunikazzjonijiet lill-Uffiċċju

2.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163a li jispeċifikaw ir-regoli dwar il-mezzi ta' komunikazzjoni, inklużi l-mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni, li għandhom jintużaw mill-partijiet għall-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju u l-formoli li għandhom ikunu disponibbli mill-Uffiċċju.

Artikolu 79c

Limiti ta' żmien

5.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163a li jispeċifikaw id-dettalji dwar il-kalkolu u t-tul ta' limiti ta' żmien.

▼B

Artikolu 80

Revoka tad-deċiżjonijiet

1.  Meta l-Uffiċċju jkun daħħal fir-reġistru jew anki jkun ħa deċiżjoni li jkun fiha żball proċedurali ovvju attribwibbli għall-Uffiċċju, dan għandu jassigura li d-dħul ikun ikkanċellat jew li d-deċiżjoni tkun revokata. Meta jkun hemm parti waħda biss għall-proċedimenti u d-dħul jew l-att jaffettwa d-drittijiet tagħha, il-kanċellament jew ir-revoka għandhom ikunu determinati anki jekk l-iżball ma jkunx evidenti għall-parti.

2.  Kanċellament jew revoka kif referut fil-paragrafu 1 għandu jkun determinat, ex officio jew mat-talba ta' waħda mill-partijiet għall-proċedimenti, mid-dipartiment li jkun għamel id-dħul jew li jkun ħa d-deċiżjoni. Il-kanċellament jew ir-revoka għandhom ikunu determinati fi żmien sitt xhur mid-data li fiha d-dħul ikun seħħ fir-Reġistru jew minn meta d-deċiżjoni tkun ittieħdet, wara konsultazzjoni mal-partijiet tal-proċedimenti u kwalunkwe proprjetarju ta' drittijiet ta' trade mark tal-Komunità f'dak il-każ ikunu mdaħħla fir-Reġistru.

▼M1

3.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163a li jispeċifikaw il-proċedura għar-revoka ta' deċiżjoni jew għall-kanċellazzjoni ta' entrata fir-Reġistru.

▼B

Artikolu 81

Restitutio in integrum

1.  L-applikant jew il-proprjetarju ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ jew kull parti oħra fi proċedimenti quddiem l-Uffiċċju, li ma jkunux f'pożizzjoni li ikunu konformi mat-terminu ta' żmien fil-konfront tal-Uffiċċju minkejja li jkunu għamlu dak kollu meħtieġ miċ-ċirkustanzi, għandhom, wara li ssir applikazzjoni, jingħataw lura d-drittijiet tagħhom jekk l-ostaklu għall-konformita jkollha l-konsegwenza diretta, minħabba d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, li tikkawża t-telfien ta' kull dritt jew mezz ta' rimedju.

2.  L-applikazzjoni għandha tiġi preżentata bil-miktub fi żmien xahrejn mit-tneħħija tal-kawża ta' non-konformità mat-terminu. L-att li ma jkunx sar għandu jsir fi żmien dan il-perjodu. L-applikazzjoni hija biss ammissibbli fi żmien sena immedjatament wara l-iskadenza tat-terminu mhux osservat. F'każ fejn it-talba għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni ma tiġix sottomessa jew il-ħlas dovut għat-tiġdid ma jsirx, il-perjodu supplimentari ta' sitt xhur msemmi fl-Artikolu 47(3), fit-tielet sentenza, għandu jitnaqqas mill-perjodu ta' sena.

3.  L-applikazzjoni għandha tistqarr ir-raġunijiet li fuqhom hija bbażata u għandha tippreżenta l-fatti li fuqhom hija msejjsa. M'għandhiex titqies li ġiet preżentata qabel ma jsir il-ħlas dovut għall-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet.

4.  Id-dipartiment li għandu l-kompetenza li jiddeċiedi dwar l-att li ma jkunx sar għandu jieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.

5.  Dan l-Artikolu m'għandux ikun applikabli għal-limiti ta' żmien referuti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-Artikoli 41(1) u (3) u l-Artikolu 82.

6.  Meta l-applikant jew il-proprjetarju ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ jingħata lura d-drittijiet tiegħu, hu ma jistax juża d-drittijiet tiegħu kontra terza persuna li, in bona fede, tkun poġġiet fuq is-suq jew provdiet servizzi taħt sinjal li huwa identiku jew simili għat- ►M1  trademark tal-UE ◄ waqt il-perjodu ta' bejn it-telf tad-drittijiet tal-applikazzjoni jew tat- ►M1  trademark tal-UE ◄ u l-pubblikazzjoni tar-referenza għall-istabbiliment mill-ġdid ta' dawk id-drittijiet.

7.  Terza persuna li tista' tinqeda mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6 tista' tiftaħ proċedimenti ta' terza persuna kontra d-deċiżjoni li permezz tagħha jkunu ġew stabbiliti mill-ġdid id-drittijiet tal-applikant jew tal-proprjetarju ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ fi żmien perjodu ta' xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza għall-istabbiliment mill-ġdid ta' dawk id-drittijiet.

8.  Xejn f'dan l-Artikolu ma jillimita d-dritt ta' Stat Membru li jagħti restitutio in integrum fir-rigward ta' termini ta' żmien provduti minn dan ir-Regolament u li għandhom jiġu osservati fil-konfront tal-awtoritajiet ta' dak l-Istat.

Artikolu 82

Kontinwazzjoni tal-proċedimenti

1.  Applikant għal, jew il-proprjetarju ta', trade mark tal- ►M1  Unjoni ◄ jew xi parti oħra għall-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju li tkun naqset milli tosserva l-limitu taż-żmien vis-à-vis l-Uffiċċju tista', b'talba, takkwista l-kontinwazzjoni tal-proċedimenti filwaqt li tkun saret it-talba, li l-att imħolli barra jkun twettaq. It-talba għal-kontinwazzjoni tal-proċedimenti għandha tkun ammessibbli biss jekk din tkun ippreżentata fi żmien xahrejn wara l-iskadenza tal-limitu tż-żmien li ma jkunx ġie osservat. It-talba m'għandhiex tkun meqjusa bħala li kienet imwettqa sakemm il-miżata għall-kontinwazzjoni tal-proċedimenti tkun ġiet imħallsa.

2.  Dan l-Artikolu m'għandux ikun applikabli għal-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 25(3), l-Artikolu 27, l-Artikolu 29(1), l-Artikolu 33(1), l-Artikolu 36(2), l-Artikolu 41, l-Artikolu 42, l-Artikolu 47(3), l-Artikolu 60, l-Artikolu 62, l-Artikolu 65(5), l-Artikolu 81, l-Artikolu 112, jew għal-limiti ta' żmien stabbiliti f'dan l-Artikolu jew għal-limiti taż-żmien stabbiliti bir-Regolament Implimentattiv għal talba ta' priorità wara li l-applikazzjoni tiġi mimlijafil-qofol tat-tifsira tal-Artikolu 30, li jesebixxi priorità fil-qofol tat-tifsira tal-Artikolu 33 jew tas-senjorità fil-qofol tat-tifsira tal-Artikolu 34 wara li l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata.

3.  Id-dipartiment kompetenti sabiex jiddeċiedi dwar l-att imħolli barra għandu jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni.

▼M1

4.  Jekk l-Uffiċċju jaċċetta l-applikazzjoni, il-konsegwenzi talli jkun naqas milli josserva l-limitu taż-żmien għandhom jitqiesu li ma seħħewx. Jekk deċiżjoni tkun ittieħdet bejn l-iskadenza ta' dak il-limitu taż-żmien u t-talba għall-kontinwazzjoni tal-proċedimenti, id-dipartiment kompetenti li għandu jiddeċiedi dwar l-att imħolli barra għandu jirrevedi d-deċiżjoni u, meta l-ikkompletar tal-att imħolli barra nnifsu huwa biżżejjed, jieħu deċiżjoni differenti. Jekk, konsegwentement għar-reviżjoni, l-Uffiċċju jikkonkludi li d-deċiżjoni oriġinali ma teħtiġx li tinbidel, huwa għandu jikkonferma dik id-deċiżjoni bil-miktub.

▼B

5.  Jekk l-Uffiċċju jiċħad l-applikazzjoni, il-mizata għandha tkun rifuża.

▼M1

Artikolu 82a

Interruzzjoni tal-proċedimenti

3.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163a li jispeċifikaw l-arranġamenti ddettaljati għat-tkomplija tal-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju.

▼B

Artikolu 83

Referenza għall-prinċipji ġenerali

Fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet procedurali f'dan ir-Regolament, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, ir-regolamenti dwar miżati jew ir-regolamenti tal-proċedura tal-Bordijiet tal-Appell, l-Uffiċċju għandu jimxi fuq il-prinċipji ta' liġi proċedurali ġeneralment rikonoxxuti mill-Istati Membri.

Artikolu 84

Terminazzjoni ta' obbligi finanzjarji

1.  Id-drittijiet tal-Uffiċċju għall-ħlas ta' miżata jiddekadu wara erba' snin mit-tmiem tas-sena kalendarja meta il-ħlas ġie dovut.

2.  Id-drittijiet kontra l-Uffiċċju għar-rimbors tal-eċċess imħallas fuq miżati jew somom ta' flus jiddekadu wara erba' snin mit-tmiem tas-sena kalendarja meta nħoloq id-dritt.

3.  Il-perjodu stabbilit fil-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi interrott fil-każ imsemmi mill-paragrafu 1 permezz ta' talba għall-ħlas ta' dritt u fil-każ msemmi fil-paragrafu 2 minn talba raġonata bil-miktub. Malli jkun hemm interruzzjoni għandu jerġa' jibda immedjatament u għandu jintemm sal-iktar tard sitt snin wara t-tmiem tas-sena meta jkun beda oriġinarjament, ħlief jekk, fil-frattemp, ma jkunux inbdew proċedimenti ġuridiċi biex jenforzaw id-dritt; f'dan il-każ il-perjodu għandu jintemm mill-iktar kmieni sena wara li d-deċiżjoni tkun saret res judicata.



IT-TAQSIMA 2

L-ispejjeż

Artikolu 85

L-ispejjeż

1.  Il-parti telliefa fi proċedimenti ta' oppożizzjoni, proċedimenti ta' revoka, proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità jew proċedimenti ta' appell għandha tagħmel tajjeb għall-ħlas ta' piżijiet li jkunu saru mill-parti l-oħra kif ukoll għall-ispejjeż, mingħajr preġudizzju għal-Artikolu 119(6), li hija tkun għamlet u li jkunu essenzjali għall-proċedimenti, u dawn jinkludu spejjeż tal-ivvjaġġar u ta' sussistenza u ta' remunerazzjoni ta' aġent, konsulent jew avukat, fil-limiti tal-iskali stabbiliti għal kull kategorija ta' spejjeż taħt il-kondizzjonijiet mniżżla fir-Regolament ta' Implimentazzzjoni.

▼M1

1a.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-rati massimi għall-ispejjeż essenzjali għall-proċedimenti u li verament inġarrbu mill-parti li kellha suċċess. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

Meta tispeċifika tali ammonti fir-rigward ta' spejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza, il-Kummissjoni għandha tqis id-distanza bejn il-post ta' residenza jew in-negozju tal-parti, tar-rappreżentant jew tax-xhud jew espert u l-post fejn isiru l-proċedimenti orali, l-istadju proċedurali li fih jiġġarrbu l-ispejjeż, u, sa fejn huma kkonċernati l-ispejjeż ta' rappreżentazzjoni fis-sens tal-Artikolu 93(1), il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-obbligu li jiġġarbu l-ispejjeż ma tistax tintuża b'mod ħażin għal raġunijiet tattiċi mill-parti l-oħra. L-ispejjeż ta' sussistenza għandhom jiġu kkalkolati f'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni, stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 ( 6 ).

Il-parti sokkombenti għandha ġġarrab l-ispejjeż għal parti opponenti waħda biss u, fejn applikabbli, rappreżentant wieħed biss.

▼B

2.  Madanakollu, jekk kull parti tirbaħ fuq xi punti u titlef fuq oħrajn, jew jekk ikun xieraq għal raġunijiet ta' ekwità, id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, id-Diviżjoni ta' Kanċellazzjoni jew il-Bord tal-Appell għandhom jiddeċiedu tqassim differenti tal-ispejjeż.

3.  Il-parti li ttemm il-proċedimenti billi tirtira l-applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ , l-oppożizzjoni, l-applikazzjoni għal revoka ta' drittijiet, l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità jew l-appell, jew billi ma ġġeddidx ir-reġistrazzjoni tat- ►M1  trademark tal-UE ◄ jew billi ċċedi t- ►M1  trademark tal-UE ◄ , għandha tagħmel tajjeb għall-ħlas ta' piżijiet u għall-ispejjeż li jkunu ntefqu mill-parti l-oħra kif stipulat fil-paragrafi 1 u 2.

4.  Meta każ ma jasalx għal deċiżjoni l-ispejjeż għandhom ikunu fid-diskrezzjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, d-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni jew il-Bord tal-Appell.

5.  Meta l-partijiet jaslu għal ftehim dwar l-ispejjeż differenti minn dak stipulat fil-paragrafi preċedenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni jew il-Bord tal-Appell, id-dipartiment konċernat għandu jieħu nota ta' dak il-ftehim.

6.  Fuq talba r-reġistru tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, jew id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni jew il-Bord tal-Appell għandu jiffissal-ispejjeż li għandhom jitħallsu skont il-paragrafi preċedenti. L-ammont iffissat b'dan il-mod jista' jiġi revedut b'deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Opposizzjoni jew tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni jew tal-Bord tal-Appell, fuq talba preżentata fi żmien il-perjodu preskritt.

Artikolu 86

L-infurzar ta' deċiżjonijiet li jiffissaw l-ammont tal-ispejjeż

1.  Kull deċiżjoni finali tal-Uffiċċju li tiffissa l-ammont tal-ispejjeż hija enforzabbli.

2.  L-infurzar huwa regolat mir-regoli tal-proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat fir-territorju fejn jitwettaq. ►M1  Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità unika responsabbli għall-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u għandu jikkomunika d-dettalji ta' kuntatt tagħha lill-Uffiċċju, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Kummissjoni. L-ordni għall-infurzar tad-deċiżjoni għandha tiġi annessa mad-deċiżjoni minn dik l-awtorità, bil-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni bħala l-unika formalità. ◄

3.  Meta dawn il-formalitajiet jiġu kompluti fuq applikazzjoni tal-parti konċernata, din tal-aħħar tista' tissokta għall-infurzar skont il-liġi nazzjonali, billi tipproċedi direttament quddiem l-awtorità kompetenti.

4.  L-infurzar jista' jiġi sospiż biss b'deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Madanakollu, il-qrati tal-pajjiż konċernat għandhom ikollhom ġurisdizzjoni fuq ilmenti li l-infurzar ikun qed jitwettaq b'mod irregolari.



IT-TAQSIMA 3

Informazzjoni li tista' tkun disponibbli għall-pubbliku u għall-awtoritajiet tal-Istati Membri

▼M1

Artikolu 87

Reġistru tat-trademarks tal-UE

1.  L-Uffiċċju għandu jżomm Reġistru tat-trademarks tal-UE li huwa għandu jżomm aġġornat.

2.  Ir-Reġistru għandu jkun fih l-entrati li ġejjin marbuta mal-applikazzjonijiet għat-trademark tal-UE u r-reġistrazzjonijiet tagħhom:

(a) id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni;

(b) in-numru tal-fajl tal-applikazzjoni;

(c) id-data tal-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni;

(d) l-isem u l-indirizz tal-applikant;

(e) l-isem u l-indirizz tan-negozju tar-rappreżentant, għajr rappreżentant kif imsemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 92(3);

(f) ir-rappreżentazzjoni tal-marka, b'indikazzjonijiet dwar in-natura tagħha; u, fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-marka;

(g) indikazzjoni tal-oġġetti u s-servizzi b'isimhom;

(h) id-dettalji ta' pretensjonijiet ta' prijorità skont l-Artikolu 30;

(i) id-dettalji ta' pretensjonijiet ta' prijorità ta' esibizzjoni skont l-Artikolu 33;

(j) id-dettalji ta' pretensjonijiet ta' anzjanità ta' trademark preċedenti rreġistrata kif imsemmi fl-Artikolu 34;

(k) dikjarazzjoni li l-marka saret ta' natura distintiva konsegwentement għall-użu li sar minnha, skont l-Artikolu 7(3);

(l) indikazzjoni li l-marka hija marka kollettiva;

(n) il-lingwa li biha l-applikazzjoni ġiet ippreżentata u t-tieni lingwa li l-applikant indika fl-applikazzjoni tiegħu, skont l-Artikolu 119(3);

(o) id-data ta' reġistrazzjoni tal-marka fir-Reġistru u n-numru ta' reġistrazzjoni;

(p) dikjarazzjoni li l-applikazzjoni hija r-riżultat ta' trasformazzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li taħtar l-Unjoni skont l-Artikolu 161 ta' dan ir-Regolament, flimkien mad-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 3(4) tal-Protokoll ta' Madrid jew id-data li fiha kienet irreġistrata l-estensjoni territorjali għall-Unjoni magħmula sussegwentement għar-reġistrazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 3b(2) tal-Protokoll ta' Madrid u, fejn applikabbli, id-data ta' prijorità tar-reġistrazzjoni internazzjonali.

3.  Ir-Reġistru għandu jkun fih ukoll dawn l-entrati li ġejjin, b'kull waħda jkollha magħha d-data tar-reġistrazzjoni ta' tali entrata:

(a) bidliet fl-isem, indirizz jew nazzjonalità tal-proprjetarju ta' trademark tal-UE jew bidla tal-Istat li fih huwa domiċiljat jew għandu s-sede jew l-istabbiliment tiegħu;

(b) bidliet fl-isem jew fl-indirizz tan-negozju tar-rappreżentant, għajr rappreżentant kif imsemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 92(3);

(c) fejn jinħatar rappreżentant ġdid, l-isem u l-indirizz tan-negozju ta' dak ir-rappreżentant;

(d) emendi u alterazzjonijiet tal-marka, skont l-Artikoli 43 u 48, u korrezzjonijiet ta' żbalji;

(e) notifika ta' emendi għar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka kollettiva skont l-Artikolu 71;

(f) id-dettalji ta' pretensjonijiet ta' anzjanità ta' trademark preċedenti rreġistrata kif imsemmi fl-Artikolu 34, skont l-Artikolu 35;

(g) trasferimenti totali jew parzjali skont l-Artikolu 17;

(h) ħolqien jew trasferiment ta' dritt in rem skont l-Artikolu 19, u n-natura tad-dritt in rem;

(i) imposta fuq l-eżekuzzjoni skont l-Artikolu 20 u proċedimenti ta' insolvenza skont l-Artikolu 21;

(j) l-għoti jew trasferiment ta' liċenzja skont l-Artikolu 22 u, fejn huwa applikabbli, it-tip ta' liċenzja;

(k) tiġdid ta' reġistrazzjoni skont l-Artikolu 47, id-data minn meta tidħol fis-seħħ u kwalunkwe restrizzjoni skont l-Artikolu 47(4);

(l) rekord ta' determinazzjoni tal-iskadenza ta' reġistrazzjoni skont l-Artikolu 47;

(m) dikjarazzjonijiet ta' irtirar jew ċessjoni mill-proprjetarju tal-marka skont l-Artikoli 43 u 50 rispettivament;

(n) id-data tas-sottomissjoni u d-dettalji ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 41, ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 56, jew kontrotalba skont l-Artikolu 100(4) għal revoka, jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità, jew ta' appell skont l-Artikolu 60;

(o) id-data u l-kontenut ta' deċiżjoni fuq oppożizzjoni, jew applikazzjoni għal kontrotalba skont l-Artikolu 57(6) jew it-tielet sentenza tal-Artikolu 100(6), jew fuq appell skont l-Artikolu 64;

(p) reġistrazzjoni tal-irċevuta ta' talba għal konverżjoni skont l-Artikolu 113(2);

(q) il-kanċellazzjoni tar-rappreżentant reġistrat skont il-punt (e) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(r) il-kanċellazzjoni tal-anzjanità ta' marka nazzjonali;

(s) il-modifiki fir-Reġistru jew kanċellazzjonijiet mir-Reġistru tal-affarijiet imsemmija fil-punti (h), (i) u (j) ta' dan il-paragrafu;

(t) is-sostituzzjoni tat-trademark tal-UE minn reġistrazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 157;

(u) id-data u n-numru ta' reġistrazzjonijiet internazzjonali bbażati fuq l-applikazzjoni għat-trademark tal-UE li kienet reġistrata bħala trademark tal-UE skont l-Artikolu 148(1);

(v) id-data u n-numru ta' reġistrazzjonijiet internazzjonali bbażati fuq it-trademark tal-UE skont l-Artikolu 148(2);

(w) id-diviżjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 44 u d-diviżjoni ta' reġistrazzjoni skont l-Artikolu 49, flimkien mal-affarijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tar-reġistrazzjoni diviżjonali, kif ukoll il-lista ta' oġġetti u servizzi tar-reġistrazzjoni oriġinali kif emendata;

(x) ir-revoka ta' deċiżjoni jew entrata fir-Reġistru skont l-Artikolu 80, meta r-revoka tikkonċerna deċiżjoni jew entrata li tkun ġiet ippubblikata.

4.  Id-Direttur Eżekuttiv jista' jiddetermina li elementi oħrajn għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jiddaħħlu fir-Reġistru, soġġett għall-Artikolu 123(4).

5.  Ir-Reġistru jista' jinżamm f'forma elettronika. L-Uffiċċju għandu jiġbor, jorganizza, jagħmel pubbliċi u jaħżen il-punti msemmija fil-paragrafi 2 u 3, inkluż kwalunkwe data personali, għall-finijiet stabbiliti fil-paragrafu 9. L-Uffiċċju għandu jżomm ir-reġistru faċilment aċċessibbli għall-ispezzjoni pubblika.

6.  Il-proprjetarju ta' trademark tal-UE għandu jiġi nnotifikat bi kwalunkwe bidla fir-Reġistru.

7.  L-Uffiċċju għandu jipprovdi estratti mir-Reġistru, kemm jekk iċċertifikati kif ukoll jekk le, fuq talba, u fuq ħlas ta' tariffa.

