2005R2115 — MT — 01.01.2011 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2115/2005

ta' l-20 ta' Diċembru 2005

li jistabilixxi pjan ta’ rkupru tal-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja fil-qafas ta’ l-Organizzazzjoni tas-Sajd ta' l-Atlantiku tal-Majjistral

(ĠU L 340, 23.12.2005, p.3)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1197/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009

  L 322

1

9.12.2009

►M2

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009

  L 343

1

22.12.2009




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2115/2005

ta' l-20 ta' Diċembru 2005

li jistabilixxi pjan ta’ rkupru tal-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja fil-qafas ta’ l-Organizzazzjoni tas-Sajd ta' l-Atlantiku tal-Majjistral



IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),

Billi:

(1)

Taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3179/78 tat-28 ta’ Diċembru 1978 dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ekonomika Ewropea tal-Konvenzjoni dwar Kooperazzjoni Multilaterali Ġejjiena fil-Qasam tas-Sajd tal-Majjistral ta’ l-Atlantiku ( 2 ), dik il-Konvenzjoni (“il-Konvenzjoni NAFO”), kienet approvata mill-Komunità.

(2)

Il-Konvenzjoni NAFO tipprovdi qafas ta’ ħidma xieraq għall-kooperazzjoni multilaterali dwar il-konservazzjoni razzjonali u l-immaniġġjar tar-riżorsi tas-sajd fl-oqsma definiti minnha.

(3)

Fil-laqgħa tiegħu ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill Xjentifiku tan-NAFO avża li l-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja kienet qiegħda tonqos malajr ferm u rrakkomandat tnaqqis drastiku tal-livell tal-Qabda Totali Permessa (TAC).

(4)

Fil-25 Laqgħa Annwali tagħha mill-15 sad-19 ta’ Settembru 2003, l-Organizzazzjoni tas-Sajd ta' l-Atlantiku tal-Majjistral (“in-NAFO”) adottat pjan ta’ 15-il sena għall-bini mill-ġdid tal-provvista tal-ħalibatt tal-Groenalndja fis-Sub-żona 2 tan-NAFO u Diviżjonijiet 3KLMNO (“il-pjan ta’ bini mill-ġdid tan-NAFO”). Il-pjan ta’ bini mill-ġdid isegwi l-istess għanjiet bħall-pjanijiet ta’ rkupru previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd taħt il-Politika Komuni tas-Sajd ( 3 ).

(5)

Sabiex jibni mill-ġdid il-provvista, il-pjan ta’ bini mill-ġdid tan-NAFO jipprovdi għat-tnaqqis tal-livell tat-TAC sa l-2007 kif ukoll miżuri ta’ kontroll biex jiżguraw l-effettività ta' dak il-pjan.

(6)

Il-pjan ta’ bini mill-ġdid tan-NAFO kien implimentat fuq bażi proviżorja fir-Regolamenti 2287/2003 ( 4 ) u (KE) Nru 27/2005 ( 5 ) li jiffissaw rispettivament għall-2004 u għall-2005 l-opportunitajiet ta’ sajd u kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli fl-ibħra tal-Komunità u, għal bastimenti tal-Komunità, f’ibħra fejn il- limitazzjonijiet fuq il-qbid huma rikjesti, waqt li l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill għall-implimentazzjoni ta’ miżuri multiannwali għall-bini mill-ġdid tal-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja hija pendenti.

(7)

Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi implimentat il-pjan ta’ bini mill-ġdid tan-NAFO fuq bażi permanenti permezz ta' pjan ta' rkupru kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Għal dan il-għan proċedura għandha tkun determinata għat-trasmissjoni tal-lista ta’ bastimenti li għalihom inħareġ permess speċjali ta’ sajd skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 tas-27 ta’ Ġunju 1994 li jistipola dispożizzjonijiet ġenerali dwar permessi għas-sajd speċjali ( 6 ).

(8)

Biex jiġu rispettati l-miżuri ta’ kontroll tal-pjan ta’ bini mill-ġdid tan-NAFO, l-obbligi għar-rappurtar għandhom ikunu imposti fuq il-kaptani tal-bastimenti Komunitarji, kif ukoll obbligu fuq l-Istati Membri sabiex jallokaw il-kwota tagħhom fost il-bastimenti awtorizzati minnha.

