02006R0562 — MT — 26.11.2013 — 006.005


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL (KE) Nru 562/2006

tal-15 ta' Marzu 2006

li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

(ĠU L 105 13.4.2006, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL (KE) Nru 296/2008 tal-11 ta' Marzu 2008

  L 97

60

9.4.2008

►M2

REGOLAMENT (KE) Nru 81/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta' Jannar 2009

  L 35

56

4.2.2009

►M3

REGOLAMENT (KE) Nru 810/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Lulju 2009

  L 243

1

15.9.2009

►M4

REGOLAMENT (UE) Nru 265/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Marzu 2010

  L 85

1

31.3.2010

►M5

REGOLAMENT (UE) Nru 610/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta' Ġunju 2013

  L 182

1

29.6.2013

►M6

REGOLAMENT (UE) Nru 1051/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta’ Ottubru 2013

  L 295

1

6.11.2013


Emendat bi:

►A1

TRATTAT DWAR L-ADEŻJONI TAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA MAL-UNJONI EWROPEA

  L 112

10

24.4.2012


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 191, 17.7.2015, p.  8 (1051/2013)




▼B

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL (KE) Nru 562/2006

tal-15 ta' Marzu 2006

li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)



TITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ġENERALI

Artikolu 1

Suġġett u prinċipji

Dan ir-Regolament jipprovdi għall-assenza ta’ kontrolli fuq il-fruntiera ta’ persuni li jkunu qed jaqsmu l-fruntieri interni bejn l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa jistabbilixxi regoli li jirregolaw il-kontroll fuq il-fruntiera ta’ persuni li jkunu qed jaqsmu l-fruntieri esterni ta’ l-Istati membri ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1) 

“fruntieri interni” tfisser:

a) 

il-fruntieri ta’ l-art komuni, inklużi l-fruntieri tax-xmajjar u l-lagi, ta’ l-Istati Membri;

b) 

l-ajruporti ta’ l-Istati Membri għal titjiriet interni;

▼M5

c) 

il-portijiet tal-baħar, tax-xmajjar u tal-lagi tal-Istati Membri għal kollegamenti regolari interni bit-traġitt;

▼B

2) 

“fruntieri esterni” tfisser il-fruntieri ta’ l-art ta’ l-Istati Membri, inklużi l-fruntieri tax-xmajjar u l-lagi, il-fruntieri marittimi u l-ajruporti, il-portijiet tax-xmajjar, tal-baħar u tal-lagi tagħhom, sakemm m’humiex fruntieri interni;

3) 

“titjira interna” tfisser kwalunkwe titjira esklussivament lejn jew minn territorji ta’ l-Istati Membri u li ma tagħmilx inżul fit-territorju ta’ pajjiż terz;

▼M5

4) 

kollegament regolari bi traġett" tfisser kwalunkwe kollegament bi traġett bejn l-istess żewġ portijiet jew aktar li jkunu fit-territorju ta’ l-Istati Membri, li ma jżurx xi port barra t-territorju ta’ l-Istati Membri u li jikkonsisti fit-trasport ta’ passiġġieri u vetturi skont skeda ppubblikata;

5) 

persuni li għandhom id-dritt għal moviment liberu taħt il-liġi tal-Unoni tfisser:

▼B

a) 

ċittadini ta’ l-Unjoni fis-sens ►M5  tal-Artikolu 20(1) ◄ tat-Trattat, u ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadin ta’ l-Unjoni li jeżerċita id-dritt tiegħu għal moviment liberu u li għalihom tapplika d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-dritt taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu u jirrisjedu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri ( 15 ),

b) 

ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-membri tal-familja tagħhom, tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom, li skond xi ftehim bejn ►M5  l-Unjoni ◄ u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u dawk il-pajjiżi terzi min-naħa l-oħra, għandhom id-drittijiet għal moviment liberu ekwivalenti għal dawk ta’ ċittadini ta’ l-Unjoni;

6) 

“ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li mhix ċittadin ta’ l-Unjoni fis-sens ►M5  tak-Artikolu 20(1) ◄ tat-Trattat u li mhix koperta mill-punt 5 ta' dan l-Artikolu;

7) 

“persuni li għalihom ikun inħareġ allert sabiex ma jitħallewx jidħlu” tfisser kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li għalih ikun inħareġ allert fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (“SIS”)skond u għall-finijiet ta’ l-Artikolu 96 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen;

8) 

“punt ta’ qsim tal-fruntiera” tfisser kwalunkwe punt ta’ qsim awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti sabiex ikunu jistgħu jinqasmu l-fruntieri esterni;

▼M5

8a) 

“punt kondiviż tal-qsim tal-fruntiera” tfisser kwalunkwe punt tal-qsim tal-fruntiera li jkun jew fit-territorju ta' Stat Membru jew fit-territorju ta' pajjiż terz, li fih il-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru u l-gwardji tal-fruntiera tal-pajjiż terz iwettqu kontrolli tal-ħruġ u tad-dħul skont il-liġi nazzjonali tagħhom u skont ftehim bilaterali;

▼B

9) 

“kontroll fuq il-fruntiera” tfisser l-attività mwettqa fuq fruntiera, skond u għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, bħala risposta esklussivament għal xi intenzjoni ta’ qsim jew l-att ta’ qsim ta’ dik il-fruntiera, irrispettivament minn kull konsiderazzjoni oħra, li tikkonsisti f’verifiki fuq il-fruntiera u sorveljanza fuq il-fruntiera;

10) 

“verifiki fuq il-fruntiera” tfisser il-verifiki mwettqa f’punti tal-qsim tal-fruntiera, sabiex ikun żgurat li persuni, il-mezzi tat-trasport tagħhom u l-oġġetti fil-pussess tagħhom jitħallew jidħlu fit-territorju ta’ l-Istati Membri jew jitilqu minnu;

11) 

“sorveljanza fuq il-fruntiera” tfisser is-sorveljanza tal-fruntieri bejn il-punti ta’ qsim tal-fruntiera u s-sorveljanza ta’ punti ta’ qsim tal-fruntiera barra mill-ħinijiet stabbiliti ta’ ftuħ, sabiex persuni ma jitħallewx jevitaw il-verifiki fuq il-fruntiera;

12) 

“verifika tat-tieni linja” tfisser verifika ulterjuri li tista’ titwettaq f’lok speċjali lil hinn mil-lok li fih titwettaq verifika fuq kull persuna (l-ewwel linja);

13) 

“gwardja tal-fruntiera” tfisser kull uffiċjal pubbliku assenjat, skond il-liġi nazzjonali, ma’ xi punt ta’ qsim tal-fruntiera jew matul xi fruntiera jew fil-viċinanza immedjata ta’ dik il-fruntiera li jwettaq, skond dan ir-Regolament u l-liġi nazzjonali, xogħol ta’ kontroll ta’ fuq il-fruntiera;

14) 

“trasportatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li l-professjoni tagħha hi dik li tipprovdi t-trasport ta’ persuni;

▼M5

15) 

“permess ta’ residenza” tfisser:

(a) 

il-permessi ta’ residenza kollha maħruġa mill-Istati Membri skont il-format uniformi stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz ( 16 ) u għall-karti ta’ residenza maħruġa skont id-Direttiva 2004/38/KE;

(b) 

kull dokument ieħor maħruġ minn Stat Membru lil ċittadin ta' pajjiż terz li jawtorizzah joqgħod fit-territorju tiegħu, li kien is-suġġett ta' notifika u pubblikazzjoni sussegwenti skont l-Artikolu 34, bl-eċċezzjoni ta':

(i) 

permessi temporanji maħruġa sakemm tiġi eżaminata l-ewwel applikazzjoni għal permess ta' residenza kif stipulat fil-punt (a) jew applikazzjoni għal asil u

(ii) 

viżi maħruġa mill-Istati Membri fil-format uniformi stipulat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad-29 ta' Mejju 1995 li jistabbilixxi format uniformi għall-viżi ( 17 );

▼B

16) 

“bastiment tal-kruċiera” tfisser bastiment li jsegwi itinerarju partikolari skond programm determinat minn qabel, li jinkludi programm kollettiv ta’ attivitajiet għat-turisti f’diversi portijiet, u li normalment la jtella’ passiġġieri u lanqas ma jħalli passiġġieri jiżbarkaw waqt il-vjaġġ;

17) 

“dgħajjes tad-divertiment” tfisser l-użu ta’ dgħajjes tad-divertiment għal skopijiet ta’ sport jew turiżmu;

18) 

“sajd mal-kosta” tfisser sajd imwettaq permezz ta’ bastimenti li jirritornaw kuljum jew fi żmien 36 siegħa lejn port li jinsab fit-territorju ta’ xi Stat Membru mingħajr ma jidħlu f’port li jinsab f' pajjiż terz;

▼M5

18a) 

“ħaddiem lil hinn mill-kosta” tfisser persuna li taħdem fi stallazzjoni offshore li tinsab barra l-ilmijiet territorjali imma f'żona ta' sfruttar ekonomiku marittimu tal-Istati Membri kif definit mil-liġi marittima internazzjonali, u li jirritorna regolarment bil-baħar jew bl-ajru fit-territorju tal-Istati Membri;

▼B

19) 

“theddida għas-saħħa pubblika” tfisser kull marda b’potenzal ta’ epidemija kif definiti fir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u mard infettiv ieħor jew mard parassitiku kontaġjuż jekk ikunu s-suġġett ta’ disposizzjonijiet ta’ protezzjoni li japplikaw għal ċittadini ta’ l-Istati Membri.

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għal kull persuna li taqsam il-fruntieri interni jew esterni ta’ l-Istati Membri, mingħajr preġudizzju:

▼M5

(a) 

għad-drittijiet ta’ persuni li jgawdu mid-dritt għal moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni;

▼B

(b) 

għad-drittijiet ta’ refuġjati u persuni li jitolbu protezzjoni internazzjonali, b’mod partikulari fir-rigward tan-non refoulement.

▼M5

Artikolu 3a

Drittijiet Fundamentali

Meta jiġi applikat dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jaġixxu b'rispett sħiħ tal-liġi relevanti tal-Unjoni, inklużi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali”); il-liġi internazzjonali rilevanti, inkluża l-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati magħmula f’Ġinevra fit-28 ta’ Lulju 1951 (“il-Konvenzjoni ta' Ġinevra”); l-obbligi marbutin mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari l-prinċipju ta' non-refoulement; u d-drittijiet fundamentali. Skont il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, id-deċiżjonijiet taħt dan ir-Regolament għandhom jittieħdu fuq bażi individwali.

▼B



TITOLU II

FRUNTIERI ESTERNI



KAPITOLU I

Il-qsim ta’ fruntieri esterni u l-kondizzjonijiet għad-dħul

Artikolu 4

Qsim ta’ fruntieri esterni

1.  
Il-fruntieri esterni jistgħu jinqasmu biss minn punti ta’ qsim tal-fruntiera u waqt il-ħinijiet tal-ftuħ stabbiliti. Il-ħinijiet tal-ftuħ għandhom ikunu indikati b’mod ċar fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera li mhumiex miftuħa għal 24 siegħa kuljum.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-lista ta’ punti ta’ qsim tal-fruntiera tagħhom lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 34.

▼M5

2.  

B’deroga mill-paragrafu 1, jistgħu jkunu permessi eċċezzjonijiet għall-obbligu li wieħed jaqsam fruntieri esterni biss f’punti ta’ qsim tal-fruntiera u waqt ħinijiet ta’ ftuħ stabbiliti:

(a) 

għal individwi jew gruppi ta’ persuni, fejn hemm rekwiżit ta’ natura speċjali għall-qsim ta’ kultant tal-fruntieri esterni minn punti differenti minn dawk tal-qsim tal-fruntiera jew barra l-ħinijiet tal-ftuħ fissi, basta li jkunu fil-pussess tal-permessi meħtieġa mil-liġi nazzjonali u li dan ma jkunx f’konflitt mal-interessi tal-politika pubblika u s-sigurtà interna tal-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu arrangamenti speċifiċi fil-ftehimiet bilaterali. L-eżenzjonijiet ġenerali previsti mil-liġi nazzjonali u l-ftehimiet bilaterali għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34;

(b) 

għal individwi jew gruppi ta' persuni f'każ ta' sitwazzjoni ta' emerġenza mhux prevista;

(c) 

f'konformità mar-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 18 u 19 flimkien mal-Annessi VI u VII.

▼B

3.  
Mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet previsti fil-paragrafu 2 jew għall-obbligi tagħhom ta’ protezzjoni internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jintroduċu penali, skond il-liġi nazzjonali tagħhom, għall-qsim mhux awtorizzat ta’ fruntieri esterni f’postijiet li mhumiex punti ta’ qsim jew f’ħinijiet li mhumiex il-ħinijiet ta’ ftuħ stabbiliti. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 5

Kondizzjonijiet ta’ dħul għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi

▼M5

1.  

Fil-każ ta’ permanenza fit-territorju tal-Istati Membri ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum, li jinkludi li jitqies il-perjodu ta' 180 jum li jippreċedi kull jum ta' soġġorn, il-kondizzjonijiet tad-dħul għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu kif ġej:

(a) 

ikollhom dokument validu tal-ivvjaġġar li jintitola lid-detentur jaqsam il-fruntiera u li jkun jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(i) 

il-validità tiegħu għandha tkun ta' mill-inqas tliet xhur wara d-data ppjanata tat-tluq mit-territorju tal-Istati Membri. F’każ ta’ emerġenza ġġustifikat, dan l-obbligu jista’ jitneħħa.

(ii) 

għandu jkun inħareġ fl-għaxar snin preċedenti.

▼M4

(b) 

huma fil-pussess ta’ viża valida, jekk rikjesta skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jelenka il-pajjiżi terzi ċ-ċittadini ta’ liema għandu jkollhom fil-pussess tagħhom viżi meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ- ċittadini ta’ liema huma eżenti minn dak ir-rekwiżit ( 18 ), ħlief meta jkunu detenturi ta’ permess validu ta’ residenza jew viża valida għal soġġorn fit-tul;

▼B

(ċ) 

jiġġustifikaw l-għan u l-kondizzjonijiet tas-soġġorn li jkunu bi ħsiebhom jagħmlu u jkollhom mezzi biżżejjed ta’ sussistenza, kemm għall-perijodu tas-soġġorn li jkunu bi ħsiebhom jagħmlu kif ukoll għar-ritorn lejn il-pajjiż ta’ l-oriġini tagħhom jew transitu lejn pajjiż terz fejn ikunu ċerti li ser jitħallew jidħlu, jew ikunu f’posizzjoni li jakkwistaw dawn il-mezzi legalment;

(d) 

ma jkunux persuni li għalihom ikun inħareġ allert fis-SIS sabiex jiġi miċħud id-dħul;

(e) 

mhumiex meqjusa bħala theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ xi Stat Membru partikolarment jekk l-ebda allert ma jkun inħareġ fid-databases nazzjonali ta’ l-Istati Membri sabiex jiġi miċħud id-dħul għall-istess raġunijiet.

▼M5

1a.  
Għall-iskopijiet tal-implimentazzjoni tal-paragrafu 1, id-data tad-dħul għandha tkun ikkunsidrata bħala l-ewwel jum ta' soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri u d-data tal-ħruġ għandha tkun ikkunsidrata bħala l-aħħar jum tas-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri. Il-perijodi ta' soġġorn awtorizzati taħt permess ta' residenza jew viża ta' soġġorn fit-tul m'għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tad-dewmien tas-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri.

▼B

2.  
Lista mhix eżawrjenti ta’ dokumenti ta’ sostenn li l-gwardja tal-fruntiera jista’ jitlob minn ċittadin ta’ pajjiż terz sabiex jivverifika li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 punt ċ huma sodisfatti hija inkluża fl-Anness I.
3.  
Il-mezzi ta’ sussistenza għandhom jiġu valutati skond it-tul u l-għan tas-soġġorn u b’referenza għall-prezzijiet medji għall-ikel u l-irqad fl-Istat Membru jew Stati Membri konċernati, li għandu jiġi determinat f’akkomadazzjoni rħisa immultiplikata bin-numru ta’ jiem ta’ soġġorn.

Ammonti ta’ referenza stabbiliti mill-Istati Membri għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 34.

L-istima ta’ mezzi suffiċjenti ta’ sussitenza tista’ tkun ibbażata fuq flus, travellers cheques u karti ta’ kreditu li jkunu fil-pussess taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz. Dikjarazzjonijiet ta’ persuni li jagħmlu tajjeb għalihom, fejn dawn id-dikjarazzjonijiet huma previsti mil-liġi nazzjonali u ittri ta’ garanzija mill-ospitanti, kif definit mil-liġi nazzjonali, f’każ li ċ-ċittadin minn pajjiż terz ikun qed joqgħod ma’ persuna li tkun qed tospitah, jistgħu wkoll jikkostitwixxu evidenza ta’ mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza.

4.  

B’deroga mill-paragrfu 1:

▼M5

(a) 

ċittadini ta’ pajjiż terz li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 iżda li jkollhom permess ta’ residenza jew viża għal soġġorn fit-tul għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri l-oħra għal skop ta' transitu sabiex ikunu jistgħu jaslu fit-territorju tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta’ residenza jew il-viża għal soġġorn fit-tul, sakemm isimhom ma jkunx fuq il-lista nazzjonali ta’ allerti tal-Istat Membru li tiegħu jkunu qed jippruvaw jaqsmu l-fruntieri esterni u li l-allert ma jkunx akkumpanjat minn istruzzjonijiet biex jiġi rrifjutat id-dħul jew it-transitu;

(b) 

ċittadini ta’ pajjiż terz li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, ħlief dik stabbilita fil-punt (b), u li jippreżentaw ruħhom fuq il-fruntiera jistgħu jiġu awtorizzati jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri, jekk tinħareġ viża fil-fruntiera skont l-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (il-Kodiċi tal-Viża) ( 19 ).

L-Istati Membri għandhom jiġbru statistika dwar il-viżi maħruġa fil-fruntieri skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 u l-Anness XII tiegħu.

▼B

Jekk ma jkunx possibbli li titwaħħal viża fid-dokument, din għandha, b’mod ta’ eċċezzjoni, titwaħħal fuq folja separata li tiddaħħal fid-dokument. F’każ bħal dan, għandu jintuża l-format uniformi għall-formoli biex titwaħħal viża, stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 333/2002 tat-18 ta' Frar 2002 dwar format uniformi għall-formoli biex jitwaħħlu l-viżi maħruġa mill-Istati Membri lil persuni li għandhom dokumenti ta' l-ivvjaġġar mhux rikonoxxuti mill-Istati Membri li jħejju l-formola ( 20 ).