8.  L-ipproċessar tad-data li tirrigwarda l-entrati stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, inkluż kwalunkwe data personali, għandu jsir għall-finijiet ta':

(a) l-amministrazzjoni tal-applikazzjonijiet u/jew tar-reġistrazzjonijiet kif deskritti f'dan ir-Regolament u atti adottati taħtu;

(b) iż-żamma ta' reġistru pubbliku għal spezzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi u l-operaturi ekonomiċi u għall-informazzjoni tagħhom, sabiex tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet konferiti lilhom b'dan ir-Regolament u jkunu informati dwar l-eżistenza ta' drittijiet preċedenti li jappartjenu għal partijiet terzi; u

(c) il-produzzjoni ta' rapporti u statistika li jippermettu lill-Uffiċċju jottimizza l-operazzjonijiet tiegħu u jtejjeb il-funzjonament tas-sistema.

9.  Id-data kollha, inklużi d-data personali, fir-rigward tal-entrati fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jitqiesu bħala ta' interess pubbliku u jistgħu jkunu aċċessibbli minn kwalunkwe parti terza. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, l-entrati fir-Reġistru għandhom jinżammu għall-perijodu ta' żmien indefinit.

▼M1

Artikolu 87a

Bażi ta' data

1.  Minbarra l-obbligu li jżomm Reġistru skont it-tifsira tal-Artikolu 87, l-Uffiċċju għandu jiġbor u jaħżen f'bażi ta' data elettronika d-dettalji kollha pprovduti mill-applikanti jew kwalunkwe parti oħra fil-proċedimenti taħt dan ir-Regolament jew atti adottati skont dan.

2.  Il-bażi tad-data elettronika tista' tinkludi data personali, minbarra dik inkluża fir-Reġistru skont l-Artikolu 87, safejn tali dettalji huma meħtieġa minn dan ir-Regolament jew atti adottati skont dan. Il-ġbir, il-ħażna u l-ipproċessar ta' tali data għandhom iservu għall-finijiet ta':

(a) l-amministrazzjoni tal-applikazzjonijiet u/jew ir-reġistrazzjonijiet kif deskritti f'dan ir-Regolament u atti adottati skont dan;

(b) l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa biex jitwettqu l-proċedimenti rilevanti b'mod aktar faċli u effiċjenti;

(c) il-komunikazzjoni mal-applikanti u partijiet oħra fil-proċedimenti;

(d) il-produzzjoni ta' rapporti u statistika li tippermetti lill-Uffiċċju jottimizza l-operazzjonijiet tiegħu u jtejjeb l-funzjonament tas-sistema.

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-kondizzjonijiet tal-aċċess għall-bażi tad-data elettronika u l-mod kif il-kontenut tagħha, għajr id-data personali msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu iżda inkluż ukoll dik elenkata fl-Artikolu 87, jista' jkun disponibbli f'forma li tinqara minn magna, inkluża t-tariffa għal tali aċċess.

4.  L-aċċess għad-data personali msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkun ristrett u tali data ma għandhiex tkun pubblikament disponibbli sakemm il-parti kkonċernata ma tkunx tat il-kunsens espress tagħha.

5.  Id-data kollha għandha tinżamm b'mod indefinit. Madankollu, il-parti kkonċernata tista' titlob it-tneħħija ta' kwalunkwe data personali mill-bażi tad-data wara 18-il xahar mill-iskadenza tat-trademark jew l-għeluq tal-proċedura inter partes rilevanti. Il-parti kkonċernata għandha jkollha d-dritt li tikseb il-korrezzjoni ta' data mhux preċiża jew żbaljata fi kwalunkwe ħin.

Artikolu 87b

Aċċess online għad-deċiżjonijiet

1.  Id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju għandhom ikunu disponibbli online għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni mill-pubbliku ġenerali fl-interess tat-trasparenza u l-prevedibbiltà. Kwalunkwe parti għall-proċedimenti li wasslu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tista' titlob it-tneħħija ta' kwalunkwe data personali inkluża fid-deċiżjoni.

2.  L-Uffiċċju jista' jipprovdi aċċess online għal sentenzi ta' qrati nazzjonali u tal-Unjoni relatati mal-kompiti tiegħu sabiex iqajjem kuxjenza pubblika ta' kwistjonijiet ta' proprjetà intellettwali u jippromwovi l-konverġenza tal-prattiki. L-Uffiċċju għandu jirrispetta l-kondizzjonijiet tal-pubblikazzjoni inizjali fir-rigward tad-data personali.

▼B

Artikolu 88

Spezzjoni ta' fajls

1.  Il-fajls li għandhom x'jaqsmu ma' applikazzjonijiet għal ►M1  trademark tal-UE ◄ li jkunu għadhom ma ġewx ippubblikati m'għandhomx ikunu miftuħa għall-ispezzjoni mingħajr il-kunsens tal-applikant.

2.  Kull persuna li tista' ġġib prova li l-applikant għal ►M1  trademark tal-UE ◄ stqarr li wara li t-trade mark tiġi reġistrata huwa ser juża dawn id-drittijiet kontra tagħha tista' titħalla tagħmel spezzjoni tal-fajls qabel il-pubblikazzjoni ta' dik l-applikazzjoni u dana jista' jsir mingħajr il-kunsens tal-applikant.

3.  Wara l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ , il-fajls kollha li għandhom x'jaqsmu ma' dik l-applikazzjoni u t-trade mark riżultanti jistgħu jiġu inspezzjonati wara li ssir talba.

▼M1

4.  Fejn il-fajls jiġu spezzjonati skont il-paragrafu 2 jew 3 ta' dan l-Artikolu, id-dokumenti relatati ma' esklużjoni jew oġġezzjoni skont l-Artikolu 137, abbozzi ta' deċiżjonijiet u opinjonijiet, u d-dokumenti interni l-oħra kollha użati għat-tħejjija tad-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet, kif ukoll dawk li l-parti kkonċernata uriet interess speċjali fihom biex jinżammu kunfidenzjali qabel ma kienet saret it-talba għall-ispezzjoni tal-fajls, sakemm l-ispezzjoni ta' tali partijiet mill-fajl ma tkunx ġustifikata mill-interessi leġittimi prevalenti tal-parti li qed titlob spezzjoni, jistgħu jinżammu milli ssirilhom spezzjoni.

▼M1

5.  L-ispezzjoni tal-fajls ta' applikazzjonijiet għal trademark tal-UE u ta' trademarks irreġistrati tal-UE għandha tkun tad-dokument oriġinali, jew ta' kopji tiegħu, jew ta' mezzi tekniċi ta' ħażna jekk il-fajls ikunu miżmuma b'dan il-mod. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-mezzi ta' spezzjoni.

6.  Fejn l-ispezzjoni tal-fajls issir kif previst fil-paragrafu 7, it-talba għall-ispezzjoni tal-fajls ma għandiex titqies li saret sakemm it-tariffa meħtieġa tkun tħallset. Ma għandha titħallas ebda tariffa jekk l-ispezzjoni ta' mezzi tekniċi ta' ħażna ssir online.

7.  L-ispezzjoni tal-fajls għandha ssir fil-bini tal-Uffiċċju. Fuq talba, l-ispezzjoni tal-fajls għandha ssir permezz tal-ħruġ ta' kopji tad-dokumenti tal-fajl. Il-ħruġ ta' tali kopji għandu jkun suġġett għall-kondizzjoni li titħallas tariffa. L-Uffiċċju għandu joħroġ ukoll, fuq talba, kopji attestati jew mhux attestati tal-applikazzjoni għal trademark tal-UE bi ħlas ta' tariffa.

8.  Il-fajls miżmuma mill-Uffiċċju dwar reġistrazzjonijiet internazzjonali li jiddenominaw lill-Unjoni jistgħu jiġu spezzjonati fuq talba mid-data tal-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 152(1), skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

9.  Soġġett għar-restrizzjonijiet previsti fil-paragrafu 4, l-Uffiċċju jista', fuq talba, jikkomunika informazzjoni minn kwalunkwe fajl ta' trademark tal-UE li saret applikazzjoni għaliha jew ta' trademark irreġistrata tal-UE, soġġett għall-ħlas ta' tariffa. Madankollu, l-Uffiċċju jista' jitlob li jsir użu mill-possibilità li jiġi spezzjonat il-fajl innifsu jekk jidhirlu li dan huwa xieraq minħabba l-kwantità ta' informazzjoni li trid tingħata.

Artikolu 88a

Żamma ta' fajls

1.  L-Uffiċċju għandu jżomm il-fajls ta' kwalunkwe proċedura dwar applikazzjoni għal trademark tal-UE jew reġistrazzjoni ta' trademark tal-UE. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-għamla li fiha dawk il-fajls għandhom jinżammu.

2.  Fejn il-fajls jinżammu f'format elettroniku, il-fajls elettroniċi, jew il-kopji back-up tagħhom, għandhom jinżammu indefinittivament. Id-dokumenti oriġinali rreġistrati minn partijiet għall-proċedimenti, u li jiffurmaw il-bażi ta' dawn il-fajls elettroniċi, għandhom jintremew wara perijodu ta' żmien minn meta jirċievihom l-Uffiċċju, li għandu jiġi stabbilit mid-Direttur Eżekuttiv.

3.  Fejn u sa fejn il-fajls jew partijiet mill-fajls jinżammu fi kwalunkwe forma oħra minbarra dik elettronika, id-dokumenti jew l-oġġetti ta' prova li jikkostitwixxu parti minn tali fajls għandhom jinżammu għal tal-anqas ħames snin minn tmiem is-sena li fiha l-applikazzjoni tiġi rifjutata, jew irtirata jew meqjusa irtirata, ir-reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE tiskadi kompletament skont l-Artikolu 47, iċ-ċessjoni kompleta tat-trademark tal-UE tiġi rreġistrata skont l-Artikolu 50, jew it-trademark tal-UE titneħħa kompletament mir-Reġistru skont l-Artikolu 57(6) jew 100(6).

▼M1

Artikolu 89

Pubblikazzjonijiet perjodiċi

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a) id-data li għandha tittieħed bħala d-data ta' pubblikazzjoni fil-Bulettin tat-Trademarks tal-Unjoni Ewropea;

(b) il-mod kif jiġu ppubblikati l-entrati dwar ir-reġistrazzjoni ta' trademark li ma jkunx fihom tibdiliet meta mqabbla mal-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni;

(c) l-għamliet li fihom edizzjonijiet tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju jistgħu jkunu disponibbli għall-pubbliku.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

▼B

Artikolu 90

Kooperazzjoni amministrattiva

►M1  1. ◄   Sakemm dan ir-Regolament jew il-liġijiet nazzjonali ma jipprovdux mod ieħor, l-Uffiċċju u l-qrati jew l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom fuq talba jassistu lil xulxin billi jikkomunikaw informazzjoni jew billi jiftħu l-fajls għall-ispezzjoni. Meta l-Uffiċċju jiftaħ xi fajls sabiex jiġu spezzjonati minn qrati, minn Uffiċċji ta' Prosekuturi Pubbliċi jew minn ċentrali ta' propjetà industrijali, l-ispezzjoni m'għandhiex tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet mniżżla fl-Artikolu 88.

▼M1

2.  L-Uffiċċju ma għandux jitlob tariffi għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni jew il-ftuħ ta' fajls għall-ispezzjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw l-arranġamenti dettaljati dwar kif l-Uffiċċju u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni bejniethom u jiftħu fajls għall-ispezzjoni, b'kont meħud tar-restrizzjonijiet li għalihom hija soġġetta l-ispezzjoni ta' fajls dwar applikazzjonijiet jew reġistrazzjonijiet għal trademark tal-UE, skont l-Artikolu 88, meta din tinfetaħ għal partijiet terzi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

▼B

Artikolu 91

Skambju ta' pubblikazzjonijiet

1.  L-Uffiċċju u l-uffiċċji ċentrali ta' proprjetà industrijali għandhom jibagħtu b'xejn lil xulxin malli ssir talba u għall-użu tagħhom stess kopja waħda jew iżjed tal-pubblikazzjonijiet rispettivi tagħhom.

2.  L-Uffiċċju jista' jikkonkludi ftehim li jirrigwarda it-tpartit jew il-provvista ta' pubblikazzjonijiet.



IT-TAQSIMA 4

Rappreżentanza

Artikolu 92

Prinċipji ġenerali dwar ir-rappreżentanza

1.  Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, ebda persuna ma tista' tiġi mġiegħla li tiġi rappreżentata quddiem l-Uffiċċju.

▼M1

2.  Mingħajr preġudizzju għat-tieni sentenza tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, persuni naturali jew ġuridiċi li ma għandhom la d-domiċilju tagħhom u lanqas il-post prinċipali tagħhom ta' kummerċ jew stabbiliment reali u effettiv industrijali jew kummerċjali fiż-Żona Ekonomika Ewropea għandhom jiġu rappreżentati quddiem l-Uffiċċju skont l-Artikolu 93(1) fil-proċedimenti kollha previsti minn dan ir-Regolament, ħlief għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal trademark tal-UE.

3.  Persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom il-post tad-domiċilju tagħhom jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom jew stabbiliment industrijali jew kummerċjali reali u effettiv fiż-Żona Ekonomika Ewropea jistgħu jkunu rappreżentati quddiem l-Uffiċċju minn impjegat. Impjegat ta' persuna ġuridika li għaliha japplika dan il-paragrafu jista' wkoll jirrappreżenta persuni ġuridiċi oħrajn li jkollhom konnessjonijiet ekonomiċi mal-ewwel persuna ġuridika, anki jekk dawk il-persuni ġuridiċi oħrajn ma jkollhom la domiċilju, la post prinċipali ta' negozju u lanqas stabbiliment industrijali jew kummerċjali reali u effettiv fiż-Żona Ekonomika Ewropea. L-impjegati li jirrappreżentaw persuni, fit-tifsira ta' dan il-paragrafu, għandhom, fuq talba tal-Uffiċċju, jew, fejn ikun il-każ, tal-parti fil-proċedimenti, jiddepożitaw miegħu awtorizzazzjoni ffirmata biex tiġi inserita fil-fajls.

4.  Fejn ikun hemm aktar minn applikant wieħed jew aktar minn terza persuna waħda jaġixxu flimkien, għandu jinħatar rappreżentant komuni.

▼B

Artikolu 93

Ir-rappreżentanti professjonali

▼M1

1.  Ir-rappreżentanza ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi quddiem l-Uffiċċju tista' ssir biss minn:

(a) prattikant legali kwalifikat f'wieħed mill-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea u li għandu l-post tan-negozju tiegħu ġewwa ż-Żona Ekonomika Ewropea, sakemm huwa intitolat, fl-Istat Membru msemmi, li jaġixxi bħala rappreżentant fi kwistjonijiet ta' trademarks;

(b) rappreżentanti professjonali li l-ismijiet tagħhom jidhru fil-lista miżmuma għal dan l-iskop mill-Uffiċċju.

Rappreżentanti li jaġixxu quddiem l-Uffiċċju għandhom, fuq talba mill-Uffiċċju jew, fejn ikun il-każ, mill-parti l-oħra fil-proċedimenti, jippreżentawlu awtorizzazzjoni ffirmata biex tiddaħħal fil-fajls.

2.  Kull persuna fiżika li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin tista' titniżżel fil-lista ta' rappreżentanti professjonali:

(a) tkun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea;

(b) ikollha l-post tan-negozju jew ta' impjieg tagħha ġewwa ż-Żona Ekonomika Ewropea;

(c) tkun intitolata li tirrappreżenta persuni fiżiċi jew ġuridiċi fi kwistjonijiet ta' trademarks quddiem l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali jew quddiem l-uffiċċju ċentrali li jittratta l-proprjetà industrijali ta' Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea. Fejn, fl-Istat ikkonċernat, l-intitolament ma jkunx ikkondizzjonat bir-rekwiżit ta' kwalifiċi professjonali speċjali, il-persuni li japplikaw sabiex jitniżżlu fil-lista u li jaġixxu fi kwistjonijiet ta' trademarks quddiem l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali jew dawk l-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali għandhom ikunu għamlu dak ix-xogħol abitwalment għal minimu ta' ħames snin. Madanakollu, persuni li l-kwalifiki professjonali tagħhom sabiex jirrappreżentaw persuni fiżiċi jew ġuridiċi fi kwistjonijiet ta' trademarks quddiem l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali jew dawk l-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali jkunu rikonoxxuti uffiċjalment skont ir-regolamenti tal-Istat ikkonċernat, ma għandhomx ikunu meħtieġa li jkunu eżerċitaw il-professjoni.

▼B

3.  L-inklużjoni fil-lista għandha tiġi effettwata wara li ssir talba, li magħha għandu jintbagħat ċertifikat maħruġ mill-uffiċċju ċentrali ta' proprjetà industrijali tal-Istat Membru konċernat, li għandu jindika li l-kondizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 2 huma sodisfatti.

▼M1

4.  Id-Direttur Eżekuttiv jista' jagħti eżenzjoni minn:

(a) ir-rekwiżit fit-tieni sentenza tal-paragrafu 2(c), jekk l-applikant iġib prova li huwa akkwista l-kwalifika rikjesta b'mod ieħor;

(b) ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 2(a) fil-każ ta' professjonisti kwalifikati ħafna, bil-kondizzjoni li r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2(b) u (c) jiġu sodisfatti.

5.  Persuna tista' titneħħa mil-lista tar-rappreżentanti professjonali fuq it-talba tagħha jew meta tibqax f'kapaċità li tirrappreżenta. L-emendi għal-lista ta' rappreżentanti professjonali għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju.

▼M1

Artikolu 93a

Delega ta' setgħat

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 163a li jispeċifikaw:

(a) il-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-ħatra ta' rappreżentant komuni kif imsemmija fl-Artikolu 92(4);

(b) il-kondizzjonijiet li taħthom l-impjegati msemmija fl-Artikolu 92(3) u r-rappreżentanti professjonali msemmija fl-Artikolu 93(1) għandhom jirreġistraw awtorizzazzjoni ffirmata mal-Uffiċċju sabiex ikunu jistgħu jwettqu rappreżentanza, u l-kontenut ta' dik l-awtorizzazzjoni;

(c) iċ-ċirkostanzi li taħthom persuna tista' titneħħa mil-lista ta' rappreżentanti professjonali msemmija fl-Artikolu 93(5).

▼B



IT-TITOLU X

IL-ĠURISDIZZJONI U L-PROĊEDURA F'KAWŻI LI JIRRIGWARDAW ►M1  TRADEMARKS TAL-UE ◄



IT-TAQSIMA 1

▼M1

L-applikazzjoni ta' regoli tal-Unjoni dwar ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali

▼B

Artikolu 94

▼M1

L-applikazzjoni ta' regoli tal-Unjoni dwar ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali

▼B

1.  Sakemm dan ir-regolament ma jispeċifikax mod ieħor, id-dispożizzjonijiet tar- ►M1  ir-regoli tal-Unjoni dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali ◄ għandhom japplikaw għall-proċedimenti li jirrigwardaw it- ►M1  trademarks tal-UE ◄ u l-applikazzjonijiet għal ►M1  trademarks tal-UE ◄ , kif ukoll għal proċedimenti li jirrigwardaw l-kawżi simultaneji u suċċessivi fuq il-bażi ta' ►M1  trademarks tal-UE ◄ u trade marks nazzjonali.

2.  F'każ ta' proċedimenti li jirrigwardaw il-kawżi u t-talbiet imsemmija fl-Artikolu 96:

(a) l-Artikoli 2 u 4, il-punti 1, 3, 4 u 5 tal-Artikolu 5u l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 ma japplikawx;

(b) l-Artikoli 23 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 għandhom japplikaw bla ħsara għal-limitazzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 97(4) ta' dan ir-Regolament;

(c) id-dispożizzjonijiet ta l-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 li huma applikabbli għal persuni domiċiljati fi Stat Membu għandhom ikunu applikabbli wkoll għal persuni li m'għandhomx domiċilju f'ebda Stat Membru iżda li għandhom stabbiliment hemmhekk.

▼M1

3.  Referenzi f'dan ir-Regolament għar-Regolament (KE) Nru 44/2001 għandhom jinkludu, fejn xieraq, il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali magħmul fid-19 ta' Ottubru 2005.

▼B



IT-TAQSIMA 2

Tilwim li jirrigwarda l-vjolazzjoni u l-validità ta' ►M1  trademarks tal-UE ◄

Artikolu 95

Il-qrati tat- ►M1  trademarks tal-UE ◄

1.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw fit-territorji tagħhom numru kemm jista' jkun limitat ta' qrati u tribunali nazzjonali tal-ewwel u tat-tieni istanza, minn issa msejjħa “Il-qrati tat- ►M1  trademarks tal-UE ◄ ”, li għandhom jeżerċitaw il-funzjonijiet mogħtija lilhom minn dan ir-Regolament.

2.  Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 40/94 elenku ta' qrati ta' ►M1  trademarks tal-UE ◄ , u għandu jindika l-ismijiet u l-ġurisdizzjoni territorjali tagħhom.

3.  Kull bidla fl-ismijiet jew fil-ġurisdizzjoni territorjali tal-qrati li ssir wara li tkun saret il-komunikazzjoni tal-elenku msemmi fil-paragrafu 2 għandha tiġi notifikata mingħajr dewmien mill-Istat Membru konċernat lill-Kummissjoni.

4.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandha tiġi notifikata mill-Kummissjoni lill-Istati Membri u ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.  Jekk Stat Membru ma jkunx ikkommunika l-lista kif stipulat fil-paragrafu 2, il-ġurisdizzjoni għal proċedimenti li jirriżultaw minn kawża jew applikazzjoni li taqa' taħt l-Artikolu 96, li fuqhom il-qrati ta' dak l-Istat għandhom ġurisdizzjoni taħt l-Artikolu 97, għandha tkun f'idejn dik il-qorti tal-Istat in kwistjoni li għandha ġurisdizzjoni ratione lociratione materiae fil-każ ta' proċedimenti li jirrigwardaw trade mark nazzjonali reġistrata f'dak l-Istat.