(9)

Miżuri addizzjonali ta’ kontroll huma meħtieġa sabiex jiżguraw implimentazzjoni effettiva fuq livell Komunitarju u sabiex jiżguraw koerenza ma’ pjanijiet ta’ rkupru adottati mill-Kunsill f’oqsma oħra. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-obbligu ta’ notifika minn qabel tad-dħul f’port stabbilit mill-Istati Membri u sabiex jiġu limitati marġini ta’ tolleranza.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-applikazzjoni mill-Komunità ta’ pjan ta’ rkupru tal-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja fis-Sub-żona 2 tan-NAFO u d-Diviżjonijiet 3KLMNO.

L-għan ta’ dan il-pjan ta’ rkupru huwa li jinkiseb livell ta’ biomassa utilizzabbli ta’ ħames snin u aktar ta’ medja ta’ 140 000 tunnellata li jħalli produzzjoni stabbli mal-medda taż-żmien fis-sajd tal-ħalibatt tal-Groenlandja.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanjiet ta’ din id-Direttiva, id-definizjonijiet li ġejjin ser japplikaw:

(1) “Is-sub-żona 2 tan-NAFO” tfisser iż-żona ġeografika definita mill-Anness III 3a) tal-Konvenzjoni NAFO;

(2) “Id-Diviżjonijiet 3KLMNO” tfisser iż-żona ġeografika definita mill-Anness III 4b) tal-Konvenzjoni NAFO;

Artikolu 3

Qbid Totali Permess (TACs)

It-TACs għall-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja fis-Sub-żona tan-NAFO u d-Diviżjonijiet 3KLMNO ser ikunu li ġejjin:

 18 500 tunnellata fl-2006; u

 16 000 tunnellata fl-2007;

Madankollu, meta fil-qafas tan-NAFO il-livelli l-ġodda tat-TAC ikunu miftiehma, il-Kunsill, b’ maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jaġġusta it-TACs previsti fl-ewwel subparagrafu għaldaqstant.

Artikolu 4

Projbizzjoni dwar il-ħalibatt tal-Groenlandja

Ser ikun projbit għal bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jistadu għall-ħalibut tal-Groenlandja fis-Sub-żona 2 tan-NAFO u Diviżjonijiet 3KLMNNO u li jżommu abbord, li jittrasbordaw jew iħottu ħalibatt tal-Groenlandja maqbud f’dik iż-żona jekk dawn ma jġorrux permess speċjali tas-sajd maħruġ mill-Istat Membru tal-bandiera.

Artikolu 5

Permessi speċjali għas-sajd tal-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja

1.  Stat Membru jrid jiżgura li bastimenti li għalihom inħareġ il-permess speċjali għas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 4 huma inklużi f’lista li fiha isimhom u n-numru tar-Reġistru tal-Flotta tal-Komunita' (CFR) kif definit fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunita' ( 7 ). L-Istati Membri għandhom joħorġu il-permess speċjali biss meta il-bastiment ikun daħal fir-reġistru tal-bastimenti tan-NAFO.

2.  Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-lista msemmija f’paragrafu 1 u l-emendi sussegwenti kollha f’ forma li tinqara’ mill-kompjuter.

3.  Emendi għal-lista msemmija f’paragrafu 1 għandhom jiġu trasmessi lill-Kummissjoni għall-inqas ħamest ijiem qabel id-data li fiha l-bastiment li għadu kemm ġie inkluż fil-lista jidħol fis-Sub-żoni 2 u d-Diviżjonijiet 3KLMNO. Il-Kummissjoni għandha tibgħat mill-ewwel l-emendi lis-Segretarjat tan-NAFO.

4.  Kull Stat Membru għandu jalloka l-kwota għal ħalibatt tal-Groenlandja fost il-bastimenti nklużi fil-lista msemmija f’paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-allokazzjoni tal-kwoti mhux aktar tard mill-15 ta’ Jannar ta’ kull sena.

▼M1

Artikolu 5a

Dħul fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO

1.  Il-bastimenti tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 5(1) jistgħu jidħlu fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO biex jistadu għall-ħalibatt tal-Groenlandja biss jekk huma:

(a) jkollhom inqas minn 50 tunnellata ta’ kwalunkwe qabda abbord; jew

(b) jikkonformaw mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2, 3 u 4.

2.  Fejn il-bastiment tas-sajd ikollu qabdiet minn barra ż-Żona Regolatorja tan-NAFO ta’ 50 tunnellata jew aktar abbord, għandu jikkomunika lis-Segretarjat tan-NAFO, permezz tal-posta elettronika jew fax, sa mhux aktar tard minn 72 siegħa qabel ma jidħol fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO:

(a) l-ammont tal-qabda miżmuma abbord;

(b) il-pożizzjoni (latitudni/lonġitudni) li fiha l-kaptan tal-bastiment jipprevedi li l-bastiment ikun ser jibda jistad; u

(c) l-ħin stmat tal-wasla fil-pożizzjoni.

