2007D0025 — MT — 05.11.2013 — 006.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta' Diċembru 2006

fir-rigward ta' ċerti miżuri ta' ħarsien relatati ma' l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja u l-movimenti ta' għasafar domestiċi li huma akkumpanjati mis-sid tagħhom fil-Komunità

(notifikat bid-dokument numru C(2006) 6958)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/25/KE)

(ĠU L 008, 24.8.2007, p.53)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tad-19 ta’ Diċembru 2007

  L 344

50

28.12.2007

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-17 ta’ Diċembru 2008

  L 4

15

8.1.2009

 M3

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-6 ta’ Novembru 2009

  L 291

27

7.11.2009

►M4

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-30 ta’ Novembru 2010

  L 316

10

2.12.2010

 M5

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tas-7 ta’ Mejju 2012

  L 123

42

9.5.2012

►M6

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013

  L 158

74

10.6.2013

►M7

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-31 ta’ Ottubru 2013

  L 293

40

5.11.2013




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta' Diċembru 2006

fir-rigward ta' ċerti miżuri ta' ħarsien relatati ma' l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja u l-movimenti ta' għasafar domestiċi li huma akkumpanjati mis-sid tagħhom fil-Komunità

(notifikat bid-dokument numru C(2006) 6958)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/25/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) 998/2003 tas-26 ta' Mejju 2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali ta' l-annimali domestiċi u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,

Billi:

(1)

Wara t-tifqigħa ta' l-influwenza tat-tjur fix-Xlokk ta' l-Ażja fl-2004, ikkawżata minn razza tal-vajrus b'patoġeniċità għolja, il-Kummissjoni adottat bosta miżuri ta' ħarsien marbuta ma' din il-marda. Dawk il-miżuri jinkludu b'mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/756/KE tas-27 ta' Ottubru 2005 dwar ċerti miżuri ta' ħarsien relatati ma' l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja f'ċerti pajjiżi terzi u l-movimenti minn pajjiżi terzi ta' għasafar li huma akkumpanjati mis-sid tagħhom ( 2 ) Id-Deċiżjoni 2005/759/KE bħalissa tapplika sal-31 ta' Diċembru 2006.

(2)

Tifqigħat ta' l-influenza tat-tjur ikkawżati mill-influenza tat-tjur mir-razza H5N1 b'patoġeniċità għolja għadhom iseħħu fuq bażi regolari f'ċerti pajjiżi membri ta' l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta' l-Annimali (OIE), li jinkludu pajjiżi li qabel ma kinux affetwati. Il-marda għalhekk għadha ma ġietx ikkontrollata. Barra minn hekk, f'pajjiżi madwar id-dinja għadhom jinstabu każijiet ta' infezzjoni fil-bnedmin u anki mwiet b'riżultat ta' kuntatt mill-qrib ma' għasafar infettati.

(3)

Wara talba mill-Kummissjoni, il-Bord (EFSA) fuq is-saħħa u l-benesseri ta' l-annimali (AHAW) matul il-laqgħa fis-26/27 ta' Ottubru 2006 adotta Opinjoni Xjentifika dwar ir-riskji fuq is-saħħa u l-benesseri ta' l-annimali assoċjati ma' l-importazzjoni ta' għasafar selvaġġi minbarra tjur ta' l-irziezet fil-Komunità. Din l-opinjoni tindika r-riskji tal-firxa tal-mard virali bħalma huma l-influenza tat-tjur u l-Marda Newcastle via l-importazzjoni ta' għasafar minbarra tjur ta' l-irziezet u tidentifika mezzi u għażliet possibli li jistgħu jnaqqsu kull riskju għas-saħħa ta' l-annimali li jista' jiġi identifikat fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' dawn l-għasafar. Barra minn hekk l-opinjoni tindika li huwa rari li tkun tista' tiddistingwi b'ċertezza bejn għasafar “maqbuda fis-selvaġġ” u għasafar “mrobbija”, peress li l-metodi ta' markar jistgħu jkunu applikati lil tipi differenti ta' għasafar mingħajr ma jkun possibbli li tiddistingwi bejniethom.