Artikolu 96

Il-ġurisdizzjoni fuq vjolazzjoni u validità

Il-qrati tat- ►M1  trademark tal-UE ◄ għandhom ġurisdizzjoni esklussiva fuq:

(a) kull kawża ta' vjolazzjoni u – jekk dawn huma permissibbli taħt il-liġi nazzjonali – kawżi dwar theddida ta' vjolazzjoni ta' ►M1  trademarks tal-UE ◄ ;

(b) kawżi għal dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' vjolazzjoni, jekk dawn huma permissibli taħt il-liġi nazzjonali;

(c) kull kawża li tinfetaħ bħala konsegwenza tal-atti msemmija fl- ►M1  Artikolu 9b(2) ◄ ;

(d) kull kontrotalba għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ skont l-Artikolu 100.

Artikolu 97

Il-ġurisdizzjoni internazzjonali

1.  Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament kif ukoll għal kull dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 applikabbli bis-saħħa tal-Artikolu 94, il-proċedimenti li jirrigwardaw l-azzjonijiet u t-talbiet msemmija fl-Artikolu 96 għandhom jinfetħu fil-qrati tal-Istat Membru fejn il-konvenut għandu d-domiċilju tiegħu jew, jekk huwa m'għandu domiċilju f'ebda Stat Membru, fejn huwa għandu stabbiliment.

2.  Jekk il-konvenut ma jkollu la domiċilju u lanqas stabbiliment f'ebda wieħed mill-Istati Membri, dawn il-proċedimenti għandhom jinfetħu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn l-attur għandu d-domiċilju tiegħu jew, jekk m'għandu domiċilju f'ebda wieħed mill-Istati Membri, fejn huwa għandu stabbiliment.

3.  Jekk la l-konvenut u l-anqas l-attur mhuma hekk domiċiljati u lanqas m'għandhom tali stabbiliment, dawn il-proċedimenti għandhom jinġiebu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn l-Uffiċċju għandu s-sede tiegħu.

4.  Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3:

(a) Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 japplika jekk il-partijiet jaqblu li xi qorti oħra ►M1  għat-trademarks tal-UE ◄ għandha jkollha ġurisdizzjoni;

(b) Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 japplika jekk il-konvenut jidher quddiem qorti ►M1  għat-trademarks tal-UE ◄ differenti.

5.  Il-proċedimenti li jirrigwardaw l-azzjonijiet u t-talbiet msemmija fl-Artikolu 96, bl-eċċezzjoni tal-kawżi għal dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' vjolazzjoni ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ , jistgħu jinfetħu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn l-att ta' vjolazzjoni ikun twettaq jew fejn tkun saret it-theddida, jew fejn jitwettaq att li jaqa' taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 9(3).

Artikolu 98

Il-firxa tal-ġurisdizzjoni

1.  Qorti ►M1  għat-trademarks tal-UE ◄ li għandha ġurisdizzjoni bbażata fuq l-Artikolu 97(1) sa (4) għandha ġurisdizzjoni fir-rigward ta':

(a) atti ta' vjolazzjoni mwettqa jew mhedda fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri;

(b) atti li jaqgħu taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 9(3), mwettqa fit-territorju ta' xi wieħed mill-Istati Membri.

2.  Qorti ►M1  għat-trademarks tal-UE ◄ li għandha ġurisdizzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 97(5) għandha ġurisdizzjoni biss fir-rigward ta' atti mwettqa jew mhedda fit-territorju tal-Istat Membru fejn tinsab dik il-Qorti.

Artikolu 99

Il-preżunzjoni ta' validità – Id-difiża fir-rigward tal-merti

1.  Il-qrati tat- ►M1  trademarks tal-UE ◄ għandhom jikkunsidraw it- ►M1  trademark tal-UE ◄ bħala valida sakemm il-validità tagħha ma tiġix kontestata mill-konvenut permezz ta' kontrotalba għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità.

2.  Il-validità ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ ma tistax tiġi kontestata f'kawża għal dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' vjolazzjoni.

▼M1

3.  Fl-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 96, appell relatat ma' revoka ta' trademark tal-UE mressaq b'mezz ieħor u mhux permezz ta' kontrotalba għandu jkun ammissibbli fejn il-konvenut jiddikjara li t-trademark tal-UE tista' tiġi revokata minħabba nuqqas ta' użu ġenwin fiż-żmien meta saret l-azzjoni ta' vjolazzjoni.

▼B

Artikolu 100

Il-kontrotalbiet

1.  Kontrotalba għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità tista' tiġi ibbażata biss fuq ir-raġunijiet ta' revoka jew ta' invalidità msemmija f'dan ir-Regolament.

2.  Il-qorti ►M1  għat-trademarks tal-UE ◄ għandha tiċħad kontrotalba għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità jekk deċiżjoni meħuda mill-Uffiċċju li tinvolvi l-istess suġġett u l-istess kawża u li tinvolvi lill-istess partijiet tkun diġà saret finali.

3.  Jekk il-kontrotalba ssir f' kawża fejn il-proprjetarju tat-trade mark ma jkunx diġà parti, huwa għandu jiġi informat dwar il-kawża u jista' jiddaħħal bħala parti fil-kawża skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi nazzjonali.

▼M1

4.  Il-qorti għat-trademark tal-UE li permezz tagħha kontrotalba għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trademark tal-UE tkun ġiet ippreżentata ma għandhiex tipproċedi b'eżami tal-kontrotalba, sakemm jew il-parti interessata jew il-qorti tkun infurmat lill-Uffiċċju bid-data ta' meta tkun ġiet ippreżentata l-kontrotalba. L-Uffiċċju għandu jirreġistra dik l-informazzjoni fir-Reġistru. Jekk applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trademark tal-UE tkun diġà ġiet ippreżentata quddiem l-Uffiċċju qabel ma tkun ġiet ippreżentata l-kontrotalba, il-qorti għandha tkun infurmata b'dan mill-Uffiċċju u twaqqaf il-proċedimenti skont l-Artikolu 104(1) sakemm id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tkun finali jew sakemm l-applikazzjoni tiġi rtirata.

▼B

5.  Artikolu 57 (2) sa (5) għandu jkun applikabbli.

▼M1

6.  Fejn qorti għat-trademark tal-UE tkun tat sentenza li tkun saret finali dwar kontrotalba għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità ta' trademark tal-UE, kopja tas-sentenza għandha tintbagħat lill-Uffiċċju mingħajr dewmien, jew mill-qorti jew minn kwalunkwe parti fil-proċedimenti nazzjonali. L-Uffiċċju jew kwalunkwe parti interessata oħra tista' titlob informazzjoni dwar tali trasmissjoni. L-Uffiċċju għandu jsemmi s-sentenza fir-Reġistru u għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikkonforma mal-parti operattiva tiegħu.

▼B

7.  Il-qorti ►M1  għat-trademarks tal-UE ◄ li tkun qiegħda tismal-kontrotalba għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità tista' tissospendi l-proċedimenti meta jsir rikors mill-proprjetarju ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ u wara li tisma' lill-partijiet l-oħrajn u tista' titlob lill-konvenut sabiex jippreżenta applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità lill-Uffiċċju fi żmien stabbilit minnha. Jekk l-applikazzjoni ma tiġix preżentata fiż-żmien stipulat, il-proċedimenti għandhom jitkomplew; il-kontrotalba għandha titqies li ġiet irtirata. Artikolu 104(3) għandu japplika f'dan il-każ.

Artikolu 101

Il-liġi applikabbli

1.  Il-qrati ►M1  għat-trademarks tal-UE ◄ għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

▼M1

2.  Dwar il-kwistjonijiet kollha relattivi għat-trademarks mhux koperti minn dan ir-Regolament, il-qorti rilevanti għat-trademark tal-UE għandha tapplika d-dritt nazzjonali.

▼B

3.  Sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, il-qorti ►M1  għat-trademarks tal-UE ◄ għandha tapplika r-regoli ta' proċedura li jirregolaw l-istess tip ta' azzjoni fir-rigward ta' trade mark nazzjonali fl-Istat Membru fejn tinsab il-qorti.

Artikolu 102

Is-sanzjonijiet

1.  Meta l-qorti ►M1  għat-trademarks tal-UE ◄ ssib li l-konvenut għamel vjolazzjoni jew hedded li jagħmel vjolazzjoni tad-drittijiet fi ►M1  trademark tal-UE ◄ , hija għandha, sakemm ma jkollhiex raġunijiet speċjali biex tagħmel mod ieħor, toħroġ ordni sabiex twaqqaf lill-konvenut milli jissokta bl-atti li jkunu għamlu vjolazzjoni jew li jkunu heddu li jagħmlu vjolazzjoni tad-drittijiet fi ►M1  trademark tal-UE ◄ . Għandha tieħu wkoll dawk il-miżuri skont il-liġi nazzjonali li huma mmirati biex jiżguraw li din li-projbizzjoni tiġi mħarsa.

▼M1

2.  Il-qorti għat-trademark tal-UE tista' wkoll tapplika miżuri jew ordnijiet disponibbli skont il-liġi applikabbli li jkun jidhrilha xieraq fiċ-ċirkostanzi tal-każ.

▼B

Artikolu 103

Miżuri proviżorji u protettivi

1.  Jista' jsir rikors fil-qrati ta' Stat Membru, inklużi il-qrati ►M1  għat-trademarks tal-UE ◄ , għal miżuri proviżorji, kif ukoll protettivi, fir-rigward ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ jew applikazzjoni għal ►M1  trademarks tal-UE ◄ li huma disponibbli taħt il-liġi tal-istess Stat fir-rigward tat-trade mark nazzjonali, anki jekk, taħt dan ir-Regolament, qorti ►M1  għat-trademarks tal-UE ◄ ta' Stat Membru ieħor għandha ġurisdizzjoni fuq is-sostanza tal-każ.

2.  Qorti ►M1  għat-trademarks tal-UE ◄ li għandha ġurisdizzjoni bbażata fuq l-Artikolu 97(1), (2), (3) jew (4) għandha ġurisdizzjoni biex tipprovdi miżuri proviżjonali u protettivi li huma applikabbli fit-territorju ta' kull Stat Membru, iżda dana soġġett għal kull proċedura neċessarja għall-għarfien u l-infurzar skont it-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 44/2001. Ebda qorti oħra m'għandha jkollha din il-ġurisdizzjoni.

Artikolu 104

Regoli speċifiċi dwar kawżi relatati

1.  Qorti ►M1  għat-trademarks tal-UE ◄ li tkun qiegħda tisma' kawża msemmija fl-Artikolu 96, ħlief għal kawża għal dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' vjolazzjoni għandha, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet speċjali sabiex jitkompla s-smiegħ, minn jeddha u wara li tisma' lill-partijiet jew fuq talba ta' waħda mill-partijiet u wara li tisma' lill-partijiet l-oħrajn, tissospendi il-proċedimenti jekk il-validità ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ tkun diġa' qiegħda tiġi kontestata quddiem qorti ►M1  għat-trademarks tal-UE ◄ oħra fuq bażi ta' kontrotalba jew jekk applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità tkun diġa' ġiet ippreżentata l-Uffiċċju.

2.  L-Uffiċċju, meta jkun qiegħed jisma' applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità għandu, sakemm ma jkunx hemm Raġunijiet speċjali sabiex jitkompla s-smiegħ, minn jeddu wara li jisma' lill-partijiet jew fuq talba ta' waħda mill-partijiet u wara li jisma' lill-partijiet l-oħrajn, iwaqqaf il-proċedimenti jekk il-validità ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ tkun diġa' qiegħda tiġi kontestata quddiem qorti ►M1  għat-trademarks tal-UE ◄ oħra fuq bażi ta' kontrotalba. Madanakollu, jekk issir talba minn waħda mill-partijiet fil-proċedimenti quddiem il-qorti ►M1  għat-trademarks tal-UE ◄ , il-qorti tista', wara li tisma' lill-partijiet l-oħrajn fil-proċedimenti, tissospendi il-proċedimenti. F'dan il-każ l-Uffiċċju għandu jkompli l-proċedimenti li jkunu pendenti quddiemu.

3.  Meta l-qorti ►M1  għat-trademarks tal-UE ◄ tissospendi l-proċedimenti hija tista' tordna miżuri proviżorji u protettivi għal waqt il-perjodu tas-sospensjoni.

Artikolu 105

Il-ġurisdizzjoni tal-qrati ►M1  għat-trademarks tal-UE ◄ tat-tieni istanza – Appell ulterjuri

1.  Jista' jsir appell minn deċiżjoni ta' qorti ►M1  għat-trademarks tal-UE ◄ tal-Prima Istanza lill-qorti ►M1  għat-trademarks tal-UE ◄ tat-tieni istanza fir-rigward ta' proċedimenti li jirriżultaw mill-kawżi u mit-talbiet imsemmija fl-Artikolu 96.

2.  Il-kundizzjonijiet taħt liema jista' jsir appell lill-qorti ►M1  għat-trademarks tal-UE ◄ tat-tieni istanza huma iddeterminati mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn tinsab il-qorti.

3.  Ir-regoli nazzjonali li jirrigwardaw appell ulterjuri għandhom ikunu applikabbli fir-rigward ta' deċiżjonijiet tal-qrati ►M1  għat-trademarks tal-UE ◄ tat-tieni istanza.



IT-TAQSIMA 3

Tilwim ieħor dwar ►M1  trademarks tal-UE ◄

Artikolu 106

Dispożizzjonijiet supplimentari dwar il-ġurisdizzjoni ta' qrati nazzjonali li mhumiex qrati ►M1  għat-trademarks tal-UE ◄ .

1.  Ġewwa l-Istat Membru fejn il-qrati għandhom ġurisdizzjoni taħt l-Artikolu 94(1), dawk il-qrati għandhom ġurisdizzjoni għal kull azzjoni ħlief għal dawk imsemmija fl-Artikolu 96, li għandhom ġurisdizzjoni ratione loci u ratione materiae fil-każ ta' kawżi li jirrigwardaw trade marks nazzjonali reġistrati f'dak l-Istat.

2.  Il-kawżi li jirrigwardaw ►M1  trademark tal-UE ◄ , ħlief għal dawk imsemmija fl-Artikolu 96, li dwarhom ebda qorti m'għandha ġurisdizzjoni taħt l-Artikolu 94(1) u l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jinstemaw quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn l-Uffiċċju għandu s-sede tiegħu.

Artikolu 107

L-obbligu tal-qorti nazzjonali

Qorti nazzjonali li tkun qiegħda tisma' kawża li għandha x'taqsam ma' ►M1  trademark tal-UE ◄ , ħlief għall-azzjoni msemmija fl-Artikolu 96, għandha tikkunsidra t-trade mark bħala valida.

▼M1 —————

▼B



IT-TITOLU XI

L-EFFETTI FUQ IL-LIĠIJIET TAL-ISTATI MEMBRI



IT-TAQSIMA 1

Azzjonijiet ċivili fuq il-bażi ta' iktar minn trade mark waħda

Artikolu 109

Kawżi ċivili simultanji u suċċessivi fuq il-bażi ta' ►M1  trademarks tal-UE ◄ u trade marks nazzjonali

1.  Meta kawżi ta' vjolazzjoni li jinvolvu l-istess kawża li u li jkunu bejn l-istess partijiet jitressqu quddiem qrati ta' Stati Membri differenti, li waħda minnhom ikollha ġurisdizzjoni fuq il-bażi ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ waqt li l-oħra jkollha ġurisdizzjoni fuq il-bażi ta' trade mark nazzjonali:

(a) il-qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel għandha minn jeddha tirrinunċja l-ġurisdizzjoni favur dik il-qorti fejn it-trade marks in kwistjoni huma identiċi u validi fir-rigward ta' prodotti u servizzi identiċi. Il-qorti li jkollha tirrinunċja l-ġurisdizzjoni tagħha tista' tissospendi l-proċedimenti jekk il-ġurisdizzjoni tal-qorti l-oħra tkun ikkontestata;

(b) il-qorti ħlief għal dik li jkollha ġurisdizzjoni l-ewwel tista' tissospendi il-proċedimenti jekk it-trade marks konċernati huma identiċi u validi għal prodotti jew servizzi simili u jekk it-trade marks konċernati huma simili u validi għal prodotti jew servizzi simili jew identiċi.

2.  Il-qorti li tkun qiegħda tisma' kawża ta' vjolazzjoni fuq il-bażi ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ għandha tiċħad il-kawża jekk deċiżjoni finali fuq il-merti tkun ingħatat fuq l-istess kawża u bejn l-istess partijiet fuq il-bażi ta' trade mark nazzjonali identika u valida għal prodotti u servizzi identiċi.

3.  Il-qorti li tkun qiegħda tisma' kawża ta' vjolazzjoni fuq il-bażi ta' trade mark nazzjonali għandha tiċħad il-kawża jekk deċiżjoni finali fuq il-merti tkun ingħatat fuq l-istess kawża u bejn l-istess partijiet fuq il-bażi ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ identika u valida għal prodotti u servizzi identiċi.

4.  Il-paragrafi 1, 2 u 3 m'għandhomx japplikaw fir-rigward ta' miżuri proviżorji, inklużi dawk protettivi.



IT-TAQSIMA 2

Applikazzjoni tal-liġijiet nazzjonali bil-għan li jiġi pprojbit l-użu ta' ►M1  trademarks tal-UE ◄

Artikolu 110

Il-projbizzjoni tal-użu ta' ►M1  trademarks tal-UE ◄

1.  Dan ir-Regolament m' għandux, fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet kuntrarji, jaffetwa id-dritt li jesisti taħt il-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jiġu invokati talbiet ta' vjolazzjoni ta' drittijiet preċedenti taħt l-Artikolu 8 jew l-Artikolu 53(2) fir-rigward tal-użu ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ suċċessiva. It-talbiet ta' vjolazzjoni ta' drittijiet preċedenti taħt l-Artikolu 8(2) u (4) ma jistgħux, madanakollu, jiġu invokati iżjed jekk il-proprjetarju tad-dritt preċedenti ma jkunx għadu jista' japplika għal dikjarazzjoni li t- ►M1  trademark tal-UE ◄ hija invalida taħt l-Artikolu 54(2).

2.  Dan ir-Regolament m'għandux, sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni kuntrarja, jaffetwa id-dritt li jinfetħu proċedimenti taħt il-liġi ċivili, amministrattiva jew kriminali ta' Stat Membru jew taħt id-dispożizzjonijiet tal-liġi ►M1  Unjoni ◄ bl-iskop li jiġi projbijt l-użu ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ sa fejn l-użu ta' trade mark nazzjonali jkun projbit taħt il-liġi ta' dak l-Istat Membru jew taħt il-liġi ►M1  Unjoni ◄ .

Artikolu 111

Drittijiet preċedenti li japplikaw għal lokalitajiet partikolari

1.  Il-proprjetarju ta' dritt preċedenti li japplika biss f'lokalità partikolari jista' jopponi l-użu tat- ►M1  trademark tal-UE ◄ fit-territorju fejn id-dritt tiegħu huwa protett sa fejn il-liġi tal-Istat Membru konċernat tippermetti.

2.  Il-paragrafu 1 għandu jieqaf japplika jekk il-proprjetarju tad-dritt preċedenti jkun aċċetta l-użu tat- ►M1  trademark tal-UE ◄ fit-territorju fejn id-dritt tiegħu jkun protett għal perjodu ta' ħames snin suċċessivi, waqt li kien jaf b'dan l-użu, sakemm l-applikazzjoni għat- ►M1  trademark tal-UE ◄ ma tkunx saret f'malafede.

3.  Il-proprjetarju ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ mhuwiex intitolat li jopponi l-użu tad-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 anki jekk dak id-dritt ma jistax jiġi invokat iżjed kontra t- ►M1  trademark tal-UE ◄ .



IT-TAQSIMA 3

Konverżjoni f'applikazzjoni għal trade mark nazzjonali

Artikolu 112

Talba għall-applikazzjoni tal-proċedura nazzjonali

1.  L-applikant jew il-proprjetarju ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ jista' jitlob li l-applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ jew it- ►M1  trademark tal-UE ◄ tiegħu tinqeleb f'applikazzjoni għal trade mark nazzjonali.

(a) sakemm l-applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ tkun ġiet miċħuda, irtirata, jew meqjusa bħala irtirata;

(b) sakemm it- ►M1  trademark tal-UE ◄ tieqaf milli jkollha effett.

2.  Il-konverżjoni m'għandhiex isseħħ:

(a) meta d-drittijiet tal-proprjetarju ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ jkunu ġew revokati minħabba nuqqas ta' użu, sakemm it- ►M1  trademark tal-UE ◄ ma tkunx intużat fl-Istat Membru li għalih tkun qiegħda tintalab il-konverżjoni b'mod li jitqies bħala użu ġenwin taħt il-liġijiet ta' dak l-Istat Membru;

(b) għall-iskop ta' protezzjoni fi Stat Membru fejn, skont id-deċiżjoni tal-Uffiċċju jew tal-qorti nazzjonali, japplikaw raġunijiet għar-rifjut tar-reġistrazzjoni jew japplikaw raġunijiet għar-revoka jew l-invalidità tal-applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ jew ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ .

3.  L-applikazzjoni għal trade mark nazzjonali li tirriżulta mill-konverżjoni ta' applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ jew ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ , għandha tgawdi fir-rigward tal-Istat Membru konċernat id-data ta' meta tkun ġiet ippreżentata jew id-data ta' prijorità ta' dik l-applikazzjoni jew trade mark u, meta approprjat, l-anzjanità ta' trade mark ta' dak l-Istat mitluba taħt l-Artikolu 34 jew 35.

4.  Fil-każi meta applikazzjoni għal trade mark tal- ►M1  Unjoni ◄ tkun meqjusa bħala rtirata, l-Uffiċċju għandu jibgħat lill-applikant komunikazzjoni li tistabbilixxi perijodu ta' tlett xhur mid-data ta' dik il-komunikazzjoni li matulhom talba għal-konverżjoni tista tkun ippreżentata.