3.  Jekk bastiment ta’ spezzjoni, wara l-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, jindika li jkun biħsiebu jwettaq spezzjoni, dan għandu jikkomunika lill-bastiment tas-sajd l-koordinati ta’ punt ta’ kontroll fejn tkun tista’ ssir spezzjoni. Il-punt ta’ kontroll m’għandux ikun aktar minn 60 mil nawtiku mill-pożizzjoni li fih il-kaptan tal-bastiment jipprevedi li l-bastiment ikun ser jibda jistad.

4.  Il-bastiment tas-sajd imsemmi fil-paragrafu 2 jista’ jibda jistad f’kull wieħed mill-każjiet li ġejjin:

(a) jekk jiġi notifikat b’dan mis-Segretarjat tan-NAFO;

(b) jekk, wara spezzjoni mwettqa skont il-paragrafu 3, jiġi infurmat mill-bastiment ta’ spezzjoni li jista’ jibda jistad;

(c) jekk il-bastiment ta’ spezzjoni ma jkunx beda l-ispezzjoni fi żmien tliet sigħat wara l-wasla tal-bastiment tas-sajd fil-punt ta’ kontroll indikat skont il-paragrafu 3;

(d) jekk ma jirċievi l-ebda komunikazzjoni, mis-Segretarjat tan-NAFO jew minn bastiment ta’ spezzjoni sakemm jidħol fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO, li bastiment ta’ spezzjoni għandu l-intenzjoni li jagħmel spezzjoni skont il-paragrafu 3.

▼B

Artikolu 6

Rapporti

1.  Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 5(1) għandhom jittrasmettu lill-Istat Membru tal-bandiera r-rapporti li ġejjin dwar:

(a) il-kwantità tal-ħalibatt tal-Groenlandja miżmuma abbord meta l-bastiment tal-Komunità jidħol fis-Sub-żona 2 u Diviżjonijiet 3KLMNO. Dan ir-rapport għandu jiġi trasmess mhux qabel 12-il siegħa u mhux aktar tard minn 6 sigħat minn qabel kull dħul tal-bastiment f’dik iż-żona;

▼M1

(b) kwantitajiet ta’ ħalibatt tal-Groenlandja fuq bażi ta’ ħamest ijiem, inkluż qabda li ma tirrendi xejn. Dan ir-rapport għandu jiġi trasmess għall-ewwel darba mhux aktar tard minn tmiem l-għaxar jum wara d-data tad-dħul tal-bastiment fis-Sub-żona 2 tan-NAFO u fid-Diviżjonijiet 3KLMNO;

▼B

(ċ) il-kwantitajiet ta’ ħalibatt tal-Groenlandja miżmuma abbord meta l-bastiment tal-Komunità jitlaq mis-Sub-żona 2 u d-Diviżjonijiet 3KLMNO dan ir-rapport ser jiġi trasmess mhux qabel 12-il siegħa u mhux aktar tard minn 6 siegħat minn qabel kull tluq tal-bastiment minn dik iż-żona u ser jinkludi n-numru ta’ ġranet ta’ sajd u t-total tal-qabdiet f’dik iż-żona;

(d) il-kwantitajiet mgħobbija u mħotta għal kull trasbord ta’ ħalibatt tal-Groenlandja matul il-perjodu li fih il-bastiment joqgħod fis-Sub-żona 2 u d-Diviżjonijiet 3KLMNO. Dawk ir-rapporti għandhom jiġu trasmessi mhux aktar tard minn 24 siegħa wara t-tlestija tat-trasbord.

▼M1

2.  L-Istati Membri għandhom, malli jirċevuhom, jittrasmettu r-rapporti previsti fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat minnufih ir-rapport imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 lis-Segretarjat tan-NAFO.

3.  Meta l-qabdiet ta’ ħalibatt tal-Groenlandja notifikati skont il-paragrafu 2 jitqiesu li eżawrew 75 % tal-allokazzjoni tal-kwota tal-Istati Membri, il-kaptani għandhom jittrasmettu r-rapporti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 fuq bażi ta’ tlett ijiem.