(ċ) 

Ċittadin(i) ta’ pajjiż terz li ma jissodisfawx xi kondizzjoni waħda jew aktar imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu awtorizzati minn xi Stat Membru biex jidħlu fit-territorju tiegħu għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta’ interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali. Meta ċ-ċittadin minn pajjiż terz konċernat ikun soġġett għal xi allert kif imsemmi fil-paragrafu 1 punt (d), l-Istat Membru li jkun qed jawtorizza d-dħul tiegħu/tagħha fit-territorju tiegħu għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra b'dan.



KAPITOLU II

Il-kontroll ta’ fruntieri esterni u ċaħda tad-dħul

Artikolu 6

Twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntiera

▼M5

1.  
Il-gwardji tal-fruntiera għandhom, fit-twettiq ta’ dmirijiethom, jirrispettaw b’mod sħiħ id-dinjità umana, b'mod partikolari f'każijiet li jinvolvu persuni vulnerabbli.

▼B

Kwalunkwe miżura li tittieħed fit-twettieq ta’ dmirijiethom għandha tkun proporzjonata għall-objettivi li tali miżuri jfittxu li jiksbu.

2.  
Fit-twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntiera, il-gwardji tal-fruntiera m’għandhomx jiddiskriminaw kontra persuni għal raġunijiet ta' sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, disabilità, età jew orjentazzjoni sesswali.

Artikolu 7

Verifiki fuq il-fruntiera fuq persuni f’punti ta’ qsim tal-fruntiera

1.  
Moviment trans-konfini fi fruntieri esterni għandu jkun soġġett għal verifiki mill-gwardji tal-fruntiera. Il-verifiki għandhom jitwettqu skond dan il-kapitolu.

Il-verifiki jistgħu jkopru wkoll il-mezzi tat-trasport u l-oġġetti li jinsabu fil-pussess tal- persuni li jkunu qed jaqsmu l-fruntiera. Il-liġi ta' l-Istat Membru konċernat għandha tapplika għal kwalunkwe tiftix li jsir.

2.  
Il-persuni kollha għandhom jgħaddu minn verifika minima sabiex jiġu stabbiliti l-identitajiet tagħhom abbażi tal-produzzjoni jew il-preżentazzjoni tad-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar tagħhom. Tali verifika minima tikkonsisti f’verifika rapida u sempliċi, fejn ikun xieraq bl-użu ta’ mezzi tekniċi u billi tkun ikkonsultata informazzjoni esklussivament dwar dokumenti misruqa, misapproprijati, mitlufa u invalidati fid-databases rilevanti, dwar il-validità tad-dokument li jawtorizza lid-detentur leġittimu li jaqsam il-fruntiera u dwar il-preżenza ta’ sinjali ta’ falsifikazzjoni jew kontrafazzjoni.

▼M5

Il-verifika minima msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun ir-regola għal persuni li jgawdu mid-dritt ta’ moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni.

Madankollu, fuq bażi mhux sistematika, meta jwettqu verifiki minimi fuq persuni li jgawdu mid-dritt ta' moviment liberu taħt il-liġi tal-Unjoni, il-gwardji tal-fruntiera jistgħu jikkonsultaw id-databases nazzjonali u Ewropej sabiex jiżguraw li persuna ma tirrappreżentax theddida ġenwina, preżenti u suffiċjentement serja għas-sigurtà interna, il-politika pubblika, ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ l-Istati Membri jew theddida għas-saħħa pubblika.

Il-konsegwenzi ta’ tali konsultazzjonijiet m’għandhomx jipperikolaw id-dritt ta’ dħul ta’ persuni li jgawdu mid-dritt ta’ moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni fit-territorju ta’ l-Istat Membru konċernat kif stabbilit fid-Direttiva 2004/38/KE.

▼B

3.  

Mad-dħul u l-ħruġ, ċittadini ta’ pajjiżi terz għandhom ikunu soġġetti għal verifika bir-reqqa.

(a) 

verifiki bir-reqqa mad-dħul għandhom jinkludu l-verifika tal-kondizzjonijiet li jirregolaw id-dħul stabbiliti fl-Artikolu 5(1) u, fejn hu applikabbli, ta’ dokumenti li jawtorizzaw ir-residenza u l-eżerċizzju ta’ attività professjonali. Dan għandu jinkludi eżami dettaljat ta’ l-aspetti li ġejjin:

(i) 

il-verifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz huwa fil-pussess ta’ dokument validu biex jaqsam il-fruntiera u li ma jkunx skada, u li d-dokument ikun akkumpanjat, fejn applikabbli, mill-viża jew permess ta’ residenza meħtieġa;

(ii) 

l-iskrutinju bir-reqqa tad-dokument ta’ l-ivvjaġġar għal sinjali ta’ falsifikazzjoni jew kontrafazzjoni;

(iii) 

l-eżami tat-timbri tad-dħul u tal-ħruġ fuq id-dokument ta’ l-ivvjaġġar taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz kkonċernat, sabiex ikun verifikat, billi jitqabblu d-dati tad-dħul u tal-ħruġ, li dik il-persuna ma tkunx diġà qabżet it-tul massimu ta’ soġġorn awtorizzat fit-territorju ta’ l-Istati Membri;

(iv) 

il-verifika dwar il-punti ta’ tluq u destinazzjoni taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat u l-għan tas-soġġorn li bi ħsiebu jagħmel u, jekk meħtieġ, il-verifika tad-dokumenti ta’ sostenn korrispondenti;

(v) 

il-verifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat għandu mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza għat-tul u l-għan tas-soġġorn li bi ħsiebu jagħmel, għar-ritorn tiegħu lejn il-pajjiż ta' oriġini jew transitu lejn pajjiż terz, li fihom huwa/hija j/tkun ċert/a li se t/jiġi ammess/a jew li jista'/tista' jikseb dawn il-mezzi b’mod leġittimu;

(vi) 

il-verifika li ċ-ċitttadin ta’ pajjiż terz konċernat, il-mezz ta’ trasport tiegħu/tagħha u l-oġġetti li jkun qed iġorr ma jkunux ser jipperikolaw il-politika pubblika, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe mill-Istati Membri. Verifika bħal din għandha tinkludi konsultazzjoni diretta tad-data u l-allerti dwar persuni u, fejn ikun hemm bżonn, l-oġġetti li jinsabu fl-SIS u fil-fajls nazzjonali tad-data u l-azzjoni li għandha tittieħed, jekk ikun hemm, bħala riżultat ta’ allert;

▼M2

(aa) 

jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikollu viża msemmija fl-Artikolu 5(1)(b), il-verifiki bir-reqqa għad-dħul għandhom jinkludu wkoll il-verifika tal-identità tad-detentur tal-viża u tal-awtentiċità tal-viża, billi tiġi kkonsultata s-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) ( 21 );

(ab) 

b'deroga, meta:

(i) 

ikun hemm traffiku tant intens li l-ħin ta' stennija fil-fruntieri jsir eċċessiv;

(ii) 

ir-riżorsi kollha f'termini ta' persunal, ta' faċilitajiet u ta' organizzazzjoni jkunu diġà ġew eżawriti; u

(iii) 

abbażi ta' evalwazzjoni, ma hemm l-ebda riskju relatat mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali,

konsultazzjoni mal-VIS tista' titwettaq billi jintuża n-numru tal-isticker tal-viża f'kull każ u, fuq għażla każwali, in-numru tal-istiker tal-viża flimkien mal-verifika tal-marki tas-swaba'.

Madankollu, fil-każi kollha fejn hemm dubju dwar l-identitá tad-detentur tal-viża u/jew tal-awtentiċitá tal-viża, il-VIS għandha tiġi kkonsultata b'mod sistematiku billi jintuża n-numru tal-isticker tal-viża flimkien mal-verifika tal-marki tas-swaba'.

Din id-deroga tista' tiġi applikata biss fil-punti ta' qsim tal-fruntiera sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq;

(ac) 

id-deċiżoni li ssir konsultazzjoni mal-VIS skond il-punt (ab) għandha tittieħed mill-gwardjan tal-fruntiera responsabbli mill-punt ta' qsim tal-fruntiera, jew minn livell ogħla.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lil Stati Membri oħrajn u lill-Kummissjoni b'tali deċiżjoni minnufih;

(ad) 

kull Stat Membru għandu, darba fis-sena, jittrasmetti rapport dwar l-applikazzjoni tal-punt (ab) lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni, li għandu jinkludi n-numru ta' ċittadini ta' pajjiż terz, li saritilhom verifika permezz tal-VIS billi ntuża n-numru tal-isticker tal-viża biss u t-tul tal-ħin ta' stennija msemmi fil-punt (ab)(i);

(ae) 

il-punti (ab) u (ac) għandhom japplikaw għal perjodu massimu ta' tliet snin, li jibda tliet snin wara li l-VIS tkun bdiet il-ħidmiet tagħha. Il-Kummissjoni għandha, qabel tmiem it-tieni sena tal-applikazzjoni tal-punti (ab) u (ac), tittrasmetti evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tagħhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Abbazi ta' dik l-evalwazzjoni, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipproponi emendi xierqa għal dan ir-Regolament.

▼B

(b) 

verifiki bir-reqqa mal-ħruġ għandhom jinkludu:

(i) 

il-verifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun fil-pussess ta’ dokument validu sabiex jaqsam il-fruntiera;

(ii) 

il-verifika tad-dokument ta’ l-ivvjaġġar għal sinjali ta’ falsifikazzjoni jew kontrafazzjoni;

(iii) 

meta possibbli, il-verifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terx mhux meqjus bħala theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà interna jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe mill-Istati Membri.

(ċ) 

barra mill-verifiki msemmija f'punt (b), verifiki bir-reqqa mal-ħruġ jistgħu jinkludu wkoll:

(i) 

il-verifika li l-persuna hija fil-pussess ta’ viża valida, jekk meħtieġ skond ir-Regolament (KE) Nru 539/2001, ħlief meta jkollhom permess ta’ residenza validu; ►M2  tali verifika tista' tinkludi l-konsultazzjoni tal-VIS skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008; ◄

(ii) 

il-verifika li l-persuna ma qabżitx it-tul massimu ta’ soġġorn awtorizzat fit-territorju ta’ l-Istati Membri;

(iii) 

konsultazzjoni ta’ allerti dwar persuni u oġġetti inklużi fl-SIS u rapporti fil-fajls nazzjonali tad-data;

▼M2

(d) 

għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta' kull persuna li jista' ma jkunx, jew ma jkunx għadu, jissodisfa l-kundizzjonijiet tad-dħul, waqfien jew residenza fit-territorju tal-Istati Membri, il-VIS tista' tiġi kkonsultata skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

▼B

4.  
Meta jkunu jeżistu l-faċilitajiet u jekk mitlub miċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, dawn il-verifiki bir-reqqa għandhom jitwettqu f’żona li ma tkunx pubblika.

►M5

 

Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu, ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu soġġetti għal verifika bir-reqqa fit-tieni linja għandhom jingħataw informazzjoni bil-miktub b'lingwa li jifhmu jew li hekk jista' raġonevolment ikun issopponut, u jekk meħtieġ f'forma effettiva oħra, li tiddikjara l-għan, u l-proċedura ta', tali verifika.

 ◄

Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha ta’ l-Unjoni u fil-lingwa/lingwi tal-pajjiż jew pajjiżi li jkollhom fruntiera ma’ l-Istat Membru konċernat u għandha tindika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jista’ jitlob l-isem jew in-numru ta’ identifikazzjoni tas-servizz tal-gwardji tal-fruntiera li jkunu qed iwettqu l-verifika bir-reqqa fit-tieni linja kif ukoll l-isem tal-punt ta’ qsim tal-fruntiera u d-data ta’ meta nqasmet il-fruntiera.

▼M5

6.  
Verifiki fuq persuna li jkollha d-dritt għal moviment liberu taħt il-liġi tal-Unjoni għandhom jitwettqu skond id-Direttiva 2004/38/KE.

▼B

7.  
Regoli detaljati li jirregolaw l-informazzjoni li għandha tkun irreġistrata huma stabbiliti fl-Anness II.

▼M5

8.  
Meta jkunu japplikaw il-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 4(2), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll derogi mir-regoli stipulati f’dan l-Artikolu.

▼B

Artikolu 8

Tnaqqis tal-verifiki fuq il-fruntiera

1.  
Verifiki fuq il-fruntiera fil-fruntieri esterni jistgħu jkunu mnaqqsa bħala riżultat ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti. Tali ċirkostanzi eċċezzjonali u imprevedibbli jitqiesu li jkunu dawk meta avvenimenti imprevedibbli jwasslu għal tali intensità ta’ traffiku li l-ħin ta’ stennija fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera jsir eċċessiv, u r-riżorsi kollha jkunu ġew eżawriti fir-rigward tal-persunal, il-faċilitajiet u l-organizzazzjoni.
2.  
Fejn il-verifiki fuq il-fruntiera jkunu mnaqqsa skond il-paragrafu 1, il-verifiki fuq il-fruntiera fuq movimenti ta’ dħul għandhom fil-prinċipju jieħdu prijorità fuq il-verifiki fuq il-fruntiera ta’ movimenti ta’ ħruġ.

Id-deċiżjoni li jkunu mnaqqsa l-verifiki għandha tittieħed mill-gwardja tal-fruntiera li jkollu l-kmand tal-punt ta’ qsim tal-fruntiera.

Dan it-tnaqqis ta’ verifiki għandu jkun temporanju, ikun adattat għaċ-ċirkostanzi li jiġġustifikawh u għandu jinbeda gradwalment.

3.  
F’każ illi l-verifiki fuq il-fruntiera jiġu mnaqqsa, il-gwardja tal-fruntiera għandu jittimbra d-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz kemm mad-dħul kif ukoll mal-ħruġ, skond l-Artikolu 10.
4.  
Kull Stat Membru għandu jibgħat darba fis-sena rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni.

Artikolu 9

Korsiji separati u informazzjoni fuq tabelli

1.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu korsiji separati, b’mod partikolari f’punti ta’ qsim tal-fruntieri ta’ l-ajru parti sabiex iwettqu verifiki fuq persuni skond l-Artikolu 7. Dawn il-korsiji għandhom ikunu differenzjati permezz ta’ tabelli li jġibu l-indikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness III.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu korsiji separati fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri tal-baħar u ta’ l-art tagħhom u fil-fruntieri bejn Stati Membri li ma japplikawx l-Artikolu 20 fil-fruntieri komuni tagħhom. It-tabelli li jkollhom l-indikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness III għandhom jintużaw jekk l-Istati Membri jipprovdu korsiji separati f’dawn il-fruntieri.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali korsiji jkunu murija b’mod ċar permezz ta' tabelli, inkluż meta r-regoli li għandhom x’jaqsmu ma’ l-użu tal-korsiji differenti ma jkunux applikati kif previst fil-paragrafu 4, sabiex ikunu żgurati l-aħjar livelli ta’ fluss ta’ persuni li jaqsmu l-fruntiera.

▼M5

2.  
(a) 

Persuni li jgawdu mid-dritt ta’ moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni huma intitolati li jużaw il-korsiji indikati bit-tabella fit-taqsima A (“UE, ŻEE, CH”) tal-Anness III. Jistgħu jużaw ukoll il-korsiji indikati bit-tabella fil-parti B1 (“mhux meħtieġa viża”) u l-parti B2 (“il-passaporti kollha”) tal-Anness III.

Ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jkollhomx l-obbligu li jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 u ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkollhom permess ta' residenza validu jew viża ta' soġġorn fit-tul jistgħu jużaw il-korsiji indikati bit-tabella fil-parti B1 (“mhux meħtieġa viża”) tal-Anness III ta' dan ir-Regolament. Huma jistgħu wkoll jużaw il-korsiji indikati bit-tabella fil-parti B2 (“il-passaporti kollha”) tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

(b) 

Il-persuni l-oħra kollha għandhom jużaw il-korsiji indikati bit-tabella fil-parti B2 (“il-passaporti kollha”) tal-Anness III.

L-indikazzjonijiet fuq it-tabelli msemmija fil-punti (a) u (b) jistgħu jkunu bil-lingwa jew bil-lingwi li kull Stat Membru jqis xierqa.

Id-disponibilità ta’ korsiji separati indikati bit-tabella fil-parti B1 (“mhux meħtieġa viża”) tal-Anness III mhix obbligatorja. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk għandux ikun hemm tali korsiji u f'liema punti ta' qsim tal-fruntiera skont il-ħtiġijiet prattiċi.

▼B

3.  
F’punti ta’ qsim tal-fruntiera tal-baħar jew ta’ l-art, l-Istati Membri jistgħu jisseparaw it-traffiku tal-vetturi f’korsiji differenti għall-vetturi ħfief u dawk tqal u xarabankijiet bl-użu ta’ tabelli kif muri fl-Anness III, Parti Ċ.

L-Istati Membri jistgħu jvarjaw l-indikazzjonijiet fuq dawn it-tabelli fejn xieraq fid-dawl taċ-ċirkostanzi lokali.

4.  
Fil-każ ta’ żbilanċ temporanju fil-flussi tat-traffiku f’xi punt ta’ qsim tal-fruntiera partikolari, ir-regoli għall-użu ta’ korsiji differenti jistgħu ma jkunux applikati mill-awtoritajiet kompetenti għat-tul ta’ żmien meħtieġ biex dan l-iżbilanċ jiġi eliminat.

▼M5 —————

▼B

Artikolu 10

▼M5

Ittimbrar tad-dokumenti tal-ivvjaġġar

▼B

1.  

Id-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz għandhom jiġu ttimbrati b’mod sistematiku mad-dħul u l-ħruġ. B’mod partikolari timbru tad-dħul jew ħruġ għandu jsir fuq:

(a) 

id-dokumenti li fuqhom ikollhom viża valida, u li jippermettu lil ċittadini ta’ pajjiż terz jaqsmu l-fruntiera;

(b) 

id-dokumenti li jippermettu lil ċittadini ta’ pajjiż terz, li tkun inħarġitilhom viża fuq il-fruntiera minn Stat Membru biex jaqsmu l-fruntiera;

(ċ) 

id-dokumenti li jippermettu lil ċittadini ta’ pajjiż terz li m’humiex soġġetti għall-ħtieġa ta’ viża biex jaqsmu l-fruntiera.