5.  Meta l-applikazzjoni għal trade mark tal- ►M1  Unjoni ◄ tkun irtirata jew meta t-trade mark tal- ►M1  Unjoni ◄ tispiċċa milli jkollha effett bħala riżultat ta' ċediment li jkun reġistrat jew tan-nuqqas li tkun imġedda r-reġistrazzjoni, it-talba għal-konverżjoni għandha tkun ippreżentata fi żmien tlett xhur minn wara d-data li fiha l-applikazzjoni għat-trade mark tal- ►M1  Unjoni ◄ tkun ġiet irtirata jew li fiha t-trade mark tal- ►M1  Unjoni ◄ tispiċċa milli jkollha effett.

6.  Meta applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ tkun miċħuda b'deċiżjoni tal-Uffiċċju jew meta t- ►M1  trademark tal-UE ◄ tieqaf milli jkollha effett bħala riżultat ta' deċiżjoni tal-Uffiċċju jew ta' qorti ►M1  għat-trademark tal-UE ◄ , it-talba għall-konverżjoni għandha tkun ippreżentata fi żmien tlett xhur minn wara d-data li fiha dik id-deċiżjoni tkun akkwistat l-awtorità ta' deċiżjoni finali.

7.  L-effett imsemmi fl-Artikolu 32 jiddekadi jekk it-talba ma tiġix ippreżentata fil-ħin.

▼M1

Artikolu 113

Is-sottomissjoni, il-pubblikazzjoni u t-trasmissjoni tat-talba għal konverżjoni

▼B

1.  Talba għal konverżjoni għandha tiġi preżentata fl-Uffiċċju u għandha tispeċifika l-Istati Membri li fihom l-applikazzjoni tal-proċedura tar-reġistrazzjoni ta' trade mark nazzjonali hija mixtieqa. It-talba m'għandhiex titqies li ġiet ippreżentata qabel ma titħallas l-miżata tal-konverżjoni.

2.  Jekk l-applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ tkun ġiet ippubblikata, għandu jitniżżel fir-reġistru ►M1  trademark tal-UE ◄ li tkun ġiet irċevuta talba għal konverżjoni, u din it-talba għandha wkoll tiġi ppubblikata.

3.  L-Uffiċċju għandu jivverifika jekk il-konverżjoni mitluba tkunx tilħaq il-kondizzjonijiet stabiliti f'dan ir-Regolament, partikolatrment l-Artikolu 112(1), (2), (4), (5) u (6), u l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, flimkien mal-kondizzjonijiet formali stabbiliti fir-Regolament tal-Implementazzjoni. Jekk dawn il-kondizzjonijiet ikunu milħuqa, l-Uffiċċju għandu jittrasmetti t-talba għall-konverżjoni lejn l-uffiċċju tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri speċifikati hemmhekk.

▼M1

6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a) id-dettalji li għandhom ikunu inklużi f'talba għal konverżjoni ta' applikazzjoni għal trademark tal-UE jew trademark tal-UE rreġistrata f'applikazzjoni għal trademark nazzjonali skont il-paragrafu 1;

(b) id-dettalji li għandhom jinsabu fil-pubblikazzjoni tat-talba għal konverżjoni skont il-paragrafu 2.

Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

▼B

Artikolu 114

Rekwiżiti formali għall-konverżjoni

1.  Kwalunkwe uffiċċju ċentrali tal-proprjetà industrijali li fih it-talba għal konverżjoni hija trasmessa jista' jakkwista mill-Uffiċċju kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tikkonċerna t-talba li tiffaċilita lil dak l-uffiċċju li jieħu deċiżjoni rigward it-trade mark nazzjonali li tirriżulta mil-konverżjoni.

2.  Applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ jew ►M1  trademark tal-UE ◄ li tkun trasmessa skont l-Artikolu 113 m'għandhiex tiġi soġġetta għar-rekwiżiti formali tal-liġi nazzjonali li jkunu differenti jew żejda għal dawk li jipprovdi dan ir-Regolament jew ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

3.  Kull uffiċċju ċentrali tal-proprjetà industrijali li jkun irċieva t-talba jista' jordna lill-applikant sabiex, fi żmien ta' mhux inqas minn xahrejn:

(a) iħallas il-miżata nazzjonali tal-applikazzjoni;

(b) jippreżenta traduzzjoni tat-talba u tad-dokumenti annessi magħha f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istati involuti;

(c) jindika l-indirizz fejn jista' jinstab fl-Istat involut;

(d) jipprovdi numru ta' kopji kif speċifikat mill-Istat involut tax-xbieha tat-trade mark.



IT-TITOLU XII

L-UFFIĊĊJU



IT-TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 115

L-istatus legali

1.  L-Uffiċċju huwa organu tal- ►M1  Unjoni ◄ . Huwa għandu personalità ġuridika.

2.  F'kull wieħed mill-Istati Membri l-Uffiċċju jgawdi l-iktar kapaċità ġuridika estensiva mogħtija lill-persuni ġuridiċi mil-liġijiet tagħhom; huwa jista', b'mod partikolari, jakkwista u jiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u jista' jkun parti fi proċedimenti ġudizzjarji.

3.  L-Uffiċċju huwa rappreżentat ►M1  mid-Direttur Eżekuttiv ◄ tiegħu.

Artikolu 116

Il-persunal

1.  Ir-Regolamenti dwar Il-persunal rigward l-uffiċjali tal- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ , minn hawn 'il quddiem imsejħa “ir-Regolamenti tal-Persunal” il-Kondizzjonijiet ta' impieg ta' impjegati oħrajn tal- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ , u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-Istituzzjonijiet tal- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ sabiex jagħtu effett lil dawk ir-Regolamenti dwar l-Impjegati u l-Kondizzjonijiet tal-impieg għandhom japplikaw għall-impjegati tal-Uffiċċju, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 136 għall-membri tal-Bord tal-Appell.

▼M1

2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-Uffiċċju jista' jagħmel użu minn esperti nazzjonali sekondati jew persunal ieħor mhux impjegat mill-Uffiċċju. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta' esperti nazzjonali fl-Uffiċċju.

▼B

Artikolu 117

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ għandu japplika ►M1  għall-Uffiċċju u l-persunal tiegħu ◄ .

Artikolu 118

Responsabbiltà

1.  Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Uffiċċju għandha tiġi regolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt in kwistjoni.

2.  Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-kompetenza li tagħti sentenzi taħt kwalunkwe klawsola ta' arbitraġġ li tinstab f'kuntratti konklużi mill-Uffiċċju.

3.  F'każ ta' responsabbiltà mhux kontrattwali, l-Uffiċċju għandu, skont il-prinċipji ġenerali komuni fil-liġijiet tal-Istati Membri, jagħmel tajjeb għal kull ħsara kaġunata mid-dipartimenti tiegħu jew mill-impjegati tiegħu waqt li dawn ikunu qegħdin jaqdu dmirhom.

4.  Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni f'tilwimiet li għandhom x'jaqsmu mal-kumpens għall-ħsara msemmija fil-paragrafu 3.

5.  Ir-responsabbiltà personali tal-impjegati tiegħu lejn l-Uffiċċju għandha tiġi regolata mid-dispożizzjonijiet stabbiliti mir-Regolamenti dwar l-Impjegati jew mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għalihom.

Artikolu 119

Il-lingwi

1.  L-applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ għandha tiġi ppreżentata f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ .

2.  Il-lingwi tal-Uffiċċju huma l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Ispanjol.

3.  L-applikant għandu jindika lingwa oħra li għandha tkun lingwa tal-Uffiċċju u li hu jaċċetta bħala lingwa possibbli fi proċedimenti ta' oppożizzjoni, ta' revokazzjoni jew fi proċedimenti ta' invalidità.

Jekk l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata f'lingwa li mhijiex waħda mil-lingwi tal-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jagħmel mezz sabiex l-applikazzjoni, kif deskritta fl-Artikolu 26(1), tiġi tradotta fil-lingwa indikata mill-applikant.

4.  Meta l-applikant għal ►M1  trademark tal-UE ◄ ikun l-unika parti fi proċedimenti quddiem l-Uffiċċju, il-lingwa tal-proċedimenti għandha tkun il-lingwa li tkun intużat meta tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ . Jekk l-applikazzjoni tkun saret f'lingwa li mhijiex waħda mil-lingwi tal-Uffiċċju, l-Uffiċċju jista' jibgħat komunikazzjonijiet bil-miktub lill-applikant bit-tieni lingwa indikata mill-applikant fl-applikazzjoni tiegħu.

5.  In-notifika ta' oppożizzjoni u ta' applikazzjoni għal revoka jew invalidità għandhom jiġu preżentati f'waħda mil-lingwi tal-Uffiċċju.

6.  Jekk il-lingwa magħżula, skont il-paragrafu 5, għan-notifika tal-oppożizzjoni jew l-applikazzjoni għal revoka jew invalidità tkun il-lingwa tal-applikazzjoni għal trade mark jew it-tieni lingwa indikata meta tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, dik il-lingwa għandha tkun il-lingwa tal-proċedimenti.

Jekk il-lingwa magħżula, skont il-paragrafu 5, għan-notifika ta' oppożizzjoni jew għall-applikazzjoni għal revoka jew invalidità ma tkun la l-lingwa tal-applikazzjoni għal trade mark u lanqas it-tieni lingwa indikata meta tkun ġiet preżentata l-applikazzjoni, il-parti li tkun qed topponi jew il-parti li tkun qed tipprova tikseb ir-revoka jew l-invalidità għandha tipproduċi, bi spejjeż tagħha, traduzzjoni tal-applikazzjoni tagħha jew fil-lingwa tal-applikazzjoni għat-trade mark, sakemm din tkun waħda mil-lingwi tal-Uffiċċju, jew fit-tieni lingwa indikata meta tkun ġiet preżentata l-applikazzjoni. It-traduzzjoni għandha tiġi preżentata fiż-żmien preskritt mir-Regolament ta' Implimentazzjoni. Il-lingwa li fiha tkun ġiet tradotta l-applikazzjoni għandha mbagħad issir il-lingwa tal-proċedimenti.

7.  Il-partijiet fi proċedimenti ta' oppożizzjoni, ta' revoka, ta' invalidità jew ta' appell jistgħu jiftiehmu li lingwa uffiċjali oħra tal- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ għandha tkun il-lingwa tal-proċedimenti.

▼M1

10.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a) il-punt sa fejn id-dokumenti ta' sostenn li ser jintużaw fi proċedimenti bil-miktub quddiem l-Uffiċċju jistgħu jiġu ppreżentati bi kwalunkwe lingwa tal-Unjoni, u l-ħtieġa li tiġi pprovduta traduzzjoni;

(b) l-istandards meħtieġa ta' traduzzjonijiet li jiġu ppreżentati lill-Uffiċċju.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

▼B

Artikolu 120

Pubblikazzjoni u skrizzjonijiet fir-Reġistru

1.  L-applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ , kif deskritta fl-Artikolu 26(1), u kull informazzjoni oħra li għandha tiġi ppubblikata skont dan ir-Regolament jew ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, għandha tiġi ppubblikata bil-lingwi uffiċjali kollha tal- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ .

2.  Kull skrizzjoni fir-Reġistru tat- ►M1  trademarks tal-UE ◄ għandha ssir bil-lingwi kollha tal- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ .

3.  F'każ ta' dubju, it-test bil-lingwa tal-Uffiċċju li ntużat fl-applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ għandu jitqies bħala awtentiku. Jekk l-applikazzjoni tkun ġiet preżentata bl-lingwa uffiċjali tal- ►M1  Unjoni ◄ Ewropej li mhijiex waħda mil-lingwi tal-Uffiċċju, it-test bit-tieni lingwa indikata mill-applikant għandu jitqies bħala awtentiku.

Artikolu 121

Is-servizzi ta' traduzzjoni li huma meħtieġa sabiex ikun jista' jaħdem l-Uffiċċju għandhom jiġu provduti miċ-Ċentru ta' Traduzzjoni tal-Organi tal-Unjoni.

▼M1 —————

▼M1

Artikolu 123

Trasparenza

1.  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) għandu japplika għal dokumenti miżmuma mill-Uffiċċju.

2.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

3.  Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Uffiċċju skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jiġu kkontestati permezz tal-Ombudsman Ewropew jew ikunu s-suġġett ta' azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 228 u 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rispettivament.

4.  L-ipproċessar ta' data personali mill-Uffiċċju għandu jkun soġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ).

▼M1

Artikolu 123a

Regoli ta' sigurtà dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata

L-Uffiċċju għandu japplika l-prinċipji ta' sigurtà li jinsabu fir-regoli ta' sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni ta' Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea (IKUE) u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 ( 9 ) u 2015/444 ( 10 ). Il-prinċipji tas-sigurtà għandhom ikopru, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħażna ta' tali informazzjoni.



TAQSIMA 1a

Kompiti tal-Uffiċċju u kooperazzjoni għall-promozzjoni tal-konverġenza

Artikolu 123b

Kompiti tal-Uffiċċju

1.  L-Uffiċċju għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a) l-amministrazzjoni u l-promozzjoni tas-sistema tat-trademarks tal-UE stabbilita f'dan ir-Regolament;

(b) l-amministrazzjoni u l-promozzjoni tas-sistema tad-disinn tal-Unjoni Ewropea stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 ( 11 );

(c) il-promozzjoni tal-konverġenza ta' prattiki u għodod fl-oqsma tat-trademarks u d-disinji, b'kooperazzjoni mal-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri, inkluż l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali;

(d) il-kompiti msemmija fir-Regolament (UE) Nru 386/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 );

(e) il-kompiti mogħtija lilu taħt id-Direttiva 2012/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ).

2.  L-Uffiċċju għandu jikkoopera ma' istituzzjonijiet, awtoritajiet, korpi, uffiċċji tal-proprjetà industrijali, organizzazzjonijiet internazzjonali u dawk mhux governattivi fir-rigward tal-kompiti mogħtija lilu taħt il-paragrafu 1.

3.  L-Uffiċċju jista' jipprovdi servizzi ta' medjazzjoni volontarji sabiex jgħin lill-partijiet biex jilħqu soluzzjoni bonarja.

Artikolu 123c

Kooperazzjoni għall-promozzjoni tal-konverġenza ta' prattiki u għodod

1.  L-Uffiċċju u l-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali għandhom jikkooperaw ma' xulxin biex jippromwovu l-konverġenza ta' prattiki u għodod fil-qasam tat-trademarks u d-disinji.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, din il-kooperazzjoni għandha tkopri b'mod partikolari l-oqsma ta' attività li ġejjin:

(a) l-iżvilupp ta' standards komuni ta' eżaminazzjoni;

(b) il-ħolqien ta' bażijiet ta' data u portali komuni jew konnessi għall-finijiet ta' konsultazzjoni, tiftix u klassifikazzjoni mal-Unjoni kollha;

(c) il-forniment u skambju kontinwi ta' data u informazzjoni, inkluż sabiex ikunu fornuti l-bazijiet ta' data u l-portali msemmija fil-punt (b);

(d) l-istabbiliment ta' standards u prattiki komuni, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-interoperabbiltà bejn il-proċeduri u s-sistemi fl-Unjoni kollha u t-titjib tal-konsistenza, l-effiċjenza u l-effikaċja tagħhom;

(e) il-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar id-drittijiet tal-proprjetà industrijali u l-proċeduri, inkluż l-appoġġ reċiproku għal helpdesks u ċentri ta' informazzjoni;

(f) l-iskambju ta' għarfien espert u assistenza teknika b'rabta maż-żoni msemmijin fil-punti (a) sa (e).

2.  Abbażi ta' proposta mid-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddefinixxi u jikkoordina proġetti ta' interess għall-Unjoni u l-Istati Membri fir-rigward tal-oqsma msemmija fil-paragrafi 1 u 6, u għandu jistieden lill-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali biex jipparteċipaw f'dawk il-proġetti.

Id-definizzjoni tal-proġett għandu jkun fiha l-obbligi u r-responsabbiltajiet speċifiċi ta' kull uffiċċju tal-proprjetà industrijali parteċipanti tal-Istati Membri, l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali u l-Uffiċċju. L-Uffiċċju għandu jikkonsulta ma' rappreżentanti tal-utenti b'mod partikolari waqt il-fażijiet ta' definizzjoni tal-proġetti u l-evalwazzjoni tar-riżultati tagħhom.

3.  L-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali jistgħu ma jipparteċipawx fi, jillimitaw jew temporanjament jissospendu l-kooperazzjoni tagħhom fil-proġetti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

Meta jagħmlu użu mill-possibbiltajiet previsti fl-ewwel subparagrafu, l-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali għandhom jipprovdu lill-Uffiċċju b'dikjarazzjoni bil-miktub li tispjega r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom.

4.  Ladarba jkunu impenjaw ruħhom biex jipparteċipaw f'ċerti proġetti, l-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali għandhom, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, jipparteċipaw b'mod effettiv fil-proġetti msemmija fil-paragrafu 2 bil-għan li jiġi żgurat li huma żviluppati, jiffunzjonaw, li huma interoperabbli u jinżammu aġġornati.

5.  L-Uffiċċju għandu jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-proġetti msemmija fil-paragrafu 2 sa fejn dan ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata, għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-parteċipazzjoni effettiva tal-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali f'dawk il-proġetti. Dak l-appoġġ finanzjarju jista' jieħu l-forma ta' għotjiet u ta' kontribuzzjonijiet in natura. L-ammont totali tal-finanzjament ma għandux jaqbeż il-15 % tad-dħul annwali tal-Uffiċċju. Il-benefiċjarji tal-għotjiet għandhom ikunu l-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali. L-għotjiet jistgħu jingħataw mingħajr sejħiet għal proposti skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Uffiċċju u l-prinċipji tal-proċeduri tal-għotjiet li jinsabu fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ) u fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 ( 15 ).

6.  L-Uffiċċju u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma' xulxin fuq bażi volontarja biex jippromwovu s-sensibilizzazzjoni dwar is-sistema tat-trademarks u l-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni. Tali kooperazzjoni għandha tinkludi proġetti li b'mod partikolari jimmiraw lejn l-implimentazzjoni ta' standards u prattiki stabbiliti kif ukoll lejn l-organizzazzjoni ta' attivitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ. L-appoġġ finanzjarju għal dawk il-proġetti għandu jkun parti mill-ammont totali ta' finanzjament imsemmi fil-paragrafu 5. Il-paragrafi 2 sa 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

▼M1



TAQSIMA 2

Bord tat-Tmexxija

Artikolu 124

Funzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija

1.  Mingħajr preġudizzju għall-funzjonijiet attribwiti lill-Kumitat tal-Baġit fit-Taqsima 5, il-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu l-funzjonijiet li ġejjin:

(a) abbażi ta' abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 128(4)(c), jadotta l-programm ta' ħidma annwali tal-Uffiċċju għas-sena li ġejja, b'kont meħud tal-opinjoni tal-Kummissjoni, u jgħaddi l-programm ta' ħidma annwali adottat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

(b) abbażi ta' abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 128(4)(e) u b'kont meħud tal-opinjoni tal-Kummissjoni, jadotta programm strateġiku pluriennali għall-Uffiċċju, li jinkludi l-istrateġija tal-Uffiċċju għall-kooperazzjoni internazzjonali, wara skambju ta' fehmiet bejn id-Direttur Eżekuttiv u l-kumitat rilevanti fil-Parlament Ewropew, u jgħaddi l-programm strateġiku pluriennali adottat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

(c) abbażi ta' abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 128(4)(g), jadotta r-rapport annwali u jgħaddi r-rapport annwali adottat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri;

(d) abbażi ta' abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 128(4)(h), jadotta l-pjan pluriennali ta' politika tal-persunal;

(e) jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu taħt l-Artikolu 123c(2);

(f) jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu taħt l-Artikolu 139(5);

(g) jadotta regoli dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' kunflitti ta' interess fl-Uffiċċju;

(i) jadotta miżuri ta' implimentazzjoni adatti sabiex jingħata effett lir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Aġenti Oħra, f'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;

(j) ifassal il-lista ta' kandidati prevista fl-Artikolu 129(2);

(k) jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti tal-awditjar u l-evalwazzjonijiet interni jew esterni msemmija fl-Artikolu 165a, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF);

(l) ikun ikkonsultat qabel l-adozzjoni tal-linji gwida għall-eżaminazzjoni li ssir fl-Uffiċċju u fil-każijiet l-oħra previsti f'dan ir-Regolament;

(m) jagħti opinjonijiet u jagħmel talbiet għal informazzjoni lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Kummissjoni fejn huwa jqis li jkun meħtieġ.

2.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta, f'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 142 tal-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Aġenti Oħra, deċiżjoni msejsa fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Aġenti Oħra, li tiddelega lid-Direttur Eżekuttiv is-setgħat rilevanti ta' awtorità li taħtar u li tiddefinixxi l-kondizzjonijiet li taħthom dik id-delega ta' setgħat ta' awtorità li taħtar tista' tiġi sospiża.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawk is-setgħat.

Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jirrikjedu dan, il-Bord tat-Tmexxija jista', permezz ta' deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra mogħtija lid-Direttur Eżekuttiv u dawk is-setgħat li ġew issottodelegati mid-Direttur Eżekuttiv, u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mhux id-Direttur Eżekuttiv.

Artikolu 125

Kompożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija

1.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni u rappreżentant wieħed mill-Parlament Ewropew, u s-supplenti rispettivi tagħhom.

2.  Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija jistgħu, soġġett għar-regoli ta' proċedura tiegħu, jiġu assistiti minn konsulenti jew esperti.

Artikolu 126

President tal-Bord tat-Tmexxija

1.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri tiegħu. Il-Viċi President għandu ex officio jissostitwixxi lill-President f'każ li dan ma jkunx jista' jaqdi d-dmirijiet tiegħu.

2.  Il-perijodu tal-mandati tal-President u tal-Viċi President għandu jkun ta' erba' snin. Il-mandati għandhom ikunu jistgħu jiġġeddu darba. Madankollu, jekk is-sħubija tagħhom fil-Bord tat-Tmexxija tintemm fi kwalunkwe ħin matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom għandu jiskadi wkoll b'mod awtomatiku f'dik id-data.

Artikolu 127

Laqgħat

1.  Il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jissejħu mill-President tiegħu.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, sakemm il-Bord tat-Tmexxija ma jiddeċidix mod ieħor.

