2004L0039 — MT — 28.04.2006 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA 2004/39/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ April 2004

dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE

(ĠU L 145, 30.4.2004, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

Direttiva 2006/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b'relevanza għaż-ŻEE tal-5 ta' April 2006

  L 114

60

27.4.2006




▼B

ID-DIRETTIVA 2004/39/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ April 2004

dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 47(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ( 3 ),

Huma u jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 4 ),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE tal-10 ta’ Mejju 1993 dwar is-servizzi ta’ l-investiment fil-kamp tat-titoli ( 5 ) fittxet li tistabbilixxi l-kondizjonijiet li fuqhom id-ditti u l-banek ta’ l-investiment awtorizzati setgħu jipprovdu servizzi jew jistabbilixxu friegħi fl-Istati Membri l-oħra fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni u sorveljanza mill-pajjiż tal-post. Għal dan il-fini, din id-Direttiva immirat li tarmonizza l-awtorizzazzjoni inizjali u l-ħtiġiet operattivi għad-ditti ta’ l-investiment inkluża l-kondotta tar-regoli tal-kummerċ. Ipprovdiet ukoll għall-armonizzazzjoni ta’ wħud mill-kondizzjonijiet li jirregolaw l-operat tas-swieq irregolati.

(2)

Dawn l-aħħar snin iktar investituri saru attivi fis-swieq finanzjarji u qegħdin jiġu offruti sett saħansitra iktar kumpless u mifrux fil-wisa’ rigward servizzi u strumenti. Bil-ħsieb ta’ dawn l-iżviluppi, il-qafas legali tal-Komunità għandu jiġbor il-firxa sħiħa ta’ l-attivitajiet orjentati lejn l-investitur. Għal dan il-fini, huwa meħtieġ li jiġi pprovvdut il-grad ta’ armonizzazzjoni meħtieġ sabiex joffri lill-investituri livell għoli ta’ protezzjoni u sabiex id-ditti ta’ l-nvestiment jitħallew jipprovdu servizzi ġewwa l-Komunità kollha, ġaladarba hi Suq Waħdieni, fuq il-bażi tas-sorveljanza tal-pajjiż tal-post. Bil-ħsieb ta’ hawn fuq, id-Direttiva 93/22/KEE għandha tiġi mibdula b’Direttiva ġdida.

(3)

Minħabba d-dipendenza tiżdied ta’ l-investituri fuq rakkommandazzjonijiet personali, huwa approprjat li jiġi inkluż il-provvediment tal-pariri dwar l-investiment bħala servizz ta’ l-investiment li jeħtieġ awtorizzazzjoni.

(4)

Huwa approprjat li jiġu inklużi fil-lista ta’ l-istrumenti finanzjarji ċerti derivattivi tal-merkanzija u oħrajn li huma kkostitwiti u kkummerċjati f’manjiera hekk li joħolqu kwistjonijiet regolatorji mqabbla ma’ l-istrumenti finanzjarji tradizzjonali.

(5)

Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit reġim regolatorju komprensiv li jirregola t-twettiq tat-transazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji b’mod irrispettiv mill-metodi tal-kummerċ wżati sabiex jikkonkludu dawn it-transazzjonijiet hekk li jiżguraw kwalità ogħla ta’ twettiq ta’ transazzjonijiet ta’ l-investituri u jżommu fil-għoli l-integrità u l-effikaċja ġenerali tas-sistema finanzjarja. Għandu jiġi pprovvdut qafas koerenti u sesnsittiv għar-riskji sabiex jirregola t-tipi ewliena ta’ arranġamenti għat-twettiq fuq l-ordni korrentement attivi fil-postijiet tas-swieq finanzjarji Ewropej. Huwa meħtieġ li tiġi magħrufa d-dehra ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ sistemi orgnizzati tal-kummerċ spalla ma’ spalla mas-swieq irregolati li għandhom jiġu ssoġġettati għall-obbligi maħtura sabiex jippriservaw il-funzjonament effiċjenti u bl-ordni tas-swieq finanzjarji. Bil-ħsieb li jiġi stabbilit qafas regolatorju pproporzjonat, għandha ssir dispożizzjoni sabiex jiġi inkluż servizz ġdid ta’ investiment li għandu x’jaqsam ma’ l-operat ta’ MTF.

(6)

Għandhom jiġu introdotti d-definizzjonijiet ta’ suq irregolat u MTF u allineati mill-qrib ma’ xulxin sabiex jirriflettu li jirrappreżentaw l-istess funzjonalità organizzata tal-kummerċ. Id-defininizzjonijiet għandhom jeskludu sistemi bilaterali meta ditta ta’ l-investiment tidħol f’kull kummerċ akkont tagħha nfisha u mhux bħala kontroparti mingħajr riskji mqiegħda bejn il-bejjiegħ u x-xerrej. It-terminu “sistema” jiġbor lil dawn is-swieq kollha li huma komposti minn sett ta’ regoli u pjattaforma tal-kummerċ kif ukoll lil dawk li jiffunzjonaw biss fuq il-bażi ta’ sett ta’ regoli. Is-swieq irregolati u l-MTFs mhumiex obbligati li joperaw sistema “teknika” sabiex tqabbel l-ordnijiet. Suq li jkun kompost biss minn sett ta’ regoli li jirregola aspetti li jkollhom x’jaqsmu mas-sħubija, l-ammissjoni ta’ l-istrumenti għall-kummerċ, il-kummerċ bejn il-membri, ir-rappurtaġġ u, meta japplikaw, l-obbligi tat-trasparenza huwa suq irregolat jew MTF fit-tifsira ta’ din id-Direttiva u t-transazzjonijiet konklużi skond dawn ir-regoli huma kkunsidrati li jiġu konklużi skond is-sistemi tas-suq irregolat jew ta’ MTF. It-terminu “interessi tax-xiri u l-bejgħ” irid jiġi mifhum f’sens wiesgħa u jinkludi l-ordnijiet, il-kwotazzjonjiet u l-indikazzjoni ta’ interess. Il-ħtieġa li l-interessi jinġiebu flimkien fis-sistema permezz ta’ regoli mhux diskrezzjonali ffissati mill-operatur tas-sistema tfisser li dawn jinġiebu flimkien skond ir-regoli tas-sistema jew permezz tal-protokolli tas-sistema jew tal-proċeduri interni operattivi (inklużi l-proċeduri inkorporati fis-software tal-kompjuterijiet). It-terminu “regoli mhux diskrezzjonali” ifisser li dawn ir-regoli jħallu lid-ditta ta’ l-investiment topera MTF mingħajr ebda diskrezzjoni rigward kif jistgħu jinteraġixxu l-interessi. Id-definizzjonijiet jeħtieġu li l-interessi jinġiebu flimkien hekk illi jirriżultaw f’kuntratt, fit-tifsira li t-twettiq isir skond ir-regoli tas-sistema jew permezz tal-protokolli tas-sistema jew il-proċeduri interni operattivi.

(7)

Il-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jiġu koperti l-impriżi li x-xogħol jew il-kummerċ regolari tagħhom huwa li jipprovdu servizzi ta’ l-investiment u/jew iwettqu attivitajiet ta’ l-investiment fuq bażi professjonali. L-iskop tagħha ma għandhux għalhekk ikopri kull persuna b’attività professjonali differenti.

(8)

Il-persuni li jamministraw l-attivi u l-impriżi tagħhom infushom, li ma jipprovdux servizzi ta’ investiment u jew iwettqu attivitajiet oħra għajr li jinnegozjaw akkont tagħhom infiushom għajr jekk ikunu minn dawk li jagħmlu s-suq jew li jinnegozjaw akkont tagħhom infushom barra minn suq irregolat jew MTF, fuq bażi organizzat, frekwenti u sistematiku, billi ipprovdu sistema aċċessibbli għall-partijiet terzi sabiex jidħlu fil-kummerċ magħhom ma għandhomx ikunu koperti b’din id-Direttiva.

(9)

Ir-referenzi għal persuni fit-test għandhom jiġu mifhuma li jinkludu kemm persuni naturali u kemm persuni legali.

(10)

Għandhom jiġu esklużi l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew tas-sigurtà li l-attivitajiet tagħhom huma bla ħsara għall-monitoraġġ approprjat mill-awtoritajiet kompetenti tas-sorveljanza prudenzali u li huma bla ħsara għal-liġijiet ( 6 ), ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-bidu u s-segwiment ta’ l-assigurazzjoni diretta għajr l-assigurazzjoni tal-ħajja ( 7 ) u d-Direttiva tal-Kunsill 2002/83/KE tal-5 ta’ Novembru 2002 li tirrigwarda l-assigurazzjoni tal-ħajja ( 8 ).

(11)

Il-persuni li ma jipprovdux servizzi għall-partijiet terzi imma li l-kummerċ tagħhom jikkonsisti f’li jipprovdu biss servizzi ta’ investiment għall-impriżi ewliena tagħhom, għas-sussidjarji tagħhom jew għal sussidjarji oħra ta’ l-impriżi ewliena tagħhom, ma għandhomx jiġu koperti b’din id-Direttiva.

(12)

Il-persuni li jipprovdu servizzi ta’ investiment fuq bażi inċidentali biss fil-kors ta’ l-attività professjonali tagħhom għandhom jiġu esklużi wkoll mill-iskop ta’ din id-Direttiva, sakemm din l-attività tkun irregolata u r-regoli rilevanti ma jipprojbixxux il-provvediment, fuq bażi inċidentali, tas-servizzi ta’ investiment.

(13)

Il-persuni li jipprovdu servizzi ta’ investiment li jikkonsistu b’mod esklussiv fl-amministrazzjoni ta’ skemi tal-parteċipazzjoni ta’ l-impjegati u li għalhekk ma jipprovdux servizzi ta’ investiment lill-partijiet terzi, ma għandhomx ikunu koperti b’din id-Direttiva.

(14)

Huwa meħtieġ li jiġu esklużi mill-iskop ta’ din id-Direttiva l-banek ċentrali u l-korpi l-oħra li jwettqu funzjonijiet simili kif ukoll il-korpi pubbliċi inkarigati mill-ġestjonri tad-dejn pubbliku jew li jintervjienu fihom, liema kunċett ikopri l-investiment ta’ dawn, bl-eċċezzjoni tal-korpi li huma possessi mill-Istat fl-intier tagħhom jew f’parti minnhom li r-rwol tagħhom huwa kummerċjali jew marbut ma’ l-akkwist ta’ l-ishma.

(15)

Huwa meħtieġ li jiġu esklużi mill-iskop ta’ din id-Direttiva l-impriżi ta’ investiment kollettiv u l-fondi tal-pensjonijiet sewwa jekk ikkordinati fil-livell Komunitarju u sewwa jekk le, u d-depożitarji jew l-amministraturi ta’ dawn l-impriżi, ġaladarba huma bla ħsara għal regoli speċifiċi addatti direttament għall-attivitajiet tagħhom.

(16)

Sabiex tibbenefika mill-eżenzjoni minn din id-Direttiva, il-persuna interessata għandha tikkonforma fuq bażi kontinwu mal-kondizzjonijiet stabbiliti għal dawn l-eżenzjonijiet. B’mod partikolari, jekk persuna tipprovdi servizzi ta’ l-investiment, jew twettaq attivitajiet ta’ l-investiment u tkun eżentata minn din id-Direttiva minħabba li dawn is-servizzi jew attivitajiet huma anċillari għall-kummerċ ewlieni tagħha, meta kkunsidratiti fuq il-bażi ta’ gruppi, ma għandhiex tibqa’ kopertra iktar bl-eżenzjoni li għandha x’taqsam mas-servizzi anċillari meta l-provvediment ta’ dawn is-servizzi jew attivitajiet jieqfu milli jkunu anċillari għall-kummerċ ewlieni tagħhom.

(17)

Il-persuni li jipprovdu s-servizzi ta’ investiment u/jew iwettqu attivitajiet ta’ l-investiment koperti b;din id-Direttiva għandhom ikunu bla ħsara għal awttorizzazzjoni mill-Istat membru pjjiż tagħhom sabiex jipproteġi lill-investituri u l-istabbilta tas-sistema finanzjarja.

(18)

L-istituzzjonijiet tal-kreditu li huma awtorizzati skond id-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 li għandha x’taqsam mal-bidu u s-segwiment tal-kummerċ ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ( 9 ) ma għandhomx għalfejn jeħtieġu awtorizzazzjoni oħra skond din id-Direttiva sabiex jipprovdu servizzi ta’ investiment jew iwettqu attivitajiet ta’ l-investiment. Meta istituzzjoni tal-kreditu tiddeċiedi li tipprovdi servizzi ta’ investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment l-awtoritajiet kompetenti, qabel ma jikkonċedu awtorizzazzjoni, għandhom jivverifikaw illi tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva.

(19)

Fil-każijiet meta ditta ta’ l-investiment tipprovdi servizz jew iktar ta’ investiment mhux koperti bl-awtorizzazzjoni tagħha, jew twettaq attività jew iktar ta’ investiment mhux koperti bl-awtorizzazzjoni tagħha, fuq bażi mhux regolari, ma għandhiex għalfejn teħtieġ awtorizzazzjoni addizzjonali skond din id-Direttiva.

(20)

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, il-kummerċ tar-riċeviment u t-trasmissjoni ta’ l-ordnijiet għandu jinkludi wkoll li jinġiebu flimkien żewġ investituri jew iktar biex b’hekk tinġieb transazzjoni bejn dawn l-investituri.

(21)

Fil-kuntest tar-reviżjoni ġejjiena tal-qafas ta’ l-Adekwatezza tal-Kapital tal-Basilea II, l-Istati Membri jagħrfu l-ħtieġa li jeżaminaw mill-ġdid jekk id-ditti ta’ l-investiment li jwettqu l-ordnijiet tal-klijienti fuq il-bażi ta’ somma oriġinali investita mqabbla jridu jitqiesu bħala somom oriġinali investiti, u b’hekk ikunu bla ħsara għall-ħtiġiet addizzjonali tal-kapital regolatorju.

(22)

Il-prinċipji tal-għarfien reċiproku u tas-sorveljanza ta’ l-Istat Membru tal-post jeħtieġu illi l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri ma għandhomx jikkonċedu jew għandhom jirtiraw awtorizzazzjoni meta fatturi bħalma huma l-kontenut tal-programmi ta’ l-operati, id-distribuzzjoni ġeografika jew l-attivitajiet attwalment imwettqa jindikaw biċ-ċar illi ditta ta’ l-investiment tkun għażlet is-sistema legali ta’ Stat Membru bil-għan li tevadi l-i standards iktar stretti fis-seħħ fi Stat Membru ieħor li ġewwa t-territorju tiegħu tkun beħsieba twettaq jew twettaq il-parti l-iktar kbira ta’ l-attivitajiet tagħha. Ditta ta’ l-inmvestiment li hija persuna legali għandha tkun awtorizzata fl-Istat Membru li fih ikollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha. Ditta ta’ l-investiment li mhix persuna legali għandha tkun awtorizzata fl-Istat Membru li fih ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha. B’żieda ma’ dan, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi l-uffiċċji prinċipali tad-ditta ta’ l-investiment irid dejjem ikun lokat fl-Istat Membru tal-post u li attwalment jopera minn hemm.

(23)

Ditta ta’ l-investiment awtorizzata fl-Istat Membru tal-post għandha tkun intitolata li tipprovdi servizzi ta’ investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment fil-Komunità kollha mingħajr il-ħtieġa li tfittex awtorizzazzjoni separata mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li fih tixtieq tipprovdi dawn is-servizzi jew twettaq dawn l-attivitajiet.

(24)

Ġaladarba ċerti ditti ta’ l-investimanet huma eżentati minn ċerti obbligi imposti bid-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar l-adekwatezza tal-kapital tad-ditti ta’ l-investiment u ta’ l-istituzzjonijiet tal-kreditu ( 10 ), għandhom ikunu obbligati li jżommu jew ammont minimu ta’ kapital jew assigurazzjoni ta’ l-indennità professjonali jew għaqda tat-tnejn. L-aġġustamenti ta’ l-ammonti ta’ din l-asikurazzjoni jridu jqisu l-aġġustamenti magħmula fil-qafas tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni ( 11 ). Dan it-trattament partikolari għall-għanijiet ta’ l-adekwatezza tal-kapital għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kull deċiżjoni li tirrigwarda t-trattament approprjat ta’ dan id-ditta skond il-bidliet ġejjiena tal-legislazzjoni Komunitarja dwar l-adekwatezza tal-kapital.

(25)

Ġaladarba l-iskop tar-regolamentazzjoni prudenzali għandu jkun limitat għal dawk l-entitajiet li, bis-saħħa li jżommu reġistru tal-kummerċ fuq bażi professjonali, jirrappreżentaw sors tar-riskju tal-kontroparti lill-parteċipanti l-oħra tas-suq, l-entitajiet li jinnegozjaw akkont tagħhom infushom fl-istrumenti finanzjarji, inklużi dawk id-derivattivi tal-merkanzija koperti b’din id-Direttiva, kif ukoll dawk li jipprovdu servizzi ta’ investiment fid-derivattivi tal-merkanzija lill-klijenti tal-kummerċ prinċipali tagħhom fuq bażi anċillari għall-kummerċ ewlieni tagħhom meta kkunsidrati fuq il-bażi ta’ gruppi, sakemm dan il-kummerċ prinċipali ma jkunx il-provvediment ta’ servizzi ta’ investiment fit-tifsira ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu esklużi mill-iskop ta’ din id-Direttiva.

(26)

Sabiex jiġi protett il-pussess ta’ investiutur u drittijiet oħra simili rigward it-titoli ta’ sigurta u d-drittijiet tiegħu rigward il-fondi fdati lil ditta, dawn id-drittijiet għandhom b’mod partikolari jinżammu distinti minn dawk tad-ditta. Madankollu, dan il-prinċipju ma għandux jipprevjieni lid-ditta milli tagħmel kummerċ għaliha nfisha imma f’isem l-investitur, meta dan ikun meħtieġ min-natura nfisha tat-transazzjoni u l-investitur jaqbel, per eżempju fis-s-self tal-ħażniet (stocks).

(27)

Meta klijent, f’linja mal-leġislazzjoni Komunitarja u b’mod partikolari d-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar l-arraġamenti finanzjarji kollaterali ( 12 ), it-trasferimenti tal-pussess sħiħ ta’ l-istrumenti finanzjarji jew il-fondi għandhom bl-istess mod ma jibqgħux meqjusa bħala li jappartjienu lill-kljent.

(28)

Il-proċeduri għall-awtorizzazzjonijiet, ġewwa l-Komunità, tal-friegħi tad-ditti ta’ l-investiment awtorizzati fil-pajjiżi terzi għandhom jissoktaw japplikaw għal dawn id-ditti. Dawn il-friegħi ma għandhomx igawdu l-libertà li jipprovdu servizzi skond it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 49 tat-Trattat jew id-dritt li jistabbilixxu ruħhom fi Stati Membri oħra għajr dawk li fihom ikunu stabbiliti. Bil-ħsieb tal-każijiet meta l-Komunità ma tkun marbuta bl-ebda obbligi bilaterali jew multilaterali, huwa approprjat li tiġi pprovvduta proċedura maħsuba biex tiżgura illi d-ditta Komunitarja ta’ l-investiment tirċievi trattament reċiproku fil-pajjiżi terzi interessati.

(29)

Il-firxa tespandi ta’ l-attivitajiet li ħafna ditti ta’ l-investiment jindaħlu għalihom b’mod simultanju żiedet il-potenzal għall-konflitti ta’ interess bejn dawn l-attivitajiet differenti u l-interessi tal-klijenti tagħhom. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu pprovvduti regoli sabiex jiġi żgurat illi dawn il-konflitti ma jaffettwawx b’mod negattiv l-interessi tal-klijenti tagħhom.

(30)

Għandu jiġi kkunsidrat li jiġi pprvvdut servizz fuq l-inizjattiva ta’ klijent għajr jekk il-klijent jiddomandah bi tweġiba għal komunikazzjoni ppersonalizzata minn, jew f’isem, id-ditta lil dan il-klijent partikolari, li jkun fiha stedina jew tkun maħsuba li tinfluwenza lill-klijent rigward strument finanzjarju speċifiku jew transazzjoni speċifika. Servizz jista’ jiġi kkunsidrat li jiġi pprovvdut fuq l-inizjattiva tal-klijent minkejja li l-klijent jiddomandah fuq il-bażi ta’ kull komunikazzjoni li jkun fiha promozzjoni jew offerta ta’ strumenti finanzjarji magħmula b’kull mezz li min-natura nfisha taghom ikunu ġenerali u indirizzati lill-pubbliku jew lil grupp jew kategorija ikbar ta’ klijenti jew ta’ klijenti potenzali.

(31)

Wieħed mill-għanijiet ta’ din id-Direttiva huwa li jipproteġi lill-investituri. Il-miżuri sabiex jipproteġu lill-investituri għandhom jiġu addattati għall-partikolaritajiet ta’ kull waħda mill-kategoriji ta’ l-investituri (tax-xiri bl-imnut, professjonali u l-kontropartijiet).

(32)

Bħala deroga mill-prinċipju ta’ l-awtorizzazzjoni tal-pajjiż tal-post, tas-sorveljanza u ta’ l-infurzar ta’ l-obbligi rigward l-operat tal-friegħi, huwa approprjat illi l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur tassumi r-responsabbiltà sabiex tinforza ċerti obbligi speċifikati f’din id-Direttiva fejn jidħol il-kummerċ kondott permezz ta’ fergħa ġewwa t-territorju, u tkun imqiegħda f’post aħjar sabiex tikxef u tintervjieni rigward il-ksur tar-regoli li jirregolaw l-operati tal-fergħa.

(33)

Huwa meħtieġ li jiġi impost obbligu effettiv ta’ “l-aħjar twettiq” sabiex jiżgura li d-ditti ta’ l-investiment iwettqu l-ordnijiet tal-klijent fuq termini li jkunu l-iktar favorevoli għall-klijent. Dan l-obbligu għandu japplika għad-ditta li jkollha obbligi kontrattwali jew ta’ l-aġenzija lejn il-klijent.

(34)

Il-kompetizzjoni ġusta teħtieġ illi l-parteċipanti fis-suq u l-investituri jkunu kapaċi jqabblu l-prezzijiet li l-postijiet tal-kummerċ (jiġifieri s-swieq irregolati, l-MTFs u l-intermedjarji) huma meħtieġa li jippubblikaw. Għal dan il-fini, huwa rrakkommandat illi l-Istati Membri jneħħu kull xkiel li jista’ jipprevjieni l-konsolidazzjoni fil-livell Ewropew tat-tagħrif rilevanti u l-pubblikazzjoni tiegħu.

(35)

Meta tkun qiegħda tiġi stabbilita relazzjoni tal-kummerċ mal-klijent, id-ditta ta’ l-imvestiment tista’ tistaqsi lill-klijent jew lil klijent potenzali li jagħtu l-kunsens tagħhom fl-istess waqt lill-politika tat-twettiq kif ukoll lill-possibbiltà li l-ordnijiet tagħhom ikunu jistgħu jiġu mwettqa ‘l barra minn suq irregolat jew MTF.

(36)

Il-persuni li jipprovdu servizzi ta’ investiment f’isem iktar minn ditta waħda ta’ l-investiment ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala aġenti marbuta imma bla ditti ta’ l-investiment meta jidħlu fid-definizzjoni pprovvduta f’din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni ta’ ċertri persuni li jistgħu jkunu eżentati.

(37)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt li l-aġenti marbuta jindaħlu għal attivitajiet koperti b’Direttivi oħra u attivitajiet li għandhom x’jaqsmu magħhom rigward servizzi finanzjarji jew prodotti mhux koperti b’din id-Direttiva, inkluż f’isem il-partijiet ta’ l-istess grupp finanzjarju.

(38)

Il-kondizzjonijiet sabiex jiġu kondotti attivitajiet ‘il barra mill-fondi tad-ditta ta’ l-ivestiment (l-bejgħ bieb b’bieb) ma għandhomx ikunu koperti b’din id-Direttiva.

(39)

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri ma għandhomx jirreġistraw jew għandhom jirtiraw ir-reġistrazzjoni meta l-attivitajiet attwalment imwettqa jindikaw biċ-ċar illi aġent marbut ikun għażel is-sistema legali ta’ Stat Membru bil-għan li jevadi l-i standards iktar stretti fis-seħħ fi Stat Membru ieħor ġewwa t-territorju li fih ikun beħsiebu jew jwettaq jew tassew iwettaq il-parti l-kbira ta’ l-attivitajiet tiegħu.

(40)

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jiġu meqjusa li jaġixxu bħala klijenti.

(41)

Għall-għanijiet sabiex jiġi żgurat illi l-kondotta tar-regoli tal-kummerċ (inklużi r-regoli dwar l-aħjar twettiq u l-ġestjoni ta’ l-ordnijiet tal-kljenti) tiġi infurzata rigward dawk l-investituri l-iktar li jkollhom bżonn din il-protezzjoni, u sabiex tirrifletti l-prattika stabbilita sewwa tas-suq fil-Komunità kollha, huwa approprjat li jiġi ċċarat illi l-kondotta tar-regoli tal-kummerċ jistgħu jiġu rrinunzjati għalihom fil-każ ta’ transazzjonijiet midħula għalihom minn kontropartijiet eliġibbli jew miġjuba bejniethom.