(4)

Dawn il-konklużjonijiet jisgħtu wkoll ikunu applikati għal moviment ta' għasafar domestiċi minn pajjiżi terzi. Sabiex tkun garantita distinzjoni ċara bejn għasafar maqbudin fis-selvaġġ għall-importazzjoni kummerċjali u għasafar domestiċi, il-moviment ta' għasafar ħajjin domestiċi għandu jibqa' suġġett għall-kundizzjonijiet stretti, mingħajr distinzjoni fil-pajjiż ta' l-oriġini, sabiex ikun żgurat l-istatus ta' l-għasafar domestiċi u biex jiġi evitat it-tixrid ta' dak il-mard virali. Għalhekk huwa xieraq li l-applikazzjoni tal-miżuri stabbiliti bid-Deċiżjonijiet 2005/759/KE tiġi estiża sal-31 ta' Diċembru 2007.

(5)

Mill-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni 2005/759/KE ġiet emendata bosta drabi. Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, id-Deċiżjoni 2005/759/KE għandha tiġi revokata u mibdula b'din id-Deċiżjoni.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikoli 1

Moviment mill-pajjiżi terzi

1.  L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-moviment mill-pajjiżi terzi ta' l-għasafar tad-dar ħajjin mill-pajjiżi terzi biss fejn il-konsenja ikun fiha mhux iktar minn ħames għasafar u:

(a) l-għasafar jiġu minn pajjiż membru ta' l-OIE li qiegħed taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni Reġjonali mniżżla fil-Parti A ta' l-Anness I; jew

(b) l-għasafar jiġu minn pajjiż membru ta' l-OIE li qiegħed taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni Reġjonali mniżżla fil-Parti B ta' l-Anness I fuq kundizzjoni li l-għasafar;

▼M4

(i) inżammu iżolati għal 30 jum qabel l-esportazzjoni fil-post tat-tluq f’pajjiż terz elenkat fil-Parti 1 tal-Anness I jew il-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 ( 3 ), jew

▼M2

(ii) jinżammu fil-kwarantina għal 30 jum wara l-importazzjoni ġol-Istat Membru destinatarju f’postijiet approvati skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007 ( 4 ), jew

▼B

(iii) ġew, fi żmien l-aħħar sitt xhur u mhux aktar minn 60 ġurnata qabel it-tluq mill-pajjiż terz, ġew imlaqqma, u ta' lanqas f'okkażjoni waħda mlaqqma mill-ġdid, kontra l-influwenza tat-tjur bl-użu tat-tilqima H5 approvata għall-ispeċi ikkonċernata skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur; jew

▼M4

(iv) inżammu iżolati għal mill-inqas 10 ijiem qabel l-esportazzjoni u għamlu test biex jindividwaw l-antiġenu jew il-ġenoma tal-influwenza avjarja H5N1 kif stabbilit fil-Kapitolu tal-Manwal ta’ Testijiet Dijanostiċi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri, kif aġġornat b’mod regolari mill-OIE, mwettaq fuq kampjun meħud mhux qabel it-tielet ġurnata ta’ iżolament.

▼B

2.  Il-konformità mal-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 se tiġi ċċertifikata minn veterinarju uffiċjali, fil-każ tal-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1(b)(ii) ibbażat fuq id-dikjarazzjoni tas-sidien, fil-pajjiż terz tat-tluq skond iċ-ċertifikat mudell previst fl-Anness II.

3.  Iċ-ċertifikat veterinarju jrid ikun appoġġjat b'dikjarazzjoni tas-sid jew rappreżentant tas-sid b'konformità ma' l-Anness III.