3.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu laqgħa ordinarja tal-inqas darba fis-sena. Barra minn hekk, huwa għandu jiltaqa' fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq talba tal-Kummissjoni jew ta' terz tal-Istati Membri.

4.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta regoli ta' proċedura.

5.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta' maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu. Madankollu, maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu għandha tkun rekwiżita għad-deċiżjonijiet li l-Bord tat-Tmexxija għandu s-setgħa li jieħu skont l-Artikolu 124(1)(a) u (b), l-Artikolu 126(1) u l-Artikolu 129(2) u (4). Fiż-żewġ każijiet kull membru għandu jkollu vot wieħed.

6.  Il-Bord tat-Tmexxija jista' jistieden osservaturi sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu.

7.  Is-Segretarjat għall-Bord tat-Tmexxija għandu jiġi provdut mill-Uffiċċju.



TAQSIMA 3

Direttur Eżekuttiv

Artikolu 128

Funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv

1.  L-Uffiċċju għandu jiġi amministrat mid-Direttur Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli quddiem il-Bord tat-Tmexxija.

2.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni, il-Bord tat-Tmexxija, u l-Kumitat għall-Baġit, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun indipendenti fit-twettiq tad-doveri tiegħu u la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet mingħand gvern jew minn kwalunkwe korp ieħor.

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Uffiċċju.

4.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu b'mod partikolari l-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jiġu delegati:

(a) jieħu l-passi kollha meħtieġa, inkluż l-adozzjoni ta' struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' notifiki, sabiex jiżgura l-funzjonament tal-Uffiċċju;

(b) jimplimenta d-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tat-Tmexxija;

(c) iħejji abbozz ta' programm ta' ħidma annwali li jindika r-riżorsi umani u finanzjarji stmati għal kull attività, u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

(d) jippreżenta lill-Bord tat-Tmexxija proposti skont l-Artikolu 123c(2);

(e) iħejji abbozz ta' programm strateġiku pluriennali, li jinkludi l-istrateġija tal-Uffiċċju għall-kooperazzjoni internazzjonali, u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u wara skambju ta' fehmiet mal-kumitat rilevanti fil-Parlament Ewropew;

(f) jimplimenta l-programm ta' ħidma annwali u l-programm strateġiku pluriennali u jirrapporta lill-Bord tat-Tmexxija dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

(g) iħejji r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Uffiċċju u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni;

(h) iħejji abbozz ta' pjan pluriennali ta' politika tal-persunal u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

(i) iħejji pjan ta' azzjoni li jagħmel segwitu tal-konklużjonijiet tar-rapporti tal-awditjar u l-evalwazzjonijiet interni jew esterni, kif ukoll isegwi l-investigazzjonijiet tal-OLAF, u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u lill-Bord tat-Tmexxija;

(j) jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jinstabu l-irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn ikun xieraq, permezz tal-impożizzjoni ta' pieni amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi;

(k) iħejji strateġija kontra l-frodi għall-Uffiċċju u għandu jippreżentaha lill-Kumitat tal-Baġit għall-approvazzjoni;

(l) sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-Regolament, jirreferi, fejn ikun il-każ, mistoqsijiet dwar punt ta' liġi lill-Bord tal-Appell imkabbar (“il-Bord Suprem”), b'mod partikolari jekk il-Bordijiet tal-Appell ikunu ħarġu deċiżjonijiet differenti dwar il-punt;

(m) iħejji estimi tad-dħul u l-infiq tal-Uffiċċju u għandu jimplimenta l-baġit.

5.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun assistit minn Viċi Direttur Eżekuttiv wieħed jew aktar. Jekk id-Direttur Eżekuttiv ikun assenti jew indispost, il-Viċi Direttur Eżekuttiv jew wieħed mill-Viċi Diretturi Eżekuttivi għandu jieħu postu skont il-proċedura stipulata mill-Bord tat-Tmexxija.

Artikolu 129

Ħatra u tneħħija tad-Direttur Eżekuttiv u estensjoni tal-mandat

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Uffiċċju skont l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Aġenti Oħra.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Kunsill b'maġġoranza sempliċi, minn lista ta' kandidati proposti mill-Bord tat-Tmexxija, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Qabel ma jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord tat-Tmexxija jista' jkun mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem kwalunkwe kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet li jsiru mill-membri tiegħu. Sabiex jiġi konkluż il-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, l-Uffiċċju għandu jkun rappreżentat mill-President tal-Bord tat-Tmexxija.

Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga tiegħu biss b'deċiżjoni tal-Kunsill li jaġixxi fuq proposta mill-Bord tat-Tmexxija.

3.  Il-mandat tal-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Sal-aħħar ta' dak il-perijodu, il-Bord tat-Tmexxija għandu jwettaq valutazzjoni li tieħu kont ta' evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Uffiċċju.

4.  Il-Kunsill, b'kont meħud tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba u għal mhux aktar minn ħames snin.

5.  Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra tal-għażla għall-istess kariga fit-tmiem tal-mandat globali tiegħu.

6.  Il-Viċi Direttur Eżekuttiv jew Viċi Diretturi Eżekuttivi għandhom jinħatru jew jitneħħew mill-kariga kif previst fil-paragrafu 2, wara konsultazzjoni mad-Direttur Eżekuttiv u, fejn applikabbli, id-Direttur Eżekuttiv elett. Il-mandat tal-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Dan jista' jiġi estiż darba u għal mhux aktar minn ħames snin mill-Kunsill, wara konsultazzjoni mad-Direttur Eżekuttiv.

▼B



IT-TAQSIMA 4

L-implementazzjoni ta' proċeduri

Artikolu 130

Kompetenza

Dawn li ġejjin huma kompetenti sabiex jieħdu deċiżjonijiet marbuta mal-proċeduri li jinsabu f'dan ir-Regolament:

(a) l-Eżaminaturi;

(b) id-Diviżjonijiet tal-Oppożizzjoni;

▼M1

(c) dipartiment inkarigat bir-Reġistru;

▼B

(d) id-Diviżjonijiet tal-Kanċellazzjoni;

(e) il-Bordijiet tal-Appell;

▼M1

(f) kwalunkwe unità jew persuna oħra maħtura mid-Direttur Eżekuttiv għal dak il-għan.

▼B

Artikolu 131

L-eżaminaturi

L-eżaminatur huwa responsabbli sabiex jieħu deċiżjonijiet f'isem l-Uffiċċju fir-rigward ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ , inklużi l-ħwejjeġ msemmija fl- ►M1  Artikoli 36, 37, 68 u 74c ◄ , ħlief fejn tkun responsabbli d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

Artikolu 132

Diviżjonijiet tal-Opposizzjoni

1.  Id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni hija responsabbli sabiex tieħu deċiżjonijiet li jirrigwardaw opposizzjoni lejn applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ .

2.  Id-deċiżjonijiet tad-Diviżjonijiet tal-Kanċellazzjoni għandhom jittieħdu minn gruppi ta' tlett membri. Mill-anqas membru wieħed għandu jkun legalment kwalifikat. F'ċerti każi speċifiċi li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament Implementattiv, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minn membru wieħed.

▼M1

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw it-tipi eżatti ta' deċiżjonijiet li jridu jittieħdu minn membru uniku. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

▼M1

Artikolu 133

Dipartiment inkarigat bir-Reġistru

1.  Id-Dipartiment inkarigat bir-Reġistru għandu jkun responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet li jirrigwardaw entrati fir-Reġistru.

2.  Huwa għandu ikun responsabbli wkoll għaż-żamma tal-lista ta' rappreżentanti professjonali msemmija fl-Artikolu 93(2).

3.  Id-deċiżjonijiet tad-Dipartiment għandhom jittieħdu minn membru uniku.

▼B

Artikolu 134

Id-Diviżjonijiet tal-Kanċellazzjoni

1.  Id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni hija responsabbli għal deċiżjonijiet li jirrigwardaw applikazzjoni għar-revokazzjoni jew dikjarazzjoni ta' invalidità ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ .

2.  Id-deċiżjonijiet tad-Diviżjonijiet tal-Kanċellazzjoni għandhom jittieħdu minn gruppi ta' tlett membri. Mill-anqas membru wieħed għandu jkun legalment kwalifikat. F'ċerti każi speċifiċi li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament Implementattiv, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minn membru wieħed.

▼M1

Artikolu 134a

Kompetenza Ġenerali

Id-deċiżjonijiet meħtieġa taħt dan ir-Regolament li ma jaqgħux taħt il-kompetenza ta' eżaminatur, ta' Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, ta' Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni jew id-Dipartiment inkarigat bir-Reġistru, għandhom jittieħdu minn kull uffiċjal jew unità maħtura mid-Direttur Eżekuttiv għal dak il-għan.

▼B

Artikolu 135

Il-Bordijiet tal-Appell

▼M1

1.  Il-Bordijiet tal-Appell għandhom ikunu responsabbli sabiex jiddeċiedu dwar appelli minn deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikoli 131 sa 134a.

▼B

2.  Id-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell għandhom jittieħdu minn tlett membri, li mill-anqas tnejn minhom għandhom ikunu legalment kwalifikati. F'ċerti każi speċifiċi, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minn Bord imkabbar li jkun immexxi ►M1  mid-Direttur Eżekuttiv ◄ tal-Bordijiet tal-Appell jew minn membru wieħed, li għandu jkun legalment kwalifikat.

▼M1

3.  Sabiex ikunu determinati l-każi speċjali li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Bord Suprem, għandu jittieħed kont tad-diffikultà legali jew tal-importanza tal-każ jew ta' ċirkostanzi speċjali li jkunu jiġġustifikawh. Tali każijiet jistgħu jiġu riferuti lill-Bord Suprem:

(a) bl-awtorità tal-Bordijiet tal-Appell imsemmija fl-Artikolu 136(4)(a); jew

(b) mill-Bord li jitratta l-każ.

4.  Il-Bord Suprem għandu wkoll ikun responsabbli biex jagħti opinjonijiet motivati dwar kwistjonijiet tal-liġi riferuti lilu mid-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 128(4)(l).

▼B

5.  Sabiex ikunu determinati l-każi speċifiċi li jidħlu taħt l-awtorità ta' membru wieħed, qies għandu jittieħed tan-nuqqas tad-diffikultà tal-materji legali jew fattwali imressqa, u l-importanza limitata tal-każ individwali jew in-nuqqas ta' ċirkostanzi speċifiċi oħrajn. Id-deċijoni li każ ikun mismugħ minn membru wieħed fil-każi referuti għandha tkun adottata mill-Bord li jittratta l-każ. ►M1  ————— ◄

▼M1

Artikolu 136

Indipendenza tal-membri tal-Bordijiet tal-Appell

1.  Il-President tal-Bordijiet tal-Appell u l-presidenti tal-Bordijiet għandhom ikunu maħtura, f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 129 għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv, għal perijodu ta' ħames snin. Dawn ma jistgħux jitneħħew mill-kariga matul dan il-perijodu, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet serji għal tali tneħħija u l-Qorti tal-Ġustizzja, fuq applikazzjoni mill-istituzzjoni li tkun ħatrithom, ma tiħux deċiżjoni biex isir dan.

2.  Il-mandat tal-President tal-Bordijiet tal-Appell jista' jiġi estiż darba għal perijodu addizzjonali wieħed ta' ħames snin, jew sal-età tal-irtirar jekk din l-età tintlaħaq matul il-mandat il-ġdid, wara li tkun saret valutazzjoni pożittiva preċedenti tal-prestazzjoni tiegħu mill-Bord tat-Tmexxija.

3.  Il-mandat tal-presidenti tal-Bordijiet jista' jiġi estiż għal perijodi addizzjonali ta' ħames snin, jew sal-età tal-irtirar jekk din l-età tintlaħaq matul il-mandat il-ġdid, wara li tkun saret valutazzjoni pożittiva preċedenti tal-prestazzjoni tagħhom mill-Bord tat-Tmexxija, u wara konsultazzjoni mal-President tal-Bordijiet tal-Appell.

4.  Il-President tal-Bordijiet tal-Appell għandu jkollu l-funzjonijiet maniġerjali u organizzazzjonali li ġejjin:

(a) jippresjedi l-Presidju tal-Bordijiet tal-Appell (“il-Presidju”), responsabbli għall-istabbiliment tar-regoli u l-organizzazzjoni tal-ħidma tal-Bordijiet;

(b) jiżgura l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Presidju;

(c) jalloka l-każijiet lil Bord abbażi ta' kriterji oġġettivi determinati mill-Presidju;

(d) jibgħat ir-rekwiżiti tal-infiq tal-Bordijiet lid-Direttur Eżekuttiv, bil-għan li jitfasslu l-estimi tal-infiq.

Il-President tal-Bordijiet tal-Appell għandu jippresjedi fuq il-Bord Suprem.

5.  Il-membri tal-Bordijiet tal-Appell għandhom jinħatru mill-Bord tat-Tmexxija għal perijodu ta' ħames snin. Il-mandat tagħhom jista' jiġi estiż għal perijodi addizzjonali ta' ħames snin, jew sal-età tal-irtirar jekk dik l-età tintlaħaq matul il-mandat il-ġdid wara li tkun saret evalwazzjoni pożittiva preċedenti tal-prestazzjoni tagħhom mill-Bord tat-Tmexxija, wara konsultazzjoni mal-President tal-Bordijiet tal-Appell.

6.  Il-membri tal-Bordijiet tal-Appell ma għandhomx jitneħħew mill-kariga sakemm ma jkunx hemm raġunijiet serji għal tali tneħħija u l-Qorti tal-Ġustizzja, wara li l-każ ikunu ġie riferut lilha mill-Bord tat-Tmexxija fuq ir-rakkommandazzjoni tal-President tal-Bordijiet tal-Appell, u wara li jkun ikkonsulta mal-President tal-Bord li tiegħu l-membru kkonċernat jappartjeni, tieħu deċiżjoni biex isir dan.

7.  Il-President tal-Bordijiet tal-Appell u l-presidenti u l-membri tal-Bordijiet tal-Appell għandhom ikunu indipendenti. Fid-deċiżjonijiet tagħhom, dawn ma għandhomx ikunu marbuta b'xi struzzjonijiet.

8.  Deċiżjonijiet meħuda mill-Bord Suprem dwar appelli jew opinjonijiet dwar kwistjonijiet tal-liġi riferuti lilu mid-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 135 għandhom ikunu vinkolanti fl-istanzi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju msemmija fl-Artikolu 130.

9.  Il-President tal-Bordijiet tal-Appell u l-presidenti u l-membri tal-Bordijiet tal-Appell ma għandhomx ikunu eżaminaturi jew membri tad-Diviżjonijiet tal-Oppożizzjoni, id-Dipartiment inkarigat bir-Reġistru jew id-Diviżjonijiet tal-Kanċellazzjoni.

▼M1

Artikolu 136a

Il-Presidju tal-Bordijiet tal-Appell u l-Bord Suprem

1.  Il-Presidju għandu jkun magħmul mill-President tal-Bordijiet tal-Appell, li għandu jippresjedi fuqu, il-presidenti tal-Bordijiet u l-membri tal-Bordijiet eletti għal kull sena kalendarja minn u minn fost il-membri kollha tal-Bordijiet minbarra l-President tal-Bordijiet tal-Appell u l-presidenti tal-Bordijiet. L-għadd tal-membri tal-Bord eletti b'dan il-mod għandu jikkostitwixxi kwart tal-għadd tal-membri tal-Bord, minbarra l-President tal-Bordijiet tal-Appell u l-presidenti tal-Bordijiet, u dak in-numru għandu jiġi aġġustat 'il fuq jekk meħtieġ.

2.  Il-Bord Suprem imsemmi fl-Artikolu 135(2) għandu jkun magħmul minn disa' membri, inkluż il-President tal-Bordijiet tal-Appell, il-presidenti tal-Bordijiet, ir-relatur innominat qabel konsultazzjoni mal-Bord Suprem, jekk applikabbli, u membri magħżula b'rotazzjoni minn lista li fiha l-ismijiet tal-membri kollha tal-Bordijiet tal-Appell minbarra l-President tal-Bordijiet tal-Appell u l-presidenti tal-Bordijiet.

Artikolu 136b

Delegazzjoni tas-setgħat

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163a li jispeċifikaw id-dettalji dwar l-organizzazzjoni tal-Bordijiet tal-Appell, inkluż it-twaqqif u r-rwol tal-Presidju, il-kompożizzjoni tal-Bord Suprem u r-regoli dwar ir-riferimenti li jsirulu, u l-kondizzjonijiet li taħthom id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minn membru uniku skont l-Artikolu 135(2) u (5).

▼B

Artikolu 137

Esklużjoni u oġġezzjoni

1.  L-eżaminaturi u l-membri tad-Diviżjonijiet stabbiliti ġewwa l-Uffiċċju jew tal-Bordijiet ta' Appell ma jistgħux jieħdu sehem f'ebda proċedimenti jekk huma jkollhom xi interess personali, jew jekk huma kienu involuti qabel bħala rappreżentanti ta' xi waħda mill-partijiet. Tnejn mit-tliet membri tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni ma jistgħux ikunu ħadu sehem fl-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni. Il-Membri tad-Diviżjonijiet tal-Kanċellazzjoni ma jistgħux jieħdu sehem f'ebda proċedimenti jekk huma jkunu pparteċipaw fid-deċiżjoni finali dwar il-każ fil-proċedimenti dwar reġistrazzjoni jew fi proċedimenti ta' opposizzjoni. Il-Membri tal-Bordijiet tal-Appell ma jistgħux jieħdu sehem fi proċedimenti ta' appell jekk ikunu ipparteċipaw fid-deċiżjoni li tkun qiegħda tiġi appellata.

2.  Jekk, minħabba waħda mir-raġunijiet msemmija fil-paragrafu 1 jew għal xi raġuni oħra, xi membru tad-Diviżjoni jew tal-Bord tal-Appell iħoss li huwa m'għandux jieħu sehem f'xi proċedimenti, huwa għandu jinforma lid-Diviżjoni jew lill-Bord debitament.

3.  Tista' ssir oġġezzjoni kontra l-eżaminaturi u l-membri tad-Diviżjonijiet jew tal-Bord tal-Appell minn kull parti fuq bażi ta' waħda mir-raġunijiet msemmija fil-paragrafu 1, jew jekk ikun hemm suspett ta' parzjalità. Oġġezzjoni mhijiex ammissibli jekk, minkejja li tkun taf li teżisti raġuni għal oġġezzjoni, il-parti tkun ħadet pass proċedurali. Ebda oġġezzjoni ma tista' ssir abbażi tan-nazzjonalità tal-eżaminaturi jew tal-membri.

4.  Id-Diviżjonijiet u l-Bordijiet tal-Appell għandhom jiddeċiedu dwar liema azzjoni għandha tittieħed fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 2 u 3 mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membru konċernat. Għall-finijiet tat-teħid ta' din id-deċiżjoni il-membru li jirtira jew li tkun saret oġġezzjoni kontrih għandu jiġi mibdul fid-Diviżjoni jew fil-Bord tal-Appell mill-alternat tiegħu.

▼M1

Artikolu 137a

Ċentru ta' medjazzjoni

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 123b(3), l-Uffiċċju jista' jistabbilixxi Ċentru ta' Medjazzjoni (“iċ-Ċentru”).

2.  Kull persuna fiżika jew ġuridika tista' tuża s-servizzi taċ-Ċentru fuq bażi volontarja bil-għan li tinstab soluzzjoni bonarja ta' tilwim, abbażi ta' dan ir-Regolament jew bir-Regolament (KE) Nru 6/2002, bi ftehim reċiproku.

3.  Il-partijiet għandu jkollhom rikors għall-medjazzjoni permezz ta' talba konġunta. It-talba ma għandhiex titqies li saret qabel ma tkun tħallset l-imposta rilevanti. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiffissal-ammont li għandu jiġi impost f'konformità mal-Artikolu 144(1).

4.  Fil-każ ta' tilwim soġġett għall-proċedimenti pendenti quddiem id-Diviżjonijiet tal-Oppożizzjoni, id-Diviżjonijiet tal-Kanċellazzjoni jew quddiem il-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju, talba konġunta għal medjazzjoni tista' ssir fi kwalunkwe ħin wara li ssir notifika ta' oppożizzjoni, applikazzjoni għal revoka jew applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità jew notifika ta' appell kontra deċiżjonijiet tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni jew tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni.

5.  Il-proċedimenti inkwistjoni għandhom jiġu sospiżi u l-perijodi ta' żmien, minbarra l-perijodi żmien għall-ħlas tat-tariffa applikabbli, għandhom jiġu interrotti sa mid-data li ssir l-applikazzjoni ta' talba konġunta għal medjazzjoni. Il-perjodi ta' żmien għandhom ikomplu jiddekorru mill-jum li fih jerġgħu jibdew il-proċedimenti.

6.  Il-partijiet għandhom jiġu mistiedna jaħtru b'mod konġunt, medjatur mil-lista msemmija fil-paragrafu 12, li jkun iddikjara illi huwa għandu għarfien sew tal-lingwa tal-medjazzjoni inkwistjoni. Fejn il-partijiet ma jaħtrux medjatur fi żmien 20 jum mill-istedina biex jagħmlu dan, il-medjazzjoni għandha titqies li falliet.

7.  Il-Partijiet għandhom jaqblu flimkien mal-medjatur dwar l-arranġamenti dettaljati għall-medjazzjoni fi ftehim ta' medjazzjoni.

8.  Il-medjatur għandu jikkonkludi l-proċedimenti ta' medjazzjoni jew hekk kif il-partijiet jilħqu ftehim ta' soluzzjoni, waħda mill-partijiet tiddikjara li tixtieq ittemm il-medjazzjoni jew il-medjatur jistabbilixxi li l-partijiet ma rnexxielhomx jilħqu tali ftehim.

9.  Il-medjatur għandu jinforma lill-partijiet kif ukoll lill-istanza rilevanti tal-Uffiċċju hekk kif il-proċedimenti tal-medjazzjoni jkunu ġew konklużi.