▼M5

2.  
Id-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għalihom tapplika d-Direttiva 2004/38/KE, iżda li ma jippreżentawx il-karta ta’ residenza prevista f’dik id-Direttiva, għandhom jiġu ttimbrati mad-dħul u mal-ħruġ.

Id-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jgawdu mid-dritt skont il-liġi tal-Unjoni għal moviment liberu, iżda li ma jippreżentawx il-karta ta’ residenza prevista fid-Direttiva 2004/38/KE, għandhom jiġu ttimbrati mad-dħul u mal-ħruġ.

▼B

3.  

M’għandu jkun hemm l-ebda timbru ta’ dħul jew ta’ ħruġ:

(a) 

fuq id-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar ta’ Kapijiet ta’ Stat u dinjitarji li l-wasla tagħhom tkun ġiet imħabbra bil-quddiem uffiċjalment permezz tal-kanali diplomatiċi;

(b) 

fuq liċenzji ta’ bdoti jew ċertifikati ta’ membri ta’ l-ekwipaġġ ta’ l-ajru;

(ċ) 

fuq dokumenti ta’ l-ivvjaġġar ta’ baħħara li huma preżenti fit-territorju ta’ Stat Membru biss meta l-bastiment tagħhom jidħol f’port u jkunu fiż-żona tal-port fejn daħal il-bastiment;

(d) 

fuq id-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar ta’ l-ekwipaġġ u l-passiġġieri ta’ bastimenti tal-kruċiera li mhumiex soġġetti għall-verifiki fuq il-fruntiera skond il-punt 3.2.3 ta’ l-Anness VI;

(e) 

fuq dokumenti li jippermettu liċ-ċittadini ta’ Andorra, Monako u San Marino jaqsmu l-fruntiera;

▼M5

(f) 

għad-dokumenti tal-ivvjaġġar tal-ekwipaġġ ta’ ferroviji tal-passiġġieri u tal-merkanzija li joperaw konnessjonijiet internazzjonali;

(g) 

għad-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jippreżentaw karta ta’ residenza prevista fid-Direttiva 2004/38/KE.

▼M5

Eċċezzjonalment, fuq talba ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, jista’ ma jsirx timbru ta’ dħul jew ta’ ħruġ, jekk it-timbru jista’ jikkawża diffikultajiet serji għal dik il-persuna. F’dak il-każ, id-dħul jew il-ħruġ għandu jkun irreġistrat fuq folja separata bl-indikazzjoni tal-isem u n-numru tal-passaport ta' dik il-persuna. Din il-folja għandha tingħata liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jżommu l-istatistika ta' każijiet eċċezzjonali bħal dawn u jistgħu jipprovdu dik l-istatistika lill-Kummissjoni.

▼B

4.  
L-arranġamenti prattiċi għall-ittimbrar jinstabu fl-Anness IV.
5.  
Kull meta jkun possibbli, iċ-ċittadini ta’ pajjiż terz għandhom ikunu informati bl-obbligu tal-gwardja tal-fruntiera li jittimbra d-dokument ta’ l-ivvjaġġar tagħhom mad-dħul u mal-ħruġ, anke meta l-verifiki jiġu mnaqqsa skond l-Artikolu 8.
6.  
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-tmiem ta' l-2008 dwar l-operat tad-disposizzjonijiet dwar l-ittimbrar tad-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar.

Artikolu 11

Preżunzjonijiet fir-rigward tat-twettiq tal-kondizzjonijiet tat-tul ta' soġġorn

1.  
Jekk id-dokument ta' l-ivvjaġġar ta' ċittadin ta' pajjiż terz ma jkollux timbru tad-dħul, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jassumu li d-detentur ma jissodisfax, jew ma għadux jissodisfa, il-kondizzjonijiet ta' tul ta’ soġġorn applikabbli fl-Istat Membru konċernat.
2.  
Il-preżunzjoni fil-paragrafu 1 tista' tiġi ribattuta meta ċittadin ta' pajjiż terz, bi kwalunkwe mezz, jipprovdi evidenza kredibbli bħal biljetti ta' trasport jew prova tal-preżenza tiegħu jew tagħha barra mit-territorju ta’ l-Istati Membri, li turi li hu jew hi rrispetta(t) il-kondizzjonijiet li jirrelataw mat-tul ta’ soġġorn qasir.

F'dawn il-każijiet:

(a) 

meta ċ-ċittadin ta' pajjiż terz jinsab fit-territorju ta' l-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw, skond il-liġi u l-prattika nazzjonali, fid-dokument ta’ l-ivvjaġġar taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz id-data u l-post fejn il-persuna qasmet il-fruntiera esterna ta' wieħed mill-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen bis-sħiħ;

(b) 

meta ċ-ċittadin ta' pajjiż terz jinsab fit-territorju ta' Stat Membru li fir-rigward tiegħu ma tteħditx id-deċiżjoni kkontemplata fl-Artikolu 3(2) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw, skond il-liġi u l-prattika nazzjonali, fid-dokument ta’ l-ivvjaġġar taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz id-data u l-post fejn il-persuna qasmet il-fruntiera esterna ta' dak l-Istat Membru.

Minbarra l-indikazzjonijiet imsemmija f’(a) u (b), tista’ tingħata formola kif muri fl-Anness VIII liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni u lis-Segretarjat tal-Kunsill bil-prattiki nazzjonali tagħhom rigward l-indikazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu.

▼M5

3.  
Fil-każ li l-preżunzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix imwaqqa', iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jista' jerġa' jirritorna skont id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment ( 22 ) u skont il-liġi nazzjonali li tirrispetta lil dik id-Direttiva";

▼M5

4.  
Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis fin-nuqqas tat-timbru tal-ħruġ.

▼B

Artikolu 12

Sorveljanza fuq il-fruntiera

▼M5

1.  
L-għan ewlieni tas-sorveljanza tal-fruntieri għandu jkun biex ma jitħalliex li jsir il-qsim mhux awtorizzat tal-fruntiera, sabiex tiġi miġġielda l-kriminalità trans-konfinali u biex jittieħdu miżuri kontra persuni li jkunu qasmu l-fruntiera b’mod illegali. Persuna li tkun qasmet fruntiera illegalment u li ma għandha l-ebda dritt tibqa' fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat għandha tiġi arrestata u ssir soġġetta għall-proċeduri li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE

▼B

2.  
Il-gwardji tal-fruntiera għandhom jużaw unitajiet stazzjonarji jew mobbli biex iwettqu s-sorveljanza tal-fruntieri.

Din is-sorveljanza għandha sseħħ b’tali mod li ma tħallix u tiskoraġġixxi persuni milli jevitaw il-verifiki f’punti ta’ qsim tal-fruntiera.

3.  
Is-sorveljanza bejn punti ta’ qsim tal-fruntiera għandha titwettaq minn gwardji tal-fruntiera li n-numru u l-metodi tagħhom għandhom jiġu adattati għar-riskji u t-theddid eżistenti jew previsti. Hija għandha tinvolvi bdil frekwenti u għall-għarrieda tal-perijodi ta’ sorveljanza, sabiex qsim mhux awtorizzat tal-fruntiera jkun dejjem f’riskju li jinqabad.
4.  
Is-sorveljanza għandha ssir permezz ta’ unitajiet stazzjonarji jew mobbli li jwettqu dmirijiethom permezz ta’ rondi jew billi jistazzjonaw irwieħhom f’postijiet magħrufa li huma jew huma meqjusa sensittivi, bl-għan li b’din is-sorveljanza jinqabdu individwi li jkunu qed jaqsmu l-fruntiera illegalment. Is-sorveljanza tista’ titwettaq ukoll b’mezzi tekniċi, inklużi dawk elettroniċi.

▼M5

5.  
Il-Kummissjoni għandha jkollha s-segħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 33 rigward miżuri addizzjonali li jirregolaw is-sorveljanza.

▼B

Artikolu 13

Ċaħda tad-dħul

1.  
Ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jissodisfax il-kondizzjonijiet ta’ dħul kollha stabbiliti fl-Artikolu 5(1) u li mhux wieħed mill-kategoriji ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 5(4) għandu jiġi mċaħħad milli jidħol fit-territorji ta’ l-Istati Membri. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ disposizzjonijiet speċjali dwar id-dritt ta’ l-asil u l-protezzjoni internazzjonali jew il-ħruġ ta’ viżi għal soġġorn twil.
2.  
Id-dħul jista’ jiġi miċħud biss b’deċiżjoni sostanzjata li tagħti r-raġunijiet preċiżi għaċ-ċaħda. Id-deċiżjoni għandha tittieħed minn awtorità li tingħata s-setgħa mil-liġi nazzjonali. Hi għandha tidħol fis-seħħ immedjatament.

Id-deċiżjoni sostanzjata li ssemmi r-raġunijiet preċiżi għaċ-ċaħda tingħata permezz ta’ formola standard, skond fl-Anness V, Parti B, miktuba mill-awtorità li ngħatat is-setgħa mil-liġi nazzjonali biex tiċħad id-dħul. Il-formola standard mimlija għandha tingħata liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat, li għandu jirrikonoxxi li jkun irċieva d-deċiżjoni li tiċħad id-dħul permezz ta’ dik il-formola.

3.  
Persuni li jkun mċaħħda d-dħul għandu jkollhom id-dritt ta’ appell. L-appelli għandhom isiru skond il-liġi nazzjonali. Indikazzjoni bil-miktub dwar il-punti ta’ kuntatt li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar rappreżentanti kompetenti biex jaġixxu f’isem iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz skond il-liġi nazzjonali għandha wkoll tingħata liċ-ċittadin ta’ pajiż terz.

L-applikazzjoni għal appell m’għandiex ikollha l-effett li tissospendi d-deċiżjoni li tiċħad id-dħul.

Mingħajr preġudizzju għal xi kumpens mogħti skond il-liġi nazzjonali, iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat għandu jkun intitolat għal korrezzjoni tat-timbru tad-dħul ikkanċellat, u għal kwalunkwe kanċellazzjoni jew addizzjoni li tkun saret, mill-Istat Membru li jkun ċaħad id-dħul jekk l-appell jikkonkludi li d-deċiżjoni biex jiġi miċħud id-dħul ma kinitx fondata.

4.  
Il-gwardji tal-fruntieri għandhom jiżguraw li ċittadin ta’ pajjiż terz li ġie miċħud lilu d-dħul ma jidħolx fit-territorju ta’ l-Istat Membru konċernat.

▼M5

5.  
L-Istati Membri għandhom jiġbru statistika dwar in-numru ta’ persuni li jkun iċċaħdilhom id-dħul, ir-raġunijiet għaċ-ċaħda, iċ-ċittadinanza tal-persuni li jkun iċċaħdilhom id-dħul u t-tip ta’ fruntiera (art, ajru jew baħar) li fiha kien miċħud id-dħul u għandhom jippreżentaw din l-istatistika kull sena lill-Kummissjoni (Eurostat) skont ir-Regolament (KE) Nru. 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali ( 23 ).

▼B

6.  
Regoli dettaljati li jirregolaw id-dħul miċħud jingħataw fl-Anness V, Parti A.



KAPITOLU III

Persunal u riżorsi għall-kontrolli fuq il-fruntiera u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri

Artikolu 14

Persunal u riżorsi għall-kontrolli fuq il-fruntiera

L-Istati Membri għandhom iħaddmu persunal u riżorsi xierqa u f’numri suffiċjenti sabiex iwettqu kontrolli fuq il-fruntieri esterni, skond l-Artikoli 6 sa 13, b’tali mod li jkun żgurat livell effiċjenti, għoli u uniformi ta’ kontrolli fil-fruntieri esterni tagħhom.

Artikolu 15

Implimentazzjoni tal-kontrolli

1.  
Il-kontrolli tal-fruntiera previsti fl-Artikoli 6 sa 13 għandhom jitwettqu mill-gwardji nazzjonali skond id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u l-liġi nazzjonali.

Fit-twettiq ta’ dawn il-kontrolli fuq il-fruntiera, is-setgħat biex jinbdew proċedimenti kriminali mogħtija lill-gwardji tal-fruntiera mil-liġi nazzjonali u li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx jiġu affettwati.

▼M5

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-gwardji tal-fruntiera jkunu professjonisti speċjalizzati u mħarrġa sew, b'kont meħud tal-kurrikuli komuni għall-formazzjoni tal-gwardji tal-fruntiera stabbiliti u żviluppati mill-Aġenżija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004. Il-kurrikuli ta’ taħriġ għandhom jinkludu taħriġ speċjalizzat biex jiġu individwati u trattati sitwazzjonijiet li jinvolvu persuni vulnerabbli, bħal minorenni mhux akkumpanjati u vittmi ta’ traffikar. L-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Aġenzija, għandhom iħeġġu lill-gwardji tal-fruntiera biex jitgħallmu l-lingwi meħtieġa għat-twettiq ta’ dmirijiethom.

▼B

2.  
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-lista ta’ servizzi nazzjonali responsabbli għall-kontrolli fuq il-fruntiera taħt il-liġi nazzjonali tagħhom skond l-Artikolu 34.
3.  
Biex jikkontrollaw il-fruntieri b’mod effettiv, kull Stat Membru għandu jiżgura li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib u kontinwa bejn is-servizzi nazzjonali tiegħu responsabbli għall-kontrolli fuq il-fruntiera.

Artikolu 16

Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri

1.  
L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin u għandhom iżommu kooperazzjoni kontinwa u mill-qrib bil-ħsieb li jkun hemm implimentazzjoni effettiva tal-kontrolli fuq il-fruntiera, skond l-Artikoli 6 sa 15. Huma għandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti kollha.
2.  
Il-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri fil-qasam ta’ l-amministrazzjoni tal-fruntieri esterni għandha tiġi koordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”) stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 2007/2004.
3.  
Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi ta' l-Aġenzija, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu jikkooperaw f'livell operattiv ma' Stati Membri oħra u/jew pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni, inkluż l-iskambju ta’ uffiċjali ta’ kollegament, fejn tali kooperazzjoni tikkomplimenta l-azzjoni ta' l-Aġenzija.

L-Istati Membri għandhom jastjenu minn kwalunkwe attività li tista' tipperikola l-funzjonament ta' l-Aġenzija jew il-kisba ta' l-objettivi tagħha.

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija dwar din il-kooperazzjoni operattiva msemmija fl-ewwel subparagrafu.

4.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu taħriġ dwar ir-regoli tal-kontrolli fuq il-fruntiera kif ukoll dwar id-drittijiet fundamentali. F’dan ir-rigward, għandu jittieħed kont ta’ l-istandards komuni tat-taħriġ kif stabbiliti u żviluppati aktar mill-Aġenzija.

Artikolu 17

Kontrolli konġunti

1.  
L-Istati Membri li ma japplikawx l-Artikolu 20 għall-fruntieri ta’ l-art komuni tagħhom jistgħu, sad-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dak l-Artikolu, b’mod konġunt jikkontrollaw dawk il-fruntieri komuni, f’liema każ persuna tista’ tiġi mwaqqfa darba biss sabiex isirulha l-verifiki tad-dħul u tal-ħruġ, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà individwali ta’ l-Istati Membri li tirriżulta mill-Artikoli 6 sa 13.

Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jikkonkludu bejniethom arranġamenti bilaterali.

2.  
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-arranġamenti konklużi skond il-paragrafu 1.



KAPITOLU IV

Regoli speċifiċi għall-verifiki fuq il-fruntiera

Artikolu 18

Regoli speċifiċi għal tipi differenti ta’ fruntiera u l-mezzi differenti ta’ trasport użati biex jinqasmu l-fruntieri esterni

Ir-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Anness VI għandhom japplikaw għall-verifiki mwettqa fit-tipi differenti ta’ fruntiera u l-mezzi differenti ta’ trasport użati biex jinqasmu l-punti ta' qsim tal-fruntieri.

▼M5

Dawk ir-regoli speċifiċi jista' jkun fihom derogi mill-Artikoli 4 u 5 u l-Artikoli 7 sa 13.

▼B

Artikolu 19

Regoli speċifiċi għall-verifiki fuq ċerti kategoriji ta’ persuni

1.  

Ir-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Anness VII għandhom japplikaw għall-verifiki fuq il-kategoriji ta’ persuni li ġejjin:

(a) 

Kapijiet ta’ Stat u membri tad-delegazzjoni tagħhom;

(b) 

bdoti ta’ l-ajru u membri oħra ta’ l-ekwipaġġ;

(ċ) 

baħħara;

(d) 

żammiema ta’ passaporti diplomatiċi, uffiċjali jew tas-servizz u membri ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

(e) 

ħaddiema trans-konfini;

(f) 

minorenni;

▼M5

(g) 

servizzi ta’ salvataġġ, il-pulizija u s-servizzi tat-tifi tan-nar u l-gwardja tal-fruntiera;

(h) 

il-ħaddiema offshore.

▼M5

Dawk ir-regoli speċifiċi jista' jkun fihom derogi mill-Artikoli 4 u 5 u l-Artikoli 7 sa 13.

▼B

2.  
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-karti mudell maħruġa mill-Ministeri tagħhom lill-membri akkreditati tal-missjonijiet diplomatiċi u r-rappreżentazzjonijiet konsulari u lill-membri tal-familji tagħhom skond l-Artikolu 34.

▼A1

Artikolu 19a

B'deroga mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament rigward l-istabbiliment ta' punti ta' qsim tal-fruntieri, u sad-dħul fis-seħħ ta' deċiżjoni mill-Kunsill dwar l-applikazzjoni kompleta tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fil-Kroazja skont l-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni jew sa ma jiġi emendat dan ir-Regolament biex jinkludi dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kontroll tal-fruntieri f'punti ta' qsim tal-fruntieri komuni, skont liema jiġi l-ewwel, il-Kroazja tista' żżomm il-punti ta' qsim tal-fruntieri komuni fil-fruntiera tagħha mal-Bosnja-Ħerzegovina. F'dawn il-punti ta' qsim tal-fruntieri komuni, il-gwardji tal-fruntieri għandhom iwettqu verifiki ta' dħul u ħruġ fit-territorju tal-parti l-oħra. Il-verifiki kollha ta' dħul u ħruġ mill-gwardji tal-fruntieri Kroati għandhom jitwettqu f'konformità mal-acquis tal-Unjoni, inklużi l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-protezzjoni internazzjonali u n-non-refoulement. Il-ftehimiet bilaterali rilevanti li jistabbilixxu l-punti ta' qsim tal-fruntieri komuni inkwistjoni għandhom, fejn meħtieġ, jiġu emendati għal dan il-għan.