(42)

Rigward it-transazzjonijiet imwettqa bejn il-kontropartijiet eliġibbli, l-obbligu li jiġu żvelati ordninijiet limitati lill-klijent għandu japplika biss meta l-kontroparti tkun qiegħda tibgħat b’mod espliċitu ordni tal-limitu lil ditta ta’ l-investiment għat-twettiq tagħha.

(43)

L-Istati Membri għandhom jipproteġu d-dritt tal-privatezza tal-persuni naturali rigward il-proċessar ta’ l-informazzjoni personali skond id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-individwi rigward il-proċessar ta’ l-informazzjoni personali u l-moviment ħieles ta’ din l-informazzjoni ( 13 ).

(44)

Bil-mira doppja li jiġu protetti l-investituri u li jiġi żgurat l-operat bla xkiel tas-swieq tat-titoli, huwa meħtieġ li jiġi żgurat illi tinkiseb t-trasparenza tat-transazzjonijiet u li r-regoli stabbiliti għal dan il-għan japplikaw għad-ditti ta’ l-investiment meta joperaw fis-swieq. Sabiex l-investituri u l-parteċipanti fis-swieq jiġu megħjuna jistmaw f’kull waqt it-termini ta’ transazzjoni fl-ishma li jkunu qegħdin jikkunsidraw u sabiex wara jivverifikaw il-kondizzjonijiet li fihom tkun ġiet imwettqa, għandhom jiġu stabbiliti regoli komuni għall-pubblikazzjoni tad-dettalji tat-transazzjonijiet ikkompletati f’ishma u għall-iżvelar tad-dettalji ta’ l-opportunitajiet korrenti għall-kummerċ fl-ishma. Dawn ir-regoli huma meħtieġa sabiex jiżguraw l-integrazzjoni effettiva tas-swieq ta’ l-ekwità ta’ l-Istati Membri, sabiex jippromwovu l-effikaċja tal-proċess ġenerali tal-formazzjoni tal-prezzijiet għall-istrumenti ta’ l-ekwità, u sabiex jgħinu l-operat effettiv ta’ l-obbligi ta’ “l-aħjar twettiq”. Dawn il-konsiderazzjonijiet jeħtieġu reġim komprensiv ta’ trasparenza li japplika għat-transazzjonijiet kollha fl-ishma irrispettivament mit-twettiq tagħhom minn ditta ta’ l-investiment fuq bażi bilaterali jew permezz tas-swieq irregolati jew il-MTFs. L-obbligi għad-ditti ta’ l-investiment skond din id-Direttiva sabiex jikkwotaw offerta u joffru prezz u sabiex iwettqu ordni bil-prezz ikkwotat ma jeħilsux lid-ditti ta’ l-investment mill-obbligu li jgħaddu ordni lejn post ieħor tat-twettiq meta din l-internalizzazzjoni tkun tista’ tipprevjieni lid-ditta milli tikkonforma ma’ l-obbligi ta’ “l-aħjar twettiq”.

(45)

L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi japplikaw l-obbligi tar-rappurtaġġ tat-transazzjonijiet tad-Direttiva għall-istrumenti finanzjarji li ma jkunux ammessi għall-kummerċ f’suq irregolat.

(46)

Stat Membru jista’ jiddeċiedi li japplika l-ħtiġiet tat-trasparenza ta’ qabel u ta’ wara l-kummerċ stabbiliti f’din id-Direttiva għall-istrumenti finanzjarji oħra milli l-ishma. F’dan il-każ, dawn il-ħtiġiet għandhom japplikaw għad-ditti kollha ta’ l-investimeni li tagħhom dan l-Istat Membru jkun l-Istat Membru tal-post għall-operati tagħhom ġewwa t-territorju ta’ dan l-Istat Membru u dawk imwettqa fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera permezz tal-libertà li jiġu pprovvduti s-servizzi. Għandhom japplikaw ukoll għall-operati mwettqa ġewwa t-territorju ta’ dan l-Istat Membru mill-friegħi stabbiliti fit-territorju tiegħu tad-ditti ta’ l-investiment awtorizzati fi Stat Membru ieħor.

(47)

Id-ditti ta’ l-investiment għandhom ilkoll ikollhom l-istess opportunitajiet li jingħaqdu mas-swieq irregolati fil-Komunità kollha jew ikollhom aċċess għalihom. Tkun xi tkun il-manjiera li fiha t-transazzjonijiet ikunu organizzati fl-Istati Membri fil-preżent, huwa importanti illi jiġu aboliti r-restrizzjonijiet tekniċi u legali dwar l-aċċess għas-swieq irregolati.

(48)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-finalizzazzjoni tat-transazzjonijiet li jaqsmu l-fruntieri, huwa approprjat li jiġi pprovvdut l-aċċess għas-sistemi tal-clearance u tas-soluzzjoni tal-problemi fil-Komunità kollha mid-ditti ta’ l-investiment, irrispettivament minn jekk it-transazzjonijiet ikunux ġew konklużi pemezz tas-swieq irregolati fl-Istat Membru interessat, Id-ditti ta’ l-investiment li jixtiequ jipparteċipaw direttament fis-sistemi tas-soluzzjoni tal-problemi ta’ Stati Membri oħra għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet operattivi u kummerċjali rilevanti għas-sħubija u l-miżuri prudenzali sabiex isostnu l-funzjonament bla xkiel u bl-ordni tas-swieq finanzjarji.

(49)

L-awtorizzazzjoni għal ħidma f’suq irregolat għandha testendi għall-attivitajiet kollha li għandhom x’jaqsmu direttament mal-wirja, il-proċessar, it-twettiq, il-konferma u r-rappurtaġġ ta’ l-ordnijiet mill-punt li fih dawn l-ordnijiet jiġu rċevuti mis-suq irregolat sal-punt li fijh jiġu trasmessi għall-finalizzazzjoni sossegwenti, u għall-attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mad-dħul ta’ l-istrumenti finanzjarji fil-kummerċ. Dan għandu jinkludi wkoll it-transazzjonijioet konklużi permezz tal-medju ta’ dawk maħtura li jagħmlu s-suq maħtura mis-suq irregolat li jindaħlu għalih skond is-sistemi tiegħu u skond ir-regoli li jirregolaw dawn is-sistemi. Mhux it-transazzjonijiet kollha konklużi mill-membri jew mill-parteċipanti tas-suq irregolat jew tal-MTF iridu jiġu kkunsidrati bħala konklużi ġewwa s-sistemi ta’ suq irregolat jew MTF. It-transazzjonijiet li l-membri jew il-parteċipanti jikkonkludu fuq bażi bilaterali u li ma jikkonformawx ma’ l-obbligi kollha stabbiliti għal suq irregolat jew għal MTF skond din id-Direttiva għandhom jiġu kkunsidrati bħala transazzjonijiet konklużi ‘l barra minn suq irregolat jew MTF għall-għanijiet tad-definizzjoni ta’ internalizzatur sistematiku. F’dan il-każ għandu japplika l-obbligu tad-ditti ta’ l-investiment li tagħmel pubbliku l-kwotazzjonijiet sodi jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti b’din id-Direttiva.

(50)

L-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jiddeċiedu li jagħtu aċċess lill-kwotazzjonijiet tagħhom lil klijenti tax-xiri bl-imnut biss, lil klijenti professjonali, jew lit-tnejn. Ma għandhomx jitħallew jiddiskriminaw f’dawn il-kategoriji ta’ klijenti.

(51)

L-Artikolu 27 ma jobbligax lill-internalizzaturi sistematiċi li jippubblikaw kwotazzjonijiet sodi fejn jidħlu transazzjonijiet ogħla mid-daqs standard tas-suq.

(52)

Meta ditta ta’ l-investiment tkun internalizzatur sistematiku kemm fl-ishma u kemm fi strumenti finanzjarji oħra, l-obbligu tal-kwotazzjoni għandu japplika biss rigward l-ishma mingħajr preġudizzju għall-Premessa 46.

(53)

Mhix l-intenzjoni ta’ din id-Direttiva li teħtieġ l-applikazzjoni tar-regoli tat-trasparenza ta’ qabel il-kummerċ għat-transazzjonijiet imwettqa fuq il-bażi ta’ OTC, li l-karatteristiċi tiegħu jinkludu li huma ad-hoc u irregolari u jitwettqu mal-kontropartijiet tal-bejgħ bl-ingrossa u jagħmlu parti minn relazzjoni tal-kummerċ li fiha nfisha tkun ikkaratterizzata b’neġozju ‘l fuq mid-daqs standard tas-suq, u meta n-negozji jitwettqu ‘l barra mis-sistemi li s-soltu jintużaw mid-ditta interessata fil-kummerċ tagħħa bħala internalizzatur sistematiku.

(53)

Id-daqs standard tas-suq għal kull klassi ta’ sehem ma għandux ikun sproporzjonat b’mod sinifikati għal kull sehem inkluż f’din il-klassi.

(55)

Ir-reviżjoni tad-Direttiva 93/6/KEE għandha tiffissa l-ħtiġiet kapitali minimi li magħhom għandhom jikkonformaw is-swieq irregolati sabiex jiġu awtorizzati u, filwaqt li jagħmlu dan, għandhom iqisu n-natura speċifika tar-riskji assoċjati ma’ dawn is-swieq.

(56)

L-operaturi ta’ suq irregolat għandhom ikunu kapaċi wkoll joperaw MTF skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva.

(57)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jirrigwardaw l-ammissjoni ta’ l-istrumenti għall-kummerċ skond ir-regoli infurzati mis-suq irregolat għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar l-ammissjoni tat-titoli fil-listi uffiċjali tal-Boroż u fit-tagħrif li jrid jiġi ppubblikat dwar dawn it-titoli ( 14 ). Suq irregolat ma għandux jiġu pprevenut milli japplika ħtiġiet iktar stretti rigward dawk li joħorġu t-titoli jew l-istrumenti li jkun qiegħed jikkunsidra għall-ammissjoni għall-kummerċ milli jiġu imposti skond din id-Direttiva.

(58)

L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi li jinnominaw awtoritajiet kompetenti differenti sabiex jinfurzaw l-obbligi mifruxu fil-wisa’ stabbiliti f’din id-Direttiva. Dawn l-awtoritajiet għandhom ikunu ta’ natura pubblika filwaqt li jiġu ggarantiti l-indipendenza tagħhom mill-atturi ekonomiċi u jevitaw il-konflitti ta’ interess. B’konformità mal-liġijiet nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-finanzjament approprjat ta’ l-awtorità kompetenti. In-nomina ta’ l-awtoritajiet pubbliċi ma għandhiex teskludi d-delega taħt ir-responsabbiltà ta’ l-awtorita kompetenti.

(59)

Kull tagħrif kunfidenzali rċevut mill-punt tal-kuntatt ta’ Stat Membru permezz tal-punt tal-kuntatt ta’ Stat Membru ieħor għandu jiġi meqjus bħala purament domestiku.

(60)

Huwa meħtieġ li tittejjeb il-konverġenza tal-poteri għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti sabiex titwitta t-triq lejn intensità ekwivalenti ta’ l-infurzar matul is-suq finanzjarju integrat kollu. Sett minimu komuni tal-poteri mżewweġ ma’ riżorsi adegwati għandu jiggarantixxi l-effikaċja tas-sorveljanza.

(61)

Bil-ħsaieb li jiġu protetti l-klijenti u mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-klijenti li jressqu l-azzjoni tagħhom quddiem l-qrati, huwa approprjat li l-Istati Membri jinkoraġġixxu lill-korpi pubbliċi u privati stabbiliti bil-ħsieb li jsolvu l-kwistjonijiet barra mill-qorti, li jikkoperaw sabiex isolvu l-kwistjonijiet li jaqsmu l-funtieri, billi jqisu r-Rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni 98/257/KE tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar il-prinċipji li japplikaw għall-korpi responsabbli mis-soluzzjoni tal-kontroversji barra mill-qorti rigward il-kwistjonijiet tal-konsumaturi ( 15 ). Meta jkunu qegħdin jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri ta’ l-ilmenti u tar-riparazzjoni għas-soluzzjoni barra mill-qorti, l-Istati Membri għandhom jiġu inkoraġġiti li jużaw il-mekkaniżmi eżistenti ta’ koperazzjoni li jaqsam il-fruntieri, notabbilment in-Network ta’ l-Ilmenti dwar is-Servizzi Finanzjarji (il-FIN-Net).

(62)

Kull skambju jew trasmissjoni tat-tagħrif bejn l-awtoritajiet kompetenti, awtoritajiet oħra, korpi jew persuni għandhom ikunu skond ir-regoli dwar it-trasferiment ta’ l-informazzjoni personali lil pajjiżi terzi kif stabbilit fid-Direttiva 95/46/KE.

(63)

Huwa meħtieġ li jiġu rrinfurzati d-dispożizzjonijiet dwar l-iskambju tat-tagħrif bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li li jiġu msaħħa d-dmirijiet ta’ l-assistenza u l-koperazzjoni li għandhom jagħtu lil xulxin. Minħabba l-attività tiżdied li taqsam il-fruntieri, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lil xulxin it-tagħrif rilevanti sabiex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom, sabiex jiżguraw l-infurzar effettiv ta’ din id-Direttiva, inklużi s-sitwazzjonijiet meta l-kontravenzjonijiet jew il-kontravenzjonijiet issuspettati jistgħu jkunu ta’ tħassib lill-awtoritajiet f’żewġ Stati Membri jew iktar. Fl-iskambju tat-tagħrif, hija meħtieġa segretezza stretta professjonali sabiex tiġi żgurata t-trasmissjoni bla xkiel ta’ dan it-tagħrif u għall-protezzjoni ta’ drittijiet partikolari.

(64)

Fil-laqgħa tiegħu fis-17 ta’ Lulju 2000, il-Kunsill stabbilixa Kumitat tal-Għorrief dwar ir-Regolazzjoni tas-Swieq Ewropej tat-Titoli. Fir-rapport finali tiegħu, il-Kumitat tal-Għorrief ippropona d-dħul ta’ modi tat-teknika ġodda leġislattivi msejsa fuq avviċinament fuq erba’ livelli, jiġifieri il-prinċipji qafas, il-miżuri ta’ l-implimetazzjoni, il-koperazzjoni u l-infurzar. Il-Livell 1, id-Direttiva, għandha tillimita ruħha għall-prinċipji “qafas” fil-wisa’ u ġenerali, filwaqt li l-Livell 2 għandu jkun fih il-miżuri tekniċi ta’ implimentazzjoni li jridu jiġu adottati mill-Kummissjoni bil-għajnuna ta’ kumitat.

(65)

Ir-Riżoluzzjoni adottata mill-Kunsill Ewropew ta’ Stokkolma tat-23 u l-24 ta’ Marzu 2001 endorsjat ir-rapport finali tal-Kumitat tal-Għorrief u l-avviċinament fuq erba’ livelli propost sabiex jagħmel iktar effiċjenti u trasparenti l-proċess regolatorju għal-leġislazzjoni Komunitarja dwar it-titoli.

(66)

Skond il-Kunsill Ewropew ta’ Stokkolma, il-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Livell 2 għandhom jintużaw iktar spiss, sabiex jiġi żgurat illi d-dispożizzjonijiet tekniċi jistgħu jinżammu aġġornati ma’ l-iżviluppi tas-suq u dawk tas-sorveljanza, u għandhom jiġu ffissati temmiet taż-żmien għall-istadji kollha tax-xogħol tal-Livell 2.

(67)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Frar 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni rigward is-servizzi finanzjarji endorsjat ukoll ir-rapport tal-Kumitat tal-Għorrief, fuq il-bażi ta’ dikjarazzjoni sollenni magħmula quddiem il-Parlament fl-istess jum mill-Kummissjoni u l-ittra tat-2 ta’ Ottubru 2001 indirizzata mill-Kummissjonarju tas-Suq Intern lill-President tal-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji rigward is-salvagwardi għar-rwol tal-Parlament Ewropew f’dan il-proċess.

(68)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni ( 16 ).

▼M1

(69)

Il-Parlament Ewropew għandu jingħata perjodu ta' tliet xhur mill-ewwel trasmissjoni ta' abbozz ta' emendi u ta' miżuri ta' implimentazzjoni sabiex ikun jista' jeżaminhom u jagħti l-opinjoni tiegħu. Madankollu f'każijiet urġenti u ġustifikati kif mistħoqq għandu jkun possibbli li dan il-perjodu jitqassar. Jekk f'dan il-perjodu il-Parlament Ewropew jadotta riżoluzzjoni, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-abbozz ta' emendi jew ta' miżuri.

▼B

(70)

Bil-ħsieb li jitqiesu iktar żviluppi fis-swieq finanzjarji, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-assigurazzjoni ta’ l-indennità professjonali, l-iskop tar-regoli tat-trasparenza u l-awtorizzazzjoni possibbli tan-negozjati speċjalizzati fid-derivattivi tal-merkanzija bħala ditti ta’ l-investiment.

(71)

Il-għan li jinħoloq suq finanzjarju integrat, li fih l-investituri jiġu protetti b’mod effettiv u li jiġu ssalvagwardati l-effikaċja u l-integrità tas-suq ġenerali, jeħtieġ li jiġu stabbiliti ħtiġiet regolatorji komuni li jkollhom x’jaqsmu mad-ditti ta’ l-invesdtiment kulfejn ikunu awtorizzati fil-Komunità u li jirregolaw il-funzjonament tas-swieq irregolati u sistemi oħra tal-kummerċ sabiex jiġu pprevenuti l-opaċità jew id-diżordni f’suq milli jimminaw l-operat effiċjenti tas-sistema finanzjarja Ewropea kollha. Ġaladarba dan il-għan jista’ jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif iddikjarat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif iddikjarat f’dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx iktar il bogħod minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dan il-għan,

ADDOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:



IT-TITOLU I

DEFINIZZJONIJIET U SKOP

Artikolu 1

Skop

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għad-ditti ta’ l-investiment u s-swieq irregolati.

2.  Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll għall-istituzzjonijiet tal-kreditu awtorizzati skond id-Direttiva 2000/12/KE, meta jipprovdu servizz ta’ investiment jew iktar u/jew iwettqu attivitajiet ta’ investiment:

 l-Artikoli 2(2), 11, 13 u 14

 Il-Kapitolu II tat-Titolu II bl-esklużjoni tat-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 23(2),

 Il-Kapitolu III tat-Titolu II bl-esklużjoni ta’ l-Artikoli minn 31(2) sa 31(4), minn 32(2) sa 32(6) u l-Artikolu 32(9),

 l-Artikoli minn 48 sa 53, 57, 61 u 62, u

 l-Artikolu 71

Artikolu 2

L-eżenzjonijiet

1.  Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

(a) l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni kif iddefiniti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 73/239/KEE jew l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni kif iddefiniti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/83/KE jew l-impriżi li jwettqu attivitajiet ta’ l-assigurazzjoni mill-ġdid jew tar-retroċessjoni riferiti fid-Direttiva 64/225/KEE;

(b) il-persuni li jipprovdu servizzi ta’ investiment b’mod esklussiv għall-impriżi ewliena tagħhom, għas-sussidjarji tagħhom jew għal sussidjarji ta’ l-impriżi ewliena tagħhom;

(ċ) il-persuni li jipprovdu servizz ta’ investiment meta dan is-servizz jiġi pprovvdut f’manjiera inċidentali fil-kors ta’ attività professjonali u li din l-attività tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji jew minn kodiċi ta’ l-etika li jirregola l-professjoni u li ma jeskludix il-provvediment ta’ dan is-servizz;

(d) il-persuni li ma jipprovdu l-ebda servizzi ta’ investiment għajr dawk tal-kummerċ akkont tagħhom infushom għajr jekk ikunu minn dawk li jagħmlu s-suq jew jinnegozjaw akkont tagħhom infushom barra minn suq irregolat jew minn MTF fuq bażi organizzat, frekwenti u sistematiku billi jipprvdu sistema aċċessibbli għal partijiet terzi sabiex jidħlu f’kummerċ magħhom;

(e) il-persuni li jipprovdu servizzi ta’ investiment li jikkonsistu b’mod esklussiv fl-amministrazzjoni ta’ skemi tal-parteċipazzjoni ta’ l-impjegati;

(f) il-persuni li jipprovdu servizzi ta’ investiment li jinvolvu biss kemm l-amministrazzjoni ta’ skemi tal-parteċipazzjoni ta’ l-impjegati kif ukoll il-provvediment ta’ servizzi b’mod exklussiv għall-impriżi ewliena tagħhom, għas-sussidjarji tagħhom jew għal sussidjarji oħra ta’ l-impriżi ewliena tagħhom;

(g) il-membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u korpi oħra nazzjonali li jwettqu funzjonijiet simili u korpi pubbliċi oħra inkarigati mill-ġestjoni tad-dejn pubbliku jew li jintervjienu f’dan;

(h) l-impriżi ta’ investimenti kollettivi u l-fondi tal-pensjonijiet sewwa jekk ikkordinati fil-livell Komunitarju u sewwa jekk le u d-depożitarji u l-amministraturi ta’ dawn l-impriżi;

(i) il-persuni li jinnegozjaw fl-istrumenti finanzjarji akkont tagħhom infushom, jew li jipprovdu servizzi ta’ investiment fid-deriavattivi tal-merkanzija jew kuntratti derivattivi inklużi fit-Taqsima Ċ 10 ta’ l-Anness I lill-klijenti tal-kummerċ ewlieni tagħhom, sakemm din tkun attività anċillari għall-kummerċ ewlieni tagħhom, meta kkunsidrat fuq il-bażi ta’ gruppi, u dan il-kummerċ ewlieni ma jkunx il-provvediment ta’ servizzi ta’ investument fit-tifsira ta’ din id-Direttiva jew ta’ servizzi bankarji skond id-Direttiva 2000/12/KE;

(j) il-persuni li jipprovdu pariri dwar l-investiment fil-kors li jipprovdu attività professjonali oħra mhux koperta b’din id-Direttiva sakemm il-provvediment ta’ dawn il-pariri ma jkunx imħallas b’mod speċifiku;

(k) il-persuni li l-kummerċ ewlieni tagħhom jikkonsisti fil-kummerċ akkont tagħhom infushom fil-merkanzija u/jew fid-deriavttivi tal-merkanzija. Din l-eċċezzjoni ma għandhiex tapplika meta l-persuni li jinnegozjaw akkont tagħhom infushom fil-merkanzija u/jew fid-derivattivi tal-merkanzija jagħmlu parti minn grupp li l-kummerċ ewlieni tagħhom huwa l-provvediment ta’ servizzi oħra ta’ l-investiment fit-tifsira ta’ din id-Direttiva jew ta’ servizzi bankarji skond id-Direttiva 2000/12/KE;

(l) id-ditti li jipprovdu servizzi ta’ investiment u/jew iwettqu attivitajiet ta’ l-investiment li jikkonsistu b’mod esklussiv fil-kummerċ akkont tagħhom infushom fis-swieq ta’ l-oġġetti finanzjarji mixtrija bil-prezz miftiehem imma mħallsa wara, jew il-għażliet jew derivattivi oħra u fis-swieq tal-flus fil-pront bil-għan waħdieni li ma jikkommettux ruħhom fuq il-posizzjonijiet tas-swieq tad-deriavttivi jew li jagħmlu l-prezzijiet għalihom u li jkunu ggarantiti mill-membri li jagħmlu l-clearance ta’ l-istess swieq, meta r-responsabbiltà sabiex jiġi żgurat it-twettiq tal-kuntratti midħula għalihom minn dawn id-ditti tiġi midħula għaliha mill-membri tal-clearance ta’ l-istess swieq;

(m) l-assoċjazzjonijiet stabbiliti bil-fondi Daniżi u Finlandiżi tal-pensjonijiet bil-għan waħdieni li jiġġestjonaw l-attivi tal-fondi tal-pensjonijiet li huma membri ta’ dawn l-assoċjazzjonijiet;

(n) l-“aġenti di cambio” li l-attivitajiet u l-funzjonijiet tagħhom huma rregolati bl-Artikolu 201 tad-Digriet Leġislattiv Taljan Nru 58 ta’ l-24 ta’ Far 1998.

2.  Id-drittijiet ikkonferiti minn din id-Direttiva ma għandhomx jestendu għall-provvediment tas-servizzi bħala kontropartijiet fit-transazzjonijiet imwettqa mill-korpi pubbliċi li jinnegozjaw fid-dejn pubbliku jew mill-membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali li jwettqu l-kompiti tagħhom kif ipprovvdut fit-Trattat u l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew jew li jwettqu funzjonijiet ekwivalenti skond id-disposizzjonjiet nazzjonali.

3.  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 64(2), tista’, rigward l-eżenzjonijiet (ċ) (i), u (k), tiddefinixxi l-kriterji sabiex jiġi stabbilit meta attività trid tiġi kkunsidrata bħala anċillari għall-kummerċ ewlieni fil-livell ta’ grupp kif ukoll sabiex tistabbilixxi meta tiġi pprovvduta attività f’manjiera inċidentali.