10.  Id-diskussjonijiet u n-negozjati li jsiru fi ħdan il-qafas tal-medjazzjoni għandhom ikunu kunfidenzjali għall-persuni kollha involuti fil-medjazzjoni, b'mod partikolari għall-medjatur, il-partijiet u r-rappreżentanti tagħhom. Id-dokumenti u l-informazzjoni kollha ppreżentati waqt il-medjazzjoni għandhom jinżammu separatament minn, u ma għandhomx ikunu parti mill-fajl ta' ebda proċediment ieħor quddiem l-Uffiċċju.

11.  Il-medjazzjoni għandha ssir f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni li dwarha għandhom jaqblu l-partijiet. Fejn il-medjazzjoni tkun marbuta ma' tilwim pendenti quddiem l-Uffiċċju, il-medjazzjoni għandha ssir fil-lingwa tal-proċedimenti tal-Uffiċċju, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mill-partijiet.

12.  L-Uffiċċju għandu jistabbilixxi lista ta' medjaturi li għandhom jappoġġaw lill-partijiet fis-soluzzjoni tat-tilwim. Il-medjaturi għandhom ikunu indipendenti u jkollhom ħiliet u esperjenza rilevanti. Il-lista tista' tinkludi kemm medjaturi li huma impjegati mill-Uffiċċju kif ukoll medjaturi li mhumiex.

13.  Il-medjaturi għandhom ikunu imparzjali fit-twettiq ta' dmirijiethom u għandhom jiddikjaraw kull kunflitt ta' interess reali jew ipperċepit hekk kif jiġu ddenominati. Il-membri tal-istanzi għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju elenkati fl-Artikolu 130 ma għandhomx jieħdu sehem f'medjazzjoni li tkun marbuta ma' każ li fih huma:

(a) kellhom kwalunkwe involviment preċedenti fil-proċedimenti rinvjati għall-medjazzjoni;

(b) għandhom kwalunkwe interess personali f'dawk il-proċedimenti; jew

(c) kienu preċedentement involuti bħala rappreżentanti ta' waħda mill-partijiet.

14.  Il-medjaturi ma għandhomx jieħdu sehem bħala membri tal-istanzi għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju elenkati fl-Artikolu 130 fi proċedimenti li reġgħu bdew bħala konsegwenza ta' falliment tal-medjazzjoni.

15.  L-Uffiċċju jista' jikkoopera ma' korpi rikonoxxuti nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jittrattaw il-medjazzjoni.

▼B



IT-TAQSIMA 5

Il-baġit u l-kontroll finanzjarju

▼M1

Artikolu 138

Kumitat tal-Baġit

1.  Il-Kumitat tal-Baġit għandu jkollu l-funzjonijiet assenjati lilu f'din it-Taqsima.

2.  L-Artikoli 125 u 126, l-Artikolu 127(1) sa (4), u (5), sa fejn jirrigwarda l-elezzjoni tal-President u tal-Viċi President, (6) u (7) għandhom japplikaw għall-Kumitat tal-Baġit, mutatis mutandis.

3.  Il-Kumitat tal-Baġit għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta' maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu. Madankollu, maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu għandha tkun meħtieġa għad-deċiżjonijiet li l-Kumitat tal-Baġit għandu s-setgħa li jieħu skont l-Artikolu 140(3) u l-Artikolu 143. Fiż-żewġ każijiet kull membru għandu jkollu vot wieħed.

Artikolu 139

Baġit

1.  Għandhom jitħejjew estimi tad-dħul u tal-infiq kollu tal-Uffiċċju għal kull sena finanzjarja u għandhom jintwerew fil-baġit tal-Uffiċċju. Kull sena finanzjarja għandha tikkorrispondi mas-sena kalendarja.

2.  Id-dħul u l-infiq indikati fil-baġit għandhom jibbilanċjaw lil xulxin.

3.  Id-dħul għandu jinkludi, mingħajr preġudizzju għal tipi oħra ta' dħul, it-tariffi totali pagabbli skont l-Anness-I għal dan ir-Regolament, it-tariffi totali kif previst fir-Regolament (KE) Nru 6/2002, it-tariffi totali pagabbli, skont il-Protokoll ta' Madrid imsemmi fl-Artikolu 145 ta' dan ir-Regolament, għal reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni u ħlasijiet oħra li jsiru lill-Partijiet Kontraenti għall-Protokoll ta' Madrid, it-tariffi totali pagabbli, skont l-Att ta' Ġinevra msemmi fl-Artikolu 106c tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, għal reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina l-Unjoni u ħlasijiet oħra li jsiru lill-Partijiet Kontraenti għall-Att ta' Ġinevra, u, sa fejn ikun meħtieġ, sussidju mdaħħal taħt intestatura speċifika tat-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

4.  Kull sena l-Uffiċċju għandu jikkumpensa għall-ispejjeż imġarrba mill-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri, mill-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali u minn kwalunkwe awtorità rilevanti oħra li tiġi nnominata minn Stat Membru, bħala riżultat tal-kompiti speċifiċi li huma jwettqu bħala partijiet funzjonali tas-sistema tat-trademarks tal-UE fil-kuntest tas-servizzi u l-proċeduri li ġejjin:

(a) proċedimenti ta' oppożizzjoni u invalidità quddiem l-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali li jinvolvu t-trademarks tal-UE;

(b) l-għoti ta' informazzjoni dwar il-funzjonament tas-sistema tat-trademark tal-UE permezz ta' helpdesks u ċentri tal-informazzjoni;

(c) l-infurzar tat-trademarks tal-UE, inkluż l-azzjonijiet meħuda skont l-Artikolu 9(4).

5.  Il-kumpens totali tal-ispejjeż identifikati fil-paragrafu 4 għandu jikkorrispondi għal 5 % tad-dħul annwali tal-Uffiċċju. Mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, fuq proposta mill-Uffiċċju u wara li jkun ikkonsulta lill-Kumitat tal-Baġit, il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddetermina l-iskema ta' distribuzzjoni abbażi tal-indikaturi ġusti, ekwi u rilevanti li ġejjin:

(a) l-għadd annwali ta' applikazzjonijiet għal trademark tal-UE li joriġinaw minn applikanti f'kull Stat Membru;

(b) l-għadd annwali ta' applikazzjonijiet għal trademark nazzjonali f'kull Stat Membru;

(c) l-għadd annwali ta' oppożizzjonijiet u applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' invalidità ppreżentat minn proprjetarji ta' trademarks tal-UE f'kull Stat Membru;

(d) l-għadd annwali ta' każijiet imressqa quddiem il-qrati għat-trademark tal-UE denominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 95.

Għall-fini li jiġu ssostanzjati l-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Uffiċċju sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, data statistika li turi ċ-ċifri msemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għas-sena preċedenti, li għandha tkun inkluża fil-proposta li għandha ssir lill-Bord tat-Tmexxija.

Għal raġunijiet ta' ekwità, l-ispejjeż imġarrba mill-korpi msemmija fil-paragrafu 4 f'kull Stat Membru għandhom jitqiesu li jikkorrispondu għal tal-inqas 2 % tat-total tal-kumpens previst skont dan il-paragrafu.

6.  L-obbligu tal-Uffiċċju li jikkumpensa għall-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 4 u li jiġġarrbu f'sena partikolari għandu japplika biss sal-punt li ma jkun hemm l-ebda defiċit baġitarju f'dik is-sena.

7.  Fil-każ ta' bilanċ baġitarju pożittiv, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 10, fuq proposta mill-Uffiċċju u wara li jkun ikkonsulta lill-Kumitat tal-Baġit, il-Bord tat-Tmexxija jista' jżid il-perċentwal stabbilit fil-paragrafu 5 għal massimu ta' 10 % tad-dħul annwali tal-Uffiċċju.

8.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 sa 7 u għall-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu u għall-Artikoli 123b u 123c, fejn jiġi ġġenerat bilanċ pożittiv sostantiv fuq ħames snin konsekuttivi, il-Kumitat tal-Baġit, fuq proposta mill-Uffiċċju u skont il-programm ta' ħidma annwali u l-programm strateġiku pluriennali msemmijin fl-Artikolu 124(1)(a) u (b), għandu jiddeċiedi b'maġġoranza ta' żewġ terzi dwar it-trasferiment għall-baġit tal-Unjoni ta' bilanċ pożittiv iġġenerat mit-23 ta' Marzu 2016.

9.  L-Uffiċċju għandu jħejji fuq bażi ta' kull sentejn rapport għall-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu, inkluż dwar l-operazzjonijiet finanzjarji mwettqa skont l-Artikolu 123c(5) u (6), u l-Artikolu 139(5) u (7). Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sitwazzjoni finanzjarja tal-Uffiċċju.

10.  L-Uffiċċju għandu jipprevedi fond ta' riżerva li jkopri sena waħda tal-infiq operazzjonali tiegħu biex jiżgura l-kontinwità tal-operazzjonijiet tiegħu u l-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu.

▼B

Artikolu 140

It-tħejjija tal-baġit

1.   ►M1  Id-Direttur Eżekuttiv ◄ għandu jħejji kull sena stima tad-dħul u tal-infiq tal-Uffiċċju għas-sena li jkun imiss u għandu jibgħatha lill-Kumitat tal-Baġit sa mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu ta' kull sena, flimkien ma' lista ta' karigi.

2.  Jekk il-baġit jipprovdi għal sussidju ►M1  Unjoni ◄ , il-Kumitat tal-Baġit għandu jgħaddi l-istima immedjatament lill-Kummissjoni, li għandha taddiha lill-awtorita' tal-baġit tal- ►M1  Unjoni ◄ . Il-Kummissjoni tista' tehmeż opinjoni mal-istima flimkien ma' stima alternattiva.

3.  Il-Kumitat tal-Baġitgħandu jadotta l-Baġit, li għandu jinkludi l-lista tal-karigi tal-Uffiċċju. Jekk l-estimi tal-baġit ikun fihom sussidju mill-baġit ġenerali tal- ►M1  Unjoni ◄ , il-baġit tal-Uffiċċju għandu jiġi aġġustat, jekk dan ikun meħtieġ.

Artikolu 141

Verifika u kontroll

1.  Funzjoni ta' verifika interna għandha tiġi stabbilita fl-Uffiċċju. Din għandha tiġi esegwita skont l-istandards rilevanti internazzjonali. L-awditur intern, maħtur ►M1  mid-Direttur Eżekuttiv ◄ , għandu jkun responsabbli lejh għall-verifika tal-operat kif suppost tas-sistemi ta' implimentazzjoni tal-baġit u tal-proċeduri tal-Uffiċċju.

2.  L-awditur itnern għandu jagħti parir ►M1  lid-Direttur Eżekuttiv ◄ dwar kif jimmaniġġja riskji, u dan billi joħroġ opinjonijiet indipendenti dwar il-kwalità tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll u billi joħroġ rakkomandazzjonijiet fuq kif jistgħu jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet u fuq kif jista' tista' tiġi promossa ġestjoni finanzjarja b'saħħitha.

3.  L-uffiċjal li għandu l-awtorità huwa responsabbli sabiex jitwaqqfu sistemi ta' kontroll intern u proċeduri addattati għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

▼M1

Artikolu 141a

Ġlieda kontra l-frodi

1.  Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra taħt ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ), l-Uffiċċju għandu jaċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' kontra l-Frodi (OLAF), u jadotta d-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Uffiċċju bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness għal dak il-Ftehim.

2.  Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa tal-awditjar, abbażi ta' dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji ta' għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mill-Uffiċċju.

3.  L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 ( 17 ) bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' għotja jew kuntratt iffinanzjati mill-Uffiċċju.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet ta' għotja u d-deċiżjonijiet ta' għotja tal-Uffiċċju għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jagħtu b'mod espliċitu s-setgħa lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali awditjar u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

5.  Il-Kumitat tal-Baġit għandu jadotta strateġija kontra l-frodi li tkun proporzjonata għar-riskji tal-frodi wara li jikkunsidra l-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati.

▼B

Artikolu 142

Il-verifika tal-kontijiet

1.  Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu ta' kull sena ►M1  id-Direttur Eżekuttiv ◄ għandu jgħaddi lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat tal-Baġit u lill-Qorti tal-Awdituri l-kontijiet tad-dħul u tal-infiq totali tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja preċedenti. Il-Qorti tal-Awdituri għandha teżaminahom skont l-Artikolu 248 tat-Trattat.

2.  Il-Kumitat tal-Baġit għandu jagħti rendikont ►M1  lid-Direttur Eżekuttiv ◄ tal-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit.

Artikolu 143

Dispożizzjonijiet finanzjarji

Il-Kumitat tal-Baġit għandu, wara li jikkonsulta mal-Qorti tal-Awdituri tal- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ u mal-Kummissjoni, jadotta dispożizzjonijiet finanzjarji interni li jispeċifikaw, b'mod partikolari, il-proċedura ta' kif għandu jiġi stabbilit u implimentat il-baġit tal-Uffiċċju. Id-dispożizzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu ibbażati fuq ir-regolamenti finanzjarji adottati għall-organi oħrajn stabbiliti mill- ►M1  Unjoni ◄ , sa fejn dawn ikunu kumpatibbli mal-karatteristiċi partikolari tal-Uffiċċju.

▼M1

Artikolu 144

Tariffi u imposti u data dovuta

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi l-ammont li għandu jiġi impost għal kwalunkwe servizz imwettaq mill-Uffiċċju minbarra dawk imsemmija fl-Anness -I, kif ukoll l-ammont li għandu jiġi impost għall-Bulettin tat-trademarks tal-Unjoni Ewropea, il-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju u kwalunkwe pubblikazzjoni oħra maħruġa mill-Uffiċċju. L-ammonti tal-imposti għandhom ikunu stabbiliti fl-euro u għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju. L-ammont ta' kull imposta ma għandux jeċċedi dak li huwa meħtieġ biex jiġu koperti l-ispejjeż tas-servizz speċifiku mogħti mill-Uffiċċju.

2.  It-tariffi u l-imposti li fir-rigward tagħhom mhix speċifikata d-data dovuta f'dan ir-Regolament għandhom ikunu dovuti fid-data li tasal it-talba għas-servizz li għalih it-tariffa jew l-imposta tkun iġġarbet.

Bil-kunsens tal-Kumitat tal-Baġit id-Direttur Eżekuttiv, jista' jiddetermina liema mis-servizzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx ikunu jiddependu fuq ħlas bil-quddiem tat-tariffi jew imposti korrispondenti.

▼M1

Artikolu 144a

Pagament ta' tariffi u imposti

1.  It-tariffi u l-imposti dovuti lill-Uffiċċju għandhom jitħallsu bi ħlas jew trasferiment fil-kont tal-bank miżmum mill-Uffiċċju.

Bil-kunsens tal-Kumitat tal-Baġit, id-Direttur Eżekuttiv jista' jistabbilixxi liema metodi speċifiċi ta' ħlas għajr dawk stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, b'mod partikolari permezz ta' depożiti f'kontijiet kurrenti miżmuma mal-Uffiċċju, jistgħu jintużaw.

Id-determinazzjonijiet li jsiru skont it-tieni paragrafu għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju.

Il-pagamenti kollha, inkluż b'kull metodu ieħor ta' ħlas stabbilit skont it-tieni subparagrafu, għandhom isiru fl-euros.

2.  Kull pagament għandu jindika isem il-persuna li tkun qed tagħmel il-pagament u għandu jkun fih l-informazzjoni meħtieġa biex l-Uffiċċju jkun jista' jistabbilixxi minnufih l-għan tal-pagament. B'mod partikolari, għandha tkun ipprovduta l-informazzjoni li ġejja:

(a) meta titħallas it-tariffa marbuta mal-applikazzjoni, l-għan tal-pagament, jiġifieri “tariffa marbuta mal-applikazzjoni”;

(b) meta titħallas it-tariffa marbuta mal-oppożizzjoni, in-numru tal-fajl tal-applikazzjoni u l-isem tal-applikant għat-trademark tal-UE li għaliha tkun qiegħda ssir l-oppożizzjoni, u l-għan tal-pagament, jiġifieri “tariffa marbuta mal-oppożizzjoni”;

(c) meta jitħallsu t-tariffa marbuta mar-revoka u t-tariffa marbuta mal-invalidità, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-isem tal-proprjetarju tat-trademark tal-UE li għaliha tkun indirizzata l-applikazzjoni, u l-għan tal-pagament, jiġifieri “tariffa marbuta mar-revoka” jew “tariffa marbuta mal-invalidità”.

3.  Jekk l-għan tal-pagament imsemmi fil-paragrafu 2 ma jkunx jista' jiġi stabbilit immedjatament, l-Uffiċċju għandu jitlob lill-persuna li tkun qiegħda tagħmel il-pagament sabiex tinformah bil-miktub b'dan il-għan, fi żmien li hu jista' jispeċifika. Jekk il-persuna ma tikkonformax ma' din it-talba fiż-żmien dovut, il-pagament għandu jiġi kkunsidrat bħala li ma sarx. L-ammont li jkun tħallas għandu jiġi rimborżat.

Artikolu 144b

Data meqjusa tal-pagament

1.  Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 144a(1), id-data li fiha pagament għandu jitqies bħala li jkun sar lill-Uffiċċju għandha tkun id-data li fiha l-ammont tal-pagament jew tat-trasferiment ikun fil-fatt iddaħħal f'kont bankarju miżmum mill-Uffiċċju.

2.  Meta jistgħu jintużaw il-metodi ta' pagament imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 144a(1), id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi d-data li fiha tali pagamenti għandhom jitqiesu bħala li saru.

3.  Fejn, taħt il-paragrafi 1 u 2, il-pagament ta' tariffa ma jitqiesx li jkun sar sa wara li jkun intemm il-perijodu ta' żmien li fih ikun dovut, għandu jitqies li dan il-perijodu jkun ġie rrispettat jekk l-Uffiċċju jingħata evidenza li l-persuna li tkun għamlet il-pagament fi Stat Membru, fil-perijodu ta' żmien li fih il-pagament kellu jsir, tat ordni kif dovut lil stabbiliment bankarju biex jittrasferixxi l-ammont tal-pagament, u tkun ħallset soprataxxa ta' 10 % tat-tariffa jew tat-tariffi rilevanti, iżda mhux aktar minn EUR 200. L-ebda soprataxxa ma għandha tkun dovuta jekk l-ordni rilevanti lill-istabbiliment bankarju tkun ingħatat mhux aktar tard minn 10 ijiem qabel l-iskadenza tal-perijodu għall-pagament.

4.  L-Uffiċċju jista' jitlob lill-persuna li tkun għamlet il-pagament biex tipprovdi evidenza tad-data li fiha ngħatat l-ordni lill-istabbiliment bankarju kif imsemmija fil-paragrafu 3 u, fejn meħtieġ, biex tħallas is-somma addizzjonali rilevanti fi żmien perijodu speċifikat mill-Uffiċċju. Jekk il-persuna tonqos milli tikkonforma ma' dik it-talba jew jekk l-evidenza ma tkunx suffiċjenti, jew jekk is-somma addizzjonali mitluba ma titħallasx fiż-żmien dovut, il-perijodu għall-pagament għandu jitqies li ma ġiex osservat.

Artikolu 144c

Pagamenti insuffiċjenti u rimborż ta' ammonti insinifikanti

1.  Limitu ta' żmien għall-pagament għandu, fil-prinċipju, jitqies bħala li ġie osservat biss jekk l-ammont sħiħ tat-tariffa ikun tħallas fiż-żmien dovut. Jekk id-dritt ma jitħallasx kollu, l-ammont li jkun tħallas għandu jiġi rimborżat wara li jkun skada l-perijodu għall-pagament.

2.  L-Uffiċċju jista', madankollu, sa fejn ikun possibbli fiż-żmien li jkun fadal qabel it-tmiem ta' dan il-perijodu, jagħti lill-persuna li tkun qed tagħmel il-pagament l-opportunità li tħallas l-ammont li jkun fadal jew, fejn dan jitqies ġustifikat, jinjora xi ammonti żgħar li ma tħallsux, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-persuna li tkun qed tagħmel il-pagament.

3.  Bil-kunsens tal-Kumitat tal-Baġit, id-Direttur Eżekuttiv jista' jirrinunzja l-azzjoni għall-irkupru infurzat ta' kwalunkwe somma dovuta meta s-somma li għandha tiġi rkuprata hija minima jew fejn dan l-irkupru huwa inċert iżżejjed.

4.  Meta titħallas somma eċċessiva biex tkopri tariffa jew imposta, l-eċċess ma għandux jiġi rimborżat jekk l-ammont ikun insinifikanti u l-parti kkonċernata ma tkunx espressament talbet rimborż.

Bil-kunsens tal-Kumitat tal-Baġit id-Direttur Eżekuttiv jista' jiddetermina l-ammont li taħtha somma eċċessiva mħallsa biex tkopri tariffa jew imposta ma għandhiex tiġi rimborżata.

Determinazzjonijiet skont it-tieni subparagrafu għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju.

▼B



IT-TITOLU XIII

REĠISTRAZZJONI INTERNAZZJONALI TA' MARKI



IT-TAQSIMA 1

Disposizzjonijiet ġenerali

Artikolu 145

L-applikazzjoni ta' disposizzjonijiet

Ħlief jekk xort'oħra speċifikat f'dan it-Titolu, dan ir-Regolament u r-Regolamenti Implimentattivi tiegħu għandhom jgħoddu għal applikazzjonijiet għal reġistrazzjonijiet internazzjonali taħt il-Protokoll li għandu x'jaqsam mal-Ftehim ta' Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta' marki, adottat f'Madrid fis-27 ta' Ġunju 1989 (minn issa 'l quddiem imsejħa “applikazzjonijiet internazzjonali” u “l-Protokoll ta' Madrid” rispettivament), ibbażati fuq applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ jew fuq ►M1  trademark tal-UE ◄ u għal reġistrazzjonijiet ta' marki fir-reġistri internazzjonali miżmuma mill-Bureau Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà (minn issa 'l quddiem imsejħa “reġistrazzjonijiet internazzjonali” u “l-Bureau Internazzjonali”, rispettivament) li jinnominaw ►M1  l-Unjoni Ewropea ◄ .