Artikolu 2

Kontrolli veterinarji

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi għasafar domestiċi mċaqalqa fit-territorju tal-Komunitarju minn pajjiż terz huma suġġetti għall-kontrolli tad-dokumenti u ta' l-identità mill-awtoritajiet kompetenti fil-punt tad-dħul tal-vjaġġatur fit-territorju Komunitarju.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet msemmija f'paragrafu 1 responsabbli għal dawn il-kontrolli u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom minnufih.

3.  Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jfassal lista tal-postijiet tad-dħul kif imsemmija fil-paragrafu 1 u jibgħatha lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

4.  Meta dawn il-kontrolli juru li l-annimali ma jilħqux il-ħtiġiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, għandu japplika t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għall-moviment lejn it-territorju Komunitarju ta' għasafar li jakkumpanjaw lis-sidien tagħhom minn Andorra, ►M6  ————— ◄ il-Gżejjer Faeroe, Greenland, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, Monako, in-Norveġja, San Marino, l-Iżvizzera u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom minnufih jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawk il-miżuri. Huma għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni 2005/759/KE hija revokata.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika ►M7  sal-31 ta’ Diċembru 2015 ◄ .

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

PARTI A

Il-pajjiżi membri ta' l-OIE li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kummissjonijiet Reġjonali ta' l-OIE msemmija fl-Artikolu 1(1)(a):

PARTI B

Il-pajjiżi membri ta' l-OIE li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kummissjonijiet Reġjonali ta' l-OIE msemmija fl-Artikolu 1(1)(b):

 l-Afrika,

 l-Ameriki,

 L-Ażja, il-Lvant Imbiegħed u l-Oċeanja

 l-Ewropa, u

 l-Lvant Nofsani

▼M4




ANNESS II

Parti I: Dettalji tal-kunsinna mibgħutaPAJJIŻIċ-ċertifikat veterinarju għall-UEI.1. KunsinnaturIsemIndirizzTel.I.2. Nru ta’ referenza taċ-ċertifikatI.2.a.I.3. Awtorità kompetenti ċentraliI.4. Awtorità kompetenti lokaliI.5. DestinatarjuIsemIndirizzTel.I.6.I.7. Pajjiż ta’ oriġiniKodiċi ISOI.8. Reġjun ta’ oriġiniKodiċiI.9. Pajjiż ta’ destinazzjoniKodiċi ISOI.10.I.11. Pajjiż ta’ oriġiniIsemNumru ta’ approvazzjoniIndirizzIsemNumru ta’ approvazzjoniIndirizzIsemNumru ta’ approvazzjoniIndirizzI.12. Post ta’ destinazzjoni:IsemIndirizzKodiċi PostaliI.13. Post ta’ tagħbijaI.14. Data tat-tluqI.15. Mezz ta’ trasportAjruplanVapurVagun ferrovjarjuVettura tat-triqOħrajnIdentifikazzjoniReferenzi dokumentarjiI.16.I.17. Nru(i) tas-CITESI.18. Deskrizzjoni tal-prodott bazikuI.19. Kodiċi tal-prodott bażiku (Kodiċi SA)I.20. KwantitàI.21.I.22. Għadd ta’ pakkettiI.23. Nru tas-Siġill/KonteniturI.24.I.25. Prodotti bażiċi ċertifikati għal:Annimali domestiċiKwarantinaI.26.I.27. Għall-importazzjoni jew l-ammissjoni fl-UEI.28. Identifikazzjoni tal-prodotti bażiċiSpeċi(Isem xjentifiku)Sistema ta’ identifikazzjoniNumru ta’ identifikazzjoniKwantità