Artikolu 3

L-eżenzjonijiet bil-għażla

1.  L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx din id-Direttiva rigward kull persuna li għaliha huma l-Istat Membru tal-post li:

 ma jkollhiex il-permess li żżomm il-fondi jew it-titoli tal-klijenti u li għal din ir-raġuni ma titħalla fl-ebda ħin li tqiegħed lilha nfisha f’debitu mal-klijenti tagħha, u

 ma jkollha l-permess li tipprovdi l-ebda servizz ta’ investiment għajr li tirċievi u tittrasmetti l-ordnijiet fit-titoli trasferibbli u l-unitajiet fl-impriżi ta’ investiment kollettiv u l-provvediment ta’ pariri dwar l-investimenti li jkollhom x’jaqsmu ma’ dawn l-istrumenti finanzjarji, u

 fil-kors tal-provvediment tas-servizz, titħalla tittrasmetti ordnijiet biss lil:

 

(i) id-ditti ta’ l-investiment awtorizzati skond din id-Direttiva;

(ii) l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skond id-Direttiva 2000/12/KE;

(iii) il-friegħi tad-ditti ta’ l-investiment jew ta’ l-istituzzjonijiet tal-kreditu li jkunu awtorizzati f’pajjiż terz u li jkunu bla ħsara għar-regoli prudenzali u jikkonformaw magħhom, ikkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu mill-inqas strinġenti daqs dawk sabbiliti f’din id-Direttiva, fid-Direttiva 200/12/KE jew fid-Direttiva 93/6/KEE;

(iv) l-impriżi ta’ investiment kollettiv awtorizzati bil-liġijiet ta’ Stat Membru li jqiegħdu unitajiet fis-suq għall-pubbliku u għall-amministraturi ta’ dawn l-impriżi;

(v) il-kumpanniji ta’ l-investiment b’kapital fiss, kif iddefiniti fl-Artikolu 15(4) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE tat-13 ta’ Diċembru 1976 dwar il-kordinament tas-salvagwardji li, għall-protezzjzoni ta’ l-interessi tal-membri u ta’ oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri tal-kumpanniji fit-tifsira tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 58 tat-Trattat, rigward il-formazzjoni ta’ kumpannijii pubbliċi b’lijabbiltajiet limitati u ż-żamma u l-bdil tal-kapital tagħhom, bil-ħsieb li jagħmlu dawn it-titoli ekwivalenti ( 17 ), li t-titoli tagħhom tas-sigurtà huma elenkati jew ikkummerċjati f’suq irregolat fi Stat Membru;

 sakemm l-attivitajiet ta’ dawn il-persuni jkunu rregolati fil-livell nazzjonali.

2.  Il-Persuni esklużi mill-iskop ta’ din id-Direttiva skond il-paragrafu 1 ma jistgħux jibbenefikaw mil-libertà li jipprovdu servizzi u/jew attivitajiet jew li jistabbilixxu friegħi kif ipprovvdut fl-Artikoli 31 u 32 rispettivament.

Artikolu 4

Id-Definizzjonijiet

1.  Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id- definizzjonijiet li ġejjin:

1) “Ditta ta’ investiment” tfisser kull persuna legali li x-xogħol jew kummerċ regolari tagħha huma l-provvediment ta’ servizz jew iktar ta’ investiment lil partijiet terzi u/jew it-twettiq ta’ attività jew iktar ta’ investiment fuq bażi professjonali;

Fid-definizzjoni ta’ ditti ta’ l-ivestiment, l-Istati Membri jistgħu jinkludu impriżi li mhumiex persuni legali, sakemm:

(a) l-istatus legali tagħhom jiżgura livell ta’ protezzjoni lill-interessi ta’ partijiet terzi ekwivalenti għal dak li jista’ jingħata minn persuni legali, u

(b) huma bla ħsara għas-sorveljanza prudenzali approprjata ekwivalenti għall-għamla legali tagħhom.

Madankollu, meta persuna naturali tipprovdi servizzi li jinvolvu ż-żamma tal-fondi jew tat-titoli trasferibbli ta’ partijiet terzi, tista’ tiġi kkunsidrata bħala ditta ta’ l-investiment għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva biss jekk, mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet l-oħra imposti b’din id-Direttiva u fid-Direttiva 93/6/KEE, il-persuna tikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) id-drittijiet tal-pussess ta’ partijiet terzi fl-istrumenti u l-fondi jridu jiġu ssalvagwardati, b’mod speċjali fl-eventwalità tal-falliment tad-ditta jew tal-proprjetarji tagħha, il-qbid bil-liġi, il-kumpens jew kull azzjoni oħra mill-kredituri tad-ditta jew tal-proprjetarji tagħha;

(b) id-ditta trid tkun bla ħsara għar-regoli ddisinjati sabiex jimmonitorjaw is-solvibbiltà tal-proprjetarji tagħha;

(ċ) il-kontijiet annwali tad-ditta jridu jiġu vverifikati minn persuna jew iktar mogħtija s-setgħa skond il-liġijiet nazzjonali, li jivverifikaw il-kontijiet;

(d) meta d-ditta jkollha proprjetarju wieħed biss, irid jagħmel provvediment għall-protezzjoni ta’ l-investituri fl-eventwalità li d-ditta tieqaf mil-kummerċ tagħha wara l-mewt tiegħu, l-inkapaċità tiegħu jew kull grajja oħra minn din.

2) “Servizzi u attivitajiet ta’ investiment” ifissru kull waħda mis-servizzi u l-attivitjiet elenkati fit-Taqsima A ta’ l-Anness I li għandhom x’jaqsmu ma’ kull wieħed mill-istrumenti elenkati fit-Taqsima Ċ ta’ l-Anness I;

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, hija u taġixxi skond il-proċedura riferita fl-Artiklu 64(2):

 il-kuntratti tad-derivattivi msemmija fit-Taqsima Ċ 7 ta’ l-Anness I li jkollhom il-karatteristiċi ta’ strumenti finanzjarji oħra derivattivi, filwaqt li jqisu jekk, fost ħwejjeġ oħra, jiġux ikklerjati u solvuti l-kontroversji permezz ta’ uffiċċji tal-clearance ikkonoxxuti jew le jew huma bla ħsara jew le għal sejħiet regolari tal-marġini

 il-kuntratti tad-derivattivi msemmija fit-Taqsima Ċ 10 ta’ l-Anness I li jkollhom il-karatteristiċi ta’ strumenti finanzjarji oħra derivattivi, filwaqt li jqisu jekk, fost ħwejjeġ oħra, jiġux kkummerċjati jew le f’suq irregolat jew MTF, ikklerjati u solvuti l-kontroversji permezz ta’ uffiċċji tal-clearance ikkonoxxuti jew le jew huma bla ħsara jew le għal sejħiet regolari tal-marġini;

3) “Servizzi anċillari” jfissru kull wieħed mis-servizzi elenkati fit-Taqsima B ta’ l-Anness I;

4) “Parir/i dwar l-investiment/i” ifissru l-provvediment ta’ rakkommandazzjonijiet personali lill-klijent, jew fuq it-talba tiegħu jew fuq l-inizjattiva tad-ditta ta’ l-investiment, rigward transazzjoni jew iktar li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-istrumenti finanzjarji;

5) “It-twettiq ta’ l-ordnijiet f’isem il-klijenti” ifisser ħidma sabiex jiġu konklużi ftehimijiet għax-xiri jew għall-bejgħ ta’ strument finanzjarju jew iktar f’isem klijenti;

6) “In-negozjar akkont tagħhom infushom” ifisser in-negozjar fuq il-kapital proprjetarju li jirriżulta fil-konklużjoni tat-transazzjonijiet fi strument finanzjarju jew iktar;

7) “Internalizzatur sistematiku” ifisser ditta ta’ l-investiment li, fuq bażi organizzat, frekwenti u sistematiku, tinnegozja akkont tagħha nfisha billi twettaq l-ordnijiet tal-klijenti barra minn suq irregolat jew MTF;

8) “Wieħed/dak li jagħmel is-suq” ifisser persuna li żżomm lilha nfisha fis-swieq finanzjarji fuq bażi kontinwu bħala lesta li tinnegozja akkont tagħha nfisha billi tixtri u tbigħ strumenti finanzjarji fuq il-kapital proprjetarju bi prezzijiet iddefiniti minnha;

9) “Il-ġestjoni tal-portafoll” tfisser il-maniġġjar tal-portafolli skond il-mandati mogħtija mill-klijenti fuq bażi diskrezzjonali, klijent bi klijent, meta dawn il-portafolli jinkludu strument finanzjarju jew iktar;

10) “Klijent” ifisser kull persuna naturali jew legali li ditta ta’ l-investiment tipprovdihom b’investiment u/jew servizzi anċillari;

11) “Klijent professjonali” ifisser klijent li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness II;

12) “Klijent tax-xiri bl-imnut” ifisser klijent li mhux klijent professjonali;

13) “Operatur tas-suq” ifisser persuna jew persuni li jiġġestjonaw u/jew joperaw il-kummerċ ta’ suq irregolat. L-operatur tas-suq jista’ jkun is-suq irregolat innifsu;

14) “Suq irregolat” ifisser sistema multilaterali mħaddma u/jew immaniġġjata minn operatur tas-suq, li ġġib flimkien, jew tiffaċilita li ġġib flimkien l-interessi multipli tax-xiri u l-bejgħ ta’ partijiet terzi u l-interessi tal-bejgħ fi strumenti finanzjarji - fis-sistema u skond regoli mhux diskrezzjonali - f’manjiera li tirriżulta f’kuntratt, rigward l-istrumenti finanzjarji imdaħħla għall-kummerċ skond ir-regoli u/jew is-sistemi tagħha, u li hija awtorizzata u tiffunzjona b’mod regolari u skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III;

15) “Faċilità multilaterali tal-kummerċ (MTF)” tfisser sistema multilaterali, imħaddma minn ditta ta’ l-investiment jew minn operatur tas-suq, li ġġib flimkien l-interessi multipli tax-xiri u l-bejgħ minn partijiet terzi fi strumenti finanzjarji - fis-sistema u skond ir-regoli mhux diskrezzjonali - f’manjiera li tirriżulta f’kuntratt skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II;

16) “Ordni tal-limitu” ifisser ordni sabiex jinxtara jew jinbigħ strument finanzjarju fil-limitu speċifikat tal-prezz tiegħu jew aħjar jew għal daqs speċifikat;

17) “Strument finanzjarju” ifisser dawk l-istrumenti speċifikati fit-Taqsima Ċ ta’ –L-Anness I;

18) “Titoli trasferibbli” ifissru dawk il-klassijiet ta’ titoli li huma negozjabbli fis-suq tal-kapital, bl-eċċezzjoni ta’ l-istrumenti tal-ħlas, bħal:

(a) ishma f’kumpanniji jew titoli oħra ekwivalenti għall-ishma f’kumpanniji, sħubijiet jew entitajiet oħra, u l-irċevuti depożitarji rigward l-ishma;

(b) il-kambjali jew għamliet oħra ta’ dejn issekurizzat, inklużi l-irċevuti depożitarji rigward dawn it-titoli;

(ċ) kull titolu ieħor li jagħti d-dritt għall-akkwist jew il-bejgħ ta’ kull titolu trasferibbli minn dan jew li joħloq soluzzjoni tal-kontroversji rigward flus fil-pront stabbilita b’riferiment għat-titoli trasferibbli, muniti korrenti, rati ta’ imgħax jew ir-riżultati tal-produzzjoni tagħhom, oġġetti jew indiċijiet jew miżuri oħra;

19) “Strumenti tas-suq tal-flus” ifissru dawk il-klassijiet ta’ strumenti li jiġu normalment ikkummerċjati fis-suq tal-flus, bħalma huma l-kambjali tat-teżor, iċ-ċertifikati tad-depożitu u studji kummerċjali u strumenti li jeskludu l-ħlas;

(20) “Stat Membru tal-post” ifisser:

(a) fil-każ tad-ditti ta’ l-investiment:

(i) jekk id-ditta ta’ l-investment hija persuna naturali, l-Istat Membru li fih ikun lokat l-uffiċċju prinċipali tagħha;

(ii) jekk id-ditta ta’ l-investment hija persuna legali, l-Istat Membru li fih ikun lokat l-uffiċċju rreġistrat tagħha;

(iii) jekk id-ditta ta’ l-investment ma jkollha l-ebda uffiċċju rreġistrat taħt il-liġijiet nazzjonali tagħha, l-Istat Membru li fih ikun lokat l-uffiċċju prinċipali tagħha;

(b) fil-każ ta’ suq irregolat, l-Istat Membru li fih ikun irreġistrat is-suq irregolat jew, jekk taħt il-liġijiet ta’ dan l-Istat Membru ma jkollu l-ebda uffiċċju rreġistrat, l-Istat Membru li fih ikun lokal l-uffiċċju ewlieni tas-suq irregolat;

21) “Stat Membru ospitatur” ifisser l-Istat Membru, għajr l-Istat Membru tal-post, li fih ditta ta’ l-investiment ikollha fergħa jew twettaq servizzi u/jew attivitajiet jew l-Istat Membru li fih suq irregolat jipprovdi l-arranġamenti approprjati sabiex jiffaċilita l-aċċess għall-kummerċ fis-sistema tiegħu mill-membri remoti jew mill-parteċipanti stabbiliti f’dan l-istess Stat Membru;

22) “Awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità, innominata minn kull wieħed mill-Istati Membri skond l-Artikolu 48, għajr jekk speċifikat xorta oħra f’din id-Direttiva;

23) “Istituzzjonijiet ta’ kreditu” ifissru istituzzjonijiet ta’ kreditu kif iddefiniti skond id-Direttiva 2000/12/KE;

24) “Kumpannija tal-ġestjoni ta’ l-UCITS” tfisser kumpannija tal-ġestjoni kif iddefinita fid-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE tal-20 ta’ Diċembru 1985, dwar il-kordinament tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-impriżi għall-investiment kollettiv fit-titoli trasferibbli (l-UCITS) ( 18 );

25) “Aġent marbut” ifisser persuna naturali jew legali li, taħt ir-responsabbiltà sħiħa u inkondizzjonata ta’ ditta waħda biss ta’ l-investiment li taġixxi f’isimhom, tippromwovi investiment jew servizzi anċillari lill-klijenti u lill-klijenti prospettivi, tirċievi u tittrasmetti struzzjonijiet jew ordnijiet mill-kljent rigward is-servizzi ta’ l-investiment jew l-istrumenti finanzjarji, tqiegħed l-istrumenti finanzjarji u/jew tipprovdi pariri lill-klijenti jew lill-klijenti prospettivi rigwrd dawn l-istrumenti u servizzi finanzjarji;

26) “Fergħa” tfisser post tal-kummerċ għajr l-uffiċċju ewlieni li jagħmel parti minn ditta ta’ l-investiment, li ma għandux personalità legali u li jipprodi servizzi u/jew servizzi ta’ l-investiment u li jista’ wkoll iwettaq servizzi anċillari li għalihom tkun ġiet awtorizzata d-ditta ta’ l-investiment bil-kwartieri ġenerali fi Stat Membru ieħor għandu jiġi meqjus bħala fergħa waħdiena;

27) “Sehem li jikkwalifika” ifisser kull sehem dirett jew indirett f’ditta ta’ l-investiment li jirrappreżenta 10 % jew iktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot, kif iddikjarat fl-Artikolu 92 tad-Direttiva 2001/34/KE, jew li jagħmilha possibbli li tiġie eżerċitata influwenza sinifikanti fuq il-ġestjoni tad-ditta ta’ l-investiment li fiha jinżamm dan is-sehem;

28) “Impriża ewliena” tfisser impriża li minnha joħorġu impriżi oħra kif iddefinitia fl-Artikoli 1 u 2 tas-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 dwar il-kontijiet ikkonsolidati ( 19 );

29) “Sussidjarja” tfisser impriża sussidjarja kif iddefinita fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83.3439/KEE, inkluża kull sussidjarja ta’ impriża sussidjarja ta’ impriża ewliena aħħarija;

(30) “Kontroll” ifisser il-kontroll kif iddefinit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE;

31) “Rabtiet mill-qrib” ifissru sitwazzjoni li fiha żewġ persuni naturali jew legali jew iktar ikunu marbuta flimkien bi:

(a) il-parteċipazzjoni li tfisser il-pussess, dirett jew permezz tal-kontroll, ta’ 20 % jew iktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ impriża;

(b) il-kontroll li jfisser ir-relazzjoni bejn impriża ewliena u sussidjarja fil-każijiet kollha riferiti fl-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 83/349/KEE, jew relazzjoni simili bejn kull persuna naturali jew legali u impriża, b’kull impriża sussidjarja ta’ impriża sussidjarja tiġi kkunsidrata wkoll bħala s-sussidjarja ta’ impriża ewliena li tkun il-kap ta’ dawn l-impriżi.

Sitwazzjoni li fiha żewġ persuni naturali jew legali jew iktar ikunu marbuta b’mod permanenti ma’ l-istess persuna waħda b’relazzjoni ta’ kontroll għandha wkoll tiġi meqjusa bħala rabta mill-qrib bejn dawn il-persuni.

2.  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 64(2), tista’ tiċċara d-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.



IT-TITOLU II

KONDIZZJONIJIET GĦALL-AWTORIZZAZZJONI U L-OPERAT GĦAD-DITTI TA’ L-INVESTIMENT



IL-KAPITOLU I

KONDIZZJONIJIET U PROĊEDURI GĦALL-AWTORIZZAZZJONI

Artikolu 5

Il-Ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni

1.  Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jeħtieġ illi t-twettiq tax-xogħol tas-servizzi jew l-attivitajiet ta’ l-investiment bħala mestier jew kummerċ rregolati fuq bażi professjonali irid ikun bla ħsara għal awtorizzazzjoni minn qabel skond id-dispopsizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu. Din l-awtorizzazzjoni għandha tiġi konċessa mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post innominata skond l-Artikolu 48.

2.  Bħala deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lil kull operatur tas-suq li jopera MTF, bla ħsara għall-verifika minn qabel tal-konformità tiegħu mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, minbarra l-Artikoli 11 u 15.

3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġistru tad-ditti kollha ta’ l-investiment. Dan ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli b’mod pubbliku u għandu jkun fih tagħrif dwar is-servizzi u/jew l-attivitajiet li għalihom id-ditta ta’ l-investiment tkun awtorizzata. Għandu jiġi aġġornat fuq bażi regolari.

4.  Kull Stat Membru għandu jeħtieġ illi:

 kull ditta ta’ investiment li hija persuna legali jkollha l-uffiċċju ewlieni tagħha fl-istess Stat Membru fejn ikollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha,

 kull ditta ta’ investiment li mhux persuna legali jew kull ditta ta’ investiment li hija peruna legali skond il-liġijiet nazzjonali tagħha imma ma għandha l-ebda uffiċċju rreġistrat, ikollha l-uffiċċju ewlieni tagħha fl-Istat Membru fejn twettaq il-kummerċ tagħha.

5.  Fil-każ tad-ditti ta’ l-investiment li jipprovdu biss pariri dwar l-investiment jew is-servizz tar-riċeviment u t-trasmissjoni ta’ l-ordnijiet skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità kompetenti li tiddelega kompiti amministrattivi, preparatorji jew anċillari li jkollhom x’jaqsmu mal-konċessjoni ta’ awtorizzazzjoni, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 6

L-firxa ta’ l-awtorizzazzjoni

1.  L-Istat Membru tal-post għandu jiżgura illi l-awtorizazzjoni tispeċifika s-servizzi jew l-attivitajiet ta’ investiment li d-ditta ta’ l-investiment hija awtorizzata li tipprovdi. L-awtorizzazzjoni tista’ tkopri wieħed jew iktar mis-servizzi anċillari ddikjarati fit-Taqsima B ta’ l-Anness I. Fl-ebda każ ma tista’ l-awtorizzazzjoni tiġi konċessa għall-provvediment ta’ servizzi anċillari biss.

2.  Ditta ta’ l-investiment li tkun qiegħd tfittex awtorizzazzjoni sabiex testendi l-kummerċ tagħha għal servizzi jew attivitajiet addizzjonali ta’ investiment jew servizzi anċillari mhux previsti fiż-żmien ta’ l-awtorizzazzjoni inizjali għandha tisottometti talba għall-estensjoni ta’ l-awtorizzazzjoni tagħha.

3.  L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida fil-Komunità kollha u għandha tippermetti lil ditta ta’ l-investiment li tipprovdi s-servizzi jew li twettaq l-attivitajiet li għalhom tkun ġiet awtorizzata, mal-Komunità klolha, sewwa permezz ta’ l-istabbiliment ta’ fergħa u sewwa permezz tal-provvediment ħieles tas-servizzi.

Artikolu 7

Il-Proċeduri għall-konċessjoni jew ir-rifjut tat-talbiet għall-awtorizzazzjoni

1.  L-awtorità kompetenti ma għandhiex tikkonċedi awtorizzazzjoni għajr jekk u sa dak iż-żmien li fih tkun sodisfatta għal kollox li l-applikant jikkonforma mal-ħtiġiet kollha dwar id-dispożizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva.

2.  Id-ditta ta’ l-investiment għandha tipprovdi t-tagħrif kollu, inkluż programm ta’ l-operati tagħha li jiddikjara, fost ħwejjeġ oħra, it-tipi tal-kummerċ previsti u l-istruttura ta’ l-organizzazzjoni, meħtieġa sabiex jgħinu lill-awtorità kompetenti li tissodisfa ruħha illi d-ditta ta’ l-investiment tkun stabbiliet, fiż-żmien ta’ l-istabbiliment inizjali, l-arranġamenti kollha meħtieġa sabiex tissodisfa l-obbligi skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.

3.  Applikant għandu jiġi mgħarraf, fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kkompletata, jekk tkunx ġiet konċessa l-awtorizzazzjoni jew le.

Artikolu 8

L-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet

L-awtorità kompetenti tista’ tirtira l-awtorizzazzjoni maħruġa lil ditta ta’ l-investiment meta din d-ditta ta’ l-investiment:

(a) ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-ilxahar, tirrinunzja espressament għall-awtorizzazzjoni jew ma tkun ipprovdiet ebda servizzi jew ma wettqet l-ebda attività ta’ investiment fis-sitt xhur ta’ qabel, għajr jekk l-Istat Membru interessat ikun ipprovda li f’dawn il-każijiet l-awtorizzazzjoni tiskadi;

(b) tkun kisbet l-awtorizzazzjoni billi tagħamel dikjarazzjonijiet foloz jew minħabba kull mezz ieħor mhux regolari;

(ċ) ma tissoktax tissodisfa l-kondizzjonijiet li fuqhom tkun ġiet konċessa l-awtorizzazzjoni, bħalma hija l-konformità mal-kondizzjonijiet iddikjarati fid-Direttiva 93/6/KEE;

(d) tkun kisret serjamenrt u sistematikament id-dispożizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva li tirregola l-kondizzjonijiet ta’ l-operat tad-ditti ta’ l-investiment;

(e) taqa’ taħt xi wħud mill-każijiet meta l-liġijiet nazzjonali, rigward materji ‘il barra mill-iskop ta’ din id-Direttiva, jipprovdu għall-irtirar.

Artikolu 9

Il-Persuni li effettivament jidderieġu l-kummerċ

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi l-persuni li jmexxu l-kummerċ ta’ ditta ta’ l-investiment b’mod dirett ikollhom fama tajba u esperjenza biżżejjed sabiex jiżguraw il-ġestjoni soda u prudenti tad-ditta ta’ l-investimant.

Meta l-operatur tas-suq li jfittex awtorizzazzjoni sabiex jopera MTF u l-persuni li jmexxu l-kummerċ tal-MTF b’mod effettiv huma l-istess persuni bħal dawk li jmexxu l-kummerċ tas-suq irregolat b’mod effettiv, dawn il-persuni għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-ħiġiet stabbiliti fl-ewwel sub-paragrafu.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditta ta’ l-investiment tinnotifika lill-awtorità kompetenti b’kull bidla fl-amministrazzjoni tagħha, flimkien mat-tagħrif kollu meħtieġ, sabiex jiġi stmat jekk il-personal maħtur sabiex jamministra d-ditta ikollux il-fama tajba u l-esperjenza biżżejjed.

3.  L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta awtorizzazzjoni jekk ma tkunx sodisfatta illi l-persuni li jridu jidderieġu l-kummerċ tad-ditta ta’ l-investiment b’mod effettiv ikollhom il-fama tajba u l-esperjenza biżżejjed, jew jekk ikun hemm raġunijiet oġġettivi u li jistgħu jintwerew sabiex temmen illi l-bidliet proposti għall-amministrazzjoni tad-ditta joħolqu tehdida għall-ġestjoni soda u prudenti tagħha.