IT-TAQSIMA 2

Reġistrazzjoni internazzjonali fuq il-bażi ta' applikazzjonijiet għal ►M1  trademark tal-UE ◄ u ta' ►M1  trademarks tal-UE ◄

Artikolu 146

Preżentazzjoni ta' applikazzjoni internazzjonali

1.  Applikazzjonijiet internazzjonali skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll ta' Madrid ibbażati fuq applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ jew fuq ►M1  trademark tal-UE ◄ għandhom ikunu preżentati fl-Uffiċċju.

2.  Fejn applikazzjoni internazzjonali tkun ippreżentata qabel ma l-marka li fuqha r-reġistrazzjoni internazzjonali għandha tkun ibbażata tkun ġiet reġistrata bħala ►M1  trademark tal-UE ◄ , l-applikant għar-reġistrazzjoni internazzjonali għandu jindika jekk ir-reġistrazzjoni internazzjonali għandhiex tkun ibbażata fuq applikazzjoni għal jew reġistrazzjoni ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ . Fejn ir-reġistrazzjoni internazzjonali għandha tkun ibbażata fuq ►M1  trademark tal-UE ◄ ladarba tkun reġistrata, l-applikazzjoni internazzjonali għandha tkun meqjusa li ġiet riċevuta fl-Uffiċċju fid-data tar-reġistrazzjoni tat- ►M1  trademark tal-UE ◄ .

Artikolu 147

Forma u kontenut tal-applikazzjoni internazzjonali

1.  L-applikazzjoni internazzjonali għandha tkun ippreżentata f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ , billi tintuża formola provduta mill-Uffiċċju. Ħlief jekk speċifikat xort'oħra mill-applikant fuq dik il-formola meta jippreżenta l-applikazzjoni internazzjonali, l-Uffiċċju għandu jikkorrispondi mal-applikant fil-lingwa tal-preżentazzjoni f'formola standard.

2.  Jekk l-applikazzjoni internazzjonali tiġi preżentata f'lingwa li mhix waħda mil-lingwi permessi taħt il-Protokoll ta' Madrid, l-applikant għandu jindika lingwa oħra minn fost dawk il-lingwi. Din għandha tkun il-lingwa li fiha l-Uffiċċju jissottometti l-applikazzjoni internazzjonali lill-Bureau Internazzjonali.

3.  Fejn l-applikazzjoni internazzjonali tiġi preżentata f'lingwa li mhix waħda mil-lingwi permessi taħt il-Protokoll ta' Madrid għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet internazzjonali, l-applikant jista' jipprovdi traduzzjoni tal-lista ta' merkanzija jew servizzi fil-lingwa li fiha l-applikazzjoni internazzjonali tkun se tiġi sottomessa lill-Bureau Internazzjonali skont il-paragrafu 2.

4.  L-Uffiċċju għandu jibgħat l-applikazzjoni internazzjonali lill-Bureau Internazzjonali malajr kemm jista' jkun.

5.  Il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni internazzjonali għandha tkun soġġetta għall-ħlas ta' miżata lill-Uffiċċju. Fil-każijiet imsemmija fit-tieni sentenza tal-Artikolu 146(2), il-miżata għandha tkun dovuta fid-data ta' reġistrazzjoni tat- ►M1  trademark tal-UE ◄ . L-applikazzjoni għandha tkun meqjusa li ma ġietx ippreżentata sakemm il-miżata meħtieġa tkun ġiet imħallsa.

6.  L-applikazzjoni interazzjonali għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fir-Regolament Implimentattiv.

▼M1

9.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-formola eżatta, inklużi l-elementi tagħha, li għandha tintuża biex issir applikazzjoni internazzjonali skont il-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2) ta' dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 148

Irrekordjar fil-fajls u fir-Reġistru

1.  Id-data u n-numru ta' reġistrazzjoni internazzjonali bbażata fuq applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ , għandhom ikunu rekordjati fil-fajls ta' dik l-applikazzjoni. Meta l-applikazzjoni tirriżulta fi ►M1  trademark tal-UE ◄ , id-data u n-numru tar-reġistrazzjoni internazzjonali għandhom jiddaħhlu fir-reġistru.

2.  Id-data u n-numru ta' reġistrazzjoni internazzjonali bbażata fuq ►M1  trademark tal-UE ◄ għandhom jiddaħhlu fir-Reġistru.

▼M1

Artikolu 148a

Notifika tal-invalidità tal-applikazzjoni jew reġistrazzjoni bażika

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-fatti u d-deċiżjonijiet individwali soġġetti għall-obbligu ta' notifika skont l-Artikolu 6(3) tal-Protokoll ta' Madrid kif ukoll il-punt ta' żmien rilevanti ta' tali notifiki. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2) ta' dan ir-Regolament.

▼M1

Artikolu 149

Talba għal estensjoni territorjali sussegwenti għal reġistrazzjoni internazzjonali

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-rekwiżiti dettaljati rigward it-talba għal estensjoni territorjali skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

▼B

Artikolu 150

Miżati internazzjonali

Kwalunkwe miżati pagabbli lill-Bureau Internazzjonali taħt il-Protokoll ta' Madrid għandhom jitħallsu direttament lill-Bureau Internazzjonali.



IT-TAQSIMA 3

Reġistrazzjonijiet internazzjonali li jinnominaw lill- ►M1  Unjoni Ewropea ◄

Artikolu 151

Effetti ta' reġistrazzjonijiet internazzjonali li jinnominaw lill- ►M1  Unjoni Ewropea ◄

1.  Reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ għandha, mid-data tar-reġistrazzjoni tagħha skont l-Artikolu 3(4) tal-Protokoll ta' Madrid jew mid-data tan-nomina sussegwenti tal- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ skont l-Artikolu 3ter(2) tal-Protokoll ta' Madrid, ikollha l-istess effett bħal applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ .

2.  Jekk l-ebda ċaħda ma ġiet innotifikata skont l-Artikolu 5(1) u (2) tal-Protokoll ta' Madrid jew jekk xi ċaħda ta' din ix-xorta ġiet irtirata, ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta' marka li tinnomina lill- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ għandha, mid-data msemmija fil-paragrafu 1, ikollha l-istess effett bħar-reġistrazzjoni ta' marka bħala ►M1  trademark tal-UE ◄ .

3.  Għall-għanijiet li jkun applikat l-Artikolu 9(3), pubblikazzjoni tad-dettalji tar-reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ skont l-Artikolu 152(1) għandha tieħu post il-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ , u pubblikazzjoni skont l-Artikolu 152(2) għandha tieħu post il-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ .

Artikolu 152

Pubblikazzjoni

1.  L-Uffiċċju għandu jippubblika d-data ta' reġistrazzjoni ta' marka li tinnomina lill- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ skont l-Artikolu 3(4) tal-Protokoll ta' Madrid jew id-data tan-nomina sussegwenti tal- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ skont l-Artikolu 3ter(2) tal-Protokoll ta' Madrid, il-lingwa tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni internazzjonali u t-tieni lingwa indikata mill-applikant, in-numru tar-reġistrazzjoni internazzjonali u d-data ta' pubblikazzjoni ta' dik ir-reġistrazzjoni fil-Gazzetta ppublikata mill-Bureau Internazzjonali, riproduzzjoni tal-marka u n-numru tal-klassijiet tal-merkanzija jew servizzi li fir-rigward tagħhom protezzjoni hija mitluba.

2.  Jekk l-ebda ċaħda ta' protezzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ ma ġiet notifikata skont l-Artikolu 5(1) u (2) tal-Protokoll ta' Madrid jew jekk xi ċaħda ta' din ix-xorta ġiet irtirata, l-Uffiċċju għandu jippubblika dan il-fatt, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni internazzjonali u, fejn applikabbli, d-data ta' pubblikazzjoni ta' dik ir-reġistrazzjoni fil-Gazzetta pubblikata mill-Bureau Internazzjonali.

Artikolu 153

Anzjanità

1.  L-applikant għal reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ jista' jitlob bħala tiegħu, fl-applikazzjoni internazzjonali, l-anzjanità ta' trade mark preċedenti reġistrata fi Stat Membru, inkluż trade mark reġistrata fil-pajjiżi tal-Benelux, jew reġistrata taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fi Stat Membru, kif previst fl-Artikolu 34.

2.  Id-detentur ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ jista', mid-data tal-pubblikazzjoni tal-effetti ta' dik ir-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 152(2), jitlob bħala tiegħu fl-Uffiċċju l-anzjanità ta' trade mark preċedenti reġistrat fi Stat Membru, inkluż trade mark irreġistrat fil-pajjiżi tal-Benelux, jew irreġistrat taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fi Stat Membru, kif previst fl-Artikolu 35. L-Uffiċċju għandu jinnotifika lill-Bureau Internazzjonali skont dan.

▼M1

Artikolu 153a

Anzjanità pretiża quddiem l-Uffiċċju

6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fil-pretensjoni ta' anzjanita taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u d-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

▼M1

Artikolu 154

Denominazzjoni ta' oġġetti u servizzi u eżami ta' raġunijiet assoluti għal rifjut

1.  Reġistrazzjonijiet internazzjonali li jiddenominaw lill-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal eżami tal-konformità tagħhom mal-Artikolu 28(2) sa (4) u għal raġunijiet assoluti għal rifjut bl-istess mod bħall-applikazzjonijiet għat-trademarks tal-UE.

2.  Meta jinsab li reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni ma tkunx eliġibbli għall-protezzjoni skont l-Artikolu 28(4) jew l-Artikolu 37(1) ta' dan ir-Regolament għall-oġġetti u s-servizzi kollha, jew parti minnhom, li għalihom tkun ġiet irreġistrata mill-Bureau Internazzjonali, l-Uffiċċju għandu joħroġ notifika ex officio proviżorja ta' rifjut lill-Bureau Internazzjonali, f'konformità mal-Artikolu 5(1) u (2) tal-Protokoll ta' Madrid.

3.  Meta d-detentur ta' reġistrazzjoni internazzjonali huwa obbligat li jiġi rrappreżentat quddiem l-Uffiċċju skont l-Artikolu 92(2), in-notifika msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jkun fiha stedina biex jinħatar rappreżentant skont it-tifsira tal-Artikolu 93(1).

4.  In-notifika ta' rifjut proviżorju għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata, u għandha tispeċifika perijodu ta' żmien li fih id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali jista' jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu u, jekk xieraq, għandu jaħtar rappreżentant. Il-perijodu ta' żmien għandu jibda fil-ġurnata li fiha l-Uffiċċju joħroġ ir-rifjut proviżorju.

5.  Fejn l-Uffiċċju jsib li l-applikazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni ma tinkludix l-indikazzjoni tat-tieni lingwa skont l-Artikolu 161b ta' dan ir-Regolament, l-Uffiċċju għandu joħroġ notifika ex officio proviżorja ta' rifjut lill-Bureau Internazzjonali skont l-Artikolu 5(1) u (2) tal-Protokoll ta' Madrid.

6.  Meta d-detentur ta' reġistrazzjoni internazzjonali jonqos milli jegħleb ir-raġuni għar-rifjut ta' protezzjoni fil-limitu ta' żmien preskritt jew, jekk xieraq, li jaħtar rappreżentant jew li jindika t-tieni lingwa, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta l-protezzjoni kollha jew għal parti mill-oġġetti u s-servizzi li għalihom ir-reġistrazzjoni internazzjonali hija rreġistrata. Ir-rifjut ta' protezzjoni għandu jieħu post rifjut ta' applikazzjoni għal trademark tal-UE. Id-deċiżjoni għandha tkun soġġetta għal appell skont l-Artikoli 58 sa 65.

7.  Fejn, mill-bidu tal-perijodu ta' oppożizzjoni msemmi fl-Artikolu 156(2), l-Uffiċċju ma jkunx ħareġ in-notifika ex officio proviżorja ta' rifjut skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għandu jibgħat dikjarazzjoni lill-Bureau Internazzjonali li tindika li l-eżami tar-raġunijiet assoluti tar-rifjut skont l-Artikolu 37 jkun tlesta iżda li r-reġistrazzjoni internazzjonali għadha soġġetta għal oppożizzjonijiet jew osservazzjonijiet ta' persuni terzi. Din id-dikjarazzjoni interim għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Uffiċċju li jerġa' jiftaħ l-eżami tar-raġunijiet assoluti fuq l-inizjattiva tiegħu stess fi kwalunkwe żmien qabel ma tinħareġ id-dikjarazzjoni finali tal-għoti ta' protezzjoni.

8.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu fin-notifika ex officio proviżorja ta' rifjut ta' protezzjoni li għandha tintbagħat lill-Bureau Internazzjonali, u fil-komunikazzjonijiet finali li għandhom jintbagħtu lill-Bureau Internazzjonali dwar l-għoti jew ir-rifjut finali ta' protezzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

▼M1

Artikolu 154a

Marki kollettivi u ta' ċertifikazzjoni

3.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 163a li jispeċifikaw id-dettalji tal-proċedura li tikkonċerna r-reġistrazzjonijiet internazzjonali bbażati fuq applikazzjoni bażika jew reġistrazzjoni bażika dwar marka kollettiva, marka ta' ċertifikazzjoni jew marka ta' garanzija.

▼B

Artikolu 155

Tfittxija

1.  Ladarba l-Uffiċċju jkun irċieva notifikazzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ , għandu jikteb rapport ta' tfittxija tal- ►M1  Unjoni ◄ kif previst fl-Artikolu 38(1). ►M1  Dment li talba għal rapport ta' riċerka, skont l-Artikolu 38(1), issir lill-Uffiċċju fi żmien xahar mid-data tan-notifika. ◄

2.  Hekk kif l-Uffiċċju jkun irċieva notifikazzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ , l-Ufficċju għandu jittrasmetti kopja tagħha lill-ufficċju ċentrali għall-proprjetà industrijali ta' kull Stat Membru li jkun informa lill-Uffiċċju bid-deċiżjoni tiegħu li jagħmel tfittxija fir-reġistru tiegħu tat-trade marks kif previst fl-Artikolu 38(2).

3.  Artikolu 38(3) sa (6) għandu japplika mutatis mutandis.

4.  L-Uffiċċju għandu jinforma lill-proprjetarji ta' xi ►M1  trademarks tal-UE ◄ jew ta' applikazzjonijiet għal ►M1  trademarks tal-UE ◄ preċedenti ċitati fir-rapport tat-tfittxija bil-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina l- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ kif previst fl-Artikolu 152(1). ►M1   Dan għandu japplika kemm jekk id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali jkun talab li jirċievi r-rapport ta' riċerka tal-UE u sew jekk le, sakemm il-proprjetarju ta' reġistrazzjoni jew applikazzjoni preċedenti ma jitlobx li ma jirċevix in-notifika. ◄

Artikolu 156

Oppożizzjoni

1.  Reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ għandha tkun soġġetta għal oppożizzjoni bl-istess mod bħal applikazzjonijiet ippubblikati għal ►M1  trademark tal-UE ◄ .

▼M1

2.  Avviż ta' oppożizzjoni għandu jsir fi żmien tliet xhur li għandu jibda xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 152(1). L-oppożizzjoni ma għandhiex titqies bħala li ġiet ippreżentata kif dovut qabel ma tkun tħallset it-tariffa marbuta mal-oppożizzjoni.

▼B

3.  Ċaħda ta' protezzjoni għandha tieħu post ċaħda ta' applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ .

▼M1

4.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163a li jispeċifikaw il-proċedura biex issir u tiġi eżaminata oppożizzjoni, inklużi l-komunikazzjonijiet kollha meħtieġa li għandhom isiru lill-Bureau Internazzjonali.

▼B

Artikolu 157

Tibdil ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ ma' reġistrazzjoni internazzjonali

L-Uffiċċju għandu, fuq talba, idaħħal avviż fir-Reġistru li ►M1  trademark tal-UE ◄ hija meqjusa li ġiet mibdula minn reġistrazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 4bis tal-Protokoll ta' Madrid.

Artikolu 158

Invalidazzjoni tal-effetti ta' reġistrazzjoni internazzjonali

1.  L-effetti ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ tista' tiġi dikjarata invalida.

2.  L-applikazzjoni għall-invalidazzjoni tal-effetti ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ għandha tieħu post l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' revoka kif previst fl-Artikolu 51 jew għal dikjarazzjoni ta' invalidita' kif previst fl-Artikolu 52 jew fl-Artikolu 53.

▼M1

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fin-notifika li għandha tintbagħat lill-Bureau Internazzjonali skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-att ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

▼B

Artikolu 159

Konverżjoni ta' nomina tal- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ permezz ta' reġistrazzjoni internazzjonali f'applikazzjoni għal trade mark nazzjonali jew f'nomina ta' Stati Membri

1.  Fejn nomina tal- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ permezz ta' reġistrazzjoni internazzjonali ġiet miċħuda jew tieqaf milli jkollha effett, id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali jista' jitlob il-konverżjoni tan-nomina tal- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ :

(a) f'applikazzjoni għal trade mark nazzjonali skont l-Artikoli 112, 113 u 114,

▼M1

(b) f'denominazzjoni ta' Stat Membru parti għall-Protokoll ta' Madrid, dment li fid-data ta' meta ntalbet il-konverżjoni kien possibbli li dak l-Istat Membru jiġi ddenominat direttament skont il-Protokoll ta' Madrid. L-Artikoli 112, 113 u 114 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw.

2.  L-applikazzjoni għal trademark nazzjonali jew id-denominazzjoni ta' Stat Membru li huwa parti għall-Protokoll ta' Madrid li tirriżulta mill-konverżjoni tad-denominazzjoni tal-Unjoni Ewropea permezz ta' reġistrazzjoni internazzjonali għandha tgawdi, fir-rigward tal-Istat Membru kkonċernat, id-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 3(4) tal-Protokoll ta' Madrid jew id-data tal-estensjoni għall-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 3b(2) tal-Protokoll ta' Madrid, jekk din tal-aħħar kienet saret sussegwentement għar-reġistrazzjoni internazzjonali, jew id-data ta' prijorità ta' dik ir-reġistrazzjoni u, fejn xieraq, l-anzjanità ta' trademark ta' dak l-Istat mitlub taħt l-Artikolu 153 ta' dan ir-Regolament.

▼B

3.  It-talba għall-konverżjoni għandha tkun ippubblikata.

▼M1

10.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a) id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fit-talbiet għal konverżjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 7;

(b) id-dettalji li għandhom jinsabu fil-pubblikazzjoni tat-talbiet għal konverżjoni skont il-paragrafu 3.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

▼B

Artikolu 160

L-użu tal-marka soġġett għal reġistrazzjoni internazzjonali

Għall-għanijiet li jkunu applikati l-Artikolu 15(1), l-Artikolu 42(2), l-Artikolu 51(1)(a) u l-Artikolu 57(2), id-data tal-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 152(2) għandha tieħu l-post tad-data tar-reġistrazzjoni għall-għan li tkun stabbilita d-data li minnha l-marka li hija s-suġġett ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill- ►M1  Unjoni ◄ għandha titqiegħed għal użu ġenwin fil- ►M1  Unjoni ◄ .

Artikolu 161

Trasformazzjoni

1.  Bla ħsara għall-paragrafu 2, id-disposizzjonijiet applikabbli għal applikazzjonijiet għal ►M1  trademark tal-UE ◄ għandhom japplikaw mutatis mutandis għal applikazzjonijiet għal trasformazzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali f'applikazzjoni għal ►M1  trademark tal-UE ◄ bi qbil mal-Artikolu 9quinquies tal-Protokoll ta' Madrid.

2.  Meta l-applikazzjoni għat-trasformazzjoni tirrigwarda reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill- ►M1  Unjoni Ewropea ◄ li d-dettalji tagħha ġew ippubblikati skont l-Artikolu 152(2), l-Artikoli 37 sa 42 m'għandhomx japplikaw.

▼M1

6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fl-applikazzjoni għal trasformazzjoni skont il-paragrafu 3. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

▼B



IT-TITOLU XIV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

▼M1 —————

▼M1

Artikolu 163

Proċedura ta' Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat dwar ir-Regoli ta' Implimentazzjoni. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼M1

Artikolu 163a

Eżerċitar tad-delega

1.  Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 42a, l-Artikolu 43(3), l-Artikoli 57a u 65a, l-Artikoli 77(4), 78(6), 79(5), 79b(2), 79c(5), 80(3) u 82a(3), l-Artikoli 93a u 136b, u l-Artikoli 154a(3) u 156(4) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu indeterminat ta' żmien mit-23 ta' Marzu 2016. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni ssegwi l-prattika abitwali tagħha u twettaq konsultazzjonijiet ma' esperti, inklużi esperti tal-Istati Membri, qabel ma tadotta dawk l-atti delegati.

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fil-paragrafu 2 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva jum wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 42a, l-Artikolu 43(3), l-Artikoli 57a u 65a, l-Artikoli 77(4), 78(6), 79(5), 79b(2), 79c(5), 80(3) u 82a(3), l-Artikoli 93a u 136b, u l-Artikoli 154a(3) u 156(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 165

Disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-tkabbir tal- ►M1  Unjoni ◄

▼A1

1.  Mid-data tal-adeżjoni tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Kroazja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Istat Membru l-ġdid jew l-Istati Membri l-ġodda”), ►M1  trademark tal-UE ◄ reġistrata jew li saret applikazzjoni għaliha skont dan ir-Regolament qabel id-data tal-adeżjoni rispettiva tagħhom għandha tiġi estiża għat-territorju ta' dawk l-Istati Membri sabiex ikollha effett ugwali fil- ►M1  Unjoni ◄ kollha.

▼B

2.  Ir-reġistrazzjoni tat- ►M1  trademark tal-UE ◄ li għaliha jkun hemm applikazzjoni pendenti fid-data tal-adeżjoni ma tistax tiġi rrifjutata abbażi ta' xi waħda mir-raġunijiet assoluti għar-rifjut ta' reġistrazzjoni mniżżlin fl-Artikolu 7(1), jekk dawn ir-raġunijiet saru applikabbli biss minħabba l-adeżjoni ta' xi Stat Membru ġdid.