▼C1



KAPITOLU IVa

Miżuri speċifiċi fil-każ ta' nuqqasijiet serji relatati mal-kontrolli fil-fruntieri esterni

Artikolu 19b

Miżuri fil-fruntieri esterni u l-appoġġ mill-Aġenzija

1.  

F'każ li fit-twettiq tal-kontrolli fil-fruntieri esterni jiġu identifikati nuqqasijiet serji f'rapport ta' evalwazzjoni mfassal taħt l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen ( 24 ), u sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15 ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tirrakkomanda, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li l-Istat Membru evalwat jieħu ċerti miżuri speċifiċi, li jistgħu jinkludu waħda jew it-tnejn li ġejjin:

(a) 

jibda jiskjera timijiet tal-għassa tal-fruntiera Ewropea f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2007/2004;

(b) 

jippreżenta l-pjanijiet strateġiċi tiegħu, abbażi ta' stima tar-riskji, inkluża informazzjoni dwar l-iskjerament ta' persunal u tagħmir, lill-Aġenzija għall-opinjoni tagħha dwarhom.

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 33a(2).

▼M6

2.  
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 33a(1) fuq bażi regolari dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u dwar l-impatt tagħhom fuq in-nuqqasijiet identifikati.

Hija għandha tinforma wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan.

3.  
Fejn rapport ta' evalwazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 ikun ikkonkluda li l-Istat Membru evalwat qed jonqos serjament mill-obbligi tiegħu u jkollu għalhekk jirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni rilevanti fi żmien tliet xhur b'konformità mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1053/2013, u fejn, wara dak il-perijodu ta' tliet xhur, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sitwazzjoni qed tippersisti, dan jista' jagħti lok għall-applikazzjoni tal-proċedura prevista f'dak l-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament fejn il-kondizzjonijiet kollha għal hekk jiġu sodisfatti.

▼B



TITOLU III

FRUNTIERI INTERNI



KAPITOLU I

Tneħħija ta’ kontrolli fuq il-fruntieri fil-fruntieri interni

Artikolu 20

Qsim tal-fruntieri interni

Fruntieri interni jistgħu jinqasmu minn kull punt mingħajr ma jsiru verifiki fuq il-fruntiera fuq persuni, tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom.

Artikolu 21

Verifiki fit-territorju

It-tneħħija tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni m’għandhiex taffettwa:

(a) 

l-eżerċizzju ta’ setgħat ta’ pulizija mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri taħt il-liġi nazzjonali, safejn l-eżerċizzju ta’ dawn is-setgħat ma jkollux effett ekwivalenti għal verifiki fuq il-fruntiera; dan japplika wkoll f’żoni tal-fruntiera. Fis-sens ta’ l-ewwel sentenza l-eżerċizzju ta’ setgħat ta’ pulizija ma jistax, b’mod partikolari, ikun ikkunsidrat ekwivalenti għall-eżerċizzju ta’ kontrolli fuq il-fruntiera meta l-miżuri ta’ pulizija:

(i) 

ma jkollhomx bħala objettiv il-kontrolli fuq il-fruntiera,

(ii) 

ikunu bbażati fuq informazzjoni u esperjenza ġenerali ta’ pulizija dwar theddid possibbli għas-sigurtà pubblika u jkunu mmirati, b’mod partikolari, biex jiġġieldu l-kriminalità trans-konfini,

(iii) 

huma maħsuba u mwettqa b’mod li huwa differenti b’mod ċar minn verifiki sistematiċi fuq persuni fil-fruntieri esterni,

(iv) 

huma mwettqa abbażi ta’ verifiki saltwarji;

(b) 

il-verifiki ta’ sigurtà fuq persuni mwettqa f’portijiet u ajruporti mill-awtoritajiet kompetenti taħt il-liġi ta’ kull Stat Membru, minn uffiċjali tal-port jew ajruport jew trasportaturi, basta li tali verifiki jitwettqu wkoll fuq persuni li jivvjaġġaw fi Stat Membru;

(ċ) 

il-possibbiltà għal Stat Membru li jipprovdi, permezz ta’ liġi, għal obbligu li wieħed ikun fil-pussess jew iġorr miegħu karti u dokumenti;

▼M5

(d) 

il-possibbiltà għal Stat Membru li bil-liġi jipprevedi obbligu fuq ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrapportaw il-preżenza tagħhom fit-territorju tiegħu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni ta' Schengen.

▼B

Artikolu 22

Tneħħija ta’ ostakoli għat-traffiku f’punti ta’ qsim stradali fi fruntieri interni

L-Istati Membri għandhom ineħħu kull ostakolu għaċ-ċirkolazzjoni fluwida tat-traffiku fi fruntieri interni, b’mod partikolari kwalunkwe limitu ta’ veloċità li ma jkunx ibbażat b’mod esklussiv fuq konsiderazzjonjiet ta’ sigurtà stradali.

Fl-istess waqt, l-Istati Membri għandhom ikunu ppreparati biex jipprovdu għal faċilitajiet għal verifiki f’każ li jerġgħu jiddaħħlu kontrolli fuq il-fruntieri interni.



KAPITOLU II

Dħul mill-ġdid temporanju ta’ kontrolli fuq il-fruntiera fil-fruntieri interni

▼M6

Artikolu 23

Qafas ġenerali għall-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri interni

1.  
Fejn, f'żona mingħajr kontrolli tal-fruntieri interni jkun hemm theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fi Stat Membru, dak l-Istat Membru jista' eċċezzjonalment jerġa' jintroduċi l-kontrolli tal-fruntieri fil-partijiet kollha tal-fruntieri interni tiegħu jew f'partijiet speċifiċi tagħhom għal perijodu limitat ta' mhux aktar minn 30 jum jew għall-perijodu prevedibbli tat-theddida serja jekk il-perijodu jaqbeż it-30 jum. L-iskop u t-tul ta’ żmien tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri interni m’għandux jaqbeż dak li hu strettament neċessarju b’risposta għat-theddida serja.
2.  
Il-kontrolli tal-fruntieri interni għandhom jiġu introdotti mill-ġdid biss bħala l-aħħar soluzzjoni, u f'konformità mal-Artikoli 24, 25 u 26. Il-kriterji msemmija, rispettivament, fl-Artikoli 23a u 26a, għandhom jiġu kkunsidrati f'kull każ fejn tiġi kkunsidrata deċiżjoni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri interni skont l-Artikolu 24, 25 jew 26 rispettivament.
3.  
Jekk it-theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fl-Istat Membru konċernat tippersisti lil hinn mill-perijodu previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dak l-Istat Membru jista' jestendi l-kontrolli tal-fruntieri interni tiegħu, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kriterji msemmija fl-Artikolu 23a u f'konformità mal-Artikolu 24, għall-istess raġunijiet bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u, filwaqt li jittieħed kont ta' kwalunkwe element ġdid, għal perijodi li jistgħu jiġġeddu ta' mhux aktar minn 30 jum.
4.  
Il-perijodu totali li matulu jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli tal-fruntieri interni, inkluż kwalunkwe estensjoni skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, m'għandux jaqbeż is-sitt xhur. Fejn hemm ċirkostanzi eċċezzjonali bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 26, dak il-perijodu totali jista' jiġi estiż għal żmien massimu ta' sentejn b'konformità mal-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu.

Artikolu 23a

Kriterji għall-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri interni

Fejn Stat Membru jiddeċiedi, bħala l-aħħar soluzzjoni, li jintroduċi mill-ġdid b'mod temporanju kontrolli ta' xi waħda jew aktar mill-fruntieri interni tiegħu jew ta' xi partijiet minnhom jew jiddeċiedi li jestendi tali introduzzjoni mill-ġdid, taħt l-Artikolu 23 jew l-Artikolu 25(1), huwa għandu jivvaluta sa fejn miżura x'aktarx li tirrimedja b'mod adegwat it-theddida għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna, u għandu jevalwa l-proporzjonalità tal-miżura mqabbla ma' dik it-theddida. Meta jagħmel dawn il-valutazzjonijiet, l-Istat Membru għandu b'mod partikolari jqis dawn li ġejjin:

(a) 

l-impatt probabbli ta' kwalunkwe theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fl-Istat Membru konċernat, inkluż wara inċidenti jew theddidiet terroristiċi kif ukoll dawk maħluqa mill-kriminalità organizzata;

(b) 

l-impatt probabbli ta' tali miżura fuq moviment liberu ta' persuni fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni.

Artikolu 24

Proċedura għall-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri interni skont l-Artikolu 23(1)

1.  

Fejn Stat Membru jippjana l-introduzzjoni mill-ġdid ta' kontrolli tal-fruntieri interni taħt l-Artikolu 23(1), huwa għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn erba' ġimgħat qabel l-introduzzjoni mill-ġdid ippjanata, jew fi żmien perijodu iqsar fejn iċ-ċirkostanzi li jwasslu għall-bżonn tal-introduzzjoni mill-ġdid ta' kontrolli tal-fruntieri interni jsiru magħrufa f'inqas minn erba' ġimgħat qabel l-introduzzjoni mill-ġdid ippjanata. Għal dak l-għan, l-Istat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

ir-raġunijiet għall-introduzzjoni mill-ġdid proposta, inkluż id-data relevanti kollha li tagħti dettalji tal-avvenimenti li jikkostitwixxu theddida serja għall-ordni pubbliku tiegħu jew għas-sigurtà interna tiegħu;

(b) 

l-iskop tal-introduzzjoni mill-ġdid proposta, li jispeċifika f'liema parti jew partijiet tal-fruntieri interni ser jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli tal-fruntieri;

(c) 

l-ismijiet tal-punti ta’ qsim awtorizzati;

(d) 

id-data u t-tul ta’ żmien għall-introduzzjoni mill-ġdid ippjanata;

(e) 

fejn ikun il-każ, il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri l-oħra.

Tista' tiġi ppreżentata wkoll b'mod konġunt notifika taħt l-ewwel subpragrafu minn żewġ Stati Membri jew aktar.

Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ titlob tagħrif addizzjonali mill-Istat Membru jew Stati Membri konċernati.

2.  
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin li tiġi notifikata lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni skont dak il-paragrafu.
3.  
L-Istati Membri li jagħmlu notifika taħt il-paragrafu 1 jistgħu, fejn ikun meħtieġ u f'konformità mal-liġi nazzjonali, jiddeċiedu li jikklassifikaw partijiet mill-informazzjoni.

Tali klassifikazzjoni m'għandhiex tipprekludi li l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni għall-Parlament Ewropew. It-trasmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni u dokumenti mibgħutin lill-Parlament Ewropew taħt dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mar-regoli rigward it-trasmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni klassifikata li huma applikabbli bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni.

4.  
Wara n-notifika mill-Istat Membru taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u bil-għan tal-konsultazzjoni prevista fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni jew kwalunkwe Stat Membru ieħor jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 72 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, joħorġu opinjoni.

Jekk, abbażi tal-informazzjoni li tinsab fin-notifika jew kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tkun irċeviet, il-Kummissjoni jkollha tħassib fir-rigward tal-ħtieġa jew proporzjonalità tal-introduzzjoni mill-ġdid ippjanata tal-kontrolli tal-fruntieri interni, jew jekk tqis li jkun xieraq li ssir konsultazzjoni dwar xi aspett tan-notifika, hija għandha toħroġ opinjoni b'dak l-iskop.

5.  
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u kwalunkwe opinjoni tal-Kummissjoni jew tal-Istat Membru skont il-paragrafu 4, għandhom ikunu s-suġġett ta’ konsultazzjoni, inkluż, fejn ikun il-każ, laqgħat konġunti, bejn l-Istat Membru li qed jippjana jintroduċi mill-ġdid il-kontrolli tal-fruntieri interni, l-Istati Membri l-oħra, speċjalment dawk affettwati direttament minn tali miżuri, u l-Kummissjoni, bil-ħsieb li tiġi organizzata, fejn xieraq, kooperazzjoni reċiproka bejn l-Istati Membri u biex tiġi eżaminata l-proporzjonalità tal-miżuri mal-avvenimenti li jkunu taw lok għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri u t-theddida għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna.
6.  
Il-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 għandha ssir mill-inqas għaxart ijiem qabel id-data li fiha jkun ippjanat li jerġgħu jiġu introdotti l-kontrolli tal-fruntieri.

Artikolu 25

Proċedura speċifika għal każijiet li jeħtieġu azzjoni immedjata

1.  
Fejn theddida serja għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna ta’ Stat Membru teħtieġ li tittieħed azzjoni urġenti, l-Istat Membru konċernat jista’, fuq bażi eċċezzjonali, immedjatament jintroduċi mill-ġdid il-kontrolli tal-fruntieri interni għal perijodu limitat ta' mhux aktar minn għaxart ijiem.
2.  
Fejn Stat Membru jintroduċi mill-ġdid il-kontrolli tal-fruntieri interni tiegħu, huwa għandu, b'mod simultanju, jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar dan, u għandu jagħti l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 24 (1), inklużi r-raġunijiet li jiġġustifikaw l-użu tal-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta lill-Istati Membri l-oħra immedjatament wara li tirċievi n-notifika.
3.  
Jekk it-theddida serja għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna ddum aktar mill-perijodu previst fil-paragrafu 1, l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li jestendi l-kontrolli tal-fruntieri interni għal perijodi li jistgħu jiġġeddu ta' mhux aktar minn 20 jum. Meta jagħmel dan, l-Istat Membru konċernat għandu jikkunsidra l-kriterji msemmija fl-Artikolu 23a, inkluża valutazzjoni aġġornata tal-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-miżura, u għandu jikkunsidra kwalunkwe element ġdid.

F'każ li tittieħed tali estensjoni, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24(4) u (5) għandhom japplikaw mutatis mutandis, u l-konsultazzjoni għandha ssir mingħajr dewmien wara li d-deċiżjoni ta' estensjoni tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

4.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23(4), il-perijodu totali li matulu jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli tal-fruntieri interni, abbażi tal-perijodu inizjali skont il-paragrafu 1 u kwalunkwe estensjoni taħt il-paragrafu 3, m'għandux jaqbeż ix-xahrejn.
5.  
Il-Kummissjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew dwar in-notifiki magħmulin taħt dan l-Artikolu.

Artikolu 26

Proċedura speċifika fejn ċirkostanzi eċċezzjonali jqiegħdu f'riskju l-funzjonament ġenerali taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni

1.  
F'ċirkostanzi eċċezzjonali fejn il-funzjonament ġenerali taż-żona mingħajr kontrolli tal-fruntieri interni jitqiegħed f'riskju minħabba nuqqasijiet serji persistenti relatati mal-kontroll tal-fruntieri esterni kif imsemmija fl-Artikolu 19a, u sa fejn dawk iċ-ċirkostanzi jikkostitwixxu theddida serja għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni jew f'partijiet minnha, jistgħu jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli tal-fruntieri interni f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għal perijodu ta' mhux aktar minn sitt xhur. Dak il-perijodu jista' jiġi estiz, mhux aktar minn tliet darbiet, b'perijodu ieħor ta' mhux aktar minn sitt xhur jekk iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali jippersistu.
2.  
Il-Kunsill jista', bħala l-aħħar soluzzjoni u bħala miżura biex jipproteġi l-interessi komuni fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni, fejn il-miżuri l-oħra kollha, b'mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 19a(1), ikunu ineffettivi fil-mitigazzjoni tat-theddida serja identifikata, jirrakkomanda li Stat Membru wieħed jew aktar jiddeċiedu li jintroduċu mill-ġdid il-kontrolli tal-fruntieri interni kollha tagħhom jew f'partijiet speċifiċi minnhom. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għandha tkun ibbażata fuq proposta mill-Kummissjoni. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tippreżenta tali proposta lill-Kunsill għal rakkomandazzjoni.

Fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-Kunsill għandu mill-anqas jindika l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 24(1).

Il-Kunsill jista' jirrakkomanda estensjoni f'konformità mal-kondizzjonijiet u proċeduri stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Qabel ma Stat Membru jerġa' jintroduċi l-kontrolli tal-fruntieri interni kollha tiegħu jew f'partijiet speċifiċi minnhom skont dan il-paragrafu, għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni dwar dan.

3.  
Fil-każ li r-rakkomandazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma tiġix implimentata minn Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni bil-miktub dwar ir-raġunijiet tiegħu.

F'każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta r-raġunijiet mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat u l-konsegwenzi fuq il-protezzjoni tal-interessi komuni taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni.

4.  
Fejn ikun hemm raġunijiet ta' urġenza debitament ġustifikati, relatati ma' sitwazzjonijiet fejn iċ-ċirkostanzi li jagħtu lok għall-bżonn li jiġu estiżi l-kontrolli tal-fruntieri interni, f'konformità mal-paragrafu 2, ma jsirux magħrufa sa inqas minn 10 ijiem qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ introduzzjoni mill-ġdid preċedenti, il-Kummissjoni tista' tadotta kwalunkwe rakkomandazzjoni meħtieġa permezz ta' atti implimentattivi li jkunu immedjatament applikabbli f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33a(3). Fi żmien 14-il jum mill-adozzjoni ta' tali rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill proposta għal rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 2.
5.  
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jistgħu jiġu adottati mill-Istati Membri fil-każ ta' theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna skont l-Artikoli 23, 24 u 25.

Artikolu 26a

Kriterji għall-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri interni meta ċirkostanzi eċċezzjonali jqiegħdu f'riskju l-funzjonament ġenerali taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni

1.  

Fejn, bħala l-aħħar soluzzjoni, il-Kunsill jirrakkomanda, f'konformità mal-Artikolu 26(2), l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta' kontrolli ta' xi waħda jew aktar fruntieri jew ta' xi partijiet minnhom, huwa għandu jivvaluta sa fejn huwa probabbli li tali miżura tirrimedja adegwatament it-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni, u għandu jevalwa l-proporzjonalità tal-miżura mqabbla ma' dik it-theddida. Dik il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni dettaljata ppreżentata mill-Istat Membru jew l-Istati Membri konċernat(i) u mill-Kummissjoni u kull informazzjoni rilevanti oħra, inkluż kull informazzjoni miksuba skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Meta ssir tali valutazzjoni, għandu jittieħed kont b'mod partikolari tal-konsiderazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

id-disponibbiltà ta' miżuri ta' appoġġ tekniku jew finanzjarju li setgħu jiġu jew ġew invokati fil-livell nazzjonali jew fil-livell Ewropew, jew it-tnejn, inkluż assistenza minn korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni bħall-Aġenzija, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 25 ) jew l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (“Europol”) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI ( 26 ), u sa fejn tali miżuri x'aktarx jirrimedjaw b'mod adegwat it-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fiż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni;

(b) 

l-impatt attwali u dak futur probabbli ta' kwalunkwe nuqqas serju relatat mal-kontroll fil-fruntieri esterni identifikat fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet li jsiru skont ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 u sa fejn tali nuqqas serju jikkostitwixxi theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fiż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni;

(c) 

l-impatt probabbli tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri fuq il-moviment liberu ta' persuni fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni.