4.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi għall-ġestjoni ta’ kull ditta ta’ l-investiment għandhom jindaħlu mill-inqas żewġ persuni li jissodifaw il ħtriġiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

Bħala deroga mill-ewwel sub-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jikkonċedu awtorizzazzjoni lid-ditti ta’ l-investiment li huma persuni naturali jew lid-ditti ta’ l-investiment li huma persuni legali amministrati minn persuna waħda naturali skond ir-regoli tal-kostituzzjoni tagħhom u l-liġijiet nazzjonali. L-Istati Membri għandhom, madankollu, jeħtieġu illi jkun hemm fil-post arranġamenti alternattivi sabiex jiżguraw il-ġestjoni soda u prudenti ta’ dawn id-ditti ta’ investiment.

Artikolu 10

L-Azzjonisti u l-persuni b’ishma ta’ kwalifikazzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jawtorizzaw it-twettiq tax-xogħol ta’ servizzi jew attivitajiet ta’ investiment minn ditta ta’ l-investiment sakemm ikun ġew imgħarrfa bl-identità ta’ l-azzjonisti jew tal-membri, sewwa direttament sewwa indirettament. persuni naturali jew legali, li jkollhom ishma ta’ kwalifikazzjoni u l-ammonti ta’ dawn l-ishma.

L-awttoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw awtorizzazzjoni jekk, wara li jqisu l-ħtieġa li jiżguraw il-ġestjoni soda u prudenti ta’ ditta ta’ l-investiment, ma jkunux sodifatti rigward kemm ikunu xieraq l-azzjonisti jew il-membri li jkollhom ishma ta’ kwalifikazzjoni.

Meta jeżistu rabtiet mill-qrib bejn ditta ta’ l-investiment u persuni oħra naturali jew legali, l-awtorità kompetenti għandha tikkonċedi awtorizzazzjoni biss jekk dawn ir-rabtiet ma jipprevjenux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tas-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti.

2.  L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta awtorizzazzjoni jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna naturali jew legali jew iktar li magħhom l-impriża jkollha rabtiet mill-qrib, jew diffikultajiet involuti fl-infurzar tagħhom, jipprevjienu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħha tas-sorveljanza.

3.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu kull persuna naturali jew legali li jipproponu li jiksbu, jew ibigħu, direttament jew indirettament, sehem ta’ kwalifikazzjoni f’ditta ta’ l-investiment, l-ewwel li jinnotifikaw, skond it-tieni sub-paragrafu, lill-awtorità kompetanti bid-daqs tas-sehem li jirriżulta. Dawn il-persuni għandhm bl-istess mod jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti jekk jipproponu li jżidu jew inaqssu s-sehem tagħhom ta’ kwalifikazzjoni, jekk b’konsegwenza ta’ dan il-propozjon tad-drittijit tagħhom tal-vot jew tal-kapital li jkunu jżommi jilħaq jew jinżel taħt jew jaqbeż il-20 %, it-33 % jew il-50 % jew jekk id-ditta ta’ l-investiment issir jew tieqaf milli tkun is-sussidjarja tagħhom.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti għandu jkollha sa tliet xhur żmien mid-data tan-notifika ta’ l-akkwist propost ipprovvdut fl-ewwel sub-paragrafu sabiex topponi dan il-pjan jew, minħabba l-ħtieġa li tiżgura l-ġestjoni soda u prudenti tad-ditta ta’ l-investiment, ma tkunx sodisfatta rigward kemm ikunu xierqa l-persuni riferiti fl-ewwel sub-paragrafu. Jekk l-awtorità kompetenti ma topponix il-pjan, tista’ tiffissa temma taż-żmien għall-implimentazzjoni tiegħu.

4.  Jekk min jakkwista sehem riferit fil-paragrafu 3 ikun ditta ta’ l-investiment, istitutizzjoni tal-kreditu, impriża ta’ l-assigurazzjoni jew kumpannija tal-ġestjoni ta’ l-UCITS awtorizzati fi Stat Membru ieħor, jew impriża ewliena ta’ ditta ta’ l-investiment, istituzzjoni tal-kreditu, impriża ta’ l-assigurazzjoni jew kumpannija tal-ġestjoni ta’ l-UCITS awtorizzati fi Stat Membru ieħor, jew persuna li tikkontrolla ditta ta’ l-investiment, istituzzjoni tal-kreditu, impriża ta’ l-assigurazzjoni jew kumpannija tal-ġestjoni ta’ l-UCITS awtorizzati fi Stat Membru ieħor, u jekk, b’riżultat ta’ din il-kisba, l-impriża ssir is-sussidjara ta’ min jakkwistaha jew tgħaddi taħt il-kontroll tiegħu, l-istima ta’ l-akkwist għandha tkun bla ħsara għall-konsultazzjoni minn qabel ipprovduta fl-Artikolu 60.

5.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, jekk ditta ta’ l-investiment issir konxja dwar kull kisba jew disponiment mill-ishma fil-kapital tagħha li jikkawżaw lill-ishma li jaqbżu jew jaqgħu taħt kull waħda mill-għetiebi riferiti fl-ewwel sub-paragrafu tal-paragrafu 3, din id-ditta ta’ l-investment trid tgħarraf lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

Mill-inqas darba fis-sena, id-ditti ta’ l-investiment għandhom jgħarrfu wkoll lill-awtorità kompetenti bl-ismijiet ta’ l-azzjonisti u tal-membri li jippossjiedu ishma ta’ kwalifikazzjoni u daqsijiet ta’ dawn l-ishma kif murija, per eżempju, mit-tagħrif irċevut fil-laqgħat ġenerali annwali ta’ l-azzjonisti u tal-membri jew bħala riżultat tal-konformità mar-regolamenti li japplikaw għall-kumpanniji li t-titoli trasferibbi tagħhom ta’ siġurtà jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq irregolat.

6.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi, meta l-influwenza eżerċitata mill-persuni riferiti fl-ewwel sub-paragrafu tal-paragrafu 1 x’aktarx li tkun ta’ preġudizzju għall-ġestjoni soda u prudenti tad-ditta ta’ l-investiment, l-awtorità kompetenti tieħu l-miżuri approprjati sabiex iġġib din is-sitwazzjoni fit-tmiem.

Dawn il-miżuri jistgħu jikkonsistu f’applikazzjonijiet għal ordnijiet ġudizzjarji u/jew l-imposizzjoni ta’ sanzjonijiet kontra d-diretturi u dawk responsabbli mill-ġestjoni, jew is-sospensjoni ta’ l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot mehmuża ma’ l-ishma miżmuma mill-azzjonisti jew mill-membri fil-kwistjoni.

Għandhom jittieħdu miżuri bħal dawn rigward il-persuni li jonqsu milli jikkonformaw ma’ l-obbligu li jipprovdu tagħrif minn qabel għall-akkwist jew iż-żieda ta’ sehem ta’ kwalifikazzjoni. Jekk jiġi miksub sehem minkejja l-opposizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, mingħajr ma jagħtu ħaż tas-sanzjonijiet li jridu jiġu adottati, jew għall-eżerċizju tad-drittijiet korrispondenti tal-vot li jridu jiġu sospiżi, għan-nullità tal-voti mitfugħa jew għall-possibbiltà ta’ l-annullament tagħhom.

Artikolu 11

Is-Sħubija ta’ Skema awtorizzata ta’ Kumpens lill-Investitur

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika illi kull entità li tkun qiegħda tfittex awtorizzazzjoni bħala ditta ta’ l-investiment tissodifa l-obbligi tagħha skond id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar l-iskemi ta’ kumpens lill-investituri ( 20 ) mal-waqt ta’ l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 12

kapital inizjali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-awtoritajiet kompetenti ma jikkonċedux awtorizzazzjoni għajr jekk id-ditta ta’ l-investiment ikollha kapital inizjali biżżejjed skond il-ħtiġiet tad-Direttiva 93/6/KEE wara li jqisu n-natura tas-servizz jew l-attività ta’ l-investiment fil-kwistjoni.

Sakemm issir ir-reviżjoni tad-Direttiva 93/5/KEE, id-ditti ta’ l-investiment ipprovvduti fl-Artikolu 67 għandhom ikunu bla ħsara għall-ħtiġiet tal-kapital stabbilit f’dan l-Artikolu.

Artikolu 13

Il-Ħtiġiet organizzattivi

1.  L-Istat Membru tal-post għandu jeħtieġ illi d-ditti ta’ l-investiment jikkonformaw mal-ħtiġiet organizzattivi ddikjarati fil-paragrafi minn 2 sa 8.

2.  Ditta ta’ linvestiment għandha tistabbilixxi politiki adegwati u proċeduri biżżejjed sabiex tiżgura l-konformità tad-ditta inklużi l-amministraturi, l-impjegati u l-aġenti marbuta tagħha ma’ l-obbligi tagħha skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva kif ukoll ir-regoli approprjati li jirregolaw it-transazzjonijiet personali minn dawn il-persuni.

3.  Ditta ta’ l-investiment għandha żżomm u tħaddem arranġamentri organizzattivi u amministrattivi effettivi bil-ħsieb li tieħu l-passi kollha raġjonevoli iddisinjati sabiex jipprevjienu l-konflitti ta’ interess kif iddefiniti fl-Artikolu 18 milli jaffettwaw b’mod negattiv l-interessi tal-klijenti tagħha.

4.  Ditta ta’ l-investiment għandha tieħu passi raġjonevoli sabiex tiżgura l-konformità u r-regolarità fit-twettiq tax-xogħol tas-servizzi u l-attivitajiet ta’ l-investiment. Għal dan il-fini, id-ditta ta’ l-investiment għandha timpjega sistemi, riżorsi u proċeduri approprjati u pproporzjonati.

5.  Ditta ta’ l-investiment għandha tiżgura, meta toqgħod fuq parti terza fit-twettiq tax-xogħol tal-funzjonijiet operattivi li jkunu kritiċi għall-provvediment ta’ servizz kontinwu u sodisfaċenti lill-klijenti u t-twettiq tax-xogħol ta’ attivitajiet ta’ investiment fuq bażi kontinwu u sodisfaċenti, li tieħu passi raġjonevli sabiex tevita riskju operttiv addizzjonali mhux mistħoqq. Ma jistax jiġi midħul għalih xogħol ta’ barra mid-ditta rigward funzjonijiet operattivi importanti hekk illi jagħmel ħsara materjalment lill-kwalità tal-kontroll intern tagħha u l-abbiltà tas-sorveljant li jimmonitorja l-konformità tad-ditta ma’ l-obbligi tagħha.

Ditta ta’ l-investment għandu jkollha proċeduri sodi amministrattivi u tal-kontabbiltà, mekkaniżmi interni tal-kontroll, proċeduri effettivi għall-istima tar-riskji u kontroll effettiv u arranġamenti tas-salvagward għas-sistemi tal-proċessar tat-tagħrif.

6.  Ditta ta’ l-investiment għandha tirranġa li jinżammu reġistrazzjonijiet tas-servizzi u tat-transazzjonijiet kollha midħula għalihom minnha li għandhom ikunu biżżejjed sabiex jgħinu lill-awtorità kompetenti li timmonitorja l-konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari sabiex taċċerta illi d-ditta ta’ l-investiment tkun ikkonformat ma’ l-obbligi kollha rigward il-klijenti jew il-klijenti potenzali.

7.  Meta tkun qiegħda żżomm strumenti finanzjarji li jappartjienu għall-klijenti, ditta ta’ l-investiment għandha tagħmel arranġamenti adegwati hekk li tissalvagwarja d-drittijiet tal-pussess tal-klijenti, b’mod speċjali fl-eventwalità li d-ditta ta’ l-investiment tfalli, u hekk li tripprevjieni l-użu ta’ l-istrument ta’ klijient akkont tagħha nfisha għajr bil-kunsens espress tal-klijent.

8.  Meta tkun qiegħda żżomm fondi li jappartjienu għall-klijenti, ditta ta’ l-investiment għandha tagħmel arranġementi adegwati sabiex tissalvagwardja d-drittijiet tal-klijenti u, għajr fil-każ ta’ l-istituzzjonijiet tal-kreditu, tipprevjieni l-użu tal-fondi tal-klijenti akkont tagħha nfisha.

9.  Fil-każ tal-friegħi tad-ditti ta’ l-investiment, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih tkun lokata l-fergħa għandha, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post tad-ditta ta’ l-investiment li jkollha aċċess dirett għal dawn ir-registri, tinforza l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 6 rigward it-transazzjonijiet midħula għalihom mill-fergħa.

10.  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi minn 2 sa 9, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 64(2), il-miżuri ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-ħtiġiet konkreti organizzattivi li jridu jiġu imposti fuq id-ditti ta’ l-investiment li jwettqu x-xogħol ta’ servizzi u/jew attivitajiet differenti ta’ investiment u servizzi anċillari jew għaqdiet tagħhom.

Artikolu 14

Il-Proċess tal-kummerċ u l-finalizzazzjoni tat-transazzjonijiet f’MTF

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti ta’ l-investiment jew l-operaturi tas-suq li jaħdmu MTF, għandhom jistabbilixxu, b’żieda ma’ dak li jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikolu 12, regoli u proċeduri trasparenti u mhux diskrezzjonali għall-kummerċ ġust u bl-ordni u jistabbilixxu kriterji oġġettivi għat-twettiq effiċjenti ta’ l-ordnijiet.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment jew l-operaturi tas-suq li jaħdmu MTF jistabbilixxu regoli trasparenti rigward il-kriterji sabiex jistabbilixxu l-istrumenti finanzjarji li jistgħu jiġu kkummerċjati taħt is-sistemi tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jetħieġu li, meta japplikaw, id-ditti ta’ l-investiment jew l-operaturi tas-suq li jaħdmu MTF jipprovdu, jew ikunu sodisfatti li jkun hemm aċċess għal tagħrif biżżejjed disponibbli pubblikament sabiex jgħinu lill-utenti tagħhom jagħmlu ġudizzju dwar l-investiment, filwaqt li jqisu kemm in-natura ta’ l-utenti kif ukoll it-tipi ta’ strumenti kkummerċjati.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-Artikoli 19, 21 u 22 ma japplikawx għat-transazzjonijiet konklużi skond ir-regoli li jirregolaw MTF bejn il-membri jew il-parteċipazzjoni fiha jew bejn il-MTF u l-membri jew il-parteċipanti fiha fejn jidħol l-użu tal-MTF. Madankollu, il-membri tal-MTF jew il-parteċipanti fiha għandhom jikkonformaw ma’ l-obbligi pprovvduti fl-Artikoli 19, 21 u 22 rigward il-klijenti tagħhom meta, filwaqt li jaġixxu f’isem il-klijenti tagħhom, iwettqu l-ordnijiet tagħhom permezz tas-sistemi ta’ MTF.

4.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti ta’ l-investiment jew l-operaturi tas-suq li jaħdmu MTF jistabbilixxu u jżommu regoli trasparenti, imsejsa fuq kriterji oġġettivi, li jirregolaw l-aċċess għall-faċilità tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 42(3).

5.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment jew l-operaturi tas-suq li jaħdmu MTF jgħarrfu b’mod ċar lill-utenti tagħhom dwar ir-resposabbiltajiet rispettivi rigward is-soluzzjoni tal-kontroversji tat-transazzjonijiet imwettqa f’din il-faċilità. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment jew l-operatiri tas-suq li jaħdmu MTF ikunu qiegħdu f’posthom l-arranġamenti meħtieġa sabiex jiffaċilitaw is-soluzzjoni effiċjenti tal-kontroversji fit-transazzjonijiet konklużi skond is-sistemi tal-MTF.

6.  Meta titolu trasferibbli, li jkun ġie ammess għall-kummerċ f’suq irregolat, jiġi kkummerċjat ukoll fuq MTF mingħajr il-kunsens ta’ min joħorġu, min joħorġu ma għandu ikun bla ħsara għall-ebda obbligu li jkollu x’jaqsam ma’ l-iżvelar inizjali, għaddej jew ad hoc rigward dan l-MTF.

7.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi kull ditta ta” l-investiment jew operatur tas-suq li jaħdem MTF jikkonformaw ma’ kull istruzzjoni mill-awtorità kompetenti tagħhom skond l-Artikolu 50(1) sabiex jissospendu jew iwarrbu strument finanzjarju milli jiġi kkummerċjat.

Artikolu 15

Ir-Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi

1.  L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’kull diffikultà ġenerali li d-ditti ta’ l-investiment jiltaqgħu magħhom meta jistabblixxu lilhom infushom jew jipprovdu servizzi ta’ investiment u/jew iwettqu x-xogħol ta’ attivitajiet ta’ investiment f’kull pajjiż terz.

2.  Kulmeta jidher lill-Kummissjoni, fuq il-bażi tat-tagħrif issottomess lilha skond il-paragrafu 1, li pajjiż terz ma jikkonċedix lid-ditti Komunitarji ta’ l-investiment aċċess effettiv għas-suq imqabbel ma’ dak konċess mill-Komunità lid-ditti ta’ l-investiment minn dan il-pajjiż terz, il-Kummissjoni tista’ tisottometti proposti lill-Kunsill għal mandat approprjat għan-negozjati bil-ħsieb li jinkisbu opportunitajiet kompetittivi komparabbli għad-ditti Komunitarji ta’ l-investiment. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata.

3.  Kulmeta jidher lill-Kummissjoni, fuq il-bażi tat-tagħrif issottomess lilha skond il-paragrafu 1, illi d-ditti Komunitarji ta’ l-investiment f’pajjiż terz ma jiġux konċessi trattament nazzjonali li jista’ joffri l-istess opportuntajiet kompetittivi kif ikunu disposnibbli lid-ditti domestiċi ta’ investiment u li l-kondizzjonijiet ta’ aċċess effettiv tas-suq ma jkunux imwettqa, il-Kummissjoni tista’ tiftaħ negozjati sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni.

Fiċ-ċirkustanzi riferiti fl-ewwel sub-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 64(2), f’kull waqt u b’żieda mal-ftuħ tan-negozjati, li l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Mwembri jridu jillimitaw jew jissospendu l-ishma mill-impriżi ewliena direttament jew indirettament irregolati bil-liġijiet tal-pajjiż terz fil-kwistjoni. Dawn il-limitazzjonijiet jew sospensjonijiet ma jistgħux jiġu applikati għall-istabbiliment ta’ sussidjarji mid-ditti ta’ l-investiment awtorizzati kif mistħoqq fil-Komunità jew mis-sussidjarji tagħhom, jew għall-kisba ta’ l-ishma fid-ditti Komunitarji ta’ investiment minn dawn id-ditti jew sussidjarji. It-tul taż-żmien ta’ dawn il-miżuri ma jistax jaqbeż it-tliet xhur.

Qabel it-tmiem tal-perjodu taż-żmien ta’ tliet xhur riferit fit-tieni sub-paragrafu u fid-dawl tar-riżultati tan-negozjati, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 64(2), li testendi dawn il-miżuri.

4.  Kulmeta jidher lill-Kummissjoni li tiġri waħda mis-sitwazzjonijiet riferiti fil-parafi 2 u 3, l-Istati Membri għandhom jgħarrfuha fuq it-talba tagħha:

(a) dwar kull applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ kull ditta li hija s-sussidjarja diretta jew indiretta ta’ impriża ewliena rregolata bil-liġijiet tal-pajjiż terz fil-kwistjoni;

(b) kulmeta jiġu mgħarrfa skond l-Artikolu 10(3) illi din l-impriża ewliena tipproponi ti takkwista sehem f’ditta Komunitarja ta’ l-investiment, li b’konsegwenza tagħha din ta’ l-aħħar issir is-sussidarja tagħha.

Dan l-obbligu li jiġi pprovvdut it-tagħrif għandu jiskadi kulmenta jintlaħaq ftehim mal-pajjiż tal-pajjiż terz interessat jew meta ma jibqgħux japplikaw il-miżuri riferiti fit-tieni u t-tielet sub-paragrafi tal-paragrafu 3.

5.  Il-miżuri meħuda skond dan l-Artiklu għandhom jikkonformaw ma’ l-obbligi Komunitarji skond kull ftehim internazzjonali, bilaterali jew multilateraali, li jirregola l-bidu u/jew is-segwiment tal-kummerċ tad-ditti ta’ l-investiment.



IL-KAPITOLU II

IL-KONDIZZJONIJIET OPERATTIVI GĦAD-DITTI TA’ L-INVESTIMENT



Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 16

Ir-rivista regolari tal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni inizjali

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi ditta ta’ l-investiment awtorizzata fit-territorju tagħhom tikkonforma l-ħin kollu mal-kondizzjonijit għall-awtorizzazzjoni inizjali stabbiliti fil-Kapitolu I ta’ dan it-Titolu.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu l-metodi approprjati sabiex jimmonitorjaw li d-ditti ta’ l-investiment jikkonformaw ma’ l-obbligu tagħhom skond il-paragrafu 1. Għandhom jeħtieġu li d-ditti ta’ l-investiment jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti b’kull bidla materjali fil-kondizzjonijiet għal awtorizzazzjoni inizjali.

3.  Fil-każ tad-ditti ta’ l-investiment li jipprovdu biss pariri dwar l-investiment, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità kompetenti li tiddelega kompiti amministrattivi, preparatorji jew anċillari li jkollhom x’jaqsmu mar-rivista tal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni inizjali, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 17

L-Obbligu ġenerali rigward is-sorveljanza kontinwa

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw l-attivitajiet tad-ditti ta’ l-investiment sabiex jistmaw il-konformità mal-kondizzjonijiet operattivi pprovvduti f’din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jkunu fil-post miżuri approprjati sabiex jgħinu lill-awtoritajiet kompetenti jiksbu t-tagħrif meħtieġ sabiex jistmaw il-konformità tad-ditti ta’ l-investiment ma’ dawn l-obbligi.

2.  Fil-każ tad-ditti ta’ l-investiment li jipprovdu biss pariri dwar l-investiment, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità kompetenti li tiddelega kompiti amministrattivi, preparatorji jew anċillari li jkollhom x’jaqsmu mal-monitoraġġ regolari tal-ħtiġiet operattivi, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 18

Il-Konflitti ta’ interess

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi raġjonevoli kollha sabiex jidentifikaw konflitti ta’ interess bejniethom infushom, inklużi l-amministratturi, l-impjegati u l-aġenti marbuta tagħhom, jew kull persuna marbuta direttament jew indirettament magħhom bil-kontroll u l-klijenti tagħhom jew bejn klijent u ieħor li jinħolqu fil-kors li jiġi pprovvdut kull servizz ta’ investiment jew anċillari, jew għaqdiet tagħhom.

2.  Meta l-arranġamenti organizzattivi jew amministrattivi magħmula mid-ditta ta’ l-investiment skond l-Artikolu 13(3) biex jamministraw konflitti ta’ interess ma jkunux biżżejjed sabiex jiżguraw, b’fiduċja raġjonevoli, illi jridu jiġu pprevenuti r-riskji ta’ ħsara għall-interessi tal-klijenti, id-ditta ta’ l-investiment għandha tiżvela b’mod ċar in-natura ġenerali u/jew is-sorsi tal-konflitti ta’ interess lill-klijent qabel tindaħal għall-kummerċ f’ismu.

3.  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 64(2), miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex:

(a) tiddefinixxi l-passi li d-ditti ta’ l-investiment jistgħu jiġu mistennija b’mod raġjonevoli li jieħdu sabiex jidentifikaw, jamministraw u/jew jiżvelaw konflitti ta’ interess meta jipprovdu servizzi varji ta’ investiment u anċillari u għaqdiet ta’ dawn;

(b) tistabbilixxi l-kriterji approprjati sabiex tistabbilixxi t-tipi ta’ konflitt ta’ interess li l-eżistenza tagħhom tista’ tagħmel ħsara lill-interessi tal-klijenti u tal-klijenti potenzali tad-ditta ta’ l-investiment.



Taqsima 2

Id-Dispożizzjonijiet sabiex jiżguraw il-protezzjoni ta’ l-investitur

Artikolu 19

Il-Kondotta ta’ l-obbligi tal-kummerċ meta jiġu pprovvduti servizzi ta’ investiment lill-klijenti

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi, meta jipprovdu servizzi ta’ investiment u/jew, meta approprjat, servizzi anċillaru lill-klijenti, ditta ta’ l-investiment taġixxi b’mod onest, ġust u professjonali skond l-aħjar interessi tal-klijenti tagħha u tikkonforma. b’mod partikolari, mal-prinċipji ddikjarati fil-paragrafi minn 2 sa 8.

2.  It-tagħrif kollu, inklużi l-komunikazzjonjiet dwar il-marketing, indirizzat mid-ditta ta’ l-investiment lill-klijenti jew il-klijenti potenzali, għandu jkun ġust, ċar u ma jqarraqx. Il-komunikazzjonijiet dwar il-marketing għandhom ikunu jistgħu jiġu identifikati biċ-ċar bħala ta’ hekk.

3.  Għandu jiġi pprovvdut tagħrif approprjat f’għamla komprensibbli lill-kljienti jew il-klijenti potenzali dwar:

 id-ditta ta’ l-investiment u s-servizzi tagħha,

 l-istrumenti finanzjarji u l-istrateġiji proposti ta’ l-investiment; dan għandu jinkludi gwida approprjata u twissijiet dwar ir-riskji assoċjati ma’ l-investmenti f’dawn l-istrumenti jew rigward l-istrateġiji partikolari ta’ l-investimenti,

 il-postijiet tat-twettiq, u

 l-ispejjeż u l-imposti assoċjati

3.  sabiex ikunu kapaċi b’mod raġjonevoli li jifhmu n-natura u r-riskji tas-servizz ta’ l-investiment u tat-tip speċifiku ta’ l-istrument finanzjarju li jkun qiegħed jiġi offrut u, b’konsegwenza ta’ dan, sabiex jieħdu deċiżjonijiet dwar l-investiment fuq bażi informat. Dan it-tagħrif jista’ jiġi pprovvdut f’format standardizzat.