Parti II: ĊertifikazzjoniPAJJIŻGħasafar domestiċiII. Tagħrif dwar is-saħħaII.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikatII.b.Jiena, hawn taħt sottoskritt, veterinarju uffiċjali ta’ … (ikteb isem it-tielet pajjiz) niċċertifika li:1. Il-post tad-dispaċċ huwa pajjiż membru tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) u jappartjeni għall-Kummissjoni Reġjonali tal-OIE għal … (ikteb isem il-Kummissjoni Reġjonali).2. Illum, fi żmien 48 siegħa jew l-aħħar jum ta’ ħidma qabel ma jintbagħtu, l-għasfur (għasafar) deskritt(i) fil-punt I.28 għadda(ew) minn spezzjoni klinika u nstabu ħielsa minn sinjali ovvji ta’ mard;(1) jew [3. L-għasfur (għasafar) jikkonforma(w) ma’ mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet mniżżlin hawn taħt:(1) jew [jiġi/jiġu minn pajjiż terz elenkat fil-Parti 1 tal-Anness I jew il-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 ġie/ġew iżolati fil-bini speċifikat fil-punt I.11. taħt superviżjoni uffiċjali għal mill-inqas 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ u protetti b’mod effettiv mill-kuntatt ma’ kwalunkwe għasfur (għasafar) ieħor (oħra);](1) jew [ġie/ġew imlaqqam/imlaqqma fi … [[jj/xx/ssss] u mill-inqas darba ġie/ġew imlaqqam/imlaqqma mill-ġdid fi on … [jj/xx/ssss] fl-aħħar sitt xhur u mhux aktar tard minn 60 jum qabel id-data tad-dispaċċ, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur kontra l-influwenza avjarja bl-użu ta’ vaċċin H5, li mhuwiex vaċċin ħaj u approvat għall-ispeċi kkonċernata fil-pajjiż terz tad-dispaċċ jew mill-inqas fi Stat Membru wieħed tal-Unjoni Ewropea;](1) jew [ġie/ġew iżolat(i) għal mill-inqas 10 ijiem qabel id-data tad-dispaċċ u għamlu test biex jindividwaw l-antiġenu jew il-ġenoma tal-influwenza avjarja H5N1 kif stabbilit fil-Kapitolu 2.3.4. dwar l-influwenza avjarja tal-Manwal ta’ Testijiet Dijanostiċi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-OIE, kif aġġornat b’mod regolari, mwettaq fuq kampjun meħud fi on …[jj/xx/ssss], mhux qabel mit-tielet jum ta’ izolament;]](1) jew [3. Is-sid/persuna responsabbli għall-għasfur (għasafar) iddikjara(t) li huwa/hija għamel (għamlet) l-arranġamenti għall-kwarantina ta’ 30 jum ta’ wara d-dħul f’faċilità jew ċentru ta’ kwarantina approvata skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 318/2007].4. Is-sid jew ir-rappreżentant tiegħu ddikjara li:4.1. L-għasfur (għasafar) huwa/huma ‘annimal(i) domestiku(ċi)’ ’ kif definit fl-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 maħsub għall-ġarr mhux kummerċjali.4.2. Waqt il-perjodu ta’ bejn l-ispezzjoni veterinarja ta’ qabel il-ġarr u t-tluq attwali l-għasfur (għasafar) jibqa’ (jibqgħu) iżolat(i) minn kull possibiltà ta’ kuntatt ma’ għasfur (għasafar) ieħor (oħra).(1) jew [4.3. L-għasfur (għasafar) ġie/ġew iżolat(i) fil-bini għal mill-inqas 30 jum eżatt qabel id-data tad-dispaċċ mingħajr ma ġie/ġew f’kuntatt ma’ kwalunkwe għasfur (għasafar) ieħor/oħra.](1) jew [4.3. L-għasfur (għasafar) wettaq/wettqu l-iżolament ta’ qabel il-ġarr ta’ 10ijiem.](1) or [4.3. Saru l-arranġamenti għall-kwarantina ta’ wara l-introduzzjoni ta’ 30 jum tal-għasfur (għasafar) fil-bini tal-kwarantina ta’ … ]NotiParti I:Kaxxa ta’ referenza I.8: Ipprovdi il-kodiċi tat-territorju kif jidher fil-Parti 1 tal-Anness 1 jew fil-Parti I tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.Kaxxa ta’ referenza I.15: Għandhom jingħataw in-numru ta’ reġistrazzjoni (vaguni ferrovjarji jew kontejners u trakkijiet), in-numru tat-titjira (ajruplan) jew l-isem (vapur).Kaxxa ta’ referenza I.19: Uża l-kodiċijiet SA xierqa: 01.06.31, 01.06.32, 01.06.39.Kaxxa ta’ referenza I.23: Għal kontejners jew kaxxi, in-numru tal-kontejner u n-numru tas-siġill (jekk ikun il-każ) għandhom jiġu inklużi.Kaxxa ta’ referenza I.28: Sistema ta’ identifikazzjoni: The birds must bear:Numru individwali li jippermetti li jiġi traċċat il-bini tal-oriġini tagħhom. Speċifika s-sistema ta’ identifikazzjoni (bħal pereżempju klipp, faxxa tas-sieq, mikroċippa, transponder, tikketta).