2.  

Qabel ma tadotta proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 26(2), il-Kummissjoni tista:

(a) 

titlob lill-Istati Membri, lill-Aġenzija, lill-Europol jew lil korpi, uffiċċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni biex jagħtuha aktar informazzjoni;

(b) 

tagħmel visiti fuq il-post, bl-appoġġ ta' esperti mill-Istati Membri u tal-Aġenzija, l-Europol jew kwalunkwe korp, uffiċċju jew aġenzija rilevanti oħrajn tal-Unjoni, sabiex tikseb jew tivverifika informazzjoni rilevanti għal dik ir-rakkomandazzjoni.

Artikolu 27

Informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

Il-Kummissjoni u l-Istat Membru jew Stati Membri konċernati għandhom jinfurmaw lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill malajr kemm jista' jkun b'kull raġuni li tista' tagħti lok għall-applikazzjoni tal-Artikoli 19a u 23 sa 26a.

▼B

Artikolu 28

Disposizzjonijiet li għandhom japplikaw meta l-kontrolli fuq il-fruntiera jiġu introdotti mill-ġdid fil-fruntieri interni

Fejn jerġgħu jiġu introdotti kontrolli fuq il-fruntiera fil-fruntieri interni, id-disposizzjonijiet rilevanti fit-Titolu II għandhom japplikaw mutatis mutandis.

▼M6

Artikolu 29

Rapport dwar l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ kontrolli tal-fruntieri interni

Fi żmien erba' ġimgħat mit-tneħħija tal-kontrolli tal-fruntieri interni, l-Istat Membru li jkun għamel kontrolli tal-fruntieri interni għandu jippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri interni, li jiddeskrivi, b'mod partikolari, il-valutazzjoni inizjali u r-rispett tal-kriterji msemmija fl-Artikoli 23a 25 u 26a, l-operazzjoni tal-verifiki, il-kooperazzjoni prattika mal-Istati Membri ġirien, l-impatt li rriżulta fuq il-moviment liberu ta' persuni, l-effettività tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri interni, inkluża valutazzjoni ex-post tal-proporzjonalità tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri.

Il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni dwar dik il-valutazzjoni ex-post tal-introduzzjoni mill-ġdid fuq bażi temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri fi fruntiera interna waħda jew aktar jew f'partijiet minnhom.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, tal-inqas darba fis-sena, rapport dwar il-funzjonament taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni. Ir-rapport għandu jinkludi lista tad-deċiżjonijiet kollha li jerġgħu jiġu introdotti kontrolli tal-fruntieri interni meħuda matul is-sena rilevanti.

Artikolu 30

Informazzjoni għall-pubbliku

Il-Kummissjoni u l-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-pubbliku b'manjiera koordinata dwar deċiżjoni għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri interni u jindika b'mod partikolari d-data tal-bidu u t-tmiem ta' tali miżura, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet ta' sigurtà aktar importanti biex dan ma jsirx.

▼B

Artikolu 31

Kunfidenzjalità

Fuq it-talba ta’ l-Istat Membru konċernat, l-Istati Membri l-oħra, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni li tkun ingħatat b’konnessjoni ma' l-introduzzjoni mill-ġdid u l-estensjoni tal-kontrolli fuq il-fruntiera u r-rapport li jkun tfassal skond l-Artikolu 29.



TITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

▼M5

Artikolu 32

Emendi għall-Annessi

Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 33 fir-rigward ta' emendi għall-Annessi III, IV u VIII.

Artikolu 33

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is- setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 12(5) u l-Artikolu 32 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien mhux determinat minn 19 ta' Lulju 2013
3.  
Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 12(5) u l-Artikolu 32 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tieħu effett fil-jum ta’ wara l-publikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
5.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 12(5) u l-Artikolu 32 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjonijiet li mhux ser joġġezzjonaw. Il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼M6

Artikolu 33a

Proċedura ta' kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni ( 27 ).
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn il-kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

▼B

Artikolu 34

Notifiki

1.  

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kumissjoni dwar:

▼M5

(a) 

il-lista ta’ permessi ta’ residenza, li tiddistingwi bejn dawk koperti mill-punt (a) tal-punt 15 tal-Artikolu 2 u dawk koperti mill-punt (b) tal-punt 15 tal-Artikolu 2 u akkumpanjata minn kampjun għall-permessi koperti mill-punt 15 tal-Artikolu 2. Il-karti ta' residenza maħruġa f'konformità mad-Direttiva 2004/38/KE għandhom ikunu speċifikament immarkati bħala tali u għandu jiġu pprovduti kampjuni għal dawk il-karti ta' residenza li ma nħarġux skont il-format uniformi stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1030/2002.

▼B

(b) 

il-lista tal-punt ta’ qsim tal-fruntiera tagħhom,

(ċ) 

l-ammonti ta’ referenza meħtieġa għall-qsim tal-fruntieri esterni tagħhom stabbiliti kull sena mill-awtoritajiet nazzjonali,

(d) 

il-lista tas-servizzi nazzjonali responsabbli mill-kontroll fuq il-fruntieri,

(e) 

kampjun tal-karti mudell maħruġa mill-Ministeri ta’ l-Affarijiet Barranin,

▼M5

(ea) 

l-eċċezzjonijiet għar-regoli dwar il-qsim tal-fruntieri esterni msemmijin f'punt (a) tal-Artikolu 4(2);

(eb) 

l-istatistika msemmija fl-Artikolu 10(3).

▼B

2.  
Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni nnotifikata f’konformità mal-paragrafu 1 disponibbli għall-Istati Membri u l-pubbliku permezz tal-pubblikazzjoni fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u b’mezzi xierqa oħra.

Artikolu 35

Traffiku lokali fuq il-fruntiera

Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-Regoli Komunitarji dwar it-traffiku lokali fuq il-fruntiera u għal xi ftehim bilaterali eżistenti dwar it-traffiku lokali fuq il-fruntiera.

Artikolu 36

Ceuta u Melilla

Id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx jaffettwaw ir-regoli speċjali li japplikaw għall-bliet ta’ Ceuta u Melilla, kif definit fid-Dikjarazzoni tar-Renju ta’ Spanja dwar il-bliet ta’ Ceuta u Melilla fl-Att Finali għall-Ftehim dwar l-Adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja mal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 ( 28 ).

Artikolu 37

Notifika ta’ informazzjoni mill-Istati Membri

▼M5

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet nazzjonali relatati mal-Artikolu 21(c) u (d), bil-penali kif imsemmija fl-Artikolu 4(3) u bil-ftehimiet bilaterali awtorizzati minn dan ir-Regolament. Bidliet sussegwenti għal dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu nnotifikati fi żmien ħamest ijiem.

▼B

L-informazzjoni nnotifikata mill-Istati Membri għandha tiġi pubblikata fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

▼M6

Artikolu 37a

Mekkaniżmu ta' evalwazzjoni

1.  
F'konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tagħhom dwar proċeduri ta' infrazzjoni, l-implimentazzjoni minn kull Stat Membru ta' dan ir-Regolament għandha tiġi evalwata permezz ta' mekkaniżmu ta' evalwazzjoni.
2.  
Ir-regoli dwar il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni huma speċifikati fir-Regolament (UE) Nru 1053/2013. F'konformità ma' dak il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu, b'mod konġunt, evalwazzjonijiet regolari, oġġettivi u imparzjali sabiex jivverifikaw l-applikazzjoni korretta ta' dan ir-Regolament u l-Kummissjoni għandha tikkoordina l-evalwazzjonijiet f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. Taħt dak il-mekkaniżmu, kull Stat Membru jiġi evalwat għall-inqas kull ħames snin minn grupp żgħir li jikkonsisti minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u esperti magħżula mill-Istati Membri.

L-evalwazzjonijiet jistgħu jikkonsistu minn visiti fuq il-post imħabbra jew għal għarrieda fi fruntieri esterni u interni.

F'konformità ma' dak il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni, il-Kummissjoni hija responsabbli għall-adozzjoni tal-programmi ta' evalwazzjoni multiannwali u annwali u r-rapporti ta' evalwazzjoni.

3.  
Fil-każ ta' nuqqasijiet posssibbli, jistgħu jiġu indirizzati rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet ta' rimedju lill-Istati Membri kkonċernati.

Fejn jiġu identifikati nuqqasijiet serji fit-twettiq ta' kontrolli tal-fruntieri esterni f'rapport ta' evalwazzjoni adottat mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1053/2013, għandhom japplikaw l-Artikoli 19a u 26 ta' dan ir-Regolament.

4.  
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati fl-istadji kollha tal-evalwazzjoni u jintbagħtulhom id-dokumenti rilevanti kollha f'konformità mar-regoli dwar dokumenti klassifikati.
5.  
Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat immedjatament u kompletament dwar kwalunkwe proposta biex jiġu emendati jew sostitwiti r-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1053/2013.

▼B

Artikolu 38

Rapport dwar l-applikazzjoni tat-Titolu III

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sat-13 ta’ Ottubru 2009, rapport dwar l-applikazzjoni tat-Titolu III.

Il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari għal kwalunkwe diffikultà li tirriżulta mill-introduzzjoni mill-ġdid ta’ kontrolli fuq il-fruntiera fil-fruntieri interni. Fejn hu xieraq, hija għandha tippreżenta proposti mmirati sabiex dawn id-diffikultajiet jiġu solvuti.

Artikolu 39

Revoki

1.  
L-Artikoli 2 sa 8 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 għandhom jiġu revokati b’effett mit-13 ta’ Ottubru 2006.
2.  

Dawn li ġejjin għandhom jiġu revokati b’effett mid-data msemmija f'paragrafu 1:

(a) 

il-Manwal Komuni, inklużi l-annessi tiegħu;

(b) 

id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen tas-26 ta’ April 1994 (SCH/Com-ex (94), 1 rev 2), tat-22 ta’ Diċembru 1994 (SCH/Com-ex (94)17, rev. 4) u ta’ l-20 ta’ Diċembru 1995 (SCH/Com-ex (95) 20, rev. 2);

(ċ) 

l-Anness 7 għall-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni;

(d) 

ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 790/2001 ta' l-24 ta' April 2001 dwar is-setgħat ta' implimentazzjoni tal-Kunsill fir-rigward ta' ċerti disposizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi għat-twettiq ta' kontrolli tal-fruntiera u tas-sorveljanza ( 29 );

(e) 

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/581/KE tad-29 ta’ April 2004 li tiddetermina l-indikazzjonijiet minimi li għandhom jintużaw fuq tabelli f’punti ta’ qsim fuq il-frunteri esterni ( 30 );

(f) 

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/574/KE tad-29 ta’ April 2004 li temenda l-Manwal Komuni ( 31 );

(g) 

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2133/2004 tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar il-ħtieġa li l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jittimbraw sistematikament id-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz meta jaqsmu l-fruntieri esterni ta’ l-Istati Membri u li jemenda d-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni li timplimenta l-ftehim ta’ Schengen u l-Manwal Komuni għal dan il-għan ( 32 ).

3.  
Referenzi għall-Artikoli li tħassru u l-istrumenti li ġew revokati għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 40

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Ottubru 2006. Madankollu, l-Artikolu 34 għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea.




ANNESS I

Dokumenti ta' sostenn biex jiġi verifikat it-twettiq tal-kondizzjonijiet tad-dħul

L-evidenza dokumentarja msemmija fl-Artikolu 5(2) tista' tinkludi dan li ġej:

a) 

għal vjaġġi ta' negozju:

(i) 

stedina minn ditta jew awtorità sabiex wieħed jattendi laqgħat, konferenzi jew attivitajiet marbuta ma' kummerċ, industrija jew xogħol;

(ii) 

dokumenti oħra li juru l-eżistenza ta' relazzjonijiet kummerċjali jew relazzjonijiet għal finijiet ta' xogħol;

(iii) 

biljetti tad-dħul għal fieri u kungressi jekk wieħed ikun ser jattendi għal xi waħda minnhom.

b) 

għal vjaġġi li jsiru għall-finijiet ta' studju jew tipi oħra ta' taħriġ:

(i) 

ċertifikat ta' reġistrazzjoni f'istitut ta' tagħlim sabiex wieħed jattendi korsijiet vokazzjonali jew teoretiċi fil-qafas ta' taħriġ bażiku jew aktar avvanzat;

(ii) 

karti ta' l-istudent jew ċertifikati għall-korsijiet li wieħed ikun segwa;

(ċ) 

għal vjaġġi li jsiru għall-finijiet ta' turiżmu jew għal raġunijiet privati;

(i) 

dokumenti ta' sostenn dwar l-alloġġ;

— 
stedina mill-persuna ospitanti jekk dan huwa applikabbli:
— 
dokument ta' sostenn mill-istabbiliment li qed jipprovdi alloġġ jew kwalunkwe dokument ieħor adattat li jindika l-akkomodazzjoni prevista;
(ii) 

dokumenti ta' sostenn dwar l-itinerarju:

konferma tal-prenotazzjoni ta' vjaġġ organizzat jew kwalunkwe dokument adattat ieħor li jindika l-pjanijiet ta' vjaġġ previsti;

(iii) 

dokumenti ta' sostenn dwar ir-ritorn:

biljett tar-ritorn jew wieħed li jinkludi tluq u ritorn.

d) 

għal vjaġġi li jsiru għal avvenimenti politiċi, xjentifiċi, kulturali, sportivi jew reliġjużi jew għal raġunijiet oħra:

stediniet, biljetti tad-dħul, reġistrazzjonijiet jew programmi li jsemmu kull fejn hu possibbli l-isem ta' l-organizzazzjoni ospitanti u t-tul tas-soġġorn jew kwalunkwe dokument adatt ieħor li jindika l-għan taż-żjara.




ANNESS II

Reġistrazzjoni ta' l-informazzjoni

F'kull punt ta' qsim tal-fruntiera, l-informazzjoni kollha ta' servizz u kull informazzjoni oħra ta' importanza partikolari iridu jiġu reġistrati b'mod manwali jew elettroniku. L-informazzjoni li trid tiġi reġistrata għandha tinkludi b'mod partikolari:

(a) 

l-ismijiet tal-gwardji tal-fruntiera responsabbli lokalment għall-kontrolli fil-fruntiera u ta' l-uffiċjali l-oħra f'kull tim;

(b) 

it-tnaqqis fil-kontrolli fuq persuni applikat skond l-Artikolu 8;

(ċ) 

il-ħruġ, fil-fruntiera, ta' dokumenti minflok passaporti u viżi;

(d) 

persuni li jinqabdu u lmenti (reati kriminali u kontravenzjonijiet amministrattivi);

(e) 

persuni miċħuda milli jidħlu skond l-Artikolu 13 (raġunijiet għaċ-ċaħda u ċittadinanzi);

(f) 

il-kodiċi ta' sigurtà ta' timbri tad-dħul u tal-ħruġ, l-identità tal-gwardji tal-fruntiera li jingħataw timbri f'xi data jew xift partikolari, kif ukoll l-informazzjoni dwar timbri mitlufa jew misruqa;

(g) 

ilmenti minn persuni soġġetti għal kontrolli;

(h) 

miżuri oħra ta' importanza partikolari min-naħa tal-pulizija jew ġudizzjarji;

(i) 

ġrajjiet partikolari.




ANNESS III

Mudelli ta' tabelli li jidentifikaw il-korsiji fil-punti ta' qsim tal-fruntiera

PARTI A

image

 ( 33 )

▼M5

PARTI B1: “viża mhux meħtieġa”;

image

PARTI B2: “il-passaporti kollha”.

image

▼B

PARTI Ċ

image

 (33) 

image

 (33) 

image

 (33) 

▼M5

image image image

▼B

image

image

image




ANNESS IV

Ittimbrar

1. 

Id-dokumenti ta' vjaġġar taċ-ċittadini ta' pajjiż terz għandhom jiġu ttimbrati sistematikament mad-dħul u l-ħruġ, skond l-Artikolu 10. L-ispeċifikazzjonijiet ta' dawn it-timbri huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kumitat Esekuttiv ta' Schengen SCH/COM-EX (94) 16 rev u SCH/Gem-Handb (93) 15 (KUNFIDENZJALI).

2. 

Il-kodiċi ta' sigurtà fuq it-timbri għandhom jiġu mibdula f'intervalli regolari ta' mhux iktar minn xahar.

3. 

▼M5

Meta ċittadini ta’ pajjiż terz, li għandhom l-obbligu li jkollhom viża, jidħlu u joħorġu, it-timbru għandu, bħala regola ġenerali, isir fuq il-paġna faċċata tal-paġna li fuqha jkun hemm imwaħħla l-viża.

▼B

Jekk dik il-paġna ma tistax tintuża, it-timbru għandu jiddaħħal fuq il-paġna li jmiss. Iż-żona li tinqara mill-magna m'għandiex tiġi ttimbrata.

4. 

L-Istati Membri għandhom jaħtru punti ta' kuntatt nazzjonali responsabbli għall-iskambju ta' informazzjoni dwar il-kodiċi ta' sigurtà tat-timbri għad-dħul u l-ħruġ użati fil-punti ta' qsim tal-fruntiera u għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra, lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar dawn. Dawn il-punti ta' kuntatt għandu jkollhom mingħajr dewmien aċċess għal informazzjoni dwar timbri komuni tad-dħul u l-ħruġ użati fil-fruntiera esterna ta' l-Istat Membru konċernat, u b'mod partikolari għal informazzjoni dwar dan li ġej:

(a) 

il-punt ta' qsim tal-fruntiera li għalih jiġi assenjat timbru partikolari;

(b) 

l-identità tal-gwardja tal-fruntiera li lilu jiġi assenjat timbru partikulari fi kwalunkwe ħin partikolari;

(ċ) 

il-kodiċi ta' sigurtà ta' timbru partikolari fi kwalunkwe ħin partikolari.