4.  Meta tipprovdi pariri dwar l-investiment jew il-ġestjoni ta’ portafoll, id-ditta ta’ l-investiment għandha tikseb it-tagħrif meħtieġ li jirrigwarda l-gherf u l-eperjenza tal-klijent jew tal-klijent potenzali fil-kamp ta’ l-investiment rilevanti għat-tip speċifiku tal-prodott jew tas-servizz, is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom u l-għanijiet tagħhom ta’ investiment sabiex jgħinu lid-ditta li tirrakkommanda lill-klijent jew lill-klijent potenzali s-servizzi ta’ investiment u l-istrumenti finanzjarji li jaqblu għalihom.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi d-ditti ta’ investiment, meta jkunu qegħdin jipprovdu servizzi oħra għajr dawk riferiti fil-paragrafu 4, jistaqsu lill-klijent jew lill-klijent potenzali rigward il-għerf u l-esperjenza tagħhom fil-kamp ta’ l-investiment rilevanti għat-tip speċifiku tal-prodott jew tas-servizz offruti jew iddomandati sabiex jgħinu lid-ditta ta’ l-investiment tistma jekk is-servizz jew il-prodott ta’ l-investiment previst ikunux approprjat għall-klijent.

Fil-każ li, fuq il-bażi tat-tagħrif irċevut skond il-paragrafu ta’ qabel, ditta ta’ l-investiment tikkunsidra illi l-prodott jew is-servizz ma jkunux approprjati għall-klijent jew għall-klijent potenzali, id-ditta ta’ l-investiment għandha twissi lill-klijent jew klijent potenzali. Din it-twissija tista’ tiġi pprovvduta f’format standardizzat.

Fil-każijiet meta l-klijent jew il-klijent potenzali jagħżlu li ma jipprovdux it-tagħrif riferit taħt l-ewwel sub-paragrafu, jew meta jipprovdu tagħrif mhux biżżejjed li jirrigwarda l-għerf jew l-esperjenza tagħhom, id-ditta ta’ l-investiment għandha twissi lill-klijent jew il-klijent potenzali illi deċiżjoni bħal din ma tippermettix lid-ditta tistabbilixxi jekk is-servizz jew il-prodott previsti humiex approprjati għalihom. Din it-twissija tista’ tiġi pprovvduta f’format standardizzat.

6.  L-Istati Membri għandhom jippermettu lid-ditti ta’ l-investiment meta jkunu qegħdin jipprovdu servizzi ta’ investiment li jikkonsistu biss fit-twettiq u/jew ir-riċeviment u t-trasmissjoni ta’ l-ordnijiet tal-klijenti bis-servizzi anċillari jew mingħajrhom sabiex jipprovdu dawn is-servizzi ta’ investiment lill-klijenti tagħhom mingħajr il-ħtieġa li jiksbu t-tagħrif jew jagħmlu d-determinazzjoni pprovvduti fil-paragrafu 5 meta jiġu sodisfatti l-kondizjonijiet kollha li ġejjin:

 is-servizzi ta’ hawn fuq għandhom x’jaqsmu ma’ l-ishma ammessi għall-kummerċ f’suq irregolat jew f’suq ekwivalenti ta’ pajjiż terz, l-istrumenti tas-swieq tal-flus, il-kambjali jew għamliet oħra ta’ dejn issekurizzat (bl-esklużjoni ta’ dawk il-kambjali jew dejn issekurizzat li fihom tiġi mdeffsa derivattiva), l-UCITS u strumenti finanzjarji oħra mhux kumplessi. Is-suq ta’ pajjiż terz għandu jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti għal suq irregolat jekk jikkonforma mal-ħtiġiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti taħt it-Titolu III. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta’ dawn is-swieq li jridu jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti. Din il-lista għandha tiġi aġġornata perjodikament,

 is-servizz jiġi pprovvdut fuq l-inizjattiva tal-klijent jew tal-klijent potenzali,

 il-klijent jew il-klijent potenzali jkunu ġew imgħarrfa biċ-ċar illi fil-provvediment ta’ dan is-sevizz id-ditta ta’ l-investiment mhux meħtieġa li tistma kemm jixirqu l-istrument jew is-servizzi pprovduti jew offruti u li għalhekk ma jibbenefikawx mill-protezzjoni korrispondenti tal-kondotta rilevanti tar-regoli tal-kummerċ; din it-twissija tista’ tiġi pprovvduta f’format standardizzat,

 id-ditta ta’ l-investiment tikkonforma ma’ l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 18.

7.  Id-ditta ta’ l-investiment għandha tistabbilixxi reġistru li jinkludi d-dokument jew id-dokumenti miftiehma bejn id-ditta u l-klijent li jiddikjaraw id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet, u termini oħra li fuqhom id-ditta trid tipprovdi servizzi lill-klijent. Id-drittijiet u d-dmirijiet tal-partijiet fil-kuntratt jistgħu jiġu inkorporati b’riferiment għal dokumenti jew testi legali oħra.

8.  Il-klijent irid jirċievi rapporti adegwati min għand id-ditta ta’ l-investiment dwar is-servizz ipprovvdut lill-klijenti. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu, meta applikabbli, l-ispejjeż assoċjati mat-transazzjonijiet u s-servizzi midħula għalihom f’isem il-klijent.

9.  Fil-każijiet meta servizz ta’ investiment jiġi offrut bħala parti minn prodott finanzjarju li jkun diġà bla ħsara għal dispożizzjonijiet oħra tal-leġislazzjoni Komunitarja jew ta’ l-i standards komuni Ewropej li jkollhom x’jaqsmu ma’ istituzzjonijiet tal-kreditu u krediti tal-konsumaturi rigward l-istima tar-riskju tal-klijenti u/jew ħtiġijiet tat-tagħrif, dan is-servizz ma għandux ikun bla ħsara b’mod addizzjonali għall-obbligi ddikjarati f’dan l-Artikolu.

10.  Sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni meħtieġa ta’ l-investituri u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi minn 1 sa 8, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 64(2), miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex tiżgura illi d-ditti ta’ l-investiment jikkonformaw mal-prinċipji ddikjarati fihom meta jipprovdu servizzi ta’ investment jew servizzi anċillari lill-klijenti tagħhom. Dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom iqisu:

(a) in-natura tas-servizz/i offrut/i jew ipprovvdut/i lill-klijent jew klijent potenzali, li jqisu t-tip, il-għan, id-daqs u l-frekwenza tat-transazzzjonijiet;

(b) in-natura ta’ l-istrumentri finanzjarji li jkunu qegħdin jiġu offruti jew ikkunsidrati;

(ċ) in-natura tax-xiri bl-imnut jew professjonali tal-klijent jew klijenti professjonali.

Artikolu 20

Il-Provvediment tas-servizzi permezz tal-medju ta’ ditta oħra ta’ l-investiment.

L-Istati Membri għandhom jippermettu ditta ta’ l-investment li, meta tirċievi struzzjoni biex twettaq ix-xogħol tas-servizzi ta’ investiment jew anċillari f’isem klijent permezz tal-medju ta’ ditta oħra ta’ l-investiment, tafda t-tagħrif lill-klijenti trasmess mid-ditta ta’ l-aħħar. Id-ditta ta’ l-investiment li tbejjen l-istruzzjonijiet trid tibqa’ responsabbli mill-kompletezza u l-eżattezza tat-tagħrif trasmess.

Id-ditta ta’ l-investiment li tirċievi struzzjoni sabiex tindaħal għal servizzi f’isem klijent f’din il-manjiera għandha tkun kapaċi wkoll li tafda kull rakkommandazzjoni rigward is-servizz jew it-transazzjoni li jkunu ġew ipprovvduti lill-klijent minn ditta oħra ta’ l-investiment. Id-ditta ta’ l-investiment li tbejjen l-istruzzjonijiet trid tibqa’ responsabbli minn kemm ikunu approprjati għall-klijent ir-rakkommandazzjonijiet jew il-pariri pprovvduti.

Id-ditta ta’ l-investiment li tirċievi struzzjonijiet jew ordnijiet ta’ klijent permezz tal-medju ta’ ditta oħra ta’ l-investiment għandha tibqa’ responsabbli mill-konklużjoni tas-servizz jew transazzjoni, imsejsin fuq kull tagħrif jew rakkommandazzjonijiet minn dawn, skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan it-Titolu.

Artikolu 21

L-Obbligu li jitwettqu l-ordnijiet fuq l-iktar termini favorevoli għall-klijent

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment jieħdu l-passi raġjonevoli kollha sabiex, meta jwettqu l-ordnijiet, jiksbu l-aħjar riżultat posibbli għall-klijenti tagħhom, wara li jqisu l-prezz, l-ispejjeż, il-ħeffa, il-probabbiltà tat-twettiq u tas-soluzzjoni tal-kontroversji, id-daqs, in-natura u kull konsiderazzjoni oħra għat-twettiq ta’ l-ordni. Madankollu, kulmeta jkun hemm istruzzjoni speċifika mill-klijent, id-ditta ta’ l-investiment għandha twettaq l-ordni wara struzzjoni speċifika.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti ta’ l-investiment li jistabbilixxu u jimplimentaw arranġamenti effettivi sabiex jikkonformaw mal-paragrafu 1. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti ta’ l-investiment jistabbilixxu u jimplimentaw politika tat-twettiq ta’ l-ordnijiet sabiex jippermetulhom li jiksbu, rigward l-ordnijiet tal-klijenti tagħhom, l-aħjar riżultat possibbli skond il-paragrafu 1.

3.  Il-politika tat-twettiq ta’ l-ordni għandha tinkludi, rigward kull klassi ta’ l-istrumenti, tagħrif dwar il-postijiet differenti tal-laqgħat meta ditta ta’ l-investiment twettaq l-ordnijiet tal-klijenti tagħha u l-fatturi li jaffettwaw il-għażla tal-post tal-laqgħat tat-twettiq. Għandha mill-inqas tinkludi dawk il-postijiet tal-laqgħat li jgħinu lid-ditta ta’ l-investiment tikseb fuq bażi konsistenti l-aħjar riżultat possibbli għat-twettiq ta’ l-ordnijiet tal-klijenti.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment jipprovdu t-tagħrif approprjat lill-klijenti tagħhom dwar il-politika tagħhom tat-twettiq ta’ l-ordnijiet. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment jiksbu l-kunsens minn qabel tal-klijenti tagħhom dwar il-politika tagħhom tat-twettiq.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi, meta politika tat-twettiq tipprovdi l-possibbiltà li l-ordnijiet tal-klijenti jiġu mwettqa ‘l barra minn suq irregolat jew MTF, id-ditta ta’ l-investment għandha, b’mod partikolari, tgħarraf lill-klijenti tagħha dwar din il-possibbiltà. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment jiksbu l-kunsens minn qabel tal-klijenti tagħhom qabel ma jipproċedu li jwettqu l-ordnijiet tagħhom ‘il barra minn suq irregolat jew MTF. Id-ditti ta’ l-investiment jistgħu jiksbu dan il-kunsens jew fil-għamla ta’ ftehim ġenerali jew fir-rigward ta’ transazzjonijiet individwali.

4.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti ta’ l-investiment jimmonitorjaw l-effikaċja ta’ l-arranġamenti tagħhom għat-twettiq ta’ l-ordnijiet u l-politika tat-twettiq sabiex jidentifikaw u, meta approprjat, jikkorreġu kull defiċjenza. B’mod partikolari, għandhom jistmaw, fuq bażi regolari, jekk il-postijiet tal-laqgħat tat-twettiq inklużi fil-politika tat-twettiq ta’ l-ordnijiet, tipprovdix l-aħjar riżultat possibbli lill-klijent jew jekk jeħtiġux li jagħmlu bidliet lill-arranġamenti tagħhom tat-twettiq. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti ta’ l-investiment jinnotifikaw lill-klijenti dwar kull bidla materjali fl-arranġamenti tagħhom tat-twettiq ta’ l-ordnijiet jew fil-politika tat-twettiq.

5.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti ta’ l-investiment jkunu kapaċi juru lill-kljenti tagħhom, fuq it-talba ta’ dawn, illi jkunu wettqu l-ordnijiet tagħhom skond il-politika tat-twettiq tad-ditta.

6.  Sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni meħtieġa lill-investituri, il-funzjonament ġust u bl-odni tas-swieq, u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1, 3 u 4, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 64(2), miżuri ta’ implimentazzjoni li jirrigwardaw:

(a) il-kriterji sabiex tiġi stabbilita l-importanza relattiva tal-fatturi differenti li, skond il-paragrafu 1, jistgħu jitqiesu sabiex jiġi stabbilit l-aħjar riżultat possibbli filwaqt li jitqiesu d-daqs u t-tip ta’ l-ordni u n-natura tax-xiri bl-imnut jew professjonali tal-klijent;

(b) il-fatturi li jistgħu jitqiesu minn ditta ta’ l-investiment meta tagħmel rivista ta’ l-arranġamenti tagħha tat-twettiq u ċ-ċirkustanzi li fihom jistgħu jkunu approprjati l-bidliet għal dawn l-arranġamenti. B’mod partikolari, il-fatturi sabiex jistabbilixxu liema postijiet tal-laqgħat jgħinu lid-ditti ta’ l-investiment jiksbu fuq bażi konsistenti l-aħjar riżultat possibbli għat-twettiq ta’ l-ordnijiet tal-klijenti;

(ċ) in-natura u l-kobor tat-tagħrif li jrid jiġi pprovvdut lill-klijenti dwar il-politiki tagħhom tat-twettiq, skond il-paragrafu 3.

Artikolu 22

Ir-regoli tal-maniġġjar ta’ l-ordnijiet tal-klijenti

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment awtorizzati li jwettqu ordnijiet f’isem il-klijenti jimplimentaw il-proċeduri u l-arranġamenti li jipprovdu t-twettiq fil-pront, ġust u bil-ħeffa ta’ l-ordnijiet tal-klijenti, fejn jidħlu l-ordnijiet ta’ klijenti oħra jew l-interessi tal-kummerċ tad-ditta ta’ l-investiment.

Dawn il-poċeduri jew arranġamenti għandhom jippermettu it-twettiq ta’ ordnijiet tal-klijenti komparabbli xorta oħra skond iż-żmien tar-riċeviment tagħhom mid-ditta ta’ l-investiment.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi, fil-każ ta’ ordni tal-limitu ta’ klijent rigward ishma ammessi għall-kummerċ f’suq irregolat li ma jkunux imwettqa minnufih skond il-kondizzjonijiet prevalenti tas-suq, id-ditti ta’ l-investiment għandhom jieħdu miżuri, għajr jekk il-klijent jordnalhom espressament xorta oħra, sabiex jiffaċilitaw l-iktar twettiq bikri possibbli ta’ din l-ordni billi jagħmlu pubbliku minnufih din l-ordni tal-limitu tal-klijent f’manjiera li tkun aċċessibbli bla xkiel għal parteċipanti oħra fis-suq. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-ditti ta’ l-investiment jikkonformaw ma’ dan l-obbligu billi jittrasmettu l-ordni tal-limitu tal-klijent lil suq irregolat u/jew MTF. L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirrinunzjaw għall-obbligu li jagħmlu pubblika ordni tal-limitu li tkun kbira fid-daqs meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq kif stabbilit skond l-Artikolu 44(2).

3.  Sabiex jiġi żgurat illi l-miżuri tal-protezzjoni ta’ l-investituri, u l-funzjonament ġust u bl-ordni tas-swieq iqisu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 64(2), miżuri ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu:

(a) il-kondizzjonijiet u n-natura tal-proċeduri u l-arranġamenti li jirriżultaw mit-twettiq fil-pront, ġust u bil-ħeffa ta’ l-ordnijiet tal-klijenti u s-sitwazzjonijiet li fihom id-ditti ta’ l-investiment jistgħu jiddevjaw b’mod raġjonevoli mit-twettiq fil-pront jew it-tipi ta’ transazzjonijiet għal dan sabiex jiksbu termini iktar favorevoli lill-klijenti;

(b) il-metodi differenti li permezz tagħhom ditta ta’ l-investiment tista’ tiġi meqjusa li tkun issodisfat l-obbligu tagħha li tiżvela lis-suq l-ordnijiet tal-limitu ta’ klijent li ma jkunu jistgħu jitwettqu minnufih.

Artikolu 23

L-Obbligi tad-ditti ta’ l-investiment meta jaħtru aġenti marbuta

1.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu ditta ta’ l-investiment taħtar aġenti marbuta għall-għanijiet li jippromwovu s-servizzi tad-ditta ta’ l-investiment, li jitolbu għall-kummerċ bil-ħerqa jew jirċievu ordnijiet minn għand il-klijenti jew klijenti potenzali u jittrasmettuhom, jagħtu post lil strumenti finanzjarji u jipprovdu pariri rigward dawn l-istrumenti u servizzi finanzjarji offruti mid-ditta ta’ l-investiment.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi meta ditta ta’ l-investiment tiddeċiedi li taħtar aġent marbut, tissokta responsabbli bis-sħiħ u mingħajr kondizzjoni għal kull azzjoni jew ommissjoni min-naħa ta’ l-aġent marbut meta jaġixxi f’isem id-ditta. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditta ta’ l-investiment li tiżgura illi aġent marbut jiżvela l-kapaċità li fiha jkun qiegħed jaġixxi u d-ditta li jkun qiegħed jirrappreżenta meta jikkuntattja klijent jew klijent potenzali jew qabel ma jinnegozja magħhom.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu, skond l-Artikolu 13(6), (7) u (8), lill-aġenti marbuta rreġistrati fit-territorju taghom li jamministraw il-flus u/jew l-istrumenti finanzjarji tal-klijenti f’isem jew fuq ir-responsabbiltà sħiħa tad-ditta ta’ l-investiment li għaliha jkunu qegħdin jaġixxu fit-territorju tagħhom jew, fil-każ ta’ ħidma li taqsam il-fruntieri, fit-territorju ta’ Stat Membru li jippermetti aġent marbut li jamministra l-flus tal-klijenti.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti ta’ l-investiment li jimmonitorjaw l-attivitajiet ta’ l-aġenti marbuta tagħhom sabiex jiżguraw li d-ditti jissoktaw jikkonformaw ma’ din id-Direttuva meta jaġixxu permezz ta’ l-aġenti marbuta.

3.  L-Istati Membri li jiddeċiedu li jippermettu lid-ditti ta’ l-investiment li jaħtru aġenti marbuta għandhom jistabbilixxu reġistru pubbliku. L-aġenti marbuta għandhom jiġu rreġistrati fir-reġistru pubbliku fl-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti.

Meta Stat Membru li fih ikun stabbilit l-aġent marbut ikun iddeċieda, skond il-paragrafu 1, li ma jippermettix lid-ditti ta’ l-investiment awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu jaħtru aġenti marbuta, dawn l-aġenti marbuta għandhom jiġu rreġistrati ma’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post tad-ditta ta’ l-investiment li taġixxi f’isimhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aġenti marbuta jiġu ammessi fir-reġistru pubbliku biss jekk ġie stabbilit li huma ta’ fama tajba biżżjjed u li jippossjiedu l-għerf ġenerali, kummerċjali u professjonali approprjat sabiex ikunu kapaċi li jikkomunikaw it-tagħrif rilevanti kollu bl-eżatt fejn jirrigwarda s-servizz propost lill-klijent jew lill-kljent potenzali.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ditta ta’ l-investiment tkun tista’ tivverifika jekk l-aġenti marbuta li tkun ħatret humiex ta’ fama tajba biżżejjed u jippossjedux il-għerf kif riferit fit-tielet sub-paragrafu.

Ir-reġistru għandu jiġi aġġornat fuq bażi regolari. Għandu jkun disponibbli pubblikament għall-konsultazzjoni.

4.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment li jaħtru aġenti marbuta jieħdu l-miżuri adegwati sabiex jevitaw kull impatt negattiv li jista’ jkollhom l-attivitajiet ta’ l-aġent marbut mhux koperti bl-iskop ta’ din id-Direttva u mwettqa mill-aġent marbut f’isem id-ditta ta’ l-investiment.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li jikkollaboraw mad-ditti ta’ l-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu, l-assoċjazzjonijiet tagħhom u entitajiet oħra rigward ir-reġistrazzjoni ta’ l-aġenti marbuta u jimmonitorjaw il-konformità ta’ l-aġenti marbura mal-ħtiġiet tal-paragrafu 3. B’mod partikolari, l-aġenti marbuta jistgħu jiġu rreġistrati minn ditta ta’ l-investiment, istituzzjoni tal-kreditu jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom u entitajiet oħra taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti.

5.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment jaħtru biss aġenti marbuta mdaħħla fir-reġistri pubbliċi riferiti fil-paragrafu 3.

6.  L-Istati Membri jistgħu jirrinfurzaw il-ħtiġiet iddikjarati f’dan l-Artikolu jew iżidu ħtiġiet oħra għall-aġenti marbuta rreġistrati fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

Artikolu 24

It-Transazzjonijiet imwettqa mal-kontropartijiet eliġibbli

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi d-ditti ta’ l-investment awtorizzati li jwettqu ordnijiet f’isem il-klijenti u/jew jinnegozjaw akkont tagħhom infushom u/jew jirċievu u jittrasmettu l-ordnijiet, jistgħu jaslu għal transazzjonijiet jew jidħlu għalihom ma’ kontropartijiet eliġibbli mingħajr ma jkunu obbligati li jikkonformaw ma’ l-obbligi skond l-Artikoli 19, 21 u 22(1) rigward dawn it-transazzjonijiet jew rigward kull servizz anċillari li jkollu x’jaqsam direttament ma’ dawn it-transazzjonijiet.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkonoxxu bħala kontropartijiet eliġibbli għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu lid-ditti ta’ l-investiment, l-istituzzjonijiet tal-kreditu, il-kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra awtorizzati jew irregolati bil-leġislazzjoni Komunitarja jew il-liġijiet ta’ Stat Membru, l-impriżi eżentati mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva skond l-Artikolu 2(1)(k) u (1), il-gvernijiet nazzjonali u l-uffiċċji korispondenti tagħhom inklużi l-korpi pubbliċi li jinnegozjaw id-dejn pubbliku, il-banek ċentrali u l-organizzazzjonijiet supra-nazzjonali.

Il-klassifika bħala kontroparti eliġibbli skond l-ewwel sub-paragrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ dawn l-entitajiet li jitolbu, jew f’għamla ġenerali jew fuq il-bażi ta’ kummerċ b’kummerċ, trattament bħall-klijenti li l-kummerċ tagħhom mad-ditta ta’ l-investment huwa bla ħsara għall-Artikoli 19, 21 u 22.

3.  L-Istati Membri jistgħu jikkonoxxu wkoll bħala kontropartijiet eliġibbli impriżi oħra li jissodisfaw ħtiġiet ipproporzjonat stabbiliti minn qabel, inklużi l-għetiebi kwantitattivi. Fl-eventwalità ta’ transazzjoni meta l-kontropartijiet prospettivi jkunu lokati f’ġurisdizzjonijiet differenti, id-ditta ta’ l-investiment għandha tiddifferixxi għall-istatus ta’ l-impriża l-oħra kif stabbilit bil-liġijiet jew il-miżuri ta’ l-Istat Membru li fih tkun stabbilita din l-impriża.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, meta tidħol fi transazzjonijiet skond il-paragrafu 1 ma’ dawn l-imprizżi, id-ditta ta’ l-investiment tikseb il-konferma espressa mill-kontroparti prospettiva li taqbel li tiġi ttrattata bħala kontroparti eliġibbli. L-Istati Membri għandhom jippermettu lid-ditti ta’ l-investiment li jiksbu din il-konferma jew fil-għamla ta’ ftehim ġenerali jew rigward kull waħda mit-transazzjonijiet individwali.

4.  L-Istati Membri jistgħu jikkonoxxu bħala kontrapartijiet eliġibbli entitajiet ekwivalenti għal dawk il-kategoriji ta’ entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2.

L-Istati Membri jistgħu jikkonoxxu wkoll bħala kontropartijiet eliġibbli impriżi ta’ pajjiżi terzi bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 3 fuq l-istess kondizzjonijiet u bla ħsara għall-istess ħtiġiet bħal dawk stabbiliti fil-paragrafu 3.

5.  Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 2, 3 u 4 fid-dawl tal-prattika tinbidel tas-suq u sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma effettiva tas-suq waħdieni, il-Kummissjoni tista’ tadotta, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 64(2), miżuri ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu:

(a) il-proċeduri għat-talba ta’ trattament bħala klijenti skond il-paragrafu 2;

(b) il-proċeduri sabiex tinkiseb il-konferma espressa minn għand il-kontropartijiet prospettivi skond il-paragrafu 3;

(ċ) il-ħtiġiet ipproporzjonati stabbiliti minn qabel, inklużi l-għetiebi kwantitattivi li jippermettu li mpriża tiġi kkunsidata bħala kontroparti eliġibbli skond il-paragrafu 3.



