2008E0109 — MT — 15.03.2014 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/109/PESK

tat-12 ta’ Frar 2008

dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja

(ĠU L 038, 13.2.2008, p.26)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/129/PESK tal-1 ta’ Marzu 2010

  L 51

23

2.3.2010

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/141/PESK tal-14 ta’ Marzu 2014

  L 76

45

15.3.2014




▼B

POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/109/PESK

tat-12 ta’ Frar 2008

dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja



IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-2003 l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni (UNSCR) 1521 (2003) li timponi miżuri restrittivi kontra l-Liberja. Dawn il-miżuri ġew implimentati mill-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK ta’ l-10 ta’ Frar 2004 dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja ( 1 ).

(2)

B’segwitu għall-adozzjoni ta’ l-UNSCR 1683 (2006) u l-UNSCR 1731 (2006), il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/518/PESK ta’ l-24 ta’ Lulju 2006 li temenda u ġġedded ċerti miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja ( 2 ), u l-Pożizzjoni Komuni 2007/93/PESK tat-12 ta’ Frar 2007 li temenda u ġġedded il-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja ( 3 ) rispettivament.

(3)

Fid-dawl ta’ l-iżviluppi fil-Liberja, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fid-19 ta’ Diċembru 2007 adotta l-UNSCR 1792 (2007) li ġeddedt il-miżuri restrittivi fuq l-armi u l-ivvjaġġar għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar. L-UNSCR 1792 (2007) introduċiet ukoll obbligu li l-Kumitat stabbilit mill-paragrafu 21 ta’ l-UNSCR 1521 (2003) jiġi nnotifikat mal-kunsinna ta’ l-armi kollha u materjal relatat fornuti skond il-paragrafu 2(e) jew 2(f) ta’ l-UNSCR 1521 (2003), il-paragrafu 2 ta’ l-UNSCR 1683 (2006), jew il-paragrafu 1(b) ta’ l-UNSCR 1731 (2006).

(4)

Għall-fini ta’ kjarezza, il-miżuri msemmijin hawn fuq għandhom jiġu kkonsolidati f’att legali uniku.

(5)

Azzjoni mill-Komunità hi meħtieġa sabiex jiġu implimentati xi wħud minn dawn il-miżuri,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:



▼M1

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu l-forniment dirett jew indirett, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u kwalunkwe materjal relatat u l-forniment ta’ kwalunkwe assistenza, konsulenza jew taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari, inklużi l-finanzjament u l-assistenza finanzjarja, minn ċittadini ta’ Stati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew li jużaw il-bastimenti jew l-inġenji tal-ajru bil-bandiera tal-Istati Membri, lill-entitajiet kollha non-governattivi u lill-individwi li joperaw fit-territorju tal-Liberja.

Artikolu 2

1.  L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal:

(a) armi u materjal relatat kif ukoll għal taħriġ u assistenza teknika maħsubin biss għall-appoġġ jew għall-użu mill-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Liberja (UNMIL);

(b) ilbies protettiv, inklużi ġkieket antiprojettili u elmi militari, esportati temporanjament lejn il-Liberja minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, rappreżentanti tal-mezzi tax-xandir u ħaddiema umanitarji u fil-qasam tal-iżvilupp u persunal assoċjat, għall-użu personali tagħhom biss;

▼M2

(c) tagħmir militari mhux letali ieħor maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, u assistenza teknika u taħriġ relatati.

▼M1

2.  Il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat jew il-forniment ta’ servizzi, msemmijin fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom iqisu l-kunsinni taħt il-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1 fuq bażi ta’ każ b’każ, b’kont sħiħ meħud tal-kriterji stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari ( 4 ). L-Istati Membri għandhom jeħtieġu salvagwardji adatti kontra l-użu ħażin tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont dan il-paragrafu u, fejn adatt, jagħmlu dispożizzjonijiet għar-ripatrijazzjoni tal-armi u l-materjal relatat ikkunsinjati.

▼M2

3.  Għandha tkun tal-Gvern tal-Liberja ir-responsabbiltà primarja li jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet qabel ma tintbagħat kwalunkwe kunsinna ta' armi letali u materjal relatat, jew kwalunkwe għoti ta' assistenza, parir jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari jew setturi oħrajn ta' sigurtà lill-Gvern tal-Liberja, ħlief dawk imsemmija fil-paragrafu 1. Alternattivament, l-Istati Membri li jagħtu assistenza jistgħu jinnotifikaw lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, f'konsultazzjoni mal-Gvern tal-Liberja, f'konformità mal-paragrafu 2(b)(ii) u (iii) tal-UNSCR 2128 (2013). Fejn Stat Membru jagħżel li jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, tali notifika għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha, inklużi, fejn applikabbli, l-iskop u l-utent aħħari, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kwantità ta' tagħmir li jrid jintbagħat, il-fornitur, id-data proposta ta' kunsinna, il-mod ta' trasport, u l-itinerarju tal-kunsinni.

▼B

Artikolu 3

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi pprevenut dħul ġot-, jew transitu mit-territorji tagħhom ta’ l-individwi kollha, innominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, li:

(a) jikkostitwixxu theddida għall-proċess ta’ paċi fil-Liberja, jew li huma impenjati f’attivitajiet bil-għan li jikkompromettu l-paċi u l-istabbilità fil-Liberja u s-subreġjun inklużi dawk il-membri anzjani tal-Gvern ta’ dak li qabel kien il-President Charles Taylor u l-konjuġi tagħhom u membri ta’ dawk li qabel kienu l-forzi armati tal-Liberja li għandhom rabta ma’ dak li qabel kien il-President Charles Taylor;

(b) qed jiksru l-projbizzjoni ta’ bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, inklużi armamenti u ammunizjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta’ rikambju għal dawk imsemmija qabel, jew qed jiksru l-projbizzjoni ta’ l-għoti ta’ taħriġ jew assistenza teknika relatata mal-provvista, manifattura, manutenzjoni jew użu ta’ tali oġġetti;

(ċ) jipprovdu appoġġ finanzjarju jew militari lil gruppi ta’ ribelli armati fil-Liberja jew f’pajjiżi fir-reġjun jew li huma assoċjati ma’ entitajiet li jagħmlu dan.

2.  Xejn fil-paragrafu 1 m’għandu jobbliga xi Stat li jirrifjuta dħul fit-territorju tiegħu taċ-ċittadini tiegħu stess.

3.  Il-paragrafu 1 m’għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina li l-ivvjaġġar huwa ġġustifikat għal raġunijiet ta’ ħtieġa umanitarja, inkluż obbligu reliġjuż, jew fejn il-Kumitat jikkonkludi li eżenzjoni tippromwovi b’xi mod l-objettivi tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, għall-ħolqien tal-paċi, l-istabbiltà u d-demokrazija fil-Liberja u għall-paċi fit-tul fis-subreġjun.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha. Hija għandha tiġi emendata jew irrevokata skond il-każ, fid-dawl tad-determinazzjonijiet magħmula mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 5

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.



( 1 ) ĠU L 40, 12.2.2004, p. 35. Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bil-Pożizzjoni Komuni 2007/400/PESK (ĠU L 150, 12.6.2007, p. 15).

( 2 ) ĠU L 201, 25.7.2006, p. 36.

( 3 ) ĠU L 41, 13.2.2007, p. 17.

( 4 ) ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99.