Kwalunkwe mistoqsija dwar timbri komuni tad-dħul u tal-ħruġ għandha ssir permezz tal-punti ta' kuntatt nazzjonali msemmija hawn fuq.

Il-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom jgħaddu minnufih lill-punti ta' kuntatt l-oħra, lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, u lill-Kummissjoni informazzjoni dwar tibdil fil-punti ta' kuntatt kif ukoll dwar timbri mitlufa u misruqa.




ANNESS V

PARTI A

Proċeduri għaċ-ċaħda ta' dħul fil-fruntiera

1. 

Meta jiċħad dħul, il-gwardja tal-fruntiera kompetenti għandu:

(a) 

jimla l-formola standard għal dħul miċħud, kif murija fil-Parti B. Iċ-ċittadin tal-pajjiż terz konċernat għandu jiffirma l-formola u għandu jingħata kopja tal-formola ffirmata. Jekk iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jirrifjuta li jiffirma, il-gwardja tal-fruntiera għandu jindika dan ir-rifjut fil-formola taħt it-taqsima “kummenti”;

(b) 

iwaħħal timbru ta' dħul fuq il-passaport, ingassat b'salib magħmul b'inka sewda li ma titħassarx, u jikteb faċċata tiegħu fuq in-naħa tal-lemin, ukoll b'inka li ma titħassarx, l-ittra/i li jikkorrispondu għar-raġuni(jiet) għaċ-ċaħda tad-dħul, li l-lista tagħhom hija mogħtija fuq il-formola standard għal dħul miċħud imsemmija hawn fuq;

▼M3

(ċ) 

il-viżi jiġu annullati jew revokati, jekk ikun il-każ, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) ( 34 );

▼B

(d) 

iniżżel kull ċaħda ta' dħul f'reġistru jew f'lista u tingħata l-identità u ċ-ċittadinanza taċ-ċittadin ta' pajjiż terz konċernat, ir-referenzi tad-dokument li jawtorizza liċ-ċittadin ta' pajjiż terz biex jaqsam il-fruntiera u r-raġuni għaliex, u d-data ta' meta ġie miċħud id-dħul;

▼M3 —————

▼B

3. 

Jekk ċittadin ta' pajjiż terz, imċaħħad milli jidħol, ikun twassal fil-fruntiera minn trasportatur, l-awtorità lokalment responsabbli għandha:

(a) 

tordna lit-trasportatur jinkariga ruħu miċ-ċittadin ta' pajjiż terz u jittrasportah(a) mingħajr dewmien lejn il-pajjiż terz minn fejn ikun inġieb, lejn il-pajjiż terz li jkun ħareġ id-dokument li jawtorizzah jaqsam il-fruntiera, jew lejn kwalunkwe pajjiż terz ieħor fejn huwa ggarantit il-permess tad-dħul, jew li jsib mezz ta' tkomplija tat-trasportazzjoni skond l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni ta' Schengen u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/51/KE tat-28 ta' Ġunju 2001 li tissuplimenta d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 ( 35 );

(b) 

sakemm titkompla t-trasportazzjoni, tieħu miżuri xierqa, skond il-liġi nazzjonali u wara li tqis iċ-ċirkustanzi lokali, biex ma tħallix li jidħlu illegalment iċ-ċittadini ta' pajjiż terz imċaħħda milli jidħlu.

4. 

Jekk ikun hemm raġunijiet kemm sabiex ċittadin ta' pajjiż terz jiġi mċaħħad milli jidħol kif ukoll sabiex jiġi arrestat, il-gwardja tal-fruntiera għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet responsabbli biex jiddeċiedu dwar l-azzjoni li għandha tittieħed skond il-liġi nazzjonali.

PARTI B

Formola standard għaċ-ċaħda ta' dħul fil-fruntiera

image

►(1) M5  




ANNESS VI

Regoli speċifiċi għal tipi differenti ta' fruntieri u l-mezzi differenti ta' trasport użati biex jinqasmu l-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri

1.   Fruntieri ta' l-art

1.1.   Verifiki fuq it-traffiku stradali

1.1.1.

Sabiex ikunu żgurati verifiki effettivi fuq persuni, filwaqt li jkunu żgurati s-sigurtà u li t-traffiku stradali jibqa' għaddej mingħajr diffikultajiet, iċ-ċaqliq fil-punti ta' qsim tal-fruntiera għandhom ikunu regolati b'mod xieraq. F'każ ta' bżonn, l-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet bilaterali biex jikkanalizzaw u jimblukkaw it-traffiku. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan skond l-Artikolu 37.

1.1.2.

Fil-fruntieri ta' l-art, l-Istati Membri jistgħu, fejn iqisu li hu xieraq u jekk iċ-ċirkostanzi jippermettu, jinstallaw passaġġi jew iħaddmu korsiji separati f'ċerti punti ta' qsim tal-fruntiera, skond l-Artikolu 9.

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu ma jużawx passaġġi jew korsiji separati fi kwalunkwe ħin, f'ċirkostanzi eċċezzjonali u fejn it-traffiku u l-kondizzjonijiet ta' l-infrastruttura jeħtieġu hekk.

L-Istati Membri jistgħu jikkooperaw mal-pajjiżi ġirien bil-ħsieb li jiġu installati passaġġi u korsiji separati fil-punti ta' qsim tal-fruntiera esterna.

1.1.3.

Bħala regola ġenerali, persuni li jivvjaġġaw f'vetturi jistgħu jibqgħu ġo fihom waqt il-verifiki. Madankollu, jekk iċ-ċirkostanzi jeħtieġu hekk, il-persuni jistgħu jiġu mitluba joħorġu mill-vetturi tagħhom. Verifiki bir-reqqa għandhom isiru, jekk iċ-ċirkostanzi lokali jippermettu, f'postijiet magħżula għal dak il-għan. Fl-interess tas-sigurtà tal-persunal, il-verifiki għandhom jitwettqu, fejn jista' jkun, minn żewġ gwardji tal-fruntiera.

▼M5

1.1.4.

Punti kondiviżi għall-qsim tal-fruntieri

1.1.4.1. L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu jew iżommu ftehimiet bilaterali mal-pajjiżi terzi ġirien tagħhom rigward l-istabbiliment ta’ punti kondiviżi għall-qsim tal-fruntieri, fejn il-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru u l-gwardji tal-fruntiera tal-pajjiż terz iwettqu verifiki tal-ħruġ u tad-dħul wieħed wara l-ieħor f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom fit-territorju tal-parti l-oħra. Il-punti kondiviżi għall-qsim tal-fruntieri jistgħu jkunu fit-territorju tal-Istat Membru jew fit-territorju ta' pajjiż terz.

1.1.4.2. Punti kondiviżi għall-qsim tal-fruntieri li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru: Ftehimiet bilaterali li jistabbilixxu punti kondiviżi għall-qsim tal-fruntieri li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru għandhom jinkludu awtorizzazzjoni għal gwardji ta’ pajjiżi terzi biex jeżerċitaw id-dmirijiet tagħhom fl-Istat Membru, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:

“(a) 

Protezzjoni internazzjonali: Ċittadin ta' pajjiż terz li jitlob protezzjoni internazzjonali fit-territorju ta' Stat Membru għandu jingħata aċċess għal proċeduri rilevanti tal-Istat Membru skont l-acquis tal-Unjoni dwar l-asil.

(b) 

L-arrest ta' persuna jew is-sekwestru ta' proprjetà: Jekk gwardji tal-fruntieri ta' pajjiż terz isiru konxji mill-fatti li jiġġustifikaw l-arrest jew it-tqegħid taħt protezzjoni ta' persuna jew is-sekwestru ta' proprjetà, huma għandhom jinformaw lill-awtoritajiet tal-Istat Membru b'dawn il-fatti u l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jiżguraw segwitu adatt skont il-liġi nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali, indipendentement miċ-ċittadinanza tal-persuna kkonċernata.

(c) 

Persuni li jidħlu fit-territorju tal-Unjoni u li jgawdu mid-dritt ta’ moviment liberu taħt il-liġi tal-Unjoni: Il-gwardji tal-fruntiera ta’ pajjiżi terzi m’għandhomx iżommu lill-persuni li jgawdu d-dritt ta’ moviment liberu taħt il-liġi tal-Unjoni milli jidħlu fit-territorju tal-Unjoni. Jekk ikun hemm raġunijiet li jiġġustifikaw ċaħda għall-ħruġ mill-pajjiż terz ikkonċernat, il-gwardji tal-fruntiera tal-pajjiż terz għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar dawn ir-raġunijiet u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-każ ikun segwit b’mod xieraq skont il-liġi nazzjonali, il-liġi tal-Unjoni u l-liġi internazzjonali.

1.1.4.3. Punti kondiviżi għall-qsim tal-fruntieri li jinsabu fit-territorju tal-pajjiż terz: Ftehimiet bilaterali li jistabbilixxu punti kondiviżi għall-qsim tal-fruntieri li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru għandhom jinkludu awtorizzazzjoni għal gwardji ta’ pajjiżi terzi biex jeżerċitaw id-dmirijiethom fil-pajjiż terz. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, kwalunkwe kontroll imwettaq mill-gwardji tal-fruntiera tal-Istati Membri f'punt kondiviż għall-qsim tal-fruntieri li jinsab fit-territorju ta' pajjiż terz għandu jitqies li jitwettaq fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat. Il-gwardji tal-fruntiera tal-Istati Membri għandhom jeżerċitaw dmirijiethom skont ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 u jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:

“(a) 

Protezzjoni internazzjonali: Ċittadin ta' pajjiż terz li jkun għadda minn kontroll tal-ħruġ magħmul minn gwardji tal-fruntiera ta' pajjiż terz u sussegwentement jitlob il-protezzjoni internazzjonali lill-gwardji ta' Stat Membru li jkunu preżenti fil-pajjiż terz, għandu jingħata aċċess għall-proċeduri rilevanti tal-Istat Membru skont l-acquis tal-Unjoni dwar l-asil. L-awtoritajiet ta' pajjiż terz għandhom jaċċettaw it-trasferiment tal-persuna kkonċernata fit-territorju tal-Istati Membri.

(b) 

L-arrest ta' persuna jew is-sekwestru ta' proprjetà: Jekk xi gwardji tal-fruntiera ta' Stat Membru jsiru konxji minn fatti li jiġġustifikaw l-arrest jew l-għoti ta' protezzjoni lil persuna jew is-sekwestru ta' propjetà, huma għandhom jaġixxu skont il-liġi nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali. L-awtoritajiet ta' pajjiż terz għandhom jaċċettaw it-trasferiment tal-persuna jew l-oġġett ikkonċernat fit-territorju ta' Stat Membru.

(c) 

Aċċess għas-sistemi tal-IT: Il-gwardji tal-fruntiera tal-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw is-sistemi ta' informazzjoni biex jipproċessaw data personali skont l-Artikolu 7. L-Istati Membri għandhom jiġu permessi jistabbilixxu l-miżuri tekniċi u organizzattivi ta' sigurtà mitlubin mil-liġi tal-Unjoni sabiex tkun protetta d-data personali kontra l-qerda aċċidentali jew illegali jew it-telf aċċidentali, it-tibdil, l-iżvelar jew l-aċċess mhux awtorizzat, inkluż l-aċċess mill-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi.

1.1.4.4. L-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonsulta mal-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà tal-ftehim mal-liġi tal-Unjoni qabel ma jikkonkludi jew jemenda kwalunkwe ftehim bilaterali dwar punti kondiviżi ta’ qsim tal-fruntiera ma’ pajjiżi terzi ġirien. Ftehimiet bilaterali diġà eżistenti għandhom jiġi nnotifikati lill-Kummissjoni sal-20 ta' Jannar 2014.

Jekk il-Kummissjoni tqis li l-ftehim ikun inkompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, din għandha tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat. L-Istat Membru għandu jieħu l-passi kollha xierqa biex jemenda l-ftehim fi żmien raġonevoli b'tali mod li jelimina l-inkompatibbiltajiet stabbiliti.

▼B

1.2.   Verifiki fuq it-traffiku ferrovjarju

▼M5

1.2.1.

Għandhom jitwettqu verifiki kemm fuq il-passiġġieri u kif ukoll fuq l-ekwipaġġ ta' ferroviji li jaqsmu l-fruntieri esterni, inklużi dawk fuq ferroviji tal-merkanzija jew ferroviji vojta. L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet bilaterali jew multilaterali dwar kif għandhom jitwettqu dawk il-verifiki, b'rispett tal-prinċipji stipulati fil-punt 1.1.4. Dawk il-verifiki għandhom jitwettqu b’wieħed mill-metodi li ġejjin:

— 
fl-ewwel stazzjon tal-wasla jew fl-aħħar stazzjon tat-tluq fit-territorju ta' Stat Membru,
— 
fuq il-ferrovija, waqt tranżitu bejn l-aħħar stazzjon tat-tluq f’pajjiż terz u l-ewwel stazzjon tal-wasla fit-territorju ta’ Stat Membru jew viċeversa,
— 
fl-aħħar stazzjon tat-tluq jew fl-ewwel stazzjon tal-wasla fit-territorju ta' pajjiż terz.

1.2.2.

Barra minn hekk, u sabiex tiġi ffaċilitata ċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku tal-ferroviji tal-passiġġieri b'veloċità għolja, l-Istati Membri li jkunu fuq l-itinerarju ta' dawn il-ferroviji minn pajjiżi terzi jistgħu wkoll jiddeċiedu, bi qbil komuni mal-pajjiżi terzi kkonċernati u b’rispett tal-prinċipji stipulati fil-punt 1.1.4., li jwettqu verifiki fuq il-persuni fuq ferroviji li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, bl-użu ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:

— 
fl-istazzjonijiet f'pajjiż terz fejn il-persuni jimbarkaw fuq il-ferrovija,
— 
fl-istazzjonijiet fejn il-persuni jiżbarkaw fit-territorju tal-Istati Membri,
— 
fuq il-ferrovija waqt it-transitu bejn l-istazzjonijiet fit-territorju ta' pajjiż terz u l-istazzjonjiet fit-territorju tal-Istati Membri, bil-kondizzjoni li l-persuni jibqgħu fuq il-ferrovija.

▼B

1.2.3.

Fir-rigward ta' ferroviji b'veloċità għolja minn pajjiżi terzi li jagħmlu diversi waqfiet fit-territorju ta' l-Istati Membri, jekk it-trasportatur ferrovjarju jkun f'pożizzjoni li jtella' passiġġieri esklużivament għall-kumplament tal-vjaġġ fit-territorju ta' l-Istati Membri, tali passiġġieri għandhom ikunu soġġetti għal verifiki tad-dħul fuq il-ferrovija jew fl-istazzjon tad-destinazzjoni ħlief fejn il-kontrolli jkunu twettqu skond il-punti 1.2.1. jew 1.2.2. l-ewwel inċiż.

Il-persuni li jixtiequ jaqbdu l-ferrovija esklużivament għall-kumplament tal-vjaġġ fit-territorju ta' l-Istati Membri għandhom jirċievu avviż ċar qabel it-tluq tal-ferrovija li huma ser ikunu soġġetti għal verifiki tad-dħul matul il-vjaġġ jew fl-istazzjoni tad-destinazzjoni.

1.2.4.

Meta jivvjaġġaw fid-direzzjoni opposta, il-persuni abbord tal-ferrovija ikunu soġġetti għal kontrolli tal-ħruġ taħt arranġamenti simili.

1.2.5.

Il-gwardja tal-fruntiera jista' jordna li l-ispazji vojta tal-vaguni jiġi spezzjonat jekk meħtieġ bl-għajnuna ta' l-ispettur tal-ferrovija, biex jiġi żgurat li persuni jew oġġetti soġġetti għall-verifiki tal-fruntiera ma jkunux moħbija fihom.

1.2.6.

Fejn hemm raġunijiet biex wieħed jemmen li persuni li ġew irrapportati jew issuspettati li wettqu xi reat, jew ċittadini ta' pajjiż terz li bi ħsiebhom jidħlu illegalment, qed jistaħbew fuq ferrovija, il-gwardja tal-fruntiera, jekk ma jistax jaġixxi skond id-disposizzjonijiet nazzjonali tiegħu, għandu jgħarraf lill-Istati Membri li fit-territorju tagħhom jew lejn it-territorju tagħhom qed tivvjaġġa l-ferrovija.

2.   Fruntieri ta' l-ajru

2.1.   Proċeduri għal verifiki f'ajruporti internazzjonali

2.1.1.

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur ta' l-ajruport jieħu l-miżuri meħtieġa biex jifred fiżikament iċ-ċirkolazzjoni tal-passiġġieri fuq titjiriet interni miċ-ċirkolazzjoni ta' passiġġieri fuq titjiriet oħra. Għandha titpoġġa infrastruttura xierqa fl-ajurporti internazzjonali kollha għal dak il-għan.

2.1.2.

Il-post fejn jitwettqu l-verifiki tal-fruntiera għandhom jiġi determinat skond il-proċedura li ġejja:

(a) 

Il-passiġġieri fuq titjira minn pajjiż terz li jimbarkaw fuq titjira interna għandhom ikunu soġġetti għal verifiki tad-dħul fl-ajruport tal-wasla tat-titjira minn pajjiż terz. Il-passiġġieri fuq titjira interna li jimbarkaw fuq titjira lejn pajjiż terz (passiġġieri fuq trasferiment) għandhom ikunu soġġetti għal verifika tal-ħruġ fl-ajruport tat-tluq ta' din it-titjira ta' l-aħħar.

(b) 

Għal titjiriet minn jew lejn pajjiż terz li m'għandhomx passiġġieri fuq trasferiment u titjiriet li jieqfu għal aktar minn darba fl-ajruporti ta' l-Istati Membri mingħajr ma jinbidel l-inġenju ta' l-ajru:

(i) 

passiġġieri fuq titjiriet minn jew lejn pajjiż terz fejn m'hemmx trasferiment qabel jew wara fit-territorju ta' l-Istati Membri għandhom ikunu soġġetti għal kontroll tad-dħul fl-ajruport tad-dħul u verifika tal-ħruġ fl-ajruport tal-ħruġ;

(ii) 

passiġġieri fuq titjiriet minn jew lejn pajjiż terz b'aktar minn waqfa waħda fit-territorju ta' l-Istati Membri mingħajr ma jinbidel l-inġenju ta' l-ajru (passiġġieri fuq transitu), u sakemm ma jistgħux jimbarkaw passiġġieri fuq l-ajruplan għall-parti tal-vjaġġ li tinsab fit-territorju ta' l-Istati Membri, għandhom ikunu soġġetti għal verifika tad-dħul fl-ajruport tal-wasla u verifika tal-ħruġ fl-ajruport tat-tluq;

(iii) 

fejn linja ta' l-ajru tista', għal titjiriet minn pajjiż terz b'aktar minn waqfa waħda fit-territorju ta' l-Istati Membri, ittella' passiġġieri abbord biss għall-parti tal-vjaġġ li jkun fadal f'dan it-territorju, il-passiġġieri għandhom ikunu soġġetti għal verifika tal-ħruġ fl-ajruport tat-tluq u verifika tad-dħul fl-ajruport tal-wasla.