Taqsima 3

It-Trasparenza u l-integrità tas-suq

Artikolu 25

L-Obbligu li tkun rispettata l-integrità tas-suq, jiġu rrappurtati t-transazzjonijiet u jinżammu r-reġistri

1.  Mingħajr preġudizzju għall-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet sabiex jiġu infurzati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/6/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar il-kummerċ minn ġewwa u l-manipulazzjoni tas-suq ( 21 ), l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-miżuri approprjati jkunu f’posthom sabiex jgħinu lill-awtorità kompetenti li timmonitorja l-attivitajiet tad-ditti ta’ l-investiment sabiex jiżguraw li jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali u f’manjiera li tippromwovi l-integrità tas-suq.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti ta’ l-investiment iżommu għad-dispożizzjoni ta’ l-awtorità kompetenti, għal mill-inqas ħames snin, l-informazzjoni rilevanti li jkollha x’taqsam mat-transazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji li jkunu wettqu, sewwa akkont tagħhom infushom u sewwa f’isem klijent. Fil-każ tat-transazzjonijiet imwettqa f’isem klijenti, ir-reġistrazzjonijiet għandu jkun fihom it-tagħrif u d-dettalji dwar l-identità tal-klijent, u t-tagħrif meħieġ skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE tal-10 ta’ Ġunju 1991 dwar il-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-għan tal-ħasil tal-flus ( 22 ).

3.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti ta’ l-investiment li jwettqu transazzjonijiet f’kull strument finanzjarju ammess għall-kummerċ f’suq irregolat li jirrappurtaw id-dettalji ta’ dawn it-transazzjonijiet lill-awtorità kompetenti malajr kemm jista’ jkun, u mhux iktar tard mill-għeluq tal-ġurnata tax-xogħol ta’ wara. Dan l-obbligu għandu japplika sewwa jekk it-transazzjonijiet jitwettqu f’suq irregolat u sewwa jekk le.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu, skond l-Artikolu 58, l-arranġamenti meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-awtorità kompetenti tas-suq l-iktar rilevanti f’termini ta’ likwidità rigward dawn l-istrumenti finanzjarji tirċievi wkoll dan it-tagħrif.

4.  Ir-rapporti għandhom, b’mod partikolari, jinkludu d-dettalji ta’ l-ismijiet u n-numri ta’ l-istrumenti mixtrija jew mibjugħa, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet tat-twettiq u l-prezzijiet tat-transazzjonijiet u l-mezzi sabiex jiġu identifkati d-ditti interessati ta’ l-investiment.

5.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li jsiru rapporti mill-awtorità kompeenti jew mid-ditta ta’ l-investiment infisha, minn parti terza li taġixxi f’isimha jew minn sistema li tqabbel il-kummerċ jew tar-rappurtaġġ approvati mill-awtorità kompetenti jew mis-suq irregolat jew MTF li permezz tagħhom tkun ġiet ikkompletata t-transazzjoni. Fil-każijiet meta t-transazzjonijiet jiġu rrappurtati direttament lill-awtorità kompetenti minn suq irregolat, MTF jew sistema tat-tqabbil tal-kummerċ jew tar-rappurtaġġ approvati mill-awtorità kompetenti, jista’ jiġi rrinunzjat l-obbligu fuq id-ditta ta’ l-investment stabbilit fil-paragrafu 3.

6.  Meta, skond l-Artikolu 32(7), ir-rapporti pprovvduti skond dan l-Artikolu jiġu trasmessi lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur, din għandha tittrasmetti dan it-tagħrif lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post tad-ditta ta’ l-investment, għajr jekk tiddeċiedi li ma tridu tirċievi dan it-tagħrif.

7.  Sabiex jiġi żgurat illi l-miżuri tal-protezzjoni ta’ l-integrità tas-suq jiġu mmodifikati sabiex iqisu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi minn 1 sa 5, il-Kummissjoni tista’ tadotta, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 64(2), il-miżuri ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu l-metodi u l-arranġamenti sabiex jirrappurtaw it-transazzjonijit finanzjarji, il-għamla u l-kontenut ta’ dawn ir-rapporti u l-kriterji sabiex jiddefinixxu s-suq rilevanti skond il-paragrafu 3.

Artikolu 26

Il-Monitoraġġ tal-konformità mar-regoli tal-MTF u ma’ l-obbligi legali l-oħra

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jistabbilixxu u jżommu arranġamenti u proċeduri effettivi, rilevanti għall-MTF, għall-monitoraġġ regolari tal-konformità mill-utenti tagħhom mar-regoli tagħhom. Id-ditti ta’ l-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF għandhom jimmonitorjaw it-transazzjonijiet midħula għalihom skond is-sistemi tagħhom sabiex jidentifikaw kontravenzjonijiet ta’ dawn ir-regoli, il-kondizzjonijiet jew il-kondotta diżordinati tan-negozji li jistgħu jivolvu abbuż tas-suq.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti ta’ l-investiment jew lill-operaturi tas-suq li joperaw MTF li jirrappurtaw il-kontravenzjonijiet sinifikanti tar-regoli tagħha jew il-kondizzjonijiet jew il-kondotta diżordinati tal-kummerċ li jistgħu jinvolvu abbuż tas-suq għall-awtorità kompetenti. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu wkoll illi d-ditti ta’ l-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF ifornu t-tagħrif rilevanti mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti sabiex jiġi ivestigat u mħarrek l-abbuż tas-suq u sabiex tiġi pprovvduta assistenza sħiħa lil din ta’ l-aħħar fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ l-abbuż tas-suq li jiġri fuq jew ġewwa s-sistemi tagħha.

Artikolu 27

L-Obbligu tad-ditti ta’ l-investiment li jagħmlu pubbliċi l-kwotazzjonijiet sodi

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-internalizzaturi sistemtiċi l-ishma li jippubblikaw kwotazzjoni soda f’dawk l-ishma ammessi għall-kummerċ f’suq irregolat li għalihom ikunu internalizzaturi sistematiċi u li għalihom ikun hemm suq likwidu. Fil-każ ta’ l-ishma li għalihom ma jkunx hemm suq likwidu, l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jiżvelaw il-kwotazzjonijiet lill klijenti tagħhom fuq talba.

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-internalizzaturi sistematiċi meta jinnegozjaw daqsijiet sad-daqs standard tas-suq. L-internalizzaturi sistematiċi li jinnegozjaw biss daqsijiet ogħla mid-daqs standard tas-suq ma għandhomx ikunu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

L-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jiddeċiedu d-daqs jew id-daqsijiet li għalihom iridu jikkwotaw. Fejn jidħol sehem partikolari, kull kwotazzjoni għandha tinkludi offerta soda u/jew il-prezz jew il-prezzijiet ta’ l-offerta għad-daqs jew id-daqsijiet li jistgħu jkunu sad-daqs standard tas-suq għall-klassi ta’ l-ishma li għalihom jappartijieni s-sehem. Il-prezz jew il-prezzijiet għandhom jirriflettu wkoll il-kondizzjonijiet prevalenti tas-suq għal dan is-sehem.

L-ishma għandhom jiġu ggruppati fi klassijiet fuq il-bażi tal-valur medju aritmetiku ta’ l-ordnijiet inwettqa fis-suq għal dan is-sehem. Id-daqs standard tas-suq għal kull klassi ta’ ishma għandu jkun daqs rappreżentattiv tal-valur medju aritmetiku ta’ l-ordnijiet imwettqa fis-suq għall-ishma inklużi f’kull klassi ta’ ishma.

Is-suq għal kull sehem għandu jikkonsisti fl-ordnijiet kollha mwettqa fl-Unjoni Ewropea rigward dan is-sehem bl-esklużjoni ta’ dawk li jkunu kbar fid-daqs meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq għal dan is-sehem.

2.  L-awtorità kompetenti tas-suq l-iktar rilevanti f’termini ta’ likwidità kif iddefinita fl-Artikolu 25 għal kull sehem għandha tistabbilixxi għall-inqas kull sena, fuq il-bażi tal-valur medju aritmetiku ta’ l-ordnijiet imwettqa fis-suq rigward dan is-sehem, il-klassi ta’ l-ishma li għalih jappartjieni. Dan it-tagħrif għandhu jintgħamel pubbliku lill-parteċipanti kollha tas-suq.

3.  L-internalizzaturi sistematii għandhom jagħmlu pubbliċi l-kwotazzjonijiet tagħhom fuq bażi regolari u kontinwu matul il-ħinijiet normali tax-xogħol. Għandhom ikunu intitolati li jaġġornaw il-kwotazzjonijiet tagħhom f’kull ħin. Għandhom ikunu permessi wkoll, fuq kondizzjonijiet eċċezzjonali tas-suq, li jirtiraw il-kwotazzjonijiet tagħhom.

Il-kwotazzjoni għandha tintgħamel pubblika f’manjiera li tkun aċċessibbli bla xkiel lill-parteċipanti l-oħra tas-suq fuq bażi kummerċjali raġjonevoli.

L-internalizzaturi sistematiċi għandhom iwettqu, fiwaqt li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet iddikjarati fl-Artikolu 21, l-ordnijiet li jirċievu minn għand il-klijenti tagħhom tax-xiri bl-imnut f’relazzjoni ma’ l-ishma li għalihom ikunu internalizzaturi sistematiċi bil-prezzijiet ikkwotati fil-ħin tar-riċeviment ta’ l-ordni.

L-internalizzaturi sistematiċi għandhom iwettqu l-ordnijiet li jirċievu minn għand il-klijenti tagħhom professjonali f’relazzjoni ma’ l-ishma li għalihom ikunu internalizzaturi sistematiċi bil-prezzijiet ikkwotati fil-ħin tar-riċeviment ta’ l-ordni. Madankollu, jistgħu jwettqu dawn l-ordnijiet bi prezzijiet aħjar f’każijiet iġġustifikati sakemm dan il-prezz jinżel għal firxa pubblika qrib il-kondizzjonijiet tas-suq u sakemm l-ordnijiet ikunu ta’ daqs ikbar mid-daqs is-soltu midħul għalih minn investitur tax-xiri bl-imnut.

Iktar minn hekk, l-internalizzaturei sistematiċi jistgħu jwettqu l-ordnijiet li jiċievu minn għand il-klijenti professjonali tagħhom bi prezzijiet differenti mill-prezzijiet ikkwotati tagħhom mingħajr ma jkllhom għalfejn jikkonformaw mal-kondizzjonijiet sabbiliti fir-raba’ sub-paragrafu, rigward it-transazzjonijiet meta t-twettiq f’numru ta’ titoli jkun parti minn transazzjoni waħda jew rigward l-ordnijiet li jkunu bla ħsara għal kondizzjonijiet oħra għajr il-prezz korrenti tas-suq.

Meta internalizzatur sistematiku li jikkwota kwotazzjoni waħda jew l-ogħla kwotazzjoni tiegħu tkun iktar baxxa mid-daqs standard tas-suq jirċievi ordni minn għand klijent dwar daqs ikbar mid-daqs tal-kwotazzjoni tagħha, imma iktar baxxa mid-daqs standard tas-suq, jista’ jiddeċiedi li jwettaq dik il-parti mill-ordni li taqbeż id-daqs tal-kwotazzjoni, sakemm tkun imwettqa bil-prezz ikkwotat, għajr meta permess xorta oħra skond il-kondizjonijiet taż-żewġ sub-paragrafi ta’ qabel. Meta internalizzatur sistematiku jkun qiegħed jagħmel kwotazzjonijiet f’daqsijiet differenti u jirċievi ordni bejn dawn id-daqsijiet, li jagħżel li jwettaq, għandu jwettaq l-ordni f’wieħed mill-prezzijiet ikkwotati f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 22, għajr meta permess xorta oħra skond il-kondizzjonijiet taż-żewġ sub-paragrafi ta’ qabel.

4.  L-awtorità kompetenti għandha tiċċekkja:

(a) li d-ditti ta’ l-investiment jaġġornaw regolarment l-offerta ta’ prezz u/jew il-prezzijiet offruti ppubblikati skond il-paragrafu 1 u jżommu l-prezzjiet li jirriflettu l-kondizzjonijiet prevalenti tas-suq;

(b) li d-ditti ta’ l-investiment jikkonformaw mal-kondizzjonijiet għat-titjib tal-prezzijiet stabbiliti fir-raba’ sub-paragrafu tal-paragrafu 3.

5.  L-internalizzaturi sistematiċi għandhom ikunu permessi li jiddeċiedu, fuq il-bażi tal-politika kummerċjali tagħhom u f’manjiera oġġettiva u mhux diskriminatorja, l-investituri li lilhom jagħtu aċċess għall-kwotazzonijiet tagħhom. Għal dan il-fini, għandu jkun hemm standards ċari sabiex jiġi rregolat l-aċċess għall-kwotazzjonijiet tagħhom. L-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jirrifjutaw li jidħlu għal jew ma jissoktawx relazzjonijiet tal-kummerċ ma’ investituri fuq il-bażi ta’ konsiderazzjonijiet kummerċjali bħalma huma l-istatus tal-kreditu ta’ l-investitur, ir-riskju tal-kontropartijiet u s-soluzzjoni tal-kontroversji finali tat-transazzjoni.

6.  Sabiex jiġi llimitat ir-riskju li jkunu esposti għal transazzjonijiet multipli mill-istess klient, l-internalizzaturi sistematiċi għandhom ikunu permessi li jillimitaw f’manjiera mhux diskriminatorja n-numru tat-transazzjonijiet minn għand l-istess klijent li jindaħlu li jidħlu għalihom fuq il-kondizzjonijiet ippubblikati. Għandhom jiġu permessi wkoll, f’manjiera mhux diskriminatorja u skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 22, li jillimtaw in-numru totali tat-transazzjonijiet minn għand klijenti differenti fl-istess ħin sakem dan jiġi permess biss meta n-numru u/jew il-volum ta’ l-ordnijiet imfittxa mill-klijenti jaqbeż in-norma.

7.  Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi minn 1 sa 8, f’manjiera li ssostni l-valutazzjoni effiċjenti ta’ l-ishma u tiġi mmassimizzata l-possibbiltà li d-ditti ta’ l-ivestiment jiksbu l-aħjar kummerċ għall-klijenti tagħhom, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura rifeirta fl-Artikolu 64(2), miżuri ta’ implimentazzjoni li:

(a) jispeċifikaw il-kriterji sabiex jiġu applikati l-paragrafi 1 u 2;

(b) jispeċifikaw il-kriterji sabiex jistabbilixxu meta tiġi ppubblikata kwotazzjoni fuq bażi regolari u kontinwa u tkun aċċessibbli bla xkiel kif ukoll il-mezzi li bihom id-ditti ta’ l-investiment jistgħu jikkonformaw ma’ l-obbligi tagħhom sabiex jagħmlu l-kwotazzjonijiet tagħhom pubbliċi, li għandhom jinkludu l-possibbiltajiet li ġejjin:

(i) permezz tal-faċilitajiet ta’ kull suq irregolat li jkun daħħal l-istrument fil-kwistjoni għall-kummerċ;

(ii) permezz ta’ l-uffiċċji ta’ parti terza;

(iii) permezz ta’ arranġamenti proprjetarji;

(ċ) jispeċifikaw il-kriterji ġenerali sabiex jiġu stabbiliti dawn it-transazzjonijiet meta t-twettiq ta’ numru ta’ titoli jkun parti minn transazzjoni waħda jew ordnijiet li jkunu bla ħsara għal kondizzjonijiet oħra għajr il-prezz korrenti tas-suq;

(d) jispeċifikaw il-kriterji ġenerali sabiex jiġi stabbilit dak li jista’ jiġi kkunsidrat bħala ċirkostanzi eċċezzjonali tas-suq li jippermettu l-irtirar tal-kwotazzjonijiet kif ukoll il-kondizzjonijiet sabiex jiġu aġġornati l-kwotazzjonijiet;

(e) jispeċifikaw il-kriterji sabiex jiġi stabbilit liema hu d-daqs is-soltu midħul għalih minn investitur tax-xiri bl-imnut.

(f) jispeċifikaw il-kriterji sabiex jistabbilixxu x’jikkostitwixxi li tinqabeż b’mod konsidrevoli n-norma kif iddikjarata fil-paragrafu 6;

(g) jispeċifikaw il-kriterji sabiex jiġi stabbilit meta l-prezzjijiet jaqgħu għal firxa pubblika qrib il-kondizzjonijiet tas-suq.

Artikolu 28

L-Iżvelar ta’ wara l-kummerċ mid-ditti ta’ l-investiment

1.  L-Istati Membri għandhom, għall-inqas, jeħtieġu lid-ditti ta’ l-investiment li, jew akkont tagħhom infushom jew f’isem il-klijenti, jikkonkludu transazzjonijiet f’ishma ammessi għall-kummerċi f’suq irregolat ‘il barra minn suq irregolat jew MTF, li jagħmlu pibbliċi l-volum u l-prezz ta’ dawn it-transazzjonijiet u ż-żmien meta kienu konklużi. Dan it-tagħrif għandu jintgħamel pubbliku qrib iż-żmien reali kemm jista’ jkun, fuq bażi kummerċjali raġjonevolment, u f’manjiera aċċessiobbli bla xkiel għall-parteċipanti fis-suq.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi t-tagħrif li jintgħamel pubbliku skond il-paragrafu 1 u l-limiti taż-żmien li fihom jiġi ppubblikat jikkonformaw mal-ħtiġiet adottati skond l-Artikolu 45. Meta l-miżuri adottati skond l-Artikolu 45 jipprovdu rappurtaġġ iddifferit għal ċerti kategoriji ta’ transazzjonijiet fl-ishma, din il-possibbiltà għandha tapplika mutatis mutandis għal dawn it-transazzjonijiet meta midħula għalihom ‘il barra mis-swieq irregolati jew il-MTFs.

3.  Sabiex jitqies il-funzjonament trasparenti u bl-ordni tas-swieq u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 64(2), miżuri ta’ implimentazzjoni li:

(a) jispeċifikaw il-mezzi li bihom id-ditti ta’ l-investiment jistgħu jikkonformaw ma’ l-obbligi tagħhom skond il-paragrafu 1, inklużi l-possibbiltajiet li ġejjin:

(i) permezz tal-facilitajiet ta’ kull suq irregolat li jkun ammetta l-istrument fil-kwistjoni għall-kummerċ jew peremezz tal-faċilitajiet ta’ MTF li fiha s-sehem fil-kwistjoni jiġi kkummerċjat;

(ii) permezz ta’ l-uffiċċji ta’ parti terza;

(iii) permezz ta’ arranġamenti proprjetarji;

(b) jiċċaraw l-applikazzjoni ta’ l-obbligu skond il-paragrafu 1 għat-transazzjonijiet li jinvolvu l-użu ta’ l-ishma għall-kollaterali, għas-self jew għal għanijiet oħra meta l-iskambju ta’ l-ishma jkun stabbilit minn fatturi oħra għajr il-valutazzjoni korrenti tas-suq tas-sehem.

Artikolu 29

Il-Ħtiġiet ta’ trasparenza ta’ qabel il-kummerċ għall-MTFs

1.  L-Istati Membri għandhom, għall-inqas, jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jagħmlu pubbliċi l-offerta korrenti u l-prezzijiet ta’ l-offerti u l-qawwa ta’ l-interessi tal-kummerċ f’dawn il-prezzijiet li jkunu ppubbliċizzati permezz tas-sistemi tagħhom rigward l-ishma ammessi għall-kummerċ f’suq irregolat. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li dan it-tagħrif jiġi magħmul disponibbli għall-pubbliku fuq termini kummerċjalment raġjonevoli u fuq bażi kontinwu matul il-ħijiniet normali tax-xogħol.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti jkunu kapaċi jirrinunzjaw għall-obbligu għad-ditti ta’ l-investiment jew l-operaturi tas-suq li joperaw MTF sabiex jagħmlu pubbliku t-tagħrif riferit fil-paragrafu 1, imsejjes fuq il-mudell tas-suq jew it-tip u d-daqs ta’ l-ordnijiet fil-każijiet iddefiniti skond il-paragrafu 3. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jirrinunzjaw għall-obbligu rigward it-transazzjonijiet li jkunu kbar fid-daqs meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq għas-sehem jew għat-tip ta’ sehem fil-kwistjoni.

3.  Sabiex titqies l-applikazzjoni uniforni tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 64(2), miżuri ta’ implimentazzjoni rigward:

(a) tintgħamel pubblika l-firxa ta’ l-offerta ta’ prezz u l-offerti jew il-kwotazzjonijiet ta’ min ikun innominat li jagħmel is-suq u l-qawwa ta’ l-interess fil-kummerċ b’dawn il-prezzijiet;

(b) id-daqs jew it-tip ta’ l-ordnijiet li għalihom jista’ jiġi rrinunzjat l-iżvelar ta’ qabel inkummerċ skond il-paragrafu 2;

(ċ) il-mudell tas-suq li għalih jista’ jiġi rrinunzjat l-iżvelar ta’ qabel il-kummerċ skond il-paragrafu 2 u, b’mod partikolari, l-applikabbiltà ta’ l-obbligu rigward il-metodi tal-kummerċ operat minn MTF li jikkonkludu t-transazzjonijiet fuq ir-regoli tagħhom b’riferiment għall-prezzijiet stabbiliti ‘l barra mis-sistemi tal-MTF jew b’irkant perjodiku.

Għajr meta ġġustifikat min-natura speċifika tal-MTF, il-kontenut ta’ dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandu jkun egwali għal dak tal-miżuri ta’ implimentazzjoni pprovduti fl-Artikolu 44 għas-swieq irregolati.

Artikolu 30

Il-Ħtiġiet tat-trasparenza ta’ wara l-kummerċ għall-MTFs

1.  L-Istati Membri għandhom, għall-inqas, jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jagħmlu pubbliċi l-prezz, il-volum u l-ħin tat-transazzjonijiet imwettqa skond is-sistemi tagħhom rigward l-ishma ammessi għall-kummerċ f’suq irregolat. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-dettalji ta’ dawn it-transazzjonijiet kollha jintgħamlu pubbliċi, fuq bażi kummerċjali raġjonevoli, qrib kemm jista’ jkun taż-żmien reali. Din il-ħtieġa ma għandhiex tapplika għad-dettalji tan-negozji mwettqa fuq MTF li jintgħamlu pubbliċi skond is-sistemi ta’ suq iregolat.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi l-awtorità kompetenti tkun tista’ tawtorizza lid-ditti ta’ l-investiment jew lill-operaturi tas-suq li joperaw MTF sabiex jipprovdu l-pubblikazzjoni ddifferita tad-dettalji tat-transazzjonijiet imsejsa fuq it-tip jew id-daqs tagħhom. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-pubblikazzjoni ddifferita rigward it-transazzjonijiet li jkunu kbar fid-daqs meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq għal dan is-sehem jew klassi ta’ ishma. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-MTFs jiksbu l-approvazzjoni minn qabel ta’ l-awtorità kompetenti għall-arranġamenti proposti rigward il-pubblikazzjoni ddifferita tal-kummerċ, u għandhom jeħtieġu li dawn l-arranġamenti jkunu żvelati biċ-ċar lill-parteċipanti tas-suq u lill-pubbliku li jkun qiegħed jinvesti.

3.  Sabiex jiġi pprovvdut il-funzjonament effiċjenti u bl-odni tas-swieq finanzjarji, u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 64(2), miżuri ta’ implimentazzjoni li jirrigwardaw:

(a) _l-iskop u l-kontenut tat-tagħrif li jrid jiġi magħmul disponibbli għall-pubbliku;

(b) il-kondizzjonijiet li fuqhom id-ditti ta’ l-investiment jew l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jistgħu jipprovdu l-pubblikazzjoni ddifferita tan-negozji u l-kriterji li jridu jiġu applikati meta jkunu qegħdin jiġu deċiżi t-transazzjonijiet li għalihom tiġi permessa l-pubblikazzjoni ddifferita minħabba d-daqs tagħhom jew it-tip ta’ sehem involut.

Għajr meta ġġustifikat min-natura speċifika tal-MTF, il-kontenut ta’ dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandu jkun egwali għal dak tal-miżuri ta’ implimentazzjoni pprovdut fl-Artikolu 45 għas-swieq irregolati.



IL-KAPITOLU III

ID-DRITTIJIET TAD-DITTI TA’ L-INVESTIMENT

Artikolu 31

Il-Libertà li jiġu pprovvduti servizzi u attivitajiet ta’ investiment

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull ditta ta’ investiment awtorizzata u ssorveljata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor skond din id-Direttiva, u rigward l-istituzzjonijiet tal-kreditu skond id-Direttiva 2000/2/KE, jistgħu jwettqu b’mod liberu s-servizzi u/jew l-attivitajiet ta’ l-investiment kif ukoll servizzi anċillari ġewwa t-territorji tagħhom, sakemm dawn is-servizzi u attivitajiet ikunu koperti bl-awtorizzazzjoni tagħha. Is-servizzi anċillari jistgħu jiġu pprovvduti biss flimkien ma’ servizz u/jew attivita ta’ investiment.