PAJJIŻGħasafar domestiċiII. Tagħrif dwar is-saħħaII.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikatII.b.Parti II:(1) Żomm skont il-każ.Dan iċ-ċertifikat huwa validu għal 10 ijiem. F’każ li l-ġarr se jsir fuq il-baħar il-validità tiġi mtawwla biż-żmien tal-vjaġġ.Veterinarju uffiċjali jew spettur uffiċjaliIsem (b’ittri kapitali):Kwalifiki u titolu:Unità veterinarja lokaliNru tal-UVL:Data:Firma:Timbru:




ANNESS III

DIKJARAZZJONI

Jiena, is-sid ( 5 )/persuna responsabbli għall-għasfur (għasafar) f’isem is-sid (5)  hawn taħt sottoskritt niddikjara:

1. L-għasfur (għasafar) qiegħed (qegħdin) jakkumpanja(w) il-persuna sottosrkritta u mhux (mhumiex) maħsub(a) li jinbiegħ(u) jew li jiġi(u) trasferit(i) lil sid ieħor.

2. L-għasfur (għasafar) se jibqa’ (jibqgħu) taħt ir-responsabbiltà tal-persuna sottoskritta matul il-ġarr mhux kummerċjali tiegħu/tagħhom.

3. Waqt il-perjodu ta’ bejn l-ispezzjoni veterinarja ta’ qabel il-ġarr u t-tluq attwali l-għasfur (għasafar) jibqa’ (jibqgħu) iżolat(i) minn kull possibiltà ta’ kuntatt ma’ għasfur (għasafar) ieħor (oħra); kif ukoll;

4.

 

 (5) jew

[L-għasfur (għasafar) ġie/ġew iżolat(i) fil-bini għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum eżatt qabel id-data tad-dispaċċ mingħajr ma ġie/ġew f’kuntatt ma’ kwalunkwe għasfur (għasafar) ieħor/oħra.]

 (5) jew

L-għasfur (għasafar) wettaq/wettqu l-iżolament ta’ qabel il-ġarr ta’ 10 ijiem.]

 (5) jew

[Għamilt l-arranġamenti għall-kwarantina ta’ wara l-introduzzjoni ta’ 30 jum tal-għasfur (għasafar) fil-bini tal-kwarantina ta’ , kif indikat fiċ-Ċertifikat korrispondenti.]



 
 

(Data u Post)

(Firma)



( 1 ) ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1467/2006 (ĠU L 274, 5.10.2006, p. 3).

( 2 ) ĠU L 285, 28.10.2005, p. 52; Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/522/KE (ĠU L 205, 27.7.2006, p. 28).

( 3 ) ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.

( 4 ) ĠU L 84, 24.3.2007, p. 7.

( 5 ) Żomm kif xieraq.