Verifiki fuq passiġġieri li, waqt dawn il-waqfiet, diġà jkunu abbord l-inġenju ta' l-ajru u ma jkunux telgħu abbord fit-territorju ta' l-Istati Membri għandhom jitwettqu skond il-punt (b)(ii). Il-proċedura bil-maqlub għandha tapplika għal din il-kategorija ta' titjiriet fejn il-pajjiż tad-destinazzjoni huwa pajjiż terz.

2.1.3.

Verifiki fuq il-fruntiera m'għandhomx normalment jitwettqu fuq l-inġenju ta' l-ajru jew fil-kanċell ta' l-imbarkazzjoni, sakemm ma jkunux ġustifikati abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali. Sabiex jiġi żgurat li, fl-ajruporti deżinjati bħala punti ta' qsim tal-fruntiera, issir verifika fuq il-persuni skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 6 sa 13, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' l-ajruport jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkanalizzaw it-traffiku tal-passiġġieri lejn il-faċilitajiet riservati għall-verifiki.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur ta' l-ajruport jieħu l-miżuri meħtieġa biex ma jħallix li persuni mhux awtorizzati jidħlu u joħorġu miż-żoni riservati, per eżempju ż-żona ta' transitu. Verifiki m'għandhomx normalment jitwettqu fiż-żona ta' transitu, sakemm mhux ġustifikati abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali; b'mod partikolari verifiki f'din iż-żona jistgħu jitwettqu fuq persuni sottomessi għal viża ta' transitu ta' ajruport sabiex jiġi verifikat li huma fil-pussess ta' tali viża.

2.1.4.

Fejn, f'każijiet ta' forza maġġuri jew periklu imminenti jew fuq l-istruzzjonijiet ta' l-awtoritajiet, ajruplan fuq titjira minn pajjiż terz ikollu jillandja f'post li mhux punt ta' qsim tal-fruntiera, dak l-ajruplan jista' jkompli t-titjira tiegħu biss wara awtorizzazzjoni mill-gwardji tal-fruntiera u mill-awtoritajiet tad-dwana. L-istess għandu japplika fejn ajruplan fuq titjira minn pajjiż terz jillandja mingħajr permess. Fi kwalunkwe każ, l-Artikoli 6 sa 11 għandhom japplikaw għal kontrolli fuq persuni fuq tali inġenju ta' l-ajru.

2.2.   Proċeduri għal verifiki fl-ajrudromijiet

2.2.1.

Għandu jiġi żgurat li jsiru verifiki wkoll fuq il-persuni, skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 13, fl-ajruporti li m'għandhomx l-istatus ta' ajurport internazzjonali skond il-liġi nazzjonali rilevanti (“ajrudromijiet”) iżda li minnhom huma awtorizzati l-passaġġi ta' rotot ta' titjiriet minn jew lejn pajjiż terz.

2.2.2.

B'deroga mill-punt 2.1.1. m'għandux ikun meħtieġ li jsiru arranġamenti adatti fl-ajrudromijiet biex jiġi żgurat li d-dħul ta' passiġġieri minn titjiriet interni u titjiriet oħra jiġu mifruda fiżikament, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili ( 36 ). Barra minn dan, fejn il-volum ta' traffiku huwa baxx, il-gwardji tal-fruntiera ma jeħtiġux ikunu preżenti fil-ħinijiet kollha, sakemm ikun hemm garanzija li l-persunal meħtieġ jista' jinġieb fil-post f'ħin debitu.

2.2.3.

Meta l-preżenza tal-gwardji tal-fruntiera ma tkunx żgurata fil-ħinijiet kollha fl-ajrudrom, l-amministratur ta' dan l-ajrudrom għandu jinforma biżżejjed minn qabel lill-gwardi tal-fruntiera dwar il-wasla u t-tluq ta' inġenji ta' l-ajru fuq titjiriet minn jew lejn pajjiż terz.

2.3.   Verifiki fuq persuni fuq titjiriet privati

2.3.1.

Fil-każ ta' titjiriet privati minn jew lejn pajjiż terz l-kaptan għandu jittrażmetti lill-gwardji tal-fruntiera ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni u, fejn xieraq, lill-Istat Membru ta' l-ewwel dħul, qabel ma jibda t-titjira, dikjarazzjoni ġenerali li tinkludi inter alia pjan tat-titjira skond l-Anness 2 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u informazzjoni dwar l-identitajiet tal-passiġġieri.

2.3.2.

Fejn titjiriet privati li jkunu ġejjin minn pajjiż terz u destinati lejn Stat Membru jagħmlu waqfiet fit-territorju ta' Stati Membri oħra, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tad-dħul għandhom iwettqu verifiki ta' fuq il-fruntiera u jwaħħal timbru tad-dħul mad-dikjarazzjoni ġenerali msemmija fil-punt 2.3.1.

2.3.3.

Fejn teżisti inċertezza jekk titjira hix esklużivament ġejja minn, jew sejra biss lejn, it-territorji ta' l-Istati Membri mingħajr ma tillandja fit-territorju ta' xi pajjiż terz, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu verifiki fuq il-persuni fl-ajruporti u fl-ajrudromijiet skond il-punti 2.1 sa 2.2.

2.3.4.

L-arranġamenti għad-dħul u l-ħruġ ta' gliders, ajruplani ħfief ħafna (micro-light), ħelikopters, ajruplani ta' skala żgħira li jistgħu jtiru għal distanzi qosra biss u diriġibbli għandhom jiġu stabbiliti mil-liġi nazzjonali u, fejn hu applikabbli, minn ftehimiet bilaterali.

3.   Fruntieri marittimi

▼M5

3.1    Proċeduri ta' verifika ġenerali fuq it-trasport marittimu

3.1.1. Verifiki fuq bastimenti għandhom jitwettqu fil-port tal-wasla jew tat-tluq, jew f'żona maħsuba għal dak il-għan, li tkun tinsab eżatt fil-qrib tal-bastiment jew abbord il-bastiment fl-ilmijiet territorjali kif iddefinit mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar. L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet li permezz tagħhom ikunu jistgħu jitwettqu wkoll verifiki waqt il-qsim jew, mal-wasla jew t-tluq tal-bastiment, fit-territorju ta’ pajjiż terz, b’rispett tal-prinċipji stipulati fil-punt 1.1.4.

3.1.2. Il-kaptan, l-aġent tal-bastiment jew kwalunkwe persuna oħra debitament awtorizzata mill-kaptan jew awtentikata b'mod aċċettabbli għall-awtorità pubblika kkonċernata (fiż-żewġ istanzi minn hawn 'il quddiem “il-kaptan”), għandu jħejji lista tal-membri tal-ekwipaġġ u ta’ kwalunkwe passiġġier li jkun fiha l-informazzjoni mitluba fil-formoli 5 (lista tal-membri tal-ekwipaġġ) u 6 (lista tal-passiġġieri) tal-Konvenzjoni dwar il-Faċilitazzjoni tat-Traffiku Marittimu Internazzjonali (Konvenzjoni tal-FAL) kif ukoll, fejn applikabbli, in-numru tal-viża jew tal-permess ta’ residenza:

— 
mhux iktar tard minn erbgħa u għoxrin siegħa qabel il-wasla fil-port, jew
— 
mhux aktar tard mill-ħin li fih il-bastiment jitlaq mill-port preċedenti, jekk it-tul tal-vjaġġ ikun ta' inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa, jew
— 
jekk il-port tad-destinazzjoni ma jkunx magħruf jew ikun inbidel matul il-vjaġġ, hekk kif din l-informazzjoni tkun disponibbli.

Il-kaptan għandu jibgħat il-lista(i) lill- gwardji tal-fruntieri jew, jekk il-liġi nazzjonali tipprevedi dan, lil awtoritajiet rilevanti oħrajn li għandhom jibagħtu l-lista(listi) mingħajr dewmien lill-gwardji tal-fruntieri.

3.1.3. Konferma ta' riċevuta (kopja ffirmata tal-lista(listi) jew konferma ta' riċevuta b'mod elettroniku) għandha tintbagħat lura lill-kaptan mill-gwardji tal-fruntieri jew mill-awtoritajiet imsemmijin fil-punt 3.1.2., li għandhom juruha jekk jiġu mitluba, meta l-bastiment ikun fil-port.

3.1.4. Il-kaptan għandu jirrapporta immedjatament lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe bidla fil-kompożizzjoni tal-membri tal-ekwipaġġ jew fin-numru ta’ passiġġieri.

Barra minn hekk, il-kaptan għandu jinnotifika minnufih lill-awtoritajiet kompetenti, u fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-punt 3.1.2., dwar il-preżenza abbord ta' passiġġieri klandestini. Il-passiġġieri klandestini, madankollu, jibqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-kaptan.

B’deroga mill-Artikoli 4 u 7, m’għandhomx isiru verifiki sistematiċi fil-fruntiera fuq persuni li jkunu qegħdin abbord. Madankollu għandha ssir spezzjoni tal-bastiment u verifiki dwar il-persuni abbord mill-gwardji tal-fruntiera biss meta dan ikun iġġustifikat fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali.

3.1.5. Il-kaptan tal-bastiment għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti bit-tluq tal-bastiment f'ħin debitu u skont ir-regoli li jkunu fis-seħħ fil-port ikkonċernat.

▼B

3.2.   Proċeduri ta' verifiki speċifiċi għal ċerti tipi ta' tbaħħir

Bastimenti tal-kruċiera

▼M5

3.2.1.

Il-kaptan ta’ bastiment tal-kruċieri għandu jibgħat lill-awtorità kompetenti l-itinerarju u l-programm tal-kruċiera, hekk kif dawn ikunu ġew stabbiliti u mhux aktar tard minn fil-limitu taż-żmien stipulat fil-punt 3.1.2.

▼B

3.2.2.

Jekk l-itinerarju ta' bastiment tal-kruċiera jikkonsisti esklużivament minn portijiet li jinsabu fit-territorju ta' l-Istati Membri, b'deroga mill-Artikoli 4 u 7, m'għandhom jitwettqu l-ebda verifiki ta' fuq il-fruntiera u l-bastiment tal-kruċiera jista' jittrakka f'portijiet li m'humiex punti ta' qsim tal-fruntiera.

▼M5

Madankollu, għandhom jitwettqu verifiki fuq l-ekwipaġġ u l-passiġġieri ta' dawk il-bastimenti biss meta dan ikun iġġustifikat abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali.

▼B

3.2.3.

Jekk l-itinerarju ta' bastiment tal-kruċiera jikkonsisti kemm minn portijiet li jinsabu fit-territorju ta' l-Istati Membri kif ukoll minn portijiet li jinsabu f' pajjiż terz, b'deroga mill-Artikolu 6, il-kontrolli tal-fruntiera għandhom jitwettqu kif ġej.

(a) 

Meta l-bastiment tal-kruċiera jkun ġej minn port li jinsab f'pajjiż terz u jidħol għall-ewwel darba f'port li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru, l-ekwipaġġ u l-passiġġieri għandhom ikunu soġġetti għal verifiki tad-dħul abbażi tal-listi nominali ta' l-ekwipaġġ u l-passiġġieri, kif imsemmija fil- ►M5  punt 3.1.2 ◄ .

Passiġġieri li jinżlu l-art għandhom ikunu soġġetti għal verifiki tad-dħul skond l-Artikolu 7 ħlief jekk valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali turi li m'hemm l-ebda ħtieġa li jitwettqu tali verifiki.

(b) 

Meta l-bastiment tal-kruċiera jkun ġej minn port li jinsab f' pajjiż terz u jerġa' jidħol f'port li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru, l-ekwipaġġ u l-passiġġieri għandhom ikunu soġġetti għal verifiki tad-dħul abbażi tal-listi nominali ta' l-ekwipaġġ u l-passiġġieri kif imsemmija fil- ►M5  punt 3.1.2 ◄ . safejn dawn il-listi jkunu ġew modifikati minn meta l-bastiment tal-kruċiera kien daħal fil-port preċedenti li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru.

Passiġġieri li jinżlu l-art għandhom ikunu soġġetti għal verifiki tad-dħul skond l-Artikolu 7 ħlief jekk valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali turi li m'hemm l-ebda ħtieġa li jitwettqu tali verifiki.

(ċ) 

Meta l-bastiment tal-kruċiera jkun ġej minn port li jinsab fi Stat Membru u jidħol f'tali port, il-passiġġieri li jinżlu l-art għandhom ikunu soġġetti għal verifiki tad-dħul skond l-Artikolu 7 jekk valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali teħtieġ hekk.

(d) 

Meta bastiment tal-kruċiera jitlaq minn port li jinsab fi Stat Membru lejn port f'pajjiż terz, l-ekwipaġġ u l-passiġġieri għandhom ikunu soġġetti għal kontroll tal-ħruġ abbażi tal-listi nominali ta' l-ekwipaġġ u l-passiġġieri.

Jekk valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali teħtieġ hekk, il-passiġġieri li jitilgħu abbord għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli tal-ħruġ skond l-Artikolu 7.

(e) 

Meta bastiment tal-kruċiera jitlaq minn port li jinsab fi Stat Membru lejn tali port, m'għandhom jitwettqu l-ebda verifiki tal-ħruġ.

▼M5

Madankollu, għandhom jitwettqu verifiki fuq l-ekwipaġġ u l-passiġġieri ta' dawk il-bastimenti biss meta dawn ikunu ġġustifikati abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali.

▼M5 —————

▼B

Dgħajjes tad-divertiment

3.2.5.

B'deroga mill-Artikoli 4 u 7, il-persuni abbord ta' dgħajjes tad-divertiment li jkunu ġejjin minn jew qed jitilqu lejn port li jinsab fi Stat Membru m'għandhomx ikunu soġġetti għal kontrolli tal-fruntiera u jistgħu jidħlu f'port li mhux punt ta' qsim tal-fruntiera.

Madankollu, meta skond il-valutazzjoni tar-riskji ta' l-immigrazzjoni illegali, u b'mod partikolari fejn il-kosta ta' pajjiż terz tinsab fil-viċinanza immedjata tat-territorju ta' l-Istat Membru konċernat, għandhom jitwettqu verifiki fuq dawn il-persuni u/jew tfittxija fiżika fid-dgħajjes tad-divertiment.

3.2.6.

B'deroga mill-Artikolu 4, dgħajsa tad-divertiment li tkun ġejja minn pajjiż terz tista', f'każijiet eċċezzjonali, tidħol f'port li m'hux punt ta' qsim tal-fruntiera. F'dawn il-każijiet, il-persuni abbord għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet tal-port sabiex jiġu awtorizzati jidħlu f'dan il-port. L-awtoritajiet tal-port għandhom jikkuntattjaw lill-awtoritajiet fl-eqreb port deżinjat bħala punt ta' qsim tal-fruntiera sabiex jirrapportaw il-wasla tad-dgħajsa. Id-dikjarazzjoni dwar il-passiġġieri għandha ssir billi l-lista tal-persuni abbord tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet tal-port. Din il-lista għandha ssir disponibbli għall-gwardji tal-fruntiera, sa mal-wasla l-aktar tard.

Bl-istess mod, jekk għal raġunijiet ta' forza maġġuri d-dgħajsa tad-divertiment li tkun ġejja minn pajjiż terz ikollha tittrakka f'port li mhux punt ta' qsim tal-fruntiera, l-awtoritajiet tal-port għandhom jikkuntattjaw lill-awtoritajiet fl-eqreb port deżinjat bħala punt ta' qsim tal-fruntiera sabiex jirrapportaw il-preżenza tad-dgħajsa.

3.2.7.

Waqt dawn il-verifiki, għandu jiġi sottomess dokument li fih il-karatteristiċi tekniċi kollha tad-dgħajsa u l-ismijiet tal-persuni abbord. Kopja ta' dan id-dokument għandha tingħata lill-awtoritajiet fil-portijiet tad-dħul u tat-tluq. Sakemm id-dgħajsa tibqa' fl-ilmijiet territorjali ta' wieħed mill-Istati Membri, kopja ta' dan id-dokument għandha tkun inkluża fost il-karti tad-dgħajsa.

Sajd mal-kosta

3.2.8.

B'deroga mill-Artikoli 4 u 7, m'għandhomx isiru verifiki sistematiċi fuq l-ekwipaġġi ta' bastimenti tas-sajd mal-kosta li jerġgħu lura kuljum jew fi żmien 36 siegħa lejn il-port tar-reġistrazzjoni jew lejn kwalunkwe port ieħor li jinsab fit-territorju ta' l-Istati Membri mingħajr ma jittrakkaw f'port li jinsab fit-territorju ta' pajjiż terz. Madankollu, għandu jittieħed kont tal-valutazzjoni tar-riskji ta' l-immigrazzjoni illegali, b'mod partikolari fejn il-kosta ta' pajjiż terz tinsab fil-viċinanza immedjata tat-territorju ta' l-Istat Membru konċernat, sabiex tiġi determinata l-frekwenza tal-verifiki li għandhom jitwettqu. Skond dawk ir-riskji, għandhom jitwettqu verifiki fuq il-persuni u/jew tfittxija fiżika tal-bastiment.

3.2.9.

Għandhom isiru verifiki fuq l-ekwipaġġi tal-bastimenti tas-sajd mal-kosta li mhumiex reġistrati f'port li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru skond id-disposizzjonijiet relatati mal-baħħara.

▼M5 —————

▼B

Kollegamenti bi traġitt

3.2.10.