L-Istati Membri ma għandhomx jimponu ħtiġiet addizzjonali fuq din id-ditta ta’ l-investiment jew istituzzjoni tal-kreditu rigward il-materji koperti b’din id-Direttiva.

2.  Kull ditta ta’ l-investiment li tkun tixtieq tipprovdi servizzi jew attivitajiet ġewwa t-territorju ta’ Stat Membru iħor għall-ewwel darba, jew li tixtieq li tibdel il-firxa tas-servizzi jew ta’ l-attivitajiet hekk ipprovduti, għandha tikkomunika t-tagħrif li ġej lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post:

(a) l-Istat Membru li fih ikun beħsiebha topera;

(b) programm ta’ l-operati li jiddikjara b’mod partikolari is-servizzi u/jew l-attivitajiet ta’ investiment kif ukoll is-servizzi anċillari li tkun beħsiebha twettaq u jekk ikunx beħsiebha tuża aġenti marbuta fit-territorju ta’ l-Istati Membri li fihom ikun beħsiebha li tipprovdi servizzi.

Fil-każijiet meta ditta ta’ l-investiment ikun beħsiebha tuża aġenti marbuta, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post tad-ditta ta’ l-investiment għandha tikkomunika, fuq it-talba ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur u fi żmien raġjonevoli, l-identità ta’ l-aġenti marbuta li d-ditta ta’ l-investiment ikun beħsiebha tuża f’dan l-Istat Membru. L-Istat Membru ospitatur jista’ jagħmel dan it-tagħrif pubbliku.

3.  L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi t-tagħrif, tibagħtu lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur innominata bħala l-punt tal-kuntatt skond l-Artikolu 56(1). Id-ditta ta’ l-investiment tista’ mbagħad tibda s-servizz jew is-servizzi ta’ investiment interessatti fl-Istat Membru ospitatur.

4.  Fl-eventwalità ta’ bidla f’kull waħda mill-partikolaritajiet ikkomunikati skond il-paragrafu 2, ditta ta’ l-investiment għandha tagħti avviż bil-miktub ta’ din il-bidla lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post mill-inqas xahar qabel ma timplimenta l-bidla. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur b’dawn il-bidliet.

5.  L-Istati Membri għandhom, mingħajr iktar ħtieġa legali jew amministrattiva, jippermettu lid-ditti ta’ l-investiment u lill-opeaturi tas-suq li joperaw il-MTFs minn Stati Membri oħra li jipprovdu l-arranġamenti approprjati fit-territorju tagħhom sabiex jiffaċilitaw l-aċċess u l-użu tas-sistemi tagħhom mill-utenti remoti jew mill-parteċipanti stabbiliti fit-territorju tagħhom.

6.  Id-ditta ta’ l-investiment jew l-operatur tas-suq li jopera MTF għandhom jikkomunkaw lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post tagħhom l-Istat Membru fejn ikun beħsiebhom jipprovdu dawn l-arranġamenti. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-MTF għandu jikkomunika, fi żmien xahar, dan it-tagħrif lill Istat Membru li fih il-MTF ikun beħsiebha li tipprovdi dawn l-arranġamenti.

Fuq it-talba ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur tal-MTF u f’dewmien raġjonevoli, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membri tal-post tal-MTF għandha tikkomunika l-identità tal-membri jew tal-parteċipanti tal-MTF stabbilita f’dan l-Istat Membru.

Artikolu 32

L-Istabbiliment ta’ fergħa

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu jiġu pprovvduti s-servizzi u/jew l-attivitahiet ta’ investiment kif ukoll is-servizzi anċillari ġewwa t-territorji tagħhom skond din id-Direttiva u d-Direttiva 2000/12/KE permezz ta’ l-istabbiliment ta’ fergħa sakemm dawn is-servizzi u attivitajiet ikunu koperti bl-awtorizzazzjoni konċessa lid-ditta ta’ l-investiment jew lill-istituzzjoni tal-kreditu fl-Istat Membru tal-post. Is-servizzi anċillari jistgħu jiġu pprovvduti biss flimkien ma’ servizz u/jew attivita ta’ investiment.

L-Istati Membri ma għandhomx jimponu ħtiġiet addizzjonali għajr dawk permessi skond il-paragrafu 7, fuq l-organizzazzjoni u l-operat tal-fergħa rigward il-materji koperti b’din id-Direttiva.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lil kull ditta ta’ investiment li tixtieq tistabbilixxi fergħa ġewwa t-territorju ta’ Stat Membru ieħor li l-ewwel tinnotifika lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post tagħha u tipprovdiha bit-tagħrif li ġej:

(a) l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom tippjana li tistabbilixxi fergħa;

(b) programm ta’ l-operati li jiddikjara fost ħwejjeġ oħra s-servizzi u/jew l-attivitajiet ta’ investiment kif ukoll is-servizzi anċillari li jridu jiġu offruti u l-istruttura organizzativa tal-fergħa u li jindika jekk il-fergħa jkunx beħsiebha tuża aġenti marbuta;

(ċ) l-indirizz fl-Istat Membru ospitatur li minn għandu jistgħu jinkisbu d-dokumenti;

(d) l-ismijiet ta’ dawk responabbli mill-ġestjoni tal-fergħa.

Fil-każijiet meta ditta ta’ l-investiment tuża aġent marbut stabbilit fi Stat Membru ‘l barra mill-Istat Membru tal-post tagħha, dan l-aġent marbut għandu jiġi assimilat fil-fergħa u għandu jkun bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fejn jidħlu l-friegħi.

3.  Għajr jekk l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post ikollha raġuni sabiex tiddubita l-adekwatezza ta’ l-istruttura amministrattiva jew tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ ditta ta’ l-investiment, filwaqt li tqis l-attivitajiet previsti, għandha, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi t-tagħrif kollu, tikkomunika dan it-tagħrif skond l-Artikolu 56(1) u tgħarraf lid-ditta ta’ l-investiment interessata kif jixraq.

4.  B’żieda mat-tagħrif riferit fil-paragrafu 7, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post għandha tikkomunika d-dettalji ta’ l-iskema akkreditata tal-kumpens li tagħha d-ditta ta’ l-investment tkun membru skond id-Direttiva 97/9/K lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur. Fl-eventwalità ta’ bidla fil-partikolaritajiet, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur kif jixraq.

5.  Meta l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post tirrifjuta li tikkomunika t-tagħrif lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur, għandha tagħti r-raġunijiet tar-rifjut tagħha lid-ditta ta’ l-investimnt interessata fi żmien tliet xur minn meta tirċievi t-tagħrif kollu.

6.  Malli tirċievi komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur jew fin-nuqqas ta’ din il-komunikazzjoni minn din ta’ l-aħħar l-iktar tard wara xahrejn mid-data tat-trasmissjoni tal-komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post, il-fergħa tista’ tiġi stabbilita u tibda l-kummerċ.

7.  L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih tkun lokata l-fergħa għandu jassumi r-responsabbiltà sabiex jiġi żgurat illi s-servizzi pprovvduti mill-fergħa fit-territorju tiegħu jikkonformaw ma’ l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 19, 21, 22, 25, 27 u 28 u l-miżuri adottati skond dawn.

L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn tkun lokata l-fergħa għandu jkollha d-dritt li teżamina l-arranġamenti tal-fergħa u li titlob dawk il-bidliet li jkunu meħtieġa strettament sabiex jgħinu lill-awtorità kompetenti li tinforza l-obbligi skond l-Artikoli 19, 21, 22, 25, 27 u 28 u l-miżuri adottati skond dawn rigward is-servizzi u/jew l-attivitajiet ipprovvduti mill-fergħa fit-territorju ta’ l-awtorità kompetenti.

8.  Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jipprovdi illi, meta ditta ta’ l-investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor tkun stabbiliet fergħa ġewwa t-territorju tiegħu, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post tad-ditta ta’ l-investiment tista’ twettaq, fl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet tagħha u wara li tgħarraf lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post, spezzjonijiet fuq il-post f’din il-fergħa.

9.  Fl-eventwalità ta’ bidla f’kull tagħrif ikkomunikat skond il-paragrafu 2, ditta ta’ l-investiment għandha tagħti avviż bil-miktub ta’ din il-bidla lill awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post mill-inqas xahar qabel ma timplimenta l-bidla. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur għandha tiġi mgħarrfa b’din il-bidla mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post.

Artikolu 33

L-aċċess għas-swieq irregolati

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti ta’ l-investiment minn Stati Membri oħra li jkunu awtorizzati li jwettqu ordnijiet tal-klijenti jew li jinnegozjaw akkont tagħhom infushom ikollhom id-dritt għas-sħubija jew għall-aċċess tas-swieq irregolati fit-territorju tagħhom permezz ta’ kull arranġament li ġej:

(a) li jistabbilixxu, b’mod dirett, friegħi fl-Istati Membri ospitaturi;

(b) li jsiru membri remoti jew li jkollhom aċċess għas-swieq irregolati mingħajr ma jkollhom għalfejn jiġu stabbliti fl-Istat Membru tal-post tas-suq irregolat, fejn il-proċeduri u s-sistemi tal-kummerċ tas-suq fil-kwistjoni ma jeħtiġux il-preżenza fiżika sabiex jiġu konklużi transazzjonijiet f’dan is-suq.

2.  L-Istati Membri ma għandhom jimponu l-ebda ħtieġa regolatorja jew amministrattiva addizzjonali, rigward il-materji koperti b’din id-Direttiva, fuq id-ditti ta’ l-investiment li jeżerċitaw id-dritt ikkonferit bil-paragrafu 1.

Artikolu 34

L-Aċċess għall-kontroparti ċentrali, il-mod kif jiġu kklerjati u solvuti l-faċilitajiet u d-dritt li tiġi ddisinjata sistema tas-soluzzjoni tal-kontroversji

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment minn Stati Membri oħra jkollhom id-dritt ta’ l-aċċess għal kontroparti ċentrali, sistemi tal-clearance u tas-soluzzjoni tal-kontroversji fit-territorju tagħhom għall-għanijiet li jiġu ffinalizzati jew li tiġi rranġata l-finalizzazzjoni tat-transazzjonijiet fl-istumenti finanzjarji.

L-Istati Membri għandhom jeħrieġu illi l-aċċess ta’ dawn id-ditti ta’ l-investment għal dawn il-faċilitajiet ikunu bla ħsara għall-istess kriterji mhux diskriminatorji, trasparenti u oġġettivi li japplikaw għall-parteċipanti lokali. L-Istati Membri ma għandhomx jirrestrinġu l-użu ta’ dawn il-faċilitajiet rigward il-clearance u s-soluzzjoni tal-kontroversji tat-transzzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji midħula għalihom f’suq irregolat jew MTF fit-territorju tagħhom.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-swieq irregolati fit-territorju tagħhom joffru lill-membri jew lill-parteċipanti kollha tagħhom id-dritt li jaħtru s-sistema għas-soluzzjoni tal-kontroversji tat-transazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji midħula għalihom f’dan is-suq irregolat, bla ħsara għal:

(a) dawk ir-rabtiet u arranġamenti bejn is-sistema tas-soluzzjoni tal-kontroversji maħtura u kull sistema jew faċilità oħra li jkunu meħieġa sabiex tiġi żgurata s-soluzzjoni tal-kontroversji ekonomiċi u effiċjenti tat-transazzjoni fil-kwistjoni; u

(a) il-ftehim mill-awtorità kompetenti responsabbli mis-sorveljanza tas-suq irregolat li l-kondizzjonijiet tekniċi għas-soluzzjoni tal-kontroversji tat-transazzjonijiet konklużi fis-suq irregolat permezz ta’ sistema differenti tas-soluzzjoni tal-kontroversji għajr dik maħtura mis-suq irregolat ikunu hekk li jippermettu l-funzjonament bla xkiel u bl-ordni tas-swieq finanzjarji.

Din l-istma tas-suq irregolat mill-awtorità kompetenti għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-banek ċentrali nazzjonali bħala sorveljaturi tas-sistemi tas-soluzzjoni tal-kontroversji u awtoritajiet oħra solveljanti fuq dawn is-sistemi. L-awtorità kompetenti għandha tqis is-sorveljanza diġà eċerċitata minn dawn l-istituzzjonijiet sabiex tevita d-duplikazzjoni mhux mistħoqqa tal-kontroll.

3.  Id-drittijiet td-ditti ta’ l-investment skond il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-operaturi tal-kontroparti ċentrali, is-sistemi tal-clearance u tas-soluzzjoni tal-kontroversji tat-titoli li jirrifjutaw għal raġunijiet kummerċjali leġittimi li jagħmlu disponibbli s-servizzi mitluba.

Artikolu 35

Id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-komtroparti ċentrali, l-arranġamenti tal-clearance u tas-soluzzjoni tal-kontroversji rigward il-MTFs

1.  L-Istati Membri ma għandhomx jipprevjienu d-ditti ta’ l-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF milli jidħlu f’arranġamenti approprjati ma’ kontraparti ċentrali, uffiċċju tal-clearance u sistema tas-soluzzjoni tal-kontroversji fi Stat Membru ieħor bil-ħsieb li jipprovdu l-clearance jew is-soluzzjoni ta’ kontroversji dwar uħud mit-transazzjonijiet jew it-transazzjonijiet kollha konklużi mill-parteċipanti tas-suq skond is-sistemi tagħhom.

2.  L-awtorità kompetenti tad-ditti ta’ l-investiment u ta’ l-operaturi tas-suq li joperaw MTF ma jistgħux jopponu l-użu ta’ kontroparti ċentrali, l-uffiċċji tal-clearance u/jew is-sistemi tas-soluzzjoni tal-kontroversji fi Stat Membru ieħor għajr meta dan ikun jista jiġi muri meħtieġ sabiex jinżamm il-funzjonament bl-ordni ta’ dan l-MTF u jitqiesu l-kondizzjonijiet tas-sistemi tas-soluzzjoni tal-kontroversji stabbiliti fl-Artikolu 34(2).

Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni mhux mistħoqqa tal-kontroll, l-awtorità kompetenti għandha tqis is-sorveljanza tas-sistema tal-clearance u tas-soluzzjoni tal-kontroversji diġà eżerċitata mill-banek ċentrali bħala sorveljanti tas-sistemi tal-clearnce u tas-soluzzjoni tal-kontroversji jew minn awtoritajiet oħra sorveljanti bil-kompetenza f’dawn is-sistemi.



IT-TITOLU III

IS-SWIEQ IRREGOLATI

Artikolu 36

L-Awtorizzazzjoni u l-liġijiet applikabbli

1.  L-Istati Membri għandhom jirriservaw awtorizzazzjoni bħala suq irregolat għal dawk is-sistemi li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu.

L-awtorizzazzjoni bħala suq irregolat għandha tiġi konċessa biss meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta illi kemm l-operatur tas-suq u kemm is-sistemi tas-suq irregolat jikkonformaw għall-inqas mal-ħtiġiet stabbiliti f’dan it-Titolu.

Fil-każ li suq irregolat ikun persuna legali u li jkun amministrat jew operat minn operatur tas-suq għajr is-suq irregolat innifsu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif l-obbligi differenti imposti fuq l-operatur tas-suq skond din id-Drettiva jridu jiġu allokati bejn is-suq irregolat u l-operatur tas-suq.

L-operatur ta’ suq irregolat għandu jipprovdi t-tagħrif kollu, inkluż programm ta’ l-operati li jiddikjara, fost ħwejjeġ oħra, it-tipi tal-kummerċ previsti u l-istruttura ta’ l-organizzazzjoni, meħtieġa sabiex jgħinu lill-awtorità kompetenti li tissodisfa ruħha illi s-suq irregolat ikun stabbilixxa, fiż-żmien ta’ l-awtorizzazzjoni inizjali, l-arranġamenti kollha meħtieġa sabiex jissodisfa l-obbligi skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-operatur ta’ suq irregolat li jwettaq kompiti li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-organizzazzjoni u l-operat tas-suq irregolat taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-awtoritajiet kompetenti jżommu taħt rivista regolari l-konformità tas-swieq irregolati mad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu. Għandhom jiżguraw ukoll illi l-awtoritajiet kompetenti jimmnitorjaw illi s-swieq irregolati jikkonfrmaw il-ħin kollu mal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazjni inizjali stabbiliti skond dan it-Titolu.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-operatur tas-suq ikun responsbbli li jiżgura illi s-suq irregolat li jamministra jikkonforma mal-ħtiġiet kollha skond dan it-Titolu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll illi l-operatur tas-suq ikun intitolat li jeżerċita d-drittijiet li jikkorrispondu mas-suq irregolat li jamministra bis-saħħa ta’ din id-Direttiva.

4.  Mingħajr preġudizzju għal kull dispożizzjoni rilevanti tad-Direttiva 2003/6/KE, il-liġijiet pubbliċi li jirregolaw il-kummerċ kondott taħt is-sistemi tas-suq irregolat għandhom ikunu dawk ta’ l-Istat Membru tal-post tas-suq irregolat.

5.  L-awtorità kompetenti tista’ tirtira l-awtorizzazzjoni maħruġa lil suq irregolat meta:

(a) ma jagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, jirrinunzja espressament l-awtorizzazzjoni jew ma jkunx ħadem fis-sitt xhur ta’ qabel, għajr jekk l-Istat Membru interessat ikun ipprovda illi f’dawn il-każijiet l-awtorizzazzjoni tiskadi;

(b) ikun kiseb l-awtorizzazzjoni billi jagħmel dikjarazzjonijiet foloz jew minħabba kull mezz ieħor mhux regolari;

(ċ) ma jissodisfax iktar il-kondizzjonijiet li fuqhom ikun ġie konċess l-awtorizzazzjoni;

(d) ikun kiser b’mod gravi u sistematiku d-dispożizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva;

(e) jidħol f’xi wieħed mill-każijiet meta l-liġijiet nazzjonali jipprodu għall-irtirar.

Artikolu 37

Il-Ħtiġiet għall-ġestjoni tas-suq irregolat

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi l-persuni li jmexxu b’mod effettiv il-kummerċ u l-operati ta’ suq irregolat ikunu ta’ fama tajba u ta’ esperejenza biżżejjed sabiex jiżguraw il-ġestjoni soda u prudenti tas-suq irregolat. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu wkoll illi l-operatur tas-suq irregolat jgħarraf lill-awtorità kompetenti bl-identità u kull bidla sossegwenti tal-persuni li jidderieġu l-kummerċ u l-operati sas-suq irregolat b’mod effettiv.

L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta li tapprova l-bidliet proposti meta jkun hemm raġunijiet oġġettivi u li jistgħu jiġu murija sabiex temmen illi joħolqu tehdida materjali lill-ġestjoni u l-operat sodi u prudenti tas-suq irregolat.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, fil-proċess ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ suq irregolat, il-persuna jew il-persuni li jidderieġu b’mod effettiv il-kummerċ u l-operat ta’ suq irregolat diġà awtorizzat skond il-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jitqiesu li jikkonfrmaw mal-ħtiġiet tal-paragrafu 1.

Artikolu 38

Il-Ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu mal-persuni li jeżerċitaw inflwenza sinifikanti fuq il-ġestjoni tas-suq irregolat

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-persuni li jkunu f’pożizzjoni li jeżerċitaw, direttament jew indirettament, influwenza sinifikanti fuq il-ġestjoni tas-suq irregolat ikunu xierqa.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operaturi tas-suq irregolat:

(a) li jipprovdu lill-awtorità kompetenti, u li jagħmlu pubbliku, it-tagħrif li jirrigwarda l-pussess tas-suq irregolat u/jew l-operatur tas-suq, u b’mod partikolari, l-identità u d-daqs ta’ l-interessi ta’ kull parti f’pożizzjoni li teżerċita influwenza sinifikanti fuq il-ġestjoni;

(b) li jgħarrfu lill-awtorità kompetenti u jagħmlu pubbliku kull trasferiment tal-pussess li joħloq bidla fl-identità tal-persuni li jeżerċitaw influwenza sinifikanti fuq l-operat tas-suq irregolat.

3.  L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta li tapprova l-bidliet proposti għall-interessi tal-kontroll tas-suq irregolat u/jew ta’ l-operatur tas-suq meta jkun hemm raġunijiet oġġettivi u li jistgħu jiġu murija sabiex temmen illi jistgħu joħolqu tehdida għall-ġestjoni u l-operat sodi u prudenti tas-suq irregolat.

Artikolu 39

Il-Ħtiġiet organizzattivi

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-suq irregolat:

(a) ikollu l-arranġamenti sabiex jidentifika b’mod ċar u jamministra l-konsegwenzi negattivi potenzali, rigward il-ħidma tas-suq irregolat jew tal-partċipanti tiegħu, rigward kull konflit ta’ interess bejn l-interess tas-suq irregolat, tas-sidien tiegħu jew ta’ l-operatur u l-funzjonament sod tas-suq irregolat, u b’mod partikolari meta dawn il-konflitti ta’ interess jistgħu jiġu ppruvati ta’ preġudizzju għat-twetiq ta’ kull funzjoni ddelegata lis-suq irregolat mill-awtorità kompetenti.

(b) li jkun imgħammar b’mod adegwat sabiex jamministra r-riskji li għalihom ikun espost, li jimplimenta l-arranġamenti u s-sistemi approprjati sabiex jidentifika r-riskji għall-ħidma tiegħu u li jqiegħed f’posthom miżuri effettivi sabiex itaffi dawn ir-riskji;

(ċ) li jkollu l-arranġamenti għall-ġestjoni soda ta’ l-operati tekniċi tas-sistema, inkluż l-istabbilment ta’ arranġamenti ffettivi ta’ kontinġenza sabiex ilaħħaq mar-riskji tad-diżordnijiet tas-sistemi;

(d) li jkollu r-regoli u l-proċeduri trasparenti u mhux diskrezzjonali li jipprovdu għall-kummerċ ġust u bl-ordni u li jistabbilixxu l-kriterji għat-twettiq effiċjenti ta’ l-ordnijiet;

(e) li jkollu l-arranġamenti effettivi sabiex jiffaċilitaw il-finalizzazzjoni effiċjenti u f’waqtha tat-transazzjonijiet imwettqa taħt is-sistemi tiegħu;

(f) li jkollu disponibbli, fil-ħin ta’ l-awtorizzazzjoni u fuq bażi dejjem għaddej, ir-riżorsi finanzjarji biżżejjed sabiex jiffaċilita l-funzjonament bl-ordni tiegħu, filwaqt li jqis in-natura u l-kobor tat-transazzjonijiet konklużi fis-suq u l-firxa u l-livell tar-riskji li għalihom ikun espost.

Artikolu 40

L-Ammissjoni ta’ l-istrumenti finanzjarji għall-kummerċ

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-swieq irregolati jkollhom regoli ċari u trasparenti rigward l-ammissjoni għall-kummerċ ta’ l-istrumenti finanzjarji.

Dawn ir-regoli għandhom jiżguraw illi kull strument finanzjarju ammess għall-kummerċ f’suq irregolat ikun kapaċi li jiġi kkummerċjat f’manjiera ġusta, bl-ordni u effiċjenti u, fil-każ tat-titoli trasferibbli jkunu jistgħu jiġu kkummerċjati fil-libertà.

2.  Fil-każ tad-derivattivi, ir-regoli għandhom jiżguraw b’mod partikolari illi d-disinn tal-kuntratt tad-derivattivi jippermetti għall-għoti tal-prezz tiegħu bl-ordni kif ukoll għall-eżistenza ta’ kondizzjonijiet effettivi għas-soluzzjoni tal-kontroversji.

3.  B’żieda ma’ l-obbligi ddikjarati fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-suq irregolat jistabbilixxi u jżomm arranġamenti effettivi sabiex jivverifika li dawk li joħorġu t-titoli trasferibbli li jiġu ammessi għall-kummerċ fis-suq irregolat jikkonformaw ma’ l-obbligi tagħhom skond il-liġijiet Komunitarji rigward l-obbligi inizjali, għaddejja jew ad hoc ta’ l-iżvelar.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi s-suq ikkontrollat jistabbilixxi arranġamenti li jiffaċilitaw lill-membri jew lill-parteċipanti tiegħu li jiksbu aċċess għat-tagħrif li jkun ġie magħmul pubbliku skond il-liġijiet Komunitarji.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-swieq irregolati jkunu stabbilew l-arranġamenti meħtieġa sabiex jagħmlu rivista b’mod regolari tal-konformità mal-ħtriġiet ta’ l-ammissjoni ta’ l-istrumenti finanzjarji li huma jammettu għall-kummerċ.

5.  Titolu trasferibbli li jkun ġie ammess għall-kummerċ f’suq ikkontrollat jista’ jiġi ammess sossegwentement għall-kummerċ fi swieq irregolati oħra, saħansitra mingħajr il-kunsens ta’ min joħorġu u f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2003/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’. … dwar il-prospett li jrid jiġi ppubblikat meta t-titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE ( 23 ). Min joħroġ it-titoli għandu jiġi mgħarraf mis-suq irregolat dwar il-fatt illi t-titoli jkunu qegħdin jiġu kkummerċjati f’dan is-suq irregolat. Min joħroġ it-titoli ma għands jkun soġġett għall-ebda obbligu li jippovdi t-tagħrif meħtieġ skond il-paragrafu 3 rigward kull suq irregolat li jkun ammetta t-titoli ta’ min ikun ħariġhom għall-kummerċ minghajr il-kunsens tiegħu.