3.  Fejn applikazzjoni biex tiġi rreġistrata ►M1  trademark tal-UE ◄ ssir matul is-sitt xhur ta' qabel id-data tal-adeżjoni, tista' tingħata notifika ta' opposizzjoni skont l-Artikolu 41 fejn trade mark ta' qabel jew dritt ieħor ta' qabel skont id-definizzjoni tal-Artikolu 8 ġiet akkwistata fi Stat Membru ġdid qabel l-adeżjoni, sakemm kienet akkwistata in bonafide u li d-data tal-preżentata jew, fejn hu applikabbli, id-data tal-prijorità jew id-data tal-akkwist fl-Istat Membru l-ġdid tat-trade mark ta' qabel jew ta' dritt ieħor ta' qabel jippreċedu d-data tal-preżentata, jew fejn hu applikabbli, id-data tal-prijorità tat- ►M1  trademark tal-UE ◄ .

4.   ►M1  Trademark tal-UE ◄ kif hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 ma tistax tiġi ddikjarata invalida:

(a) skont l-Artikolu 52 jekk ir-raġunijiet għall-invalidità saru applikabbli biss minħabba l-adeżjoni ta' xi Stat Membru ġdid;

(b) skont l-Artikolu 53(1) u (2) jekk id-dritt nazzjonali preċedenti kien irreġistrat, saret applikazzjoni għalih jew ġie miksub f'xi Stat Membru qabel id-data tal-adeżjoni.

5.  L-użu ta' ►M1  trademark tal-UE ◄ kif hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 jista' jiġi pprojbit skont l-Artikoli 110 u 111, jekk it-trade mark preċedenti jew dritt preċedenti ieħor kienet reġistrata, saret applikazzjoni għaliha jew inkisbet bonafede mill-Istat Membru l-ġdid, qabel id-data tal-adeżjoni ta' dak l-Istat jew, fejn hu applikabbli, għandha data ta' priorita' qabel id-data tal-adeżjoni ta' dak l-Istat.

▼M1

Artikolu 165a

Evalwazzjoni u reviżjoni

1.  Sal-24 ta' Marzu 2021, u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  L-evalwazzjoni għandha tirrevedi l-qafas legali għall-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-mekkaniżmu ta' finanzjament stabbilit taħt l-Artikolu 123c. L-evalwazzjoni għandha tivvaluta wkoll l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-Uffiċċju u l-prattiki tal-ħidma tiegħu. L-evalwazzjoni għandha, b'mod partikolari, tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Uffiċċju, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din.

3.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha fuq il-bażi ta' dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord tat-Tmexxija. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom isiru pubbliċi.

4.  Fl-okkażjoni ta' kull tieni evalwazzjoni, għandu jkun hemm valutazzjoni tar-riżultati miksuba mill-Uffiċċju wara li jitqiesu l-objettivi, il-mandat u l-kompiti tiegħu.

▼B

Artikolu 166

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 40/94, kif emendat mill-atti li jidhru fl-Anness I, hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 167

Dħul fis-seħħ

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum li jsegwi dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 40/94, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiġu implimentati l-Artikoli 95 u 114.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS -I

AMMONT TAT-TARIFFI

A. It-tariffi li għandhom jitħallsu lill-Uffiċċju skont dan ir-Regolament għandhom ikunu kif ġej (f' EUR):

1. Tariffa bażika għall-applikazzjoni għal trademark individwali tal-UE (Artikolu 26(2)):

EUR 1 000

2. Tariffa bażika għall-applikazzjoni għal trademark individwali tal-UE b'mezzi elettroniċi (Artikolu 26(2)):

EUR 850

3. Tariffa għat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi għal trademark individwali tal-UE (Artikolu 26(2)):

EUR 50

4. Tariffa għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi li teċċedi t-tieni klassi għal trademark individwali tal-UE (Artikolu 26(2)):

EUR 150

5. Tariffa bażika għall-applikazzjoni għal marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE (Artikolu 26(2) u Artikolu 66(3) jew Artikolu 74a(3)):

EUR 1 800

6. Tariffa bażika għall-applikazzjoni għal marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE b'mezzi elettroniċi (Artikolu 26(2) u Artikolu 66(3) jew Artikolu 74a(3)):

EUR 1 500

7. Tariffa għat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi għal marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE: (Artikolu 26(2) u Artikolu 66(3) jew Artikolu 74a(3)):

EUR 50

8. Tariffa għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi li teċċedi t-tieni klassi għal marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE (Artikolu 26(2) u 66(3) jew Artikolu 74a(3)):

EUR 150

9. Tariffa marbuta mar-riċerka għal applikazzjoni għal trademark tal-UE (Artikolu 38(2)) jew għal reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni (Artikolu 38(2) u Artikolu 155(2)): EUR 12 immultiplikat bl-għadd ta' uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali msemmija fl-Artikolu 38(2); dak l-ammont, u t-tibdiliet sussegwenti, għandhom jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju.

10. Tariffa marbuta ma' oppożizzjoni (Artikolu 41(3)):

EUR 320

11. Tariffa bażika għat-tiġdid ta' trademark individwali tal-UE (Artikolu 47(3)):

EUR 1 000

12. Tariffa bażika għat-tiġdid ta' trademark individwali tal-UE b'mezzi elettroniċi (Artikolu 47(3)):

EUR 850

13. Tariffa għat-tiġdid tat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi għal trademark individwali tal-UE (Artikolu 47(3)):

EUR 50

14. Tariffa għat-tiġdid ta' kull klassi ta' oġġetti u servizzi li teċċedi t-tieni klassi għal trademark individwali tal-UE (Artikolu 47(3)):

EUR 150

15. Tariffa bażika għat-tiġdid ta' marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE (Artikolu 47(3) u Artikolu 66(3) jew Artikolu 74a(3)):

EUR 1 800

16. Tariffa bażika għat-tiġdid ta' marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE b'mezzi elettroniċi (Artikolu 47(3) u Artikolu 66(3) jew Artikolu 74a(3)):

EUR 1 500

17. Tariffa għat-tiġdid tat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi għal marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE (Artikolu 47(3) u Artikolu 66(3) jew Artikolu 74a(3)):

EUR 50

18. Tariffa għat-tiġdid ta' kull klassi ta' oġġetti u servizzi li teċċedi t-tieni klassi għal marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE (Artikolu 47(3) u Artikolu 66(3) jew Artikolu 74a(3)):

EUR 150

19. Tariffa addizzjonali għall-ħlas tardiv tat-tariffa ta' tiġdid jew għall-preżentazzjoni tardiva tat-talba għat-tiġdid (Artikolu 47(3)): 25 % tat-tariffa ta' tiġdid tardiv, soġġett għal massimu ta' EUR 1 500

20. Tariffa għall-applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità (Artikolu 56(2)):

EUR 630

21. Tariffa marbuta ma' appell (Artikolu 60 (1)):

EUR 720

22. Tariffa għall-applikazzjoni ta' restitutio in integrum (Artikolu 81(3)):

EUR 200

23. Tariffa għall-applikazzjoni għall-konverżjoni ta' applikazzjoni ta' trademark tal-UE jew trademark tal-UE (Artikolu 113(1), flimkien ukoll mal-Artikolu 159(1)):

(a) f'applikazzjoni għal trademark nazzjonali

(b) f'denominazzjoni ta' Stati Membri skont il-Protokoll ta' Madrid:

EUR 200

24. Tariffa għat-tkomplija tal-proċedimenti: (Artikolu 82(1)):

EUR 400

25. Tariffa għad-dikjarazzjoni tad-diviżjoni ta' trademark irreġistrata tal-UE (Artikolu 49(4) jew applikazzjoni għal trademark tal-UE (Artikolu 44(4)):

EUR 250

26. Tariffa għall-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' liċenzja jew dritt ieħor fir-rigward ta' trademark irreġistrata tal-UE (qabel l-1 ta' Ottubru 2017, Regola 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95; u minn dik id-data, l-Artikolu 22a(2)) jew applikazzjoni għal trademark tal-UE (qabel l-1 ta' Ottubru 2017, Regola 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95; u minn dik id-data, l-Artikolu 22a(2)):

(a) għoti ta' liċenzja;

(b) trasferiment ta' liċenzja;

(c) ħolqien ta' dritt in rem;

(d) trasferiment ta' dritt in rem;

(e) imposta tal-eżekuzzjoni:

EUR 200 għal kull reġistrazzjoni, iżda fejn ikunu saru diversi talbiet fl-istess applikazzjoni jew fl-istess ħin, ma għandhiex teċċedi t-total ta' EUR 1 000

27. Tariffa għall-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni ta' liċenzja jew dritt ieħor (qabel l-1 ta' Ottubru 2017, Regola 35(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95; u minn dik id-data, l-Artikolu 24a(3)): EUR 200 għal kull kanċellazzjoni, iżda fejn ikunu saru diversi talbiet fl-istess applikazzjoni jew fl-istess ħin, ma għandhiex teċċedi t-total ta' EUR 1 000

28. Tariffa għat-tibdil ta' trademark irreġistrata tal-UE (Artikolu 48(4)):

EUR 200

29. Tariffa għall-ħruġ ta' kopja tal-applikazzjoni għal trademark tal-UE (Artikolu 88 (7)), kopja taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni (Artikolu 45(2)), jew estratt mir-reġistru (Artikolu 87(7)):

(a) kopja mhux iċċertifikata jew estratt:

EUR 10

(b) kopja ċċertifikata jew estratt:

EUR 30

30. Tariffa għall-ispezzjoni tal-fajls (Artikolu 88(6)):

EUR 30

31. Tariffa għall-ħruġ ta' kopji ta' dokumenti tal-fajl (Artikolu 88(7)):

(a) kopja mhux iċċertifikata:

EUR 10

(b) kopja ċċertifikata:

EUR 30

u għal kull paġna, li taqbeż l-10

EUR 1

32. Tariffa għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni f'fajl (Artikolu 88(9)):

EUR 10

33. Tariffa għar-reviżjoni tad-determinazzjoni tal-ispejjeż proċedurali li għandhom jiġu rimborżati (qabell-1 ta' Ottubru 2017, Regola 94(4) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95; u minn dik id-data, l-Artikolu 85(7)):

EUR 100

34. Tariffa biex issir applikazzjoni internazzjonali fl-Uffiċċju (qabel l-1 ta' Ottubru 2017, l-Artikolu 147(5); u minn dik id-data, l-Artikolu 147(4)):

EUR 300

B. Tariffi li għandhom jitħallsu lill-Bureau Internazzjonali

I.   Tariffa individwali għal reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni

1. L-applikant għal reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni għandu jkun meħtieġ li jħallas lill-Bureau Internazzjonali tariffa individwali għad-denominazzjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 8(7) tal-Protokoll ta' Madrid.

2. Id-detentur ta' reġistrazzjoni internazzjonali li jagħmel talba għal estensjoni territorjali li tiddenomina lill-Unjoni magħmula sussegwentement għar-reġistrazzjoni internazzjonali għandu jkun meħtieġ iħallas lill-Bureau Internazzjonali tariffa individwali għad-denominazzjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 8(7) tal-Protokoll ta' Madrid.

3. L-ammont tat-tariffa taħt B.I.1 jew B.I.2 għandu jkun ekwivalenti fi Franki Żvizzeri, kif stabbilit mid-Direttur Ġenerali tal-WIPO f'konformità mar-Regola 35(2) tar-Regolamenti Komuni taħt il-Ftehim u l-Protokoll ta' Madrid, tal-ammonti li ġejjin:

(a) għal trademark individwali: EUR 820 u, fejn applikabbli, EUR 50 għat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi u EUR 150 għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi inkluża fir-reġistrazzjoni internazzjonali li teċċedi t-tieni klassi;

(b) għal marka kollettiva jew marka ta' ċertifikazzjoni: EUR 1 400 u, fejn applikabbli, EUR 50 għat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi u EUR 150 għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi li teċċedi t-tieni klassi.

II.   Tariffa individwali għat-tiġdid ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni

1. Id-detentur ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni għandu jkun meħtieġ iħallas lill-Bureau Internazzjonali, bħala parti mit-tariffi għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni internazzjonali, tariffa individwali għad-denominazzjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 8(7) tal-Protokoll ta' Madrid.

2. L-ammont tat-tariffa msemmija fil-B.II.1 għandu jkun ekwivalenti fi Franki Żvizzeri, kif stabbilit mid-Direttur Ġenerali tal-WIPO f'konformità mar-Regola 35(2) tar-Regolamenti Komuni taħt il-Ftehim u l-Protokoll ta' Madrid, tal-ammonti li ġejjin:

(a) għal trademark individwali: EUR 820 u, fejn applikabbli, EUR 50 għat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi u EUR 150 għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi inkluża fir-reġistrazzjoni internazzjonali li teċċedi tnejn;

(b) għal marka kollettiva jew marka ta' ċertifikazzjoni: EUR 1 400 u, fejn applikabbli, EUR 50 għat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi u EUR 150 għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi inkluża fir-reġistrazzjoni internazzjonali li teċċedi tnejn.

▼B




ANNESS I

Regolament imħassar flimkien ma' lista tal-emendamenti suċċessivi tiegħu

(relatati mal-Artikolu 166)



Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94

(ĠU L 11, 14.1.1994, p. 1)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3288/94

(ĠU L 349, 31.12.1994, p. 83)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 807/2003

(ĠU L 122, 16.5.2003. p. 36)

punt 48 tal-Anness III biss

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1653/2003

(ĠU L 245, 29.9.2003, p. 36)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1992/2003

(ĠU L 296, 14.11.2003, p. 1)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 422/2004

(ĠU L 70, 9.3.2004, p. 1)

 

Regolament (KE) Nru 1891/2006 tal-Kunsill

(ĠU L 386, 29.12.2006, p. 14)

l-Artikolu 1 biss

Anness II, Parti 4 (C) (I) tal-Att ta' Adeżjoni 2003

(ĠU L 236, 23.9.2003, p. 342)

 

Anness III, Punt 1.I tal-Att ta' Adeżjoni 2005

(ĠU L 157, 21.6.2005, p. 231)

 




ANNESS II

Tabella Ta' Korrelazzjoni



Regolament (KE) Nru 40/94

Dan ir-Regolament

Artikolu 1 sa 14

Artikolu 1 sa 14

Artikolu 15(1)

Artikolu 15(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 15(2), introduzzjoni

Artikolu 15(1), it-tieni inċiż, introduzzjoni

Artikolu 15(2)(a)

Artikolu 15(1), it-tieni inċiż, il-punt (a)

Artikolu 15(2)(b)

Artikolu 15(1), it-tieni inċiż, il-punt (b)

Artikolu 15(3)

Artikolu 15(2)

Artikoli 16 sa 36

Artikoli 16 sa 36

Artikolu 37

Article 38

Artikolu 37

Artikolu 39

Artikolu 38

Artikolu 40

Artikolu 39

Artikolu 41

Artikolu 40

Artikolu 42

Artikolu 41

Artikolu 43

Artikolu 42

Artikolu 44

Artikolu 43

Artikolu 44(a)

Artikolu 44

Artikoli 45 sa 48

Artikoli 45 sa 48

Artikolu 48(a)

Artikolu 49

Artikolu 49

Artikolu 50

Artikolu 50

Artikolu 51

Artikolu 51

Artikolu 52

Artikolu 52

Artikolu 53

Artikolu 53

Artikolu 54

Artikolu 54

Artikolu 55

Artikolu 55

Artikolu 56

Artikolu 56

Artikolu 57

Artikolu 57

Artikolu 58

Artikolu 58

Artikolu 59

Artikolu 59

Artikolu 60

Artikolu 60

Artikolu 61

Artikolu 60(a)

Artikolu 62

Artikolu 61

Artikolu 63

Artikolu 62

Artikolu 64

Artikolu 63

Artikolu 65

Artikolu 64

Artikolu 66

Artikolu 65

Artikolu 67

Artikolu 66

Artikolu 68

Artikolu 67

Artikolu 69

Artikolu 68

Artikolu 70

Artikolu 69

Artikolu 71

Artikolu 70

Artikolu 72

Artikolu 71

Artikolu 73

Artikolu 72

Artikolu 74

Artikolu 73

Artikolu 75

Artikolu 74

Artikolu 76

Artikolu 75

Artikolu 77

Artikolu 76

Artikolu 78

Artikolu 77

Artikolu 79

Artikolu 77(a)

Artikolu 80

Artikolu 78

Artikolu 81

Artikolu 78(a)

Artikolu 82

Artikolu 79

Artikolu 83

Artikolu 80

Artikolu 84

Artikolu 81

Artikolu 85

Artikolu 82

Artikolu 86

Artikolu 83

Artikolu 87

Artikolu 84

Artikolu 88

Artikolu 85

Artikolu 89

Artikolu 86

Artikolu 90

Artikolu 87

Artikolu 91

Artikolu 88

Artikolu 92

Artikolu 89

Artikolu 93

Artikolu 90

Artikolu 94

Artikolu 91

Artikolu 95

Artikolu 92

Artikolu 96

Artikolu 93

Artikolu 97

Artikolu 94(1), introduzzjoni

Artikolu 98(1), introduzzjoni

Artikolu 94(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 98(1)(a)

Artikolu 94(1), it-tieni inċiż

Artikolu 98(1)(b)

Artikolu 94(2)

Artikolu 98(2)

Artikolu 95

Artikolu 99

Artikolu 96

Artikolu 100

Artikolu 97

Artikolu 101

Artikolu 98

Artikolu 102

Artikolu 99

Artikolu 103

Artikolu 100

Artikolu 104

Artikolu 101

Artikolu 105

Artikolu 102

Artikolu 106

Artikolu 103

Artikolu 107

Artikolu 104

Artikolu 108

Artikolu 105

Artikolu 109

Artikolu 106

Artikolu 110

Artikolu 107

Artikolu 111

Artikolu 108

Artikolu 112

Artikolu 109

Artikolu 113

Artikolu 110

Artikolu 114

Artikolu 111

Artikolu 115

Artikolu 112

Artikolu 116

Artikolu 113

Artikolu 117

Artikolu 114

Artikolu 118

Artikolu 115

Artikolu 119

Artikolu 116

Artikolu 120

Artikolu 117

Artikolu 121

Artikolu 118

Artikolu 122

Artikolu 118(a)

Artikolu 123

Artikolu 119

Artikolu 124

Artikolu 120

Artikolu 125

Artikolu 121(1) u (2)

Artikolu 126(1) u (2)

Artikolu 121(3)

Artikolu 121(4)

Artikolu 126(3)

Artikolu 121(5)

Artikolu 126(4)

Artikolu 121(6)

Artikolu 126(5)

Artikolu 122

Artikolu 127

Artikolu 123

Artikolu 128

Artikolu 124

Artikolu 129

Artikolu 125

Artikolu 130

Artikolu 126

Artikolu 131

Artikolu 127

Artikolu 132

Artikolu 128

Artikolu 133

Artikolu 129

Artikolu 134

Artikolu 130

Artikolu 135

Artikolu 131

Artikolu 136

Artikolu 132

Artikolu 137

Artikolu 133

Artikolu 138

Artikolu 134

Artikolu 139

Artikolu 135

Artikolu 140

Artikolu 136

Artikolu 141

Artikolu 137

Artikolu 142

Artikolu 138

Artikolu 143

Artikolu 139

Artikolu 144

Artikolu 140

Artikolu 145

Artikolu 141

Artikolu 146

Artikolu 142

Artikolu 147

Artikolu 143

Artikolu 148

Artikolu 144

Artikolu 149

Artikolu 145

Artikolu 150

Artikolu 146

Artikolu 151

Artikolu 147

Artikolu 152

Artikolu 148

Artikolu 153

Artikolu 149

Artikolu 154

Artikolu 150

Artikolu 155

Artikolu 151

Artikolu 156

Artikolu 152

Artikolu 157

Artikolu 153

Artikolu 158

Artikolu 154

Artikolu 159

Artikolu 155

Artikolu 160

Artikolu 156

Artikolu 161

Artikolu 157(1)

Artikolu 162(1)

Artikolu 157(2), introduzzjoni

Artikolu 162(2), introduzzjoni

Artikolu 157(2), punt (2)

Artikolu 162(2)(a)

Artikolu 157(2), punt (3)

Artikolu 162(2)(b)

Artikolu 157(2), punt (5)

Artikolu 162(2)(c)

Artikolu 157(2), punt (6)

Artikolu 162(2)(d)

Artikolu 157(2), punt (7)

Artikolu 162(2)(e)

Artikolu 157(2), punt (8)

Artikolu 162(2)(f)

Artikolu 157(2), punt (9)

Artikolu 162(2)(g)

Artikolu 157(2), punt (10)

Artikolu 162(2)(h)

Artikolu 157(2), punt (11)

Artikolu 162(2)(i)

Artikolu 157(2), punt (12)

Artikolu 162(2)(j)

Artikolu 157(2), punt (13)

Artikolu 162(2)(k)

Artikolu 157(2), punt (14)

Artikolu 162(2)(l)

Artikolu 157(3)

Artikolu 162(3)

Artikolu 158

Artikolu 163

Artikolu 159

Artikolu 164

Artikolu 159(a)(1), (2) u (3)

Artikolu 165(1), (2) u (3)

Artikolu 159(a)(4) kliem tal-bidu

Artikolu 165(4), kliem tal-bidu

Artikolu 159(a)(4), l-ewwel inċiż

Artikolu 165(4)(a)

Artikolu 159(a)(4), it-tieni inċiż

Artikolu 165(4)(b)

Artikolu 159(a)(5)

Artikolu 165(5)

Artikolu 166

Artikolu 160(1)

Artikolu 167(1)

Artikolu 160(2)

Artikolu 167(2)

Artikolu 160(3) u (4)

Anness I

Anness II



( 1 ) Id-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21).

( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 15).

( 3 ) Id-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 336, 23.12.2015, p. 1).

( 3 ) ĠU L 110, 20.4.2001, p. 28.

( 3 ) ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15.

( 4 ) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

( 5 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

( 6 ) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

( 7 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).

( 8 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

( 9 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji (ĠU L 3, 5.1.2002, p. 1).

( 10 ) Ir-Regolament (UE) Nru 386/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' April 2012 li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) jiġi fdat b'ċerti kompiti relatati mal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta' rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (ĠU L 129, 16.5.2012, p. 1).

( 11 ) Id-Direttiva 2012/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet orfni (ĠU L 299, 2012.10.27, p. 5).

( 12 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

( 13 ) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

( 14 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal- Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

( 15 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il- verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

( 16 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).