▼M2 —————

▼B

Artikolu 8

Portijiet magħżula

1.  Ikun projbit li jinħatt minn bastimenti msemmija fl-Artikolu 5(1) kull kwantità ta’ ħalibatt tal-Groenlandja maqbud fis-sub-żona NAFO 2 u Diviżjonijiet 3KLMNO fi kwalunkwe post barra portijiet magħżula mill-partijiet kontraenti NAFO. Il-ħatt ta' ħalibatt tal-Groenlandja f' portijiet ta' partijiet mhux kontraenti jkun projbit.

2.  Stati Membri ser jiddeżinjaw portijiet f’liema ħatt ta’ ħalibatt tal-Groenlandja jista’ jseħħ u ser jiddeterminaw l-ispezzjonijiet assoċjati u l-proċeduri ta’ sorveljanza, inkluż t-termini u l-kundizzjonijiet għall-irrekordjar u rappurtar tal-kwantitajiet ta’ ħalibatt tal-Groenlandja ma’ kull żbark.

3.  Stati Membri ser jittrasmettu lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-15 ta’ Jannar ta’ kull sena lista ta’ portijiet magħżuli u, sal-31 ta' Jannar l-ispezzjoni assoċjata u l-proċeduri ta’ sorveljanza msemmija f' paragrafu 2. Il-Kummissjoni ser tibgħat mill-ewwel l-informazzjoni lis-Segretarjat tan-NAFO.

4.  Il-Kummissjoni ser tittrasmetti lista ta’ portijiet magħżuli kif previst f’paragrafu 2 u l-portijiet magħżuli minn Partijiet Kontrajenti tan-NAFO lill-Istati Membri kollha.

Artikolu 9

Notifikazzjoni minn qabel

Il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 5(1) jew ir-rappreżentanti tagħhom, qabel kull daħla f’port magħżul għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati membri li l-portijiet tagħhom ikunu jixtiequ jużaw, għall- inqas 72 siegħa qabel il-ħin stmat li fih għandhomjaslu fil-port, bl-informazzjoni li ġejja:

1) il-ħin tal-wasla fil-port magħżul;

2) kopja tal-permess speċjali ta’ sajd imsemmi fl-Artikolu 4;

3) kwantitajiet f’kilogrammi tal-piż ta’ ħalibatt tal-Groenlandja ħaj miżmum abbord,

4) iż-żona jew żoni fiż-żona tan-NAFO fejn seħħet il-qabda.

Artikolu 10

Spezzjoni fil-port

1.  Stati Membri ser jiżguraw li l-bastimenti kollha msemmija fl-Artikolu 5(1) li jidħlu fi port magħżul biex jiżbarkaw u/jew għat-trasbord ta’ ħalibatt tal-Groenlandja maqbud fis-Sub-żona 2 u d-Diviżjonijiet 3KLMNO huma ppreżentanti għal spezzjoni fil-port fi qbil ma’ l-iskema ta’ spezzjoni fil-port tan-NAFO.

2.  Il-ħatt u/jew it-trasbord tal-qabdiet mill-bastimenti msemmija f’paragrafu 1 huwa projbit sakemm l-ispetturi ma’ jkunux preżenti.

3.  Kull kwantità mħotta għandha tintiżen skond l-ispeċi qabel ma’ tiġi trasportata fi friża għall-ħażna jew destinazzjoni oħra.

4.  L-Istati Membri għandhom jittrasmettu fil-pront ir-rapport tal-port ta’ spezzjoni korrispondenti lis-Segretarjat tan-NAFO, b’ kopja għall-Kummissjoni, fi żmien erbatax il-jum ta’ xogħol mid-data li fiha ntemmet l-ispezzjoni.

Artikolu 11

Projbizzjoni ta’ żbark u trasbord għal bastimenti ta’ Partijiet mhux-Kontraenti

L-iżbarki u t-trasbordi ta’ ħalibatt tal-Groenlandja minn jew lejn bastimenti ta’ Partijiet mhux Kontraenti li ħadu sehem f’attivitajiet ta’ sajd fiż-Żona ta’ Regolamentazzjoni tan-NAFO għandhom ikunu projbiti.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Ser japplika mill-1 ta’ Jannar 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) Opinjoni mogħtija fit-23 ta' Ġunju 2005 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 2 ) ĠU L 378, 30.12.1978, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 653/80 (ĠU L 74, 20.3.1980, p. 1).

( 3 ) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

( 4 ) ĠU L 344, 31.12.2003, p. 1.

( 5 ) ĠU L 12, 14.1.2005, p. 1.

( 6 ) ĠU L 171, 6.7.1994, p. 7.

( 7 ) ĠU L 5, 9.1.2004, p. 25.