Għandhom jitwettqu verifiki fuq il-persuni abbord ta' kollegamenti bi traġitt (ferry) ma' portijiet li jinsabu f'pajjiż terz. Għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a) 

fejn jista' jkun, l-Istati Membri għandhom jipprovdu korsiji separati, skond l-Artikolu 9;

(b) 

verifiki fuq passiġġieri bil-mixi għandhom jitwettqu b'mod individwali;

(ċ) 

verifiki fuq persuni li jkunu f'vettura għandhom jitwettqu waqt li huma jkunu fil-vettura;

(d) 

passiġġieri tat-traġitt li jkunu qed jivvjaġġaw b'xarabank għandhom jitqiesu bħala passiġġieri bil-mixi. Dawn il-passiġġieri għandhom jinżlu mix-xarabank għall-verifiki;

(e) 

verifiki fuq ix-xufiera ta' vetturi li jġorru merkanzija tqila u fuq il-persuni li jakkumpanjawhom għandhom jitwettqu waqt li dawn ikunu fil-vettura. Fil-prinċipju din il-verifika għandha tkun organizzata separatament mill-verifiki fuq il-passiġġieri l-oħra;

(f) 

biex ikun żgurat li l-verifiki jitwettqu malajr, għandu jkun hemm numru biżżejjed ta' kanċelli;

(g) 

sabiex jinqabdu l-immigranti illegali b'mod partikolari, għandhom isiru tfittxijiet saltwarji fuq il-mezzi ta' trasport użati mill-passiġġieri, u fejn ikun applikabbli fuq it-tagħbijiet u l-merkanzija l-oħra stivata fil-mezzi ta' trasport;

(h) 

membri ta' l-ekwipaġġ ta' traġitt għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-membri ta' l-ekwipaġġ ta' bastiment kummerċjali;

▼M5

(i) 

il-punt 3.1.2. (obbligu li jingħataw listi tal-passiġġieri u tal-membri tal-ekwipaġġ) ma japplikax. Jekk ikun meħtieġ li ssir lista tal-persuni abbord skont id-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta' Ġunju 1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunità ( 37 ), kopja ta’ dik il-lista għandha tintbagħat mill-kaptan lill-awtorità kompetenti tal-port tal-wasla fit-territorju tal-Istati Membri, mhux iktar tard minn tletin minuta wara t-tluq minn port ta’ pajjiż terz.

3.2.11.

Meta traġett li jkun ġej minn pajjiż terz, b'aktar minn waqfa waħda fit-territorju tal-Istati Membri jtella' passiġġieri abbord biss għall-parti tal-vjaġġ li jkun fadal f'dak it-territorju, dawk il-passiġġieri għandhom ikunu soġġetti għal verifika tal-ħruġ fil-port tat-tluq u verifika tad-dħul fil-port tal-wasla.

Verifiki fuq persuni li, waqt dawn il-waqfiet, diġà jkunu abbord it-traġett u ma jkunux telgħu abbord fit-territorju tal-Istati Membri għandhom jitwettqu fil-port tal-wasla. Il-proċedura bil-maqlub għandha tapplika fejn il-pajjiż tad-destinazzjoni huwa pajjiż terz.

Kollegament ta' merkanzija bejn Stati Membri

3.2.12. B'deroga mill-Artikolu 7, ma għandha ssir l-ebda verifika fuq kollegamenti ta' merkanzija bejn l-istess żewġ portijiet jew aktar fit-territorju tal-Istati Membri, u li ma jmorru fl-ebda port barra t-territorju tal-Istati Membri u li jikkonsistu fit-trasport ta' oġġetti.

Madankollu, għandhom jitwettqu verifiki fuq l-ekwipaġġ u l-passiġġieri ta' dawk il-bastimenti biss meta dawn ikunu ġġustifikati abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali.

▼B

4.   Trasport f'passaġġi fuq l-ilma interni

4.1.

“Trasport f'passaġġi fuq l-ilma interni li jinvolvi l-qsim ta' fruntiera esterna” jkopri l-użu, għal finijiet kummerċjali jew ta' divertiment, ta' kull tip ta' dgħajsa jew bastiment li jżomm f'wiċċ l-ilma fix-xmajjar, fil-kanali u fil-lagi.

4.2.

Fir-rigward ta' dgħajjes użati għal finijiet kummerċjali, il-kaptan u l-persuni impjegati abbord li jidhru fil-lista ta' l-ekwipaġġ u l-membri tal-familji ta' dawn il-persuni li jgħixu abbord għandhom jitqiesu bħala membri ta' l-ekwipaġġ jew ekwivalenti għalihom.

4.3.

Id-disposizzjonijiet rilevanti tal-punti 3.1 sa 3.2 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-verifiki fuq trasport f'passaġġi fuq l-ilma interni.




ANNESS VII

Regoli speċjali għal ċerti kategoriji ta’ persuni

1.   Kapijiet ta’ Stat

B’deroga mill-Artikoli 7 sa 13, il-Kapi ta’ Stat u l-membri tad-delegazzjoni tagħhom, li l-wasla u t-tluq tagħhom ikunu ġew imħabbra uffiċjalment permezz tal-kanali diplomatiċi lill-gwardji tal-fruntiera, ma jistgħux ikunu soġġetti għal kontrolli fuq il-fruntiera.

2.   Il-bdoti ta’ inġenji ta’ l-ajru u membri oħra ta’ l-ekwipaġġ

2.1.

B’deroga mill-Artikolu 5 d-detenturi ta’ liċenzja ta’ bdot jew ċertifikat ta’ membru ta’ l-ekwipaġġ kif previst fl-Anness 9 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili tas-7 ta’ Diċembru 1944 jistgħu, waqt il-qadi ta’ dmirijiethom u abbażi ta’ dawk id-dokumenti:

(a) 

jimbarkaw u jiżbarkaw fl-ajruport tal-waqfa (stop-over) jew fl-ajruport tal-wasla li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru;

(b) 

jidħlu fit-territorju tal-muniċipalità ta’ l-ajruport tal-waqfa (stop-over) jew l-ajruport tal-wasla li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru;

(ċ) 

imorru, permezz ta’ kwalunkwe mezz ta’ trasport, lejn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru sabiex jimbarkaw fuq inġenju ta’ l-ajru li jkun ser jitlaq minn dak l-istess ajruport.

Fil-każi l-oħra kollha, il-ħtiġiet previsti fl-Artikolu 5(1) għandhom jiġu sodisfatti.

2.2.

L-Artikoli 6 sa 13 għandhom japplikaw għall-verifiki fuq membri ta’ l-ekwipaġġ ta’ inġenju ta’ l-ajru. Fejn hu possibli, għandha tingħata prijorità għall-verifiki fuq ekwipaġġi ta’ inġenji ta’ l-ajru. Speċifikament, għandhom isirulhom il-verifiki jew qabel il-passiġġieri jew f’postijiet speċjali maħsuba għal dan il-għan. B’deroga mill-Artikolu 7, ekwipaġġi li jkunu magħrufa mill-persunal responsabbli għall-kontrolli fuq il-fruntiera fil-qadi ta’ dmirijiethom jistgħu jkunu soġġetti għal verifiki saltwarji biss.

3.   Baħħara

▼M5

B’deroga mill-Artikoli 4 u 7, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-baħħara li jkollhom dokument tal-identità tal-baħħara maħruġ skont il-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar id-Dokumenti ta’ Identità tal-Baħħara Nru 108 (1958) jew Nru 185 (2003), il-Konvenzjoni ta’ dwar l-Iffaċilitar tat-Traffiku Marittimu Internazzjonali (Konvenzjoni FAL) u l-liġi rilevanti nazzjonali, biex jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri billi jinżlu l-art biex jibqgħu fiż-żona tal-port fejn jidħlu l-bastimenti tagħhom jew fil-muniċipalitajiet ta’ madwar, jew joħorġu mit-territorju tal-Istati Membri billi jirritornaw abbord, mingħajr ma jippreżentaw irwieħhom f’punt ta’ qsim tal-fruntiera, bil-kondizzjoni li huma jkunu jidhru fuq il-lista tal-ekwipaġġ, li tkun ġiet sottomessa minn qabel għal verifika mill-awtoritajiet kompetenti, tal-bastiment tagħhom.

Madankollu, fuq bażi ta' valutazzjoni tar-riskji tas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali, il-baħħara għandhom ikunu soġġetti għal verifika skont l-Artikolu 7 mill-gwardji tal-fruntiera qabel ma jinżlu l-art.

▼B

4.   Detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, uffiċjali jew tas-servizz u membri ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali

4.1.

Minħabba l-privileġġi speċjali jew l-immunitajiet li għandhom, id-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, uffiċjali jew tas-servizz maħruġa minn pajjiżi terżi jew mill-Gvernijiet tagħhom li huma rikonoxxuti mill-Istati Membri, kif ukoll id-detenturi ta’ dokumenti maħruġa mill-organizzazzjonijiet internazzjonali elenkati fil-punt 4.4, li jkunu qed jivvjaġġaw waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, jistgħu jingħataw prijorità fuq vjaġġaturi oħra għall-verifiki fuq il-fruntiera, għalkemm xorta jibqgħu, fejn hu applikabbli, soġġetti għall-ħtieġa ta’ viża.

B’deroga mill-Artikolu 5(1) (ċ), persuni li jkunu fil-pussess ta’ dawn id-dokumenti ma għandhomx ikunu meħtieġa jipprovaw li għandhom mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza.

4.2.

Jekk persuna li tippreżenta ruħha fi fruntiera esterna tinvoka privileġġi, immunitajiet u eżenzjonijiet, il-gwardja tal-fruntiera jista’ jeħtiġilha tipprovdi evidenza ta’ l-istatus tagħha billi tipproduċi d-dokumenti adegwati, b’mod partikulari ċertifikati maħruġa mill-Istat li jakkreditaha jew passaport diplomatiku jew mezzi oħra. Jekk ikollu xi dubji, il-gwardja tal-fruntiera jista’, f’każ ta’ bżonn urġenti, japplika direttament lill-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin.

4.3.

Membri akkreditati ta’ missjonijiet diplomatiċi u ta’ rappreżentazzjonijiet konsulari u l-familji tagħhom jistgħu jidħlu fit-territorju ta’ l-Istati Membri meta jippreżentaw il-karta msemmija fl-Artikolu 19(2) u d-dokument li jawtorizzahom jaqsmu l-fruntiera. Barra minn hekk, b’deroga mill-Artikolu 13 il-gwardji tal-fruntiera ma jistgħux ma jħallux lid-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, uffiċjali jew tas-servizz milli jidħlu fit-territorju ta’ l-Istati Membri mingħajr ma l-ewwel jikkonsultaw ma’ l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti. Dan għandu japplika wkoll fejn ikun iddaħħal allert fl-SIS għal din il-persuna.

4.4.

Id-dokumenti maħruġa mill-organizzazzjonijiet internazzjonali għall-għanijiet speċifikati fil-punt 4.1 huma b’mod partikulari, dawn li ġejjin:

— 
laissez-passer tan-Nazzjonijiet Uniti maħruġ lill-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti u aġenziji subordinati, skond il-Konvenzjoni dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ta’ Aġenziji Speċjalizzati, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-21 ta’ Novembru 1947 fi New York;
— 
laissez-passer tal-Komunità Ewropea (KE);
— 
laissez-passer tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom);
— 
ċertifikat ta’ leġittimità maħruġ mis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Ewropa;
— 
dokumenti maħruġa skond il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu III tal-Ftehim bejn il-Partijiet għat-Trattat ta’ l-Atlantiku tat-Tramuntana dwar l-Istatus tal-Forza tagħhom (karti ta’ l-identità militari akkumpanjati b’ordni għall-ivvjaġġar, mandat għall-ivvjaġġar jew ordni għal moviment kollettiv) kif ukoll dokumenti maħruġa fil-qafas tas-Sħubija għall-Paċi.

5.   Ħaddiema transkonfini

5.1.

Il-proċeduri biex isiru verifiki fuq ħaddiema trans-konfini huma rregolati mir-regoli ġenerali dwar il-kontrolli fuq il-fruntiera, b’mod partikolari l-Artikoli 7 u 13.

5.2.

B’deroga mill-Artikolu 7 ħaddiema trans-konfini li huma magħrufa sew mill-gwardji tal-fruntiera minħabba li jaqsmu l-fruntiera ta’ spiss fl-istess punt ta’ qsim tal-fruntiera, u li, abbażi ta’ verifika inizjali, ma jkunux irriżultaw li huma s-suġġetti ta’ xi allert fl-SIS jew f’xi fajl nazzjonali tad-data jkunu soġġetti biss għal verifiki saltwarji biex ikun żgurat li jkollhom dokument validu li jawtorizzahom jaqsmu l-fruntiera u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tad-dħul neċessarji. Verifiki bir-reqqa għandhom jitwettqu fuq dawn il-persuni minn żmien għal żmien, mingħajr avviż u f’intervalli irregolari.

5.3.

Id-disposizzjonijiet tal-punt 5.2 jistgħu jiġu estiżi għal kategoriji oħra ta’ persuni li jaqsmu l-fruntiera regolarment.

6.   Minorenni

6.1.

Il-gwardji tal-fruntiera għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-minorenni, kemm jekk ikunu qed jivvjaġġaw akkumpanjati u wkoll jekk le. Minorenni li jkunu qed jaqsmu l-fruntiera esterna għandhom ikunu soġġetti għall-istess verifiki mad-dħul u mal-ħruġ bħall-adulti, kif previst f’dan ir-Regolament.

6.2.

Fil-każ ta’ minorenni li jkunu akkumpanjati, il-gwardja tal-fruntiera għandu jivverifika li l-persuni li jkunu qed jakkumpanjaw lill-minorenni jkollhom ir-responsabbiltà ta’ ġenituri fuqhom, speċjalment meta l-minorenni jkunu akkumpanjati minn adult wieħed biss u jkun hemm raġunijiet serji għalxiex wieħed jissuspetta li dawn setgħu tneħħew b’mezzi illegali mill-kustodja tal-persuna jew persuni li legalment jeżerċitaw ir-reponsabbiltà ta’ ġenituri fuqhom. F’dan l-aħħar każ, il-gwardja tal-fruntiera għandu jwettaq investigazzjoni ulterjuri sabiex jaqbad xi inkonsistenzi jew kontradizzjonijiet fl-informazzjoni mogħtija.

6.3.

Fil-każ ta’ minorenni li jkunu qed jivvjaġġaw mhux akkumpanjati, il-gwardji tal-fruntiera għandhom jiżguraw, permezz ta’ verifiki bir-reqqa fuq id-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar u d-dokumenti ta’ sostenn, li l-minorenni ma jħallux it-territorju kontra x-xewqat tal-persuna jew persuni li jkollhom ir-reponsabbiltà ta’ ġenituri fuqhom.

▼M5

6.4.

L-Istati Membri għandhom jinnominaw punti ta’ kuntatt nazzjonali għal konsultazzjoni dwar minorenni u jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-Istati Membri il-lista ta' dawn il-punti ta' kuntatt nazzjonali.

6.5.

Fejn ikun hemm dubju dwar xi waħda miċ-ċirkostanzi elenkati fil-punti 6.1. sa 6.3., il-gwardji tal-fruntiera għandhom jużaw il-lista tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali għal konsultazzjoni dwar minorenni.

7.    Servizzi ta’ salvataġġ, il-pulizija, is-servizzi tat-tifi tan-nar u l-gwardji tal-fruntiera

L-arranġamenti għad-dħul u l-ħruġ ta’ membri tas-servizzi ta’ salvataġġ, tal-pulizija, tas-servizzi tat-tifi tan-nar li jaġixxu f’sitwazzjonijiet ta' emerġenza kif ukoll tal-gwardji tal-fruntiera li jaqsmu l-fruntiera fl-eżerċizzju tal-kompiti professjonali tagħhom għandhom jiġu stabbiliti mil-liġi nazzjonali. L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu arranġamenti bilaterali ma' pajjiżi terzi mad-dħul u l-ħruġ ta’ dawk il-kategoriji ta' persuni. Dawn l-arranġamenti u ftehimiet bilaterali jistghu jipprevedu derogi mill-Artikoli 4, 5, u 7.

8.    Ħaddiema offshore

B’deroga mill-Artikoli 4 u 7, il-haddiema offshore kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt 18a li regolarment jirritornaw bil-bahar jew bl-ajru fit-territorju tal-Istati Membri minghajr ma jkunu dahlu fit-territorju ta' pajjiz terz, m’ghandhomx jigu verifikati sistematikament.

Madankollu, għandha tiġi kkunsidrata l-valutazzjoni tar-riskji tal-immigrazzjoni illegali, b'mod partikolari fejn il-kosta ta' pajji¿ terz tinsab fil-viċinanza immedjata ta’ sit offshore, sabiex tkun iddeterminata l-frekwenza li biha jridu jsiru l-verifiki.

▼B




ANNESS VIII

image

►(1) M5  

►(2) M5  



( 1 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2005 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2006.

( 2 ) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19. Konvenzjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1160/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 22.7.2005, p. 18).

( 3 ) ĠU C 313, 16.12.2002, p. 97. Manwal Komuni kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2133/2004 (ĠU L 369, 16.12.2004, p. 5).

( 4 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-immaniġġjar tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1).

( 5 ) ĠU L 374, 31.12.1991, p. 4. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

( 6 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

( 7 ) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 69.

( 8 ) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

( 9 ) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

( 10 ) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 53.

( 11 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/849/KE tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta' ċertu disposizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunita' Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen (ĠU L 368, 15.12.2004, p. 26).

( 12 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta' ċertu disposizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunita' Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen (ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78).

( 13 ) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

( 14 ) ĠU L 64, 7.3.2002. p. 20.

( 15 ) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.

( 16 ) ĠU L 157, 15.6.2002, p. 1.

( 17 ) ĠU L 164, 14.7.1995, p. 1.

( 18 ) ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1.

( 19 ) ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1.

( 20 ) ĠU L 53, 23.2.2002, p. 4.

( 21 ) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.

( 22 ) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98.

( 23 ) ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23.

( 24 ) ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27.

( 25 ) ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

( 26 ) ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

( 27 ) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

( 28 ) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 73.

( 29 ) ĠU L 116, 26.4.2001, p. 5. Regolament kif emendat bid-Deċiżjoni 2004/927/KE (ĠU L 396, 31.12.2004, p. 45).

( 30 ) ĠU L 261, 6.8.2004, p. 119.

( 31 ) ĠU L 261, 6.8.2004, p. 36.

( 32 ) ĠU L 369, 16.12.2004, p. 5.

( 33 ) Ma jinħtieġ ebda logo għan-Norveġja u l-Islanda.

( 34 ) ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1.

( 35 ) ĠU L 187, 10.7.2001, p. 45.

( 36 ) ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 849/2004 (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 1).

( 37 ) ĠU L 188, 2.7.1998, p. 35.