6.  Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniforni tal-paragrafi minn 1 sa 5, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 64(2), miżuri ta’ implimentazzjoni li:

(a) jispeċifikaw il-karatteristiċi tal-klassijiet differenti ta’ l-istrumenti li jridu jitqiesu mis-suq irregolat meta jiġi stmat jekk strument ikunx maħruġ f’manjiera konsistenti mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sub-paragrafu tal-paragrafu 1 sabiex jiġi ammess għall-kummerċ fis-segmenti differenti tas-suq li jopera;

(b) jiċċaraw l-arranġamenti li s-suq iregolat irid jimplimenta sabiex jiġi kkunsidrat li wettaq l-obbligi tiegħu li jivverifika illi min joħroġ titolu trasferibbli tas-sigurtà jikkonforma ma’ l-obbligi tiegħu skond il-liġijiet Komunitarji rigward l-obbligi inizjali, għaddejja jew a d hoc ta’ l-iżvelar;

(ċ) jiċċaraw l-arranġamenti li s-suq irregolat irid jistabbilixxi skond il-paragrafu 3 sabiex jiffaċilitaw lill-membri jew lill-parteċipanti tiegħu li jiksbu aċċess għat-tagħrif li jkun ġie magħmul pubbliku fuq il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġijiet Komunitarji.

Artikolu 41

Is-Sospensjoni u t-tneħħija ta’ l-istrumenti mil-kummerċ

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 50(2)(j) u (k) li tiddomanda s-sospensjoni jew it-tneħħija ta’ strument mil-kummerċ, l-operatur tas-suq iregolat jista’ jissospendi jew ineħħi mil-kummerċ strument finanzjarju li ma jikkonformax iktar mar-regoli tas-suq irregolat għajr jekk dan il-pass x’aktarx li jikkawża ħsara sinifikanti lill-interessi ta’ l-investituri jew lill-funzjonament bl-ordni tas-suq.

Minkejja l-possibbiltà li l-operaturi tas-swieq ikkontrollati jgħarrfu b’mod dirett lill-operaturi tas-swieq irregolati l-oħra, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li operatur ta’ suq irregolat jissospendi jew ineħħi mil-kummerċ strument finanzjarju jagħmel pubblika din id-deċiżjoni u jikkomunka t-tagħrif rilevanti lill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenrti għandha tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra.

2.  Awtorità kompetenti li tiddomanda s-sospensjoni jew it-tneħħija ta’ strument finanzjarju mil-kummerċ f’suq irregolat jew iktar għandha tagħmel pubblika d-deċiżjni tagħha u tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra. Għajr meta jkunu jistgħu jkkawżaw ħsara sinifikanti lill-interessi ta’ l-investituri jew lill-funzjonament bl-ordni tas-suq, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jiddomandaw is-sospensjoni jew it-tneħħija ta’ dan l-istrument finanzjarju mil-kummerċ fis-swieq irregolati u l-MTFs li joperaw taħt l-awtorità tagħhom.

Artikolu 42

L-aċċess għas-suq irregolat

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-suq irregolat jistabbilixxi u jżomm regoli trasparenti u mhux diskriminatorji, imsejsa fuq kriterji oġġettivi, li jirregolaw l-aċċess għas-suq irregolat jew is-sħubija fih.

2.  Dawn ir-regoli għandhom jispeċifikaw kull obbligu għall-membri jew għall-parteċipanti li joħroġ minn:

(a) il-kostituzzjoni u l-amministrazzjoni tas-suq irregolat;

(b) ir-regoli li għandhom x’jaqsmu mat-transazzjonijiet tas-suq;

(ċ) l-i standards professjonali imposti fuq il-personal tad-ditti ta’ l-investiment jew ta’ l-istitituzzjonijiet tal-kreditu li jkunu joperaw fis-suq;

(d) il-kondizzjonijiet stabbiliti, għal membri jew għall-parteċipanti oħra għajr id-ditti ta’ l-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu, skond il-paragrafu 3;

(e) ir-regoli u l-proċeduri għall-clearance u s-soluzzjoni tal-kontroversji fit-transazzjonijiet konklużi fis-suq irregolat.

3.  Is-swieq irregolati jistgħu jammettu bħala membri jew parteċipanti ditti ta’ l-investiment, istituzzjonijiet tal-kreditu awtorizzati skond id-Direttiva 2000/12/KE u persuni oħra li:

(a) huma xierqa u sewwa;

(b) għandhom livell biżżejjeb ta’ l-abbiltà għall-kummerċ u kompetenza fih;

(ċ) għandhom, meta japplika, ħtiġiet organizzattivi adegwati:

(d) għandhom biżżejjed riżorsi għar-rwol li jridu jwettqu, fil-waqt li jitqiesu l-arranġamenti finanzjarji differenti li jkun sata’ stabbilixxa s-suq irregolat sabiex jiggarantixxi s-soluzzjoni adegwata tal-kontroversji fit-transazzjonijiet.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, rigward it-transazzjonijiet konklużi f’suq irregolat, il-membri u l-parteċipanti mhumiex meħtieġa li japplikaw lil xulxin l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 19, 21 u 22. Madankollu, il-membri jew il-parteċipanti tas-suq irregolat għandhom japplikaw l-obbligi pprovvduti fl-Artikoli 19, 21 u 22 rigward il-klijenti tagħhom meta, filwaqt li jaġixxu f’isem il-klijenti tagħhom, iwettqu l-ordnijiet tagħhom f’suq irregolat.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi r-regoli dwar l-aċċess għas-suq irregolat jew is-sħubija fih jipprovdu l-parteċipazzjoni diretta jew remota tad-ditti ta’ l-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu.

6.  L-Istati Membri għandhom, mingħajr iktar ħtieġa legali jew amministrattiva, jippermettu lis-swieq irregolati mill-Istati Membri l-oħra li jipprovdu l-arranġamenti approprjati fit-territorju tagħhom sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għal dawn is-swieq u l-kummerċ fihom minn membri remoti jew mill-parteċipanti stabbiliti fit-territorju tagħhom.

Is-suq irregolat għandu jikkomunka lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post tiegħu l-Istat Membru li fih ikun beħsiebu jipprovdi dawn l-arranġamenti. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post għandha tikkomunika, fi żmien xahar, dan it-tagħrif lill Istat Membru li fih is-suq irregolat ikun beħsiebu jipprovdi dawn l-arranġamenti.

L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post tas-suq irregolat għandha, fuq it-talba ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur u fi żmien raġjonevoli, tikkomunika l-identità tal-membri jew tal-parteċipanti tas-suq irregolat stabbilit f’dan l-Istat Membru.

7.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operatur tas-suq irregolat jikkomunika, fuq bażi regolari, il-lista tal-membri u tal-parteċipanti fis-suq irregolat lill-aworità kompetenti tas-suq irregolat.

Artikolu 43

Il-Monitoraġġ tal-konformità mar-regoli tas-suq irregolat u ma’ l-obbligi legali l-oħra

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi s-swieq irregolati jistabbilixxu u jżommu arranġamenti u proċeduri effettivi għall-monitoraġġ effettv mill-membri jew mill-parteċipanti tagħhom tal-konformità mar-regoli tagħhom. Is-swieq irregolati għandhom jimmonitorjaw it-transazzjonijiet midħula għalihom mill-membri jew mill-parteċipanti tagħhom skond is-sistemi tagħhom sabiex jidentifkaw kontravenzjonijiet rigward dawn ir-regoli, u l-kondizzjonijiet jew il-kondotta diżordinati tan-negozji li jistgħu jinvolvu abbuż tas-suq.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-operaturi tas-suq li jirrappurtaw il-kontravenzjonijiet sinifikanti kontra r-regoli tagħhom jew il-kondizzjonijiet jew il-kondotta diżordinati tal-kummerċ li jisgħtu jinvolvu abbuż tas-suq lill-awtorità kompetenti tas-suq irregolat. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu wkoll illi l-operatur tas-suq irregolat iforni t-tagħrif rilevanti mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti sabiex jiġi investigat u pprosegwit l-abbuż tas-suq fis-suq irregolat u sabiex tiġi pprovvduta l-assistenza sħiħa lil dan ta’ l-aħħar fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ l-abbuż tas-suq li jiġri fuq jew ġewwa s-sistemi tas-suq irregolat.

Artikolu 44

Il-Ħtiġiet tat-trasparenza ta’ qabel il-kummerċ għas-swieq irregolati

1.  L-Istati Membri għandhom, għall-inqas, jeħtieġu illi s-swieq irregolati jagħmlu pubbliċi l-offerta korrenti tal-prezzijiet u l-prezzijiet ta’ l-offerti u kemm ikunu fil-fond l-interessi tal-kummerċ f’dawk il-prezzijiet li jkunu ppubbliċizzati permezz tas-sistemi tagħhom rigward l-ishma ammessi għall-kummerċ. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li dan it-tagħrif jiġi magħmul disponibbli lill-pubbliku fuq termini kummerċjali raġjonevoli u fuq bażi kontinwu matul il-ħinijiet normali tax-xogħol.

Is-swieq irregolati jistgħu jagħtu l-aċċess, fuq termini kummerċjali reġjonevoli u fuq bażi mhux diskriminatorju, għall-arranġamenti li jimplegaw sabiex jagħmlu pubbliku t-tagħrif skond l-ewwel sub-paragrafu lid-ditti ta’ l-investment li jkunu obbligati jippubblikaw il-kwotazzjonjiet tagħhom fl-ishma skond l-Artikolu 27.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti jkunu kapaċi jirrinunzaw għall-obbligu għas-swieq irregolati li jagħmlu pubbliku t-tagħrif riferit fil-paragrafu 1, imsejjes fuq il-mudell tas-suq jew it-tip u d-daqs ta’ l-ordnijiet fil-każijiet iddefiniti skond il-paragrafu 3. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jirrinunzjaw għall-obbligu rigward it-transazzjonijiet li jkunu kbar fid-daqs meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq għas-sehem jew għat-tip ta’ sehem fil-kwistjoni.

3.  Sabiex titqies l-applikazzjoni uniforni tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 64(2), miżuri ta’ implimentazzjoni rigward:

(a) il-firxa ta’ l-offerta tal-prezz u l-offerti jew il-kwotazzjonijiet ta’ min ikun innominat li jagħmel is-suq u l-qawwa ta’ l-interess fil-kummerċ b’dawn il-prezzijiet, li trid tintgħamel pubblika;

(b) id-daqs jew it-tip ta’ l-ordnijiet li għalihom jista’ jiġi rrinunzjat l-iżvelar ta’ qabel il-kummerċ skond il-paragrafu 2;

(ċ) il-mudell tas-suq li għalih jista’ jiġi rrinunzjat l-iżvelar ta’ qabel il-kummerċ skond il-paragrafu 2 u, b’mod partikolari, l-applikabbiltà ta’ l-obbligu rigward il-metodi tal-kummerċ operat mis-swieq irregolati li jikkonkludu t-transazzjonijiet skond ir-regoli tagħhom b’riferiment għall-prezzijiet stabbiliti ‘l barra mis-suq irregolat jew b’irkant perjodiku.

Artikolu 45

Il-Ħtiġiet tat-trasparenza ta’ wara l-kummerċ għas-swieq irregolati

1.  L-Istati Membri għandhom, għall-inqas, jeħtieġu illi s-swieq irregolati jagħmlu pubbliċi l-prezz, il-volum u ż-żmien tat-transazzjonijiet imwettqa rigward l-ishma ammessi għall-kummerċ. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-dettalji ta’ dawn it-transazzjonijiet kollha jintgħamlu pubbliċi, fuq bażi kummerċjali raġjonevoli, qrib kemm jista’ jkun taż-żmien reali.

Is-swieq irregolati jistgħu jagħtu aċċess, fuq termini kummerċjali reġjonevoli u fuq bażi mhux diskriminatorju, għall-arranġamenti li jimpjegaw sabiex jagħmlu pubbliku t-tagħrif skond l-ewwel sub-paragrafu lid-ditti ta’ l-investment li jkunu obbligati jippubblikaw id-dettalji tat-transazzjonijiet tagħhom fl-ishma skond l-Artikolu 28.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi l-awtorità kompetenti tkun tista’ tawtorizza lis-swieq irregolati sabiex jipprovdu l-pubblikazzjoni ddifferita tad-dettalji tat-transazzjonijiet imsejsa fuq it-tip jew id-daqs tagħhom. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-pubblikazzjoni ddifferita rigward it-transazzjonijiet li jkunu kbar fid-daqs meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq għal dan is-sehem jew klassi ta’ ishma. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-swieq irregolati jiksbu l-approvazzjoni minn qabel ta’ l-awtorità kompetenti għall-arranġamenti proposti rigward il-pubblikazzjoni ddifferita tal-kummerċ, u għandhom jeħtieġu li dawn l-arranġamenti jkunu żvelati biċ-ċar lill-parteċipanti tas-suq u lill-pubbliku li jkun qiegħed jinvesti.

3.  Sabiex jiġi pprovvdut il-funzjonament effiċjenti u bl-ordni tas-swieq finanzjarji, u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 64(2), miżuri ta’ implimentazzjoni li jirrigwardaw:

(a) l-iskop u l-kontenut tat-tagħrif li jrid jiġi magħmul disponibbli għall-pubbliku;

(b) il-kondizzjonijiet li fuqhom is-suq irregolat ikun jista’ jipprovdi l-pubblikazzjoni ddifferita tan-negozji u l-kriterji li jridu jiġu applikati meta jkunu qegħdin jiġu deċiżi t-transazzjonijiet li għalihom tiġi permessa l-pubblikazzjoni ddifferita minħabba d-daqs tagħhom jew it-tip ta’ sehem involut.

Artikolu 46

Id-Dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kontroparti ċentrali u l-arranġamenti tal-clearance u tas-soluzzjoni tal-kontroversji

1.  L-Istati Membri ma għandhomx jipprevjienu lis-swieq irregolati milli jidħlu f’arranġamenti approprjati ma’ kontraparti ċentrali, uffiċċju tal-clearance u sistema tas-soluzzjoni tal-kontroversji fi Stat Membru ieħor bil-ħsieb li jipprovdu l-clearance u/jew is-soluzzjoni ta’ kontroversji dwar uħud mit-transazzjonijiet jew it-transazzjonijiet kollha konklużi mill-parteċipanti tas-suq skond is-sistemi tagħhom.

2.  L-awtorità kompetenti ta’ suq irregolat ma tistax topponi l-użu ta’ kontroparti ċentrali, l-uffiċċji tal-clearance u/jew is-sistemi tas-soluzzjoni tal-kontroversji fi Stat Membru ieħor għajr meta dan ikun jista’ jiġi muri meħtieġ sabiex jinżamm il-funzjonament bl-ordni ta’ dan is-suq irregolat u jitqiesu l-kondizzjonijiet tas-sistemi tas-soluzzjoni tal-kontroversji stabbiliti fl-Artikolu 34(2).

Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni mhux mistħoqqa tal-kontroll, l-awtorità kompetenti għandha tqis is-supeviżjoni/sorveljanza tas-sistema tal-clearance u tas-soluzzjoni tal-kontroversji diġà eżerċitata mill-banek ċentrali bħala sorveljanti tas-sistemi tal-clearance u tas-soluzzjoni tal-kontroversji jew minn awtoritajiet oħra sorveljanti bil-kompetenza fejn jidħlu dawn is-sistemi.

Artikolu 47

Il-Lista tas-swieq irregolati

Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jfassal lista tas-swieq irregolati li għalihom ikun l-Istat Membru tal-post u għandu jibgħat din il-lista lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni. Għandha tiġi effettwata komunikazzjoni simili rigward kull bidla f’din il-lista. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista tas-swieq irregolati kollha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u taġġornaha mill-inqas darba fis-sena. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna wkoll il-lista fuq il-website tagħha, kull darba li l-Istati Membri jikkomunikaw bidliet fil-listi tagħhom.



IT-TITOLU IV

L-AWTORIAJIET KOMPETENTI



IL-KAPITOLU I

IN-NOMINA, IL-POTERI U L-PROĊEDURI GĦAR-RIPARAZZJONI

Artikolu 48

In-Nomina ta’ l-awtoritajiet kompetenti

1.  Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jinnomina lill-awtoritajiet kompetenti li jridu jwettqu kull wieħed mid-dmirijiet skond id-dispożizzjonijiet differenti ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oġra bl-identità ta’ l-awtoritajiet kompetenti responsabbli li jinfurzaw kull wieħed minn dawn id-dmirijiet, u b’kull taqsim ta’ dawn id-dmirijiet.

2.  L-awtoritajiet kompetenti riferiti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu awtoritajiet pubbliċi, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġu ddelegati kompiti lil entitajiet oħra meta dan ikun ipprovvdut espressament fl-Artikoli 5(5), 16(3), 17(2) u 23(4).

Kull delega ta’ kompiti lil entatjiet oħra għajr lill-awtoritajiet riferiti fil-paragrafu 1 ma jistgħu jinvolvu la l-eżerċizzju ta’ l-awtorità pubblika u lanqas l-użu tal-poteri deskrezzjonali tal-ġudizzju. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi, qabel id-delega, l-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-passi raġjonevoli kollha sabiex jiżguraw illi l-entità li lilha jridu jiġu ddelegati l-kompiti jkollha l-kapaċità u r-riżorsi sabiex twettaq b’mod effettiv il-kompiti kollha u li din id-delega ssir biss jekk ikun ġie stabbilit qafas iddefinit biċ-ċar u ddokumentat għall-eżerċizzju ta’ kull kompitu ddelegat filwaqt li jiġu ddikjarati l-kompiti li jridu jiġu midħula għalihom u l-kondizzjonijiet li fuqhom iridu jitwettqu. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jinkludu klawsola li tobbliga lill-entità fil-kwistjoni li taġixxi u tiġi organizzata f’manjiera hekk illi jiġi evitat il-konflitt ta’ l-interess u sabiex it-tagħrif miksub mit-twettiq tal-kompiti ddelegati ma jintużax b’mod mhux ġust jew li jipprevjieni l-kompetizzjoni. Ikun xi jkun il-każ, ir-responsabbiltà aħħarija għas-sorveljanza tat-tħaris ta’ din id-Direttiva u tal-miżuri tagħha ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu ta’ l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti nnominati skond il-paragrafu 1.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra dwar kull arranġament midħul għalih rigward id-delega tal-kompiti, inklużi l-kondizzjonijiet preċiżi li jirregolaw id-delega.

3.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta’ l-awtoritajiet kompetenti riferiti fil-paragrafi 1 u 2 fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea mill-inqas darba fis-sena u taġġornaha b’mod kontinwu fuq il-website tagħha.

Artikolu 49

Il-Koperazzjoni bejn l-awtoritajiet fl-istess Stat Membru

Jekk Stat Membru jinnomina iktar minn awtorità kompetenti waħda u jinforza dispożizzjoni minn din id-Direttiva, għandhom jiġu ddefiniti biċ-ċar ir-rwoli rispettivi tagħhom u għandhom jikkoperaw mill-qrib.

Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jeħtieġ illi din il-koperazzjoni ssir ukoll bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva u ta’ l-awtoritajiet kompetenti responsabbli f’dan l-Istat Membru mis-sorveljanza ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u oħrajn, il-fondi tal-pensjonijiet, l-UCITS, l-intermedjarji ta’ l-assigurazzjoni u l-assigurazzjoni mill-ġdid u l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi l-awtoritajiet kompetenti jiskambjaw kull tagħrif li jkun essenzali jew rilevanti għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom.

Artikolu 50

Il-Poteri li jridu jsiru disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw il-poteri kollha tas-sorveljanza u l-investigazzjoni li jkunu meħtieġa għall-eżeċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Ġewwa l-limiti pprovvduti fl-oqfsa legali nazzjonali tagħhom għandhom jeżerċitaw dawn il-poteri:

(a) direttament; jew

(b) f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra; jew

(ċ) fuq ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lill-entitajiet li lilhom ikun ġew iddelegati l-kompiti skond l-Artikolu 48(2); jew

(d) billi japplikaw lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

2.  Il-poteri riferiti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu eżerċitati skond il-liġijiet nazzjonali u għandhom mill-inqas jinkludi d-drittijiet li:

(a) ikollhom aċċess għal kull dokument f’kull għamla u li jirċievu kopja tiegħu;

(b) jiddomandaw tagħrif minn għand kull persuna u, jekk meħtieġ, isejħu u jistaqsu persuna bil-ħsieb li jiksbu tagħrif;

(ċ) iwettqu spezzjonijiet fuq il-post;

(d) jeħtieġu reġistrazzjonijiet telefoniċi eżistenti u tat-traffiku eżistenti ta’ l-informazzjoni;

(e) jeħtieġu l-waqfien ta’ kull prattika li tkun kontra d-diposizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva;

(f) jitolbu l-iffriżar u/jew is-sekwestru ta’ attivi;

(g) jitolbu l-projbizzjoni temporanja ta’ attivitajiet professjonali;

(h) jeħtieġu lill-awdituri ta’ ditti ta’ l-investiment u ta’ swieq irregolati li jipprovdu tagħrif;

(i) jadottaw kull tip ta’ miżuri sabiex jiżguraw illi d-ditti ta’ l-investment u s-swieq irregolati jissoktaw jikkonformaw mal-ħtiġiet legali;

(j) jeħtieġu s-sospensjoni tal-kummerċ fi strument finanzjarju;

(k) jeħtieġu t-tneħħija ta’ strument finanzjarju mil-kummerċ, sewwa jekk f’suq irregolat u sewwa jekk skond arranġamenti oħra tal-kummerċ;

(l) jirreferu materji għall-prosekuzzjoni kriminali;

(m) jippermettu lill-awdituri jew l-esperti li jwettqu verifiki jew investigazzjonijiet.

Artikolu 51

Is-Sanzjonijiet amministrattivi

1.  Mingħajr preġudizzju għall-proċeduti għall-irtirar ta’ awtorizzazzjoni jew għad-dritt ta’ l-Istati Membri li jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, skond il-liġijiet nazzjonali tagħhom, illi jkunu jistgħu jittieħdu l-miżuri amministrattivi appoprjati jew ikunu jistgħu jiġu imposti sanzjonijiet amministrattivi kontra l-persuni responsabbli, meta ma jitħarsux id-dispożizzjonijiet adottati sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi dawn il-miżuri jkunu effettivi, ipproporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu s-sanzjonijiet li jridu jiġu applikati rigward in-nuqqas ta’ koperazzjoni f’investigazzjoni koperta bl-Artikolu 50.

3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi l-awtorità kompetenti tkun tista’ tiżvela lill-pubbliku kull miżura jew sanzjon li jridu jiġu imposti għall-ksur tad-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, għajr jekk l-iżvelar jipperikola b’mod gravi s-swieq finanzjarji jew jikkawża ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti.

Artikolu 52

Id-Dritt ta’ l-appell

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull deċiżjoni meħuda skond il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skond din id-Direttiva ikunu rraġunati kif jixraq u bla ħsara għad-dritt għall-applikazzjoni quddiem il-qrati. Id-dritt ta’ l-applikazzjoni quddiem il-qrati għandu japplika wkoll meta, rigward applikazzjoni għal awtorizzzzjoni li tipprovdi t-tagħrif kollu meħtieġ, ma tittieħed l-ebda deċiżjoni fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni tagħha.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi korp jew iktar minn dawn li ġejjin, kif stabbilit bil-liġijiet nazzjonali, jistgħu, fl-interess tal-konsumaturi u skond il-liġijiet nazzjonali, jieħdu azzjoni quddiem il-qrati jew quddiem korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiżguraw illi jiġu applikati d-disposizzjoijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva:

(a) il-korpi pubbliċi jew ir-rappreżentanti tagħhom;

(b) l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi li jkollhom interess leġittimu li jipproteġu lill-konsumaturi;

(ċ) l-organizzazzjonijiet professjonali li jkollhom interess leġittimu li jaġixxu sabiex jipproteġu lill-membri tagħhom.

Artikolu 53

Il-Mekkaniżmu extra-ġudizzjali għall-ilmenti ta’ l-investituri

1.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu li jiġu stabbiliti proċeduri effettivi għall-ilmenti u r-riparazzjoni sabiex jiġu solvuti barra mill-qorti l-kontroversji tal-konsumaturi li jirrigwardaw il-provvediment ta’ servizzi ta’ investiment u anċillari pprovvduti mid-ditti ta’ l-investiment, bl-użu ta’ korpi eżistenti meta approprjat.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-korpi ma jiġux ipprevenuti minn dispożizzjonijiet legali jew regolatorji milli jikkoperaw b’mod effettiv fis-soluzzjoni ta’ kontroversji li jaqsmu l-fruntieri.

Artikolu 54

Is-Segretezza professjonali

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, il-persuni kollha li jaħdmu jew li jkunu ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti jew l-entitajiet li lilhom ikunu ġew iddelegati kompiti skond l-Artikolu 48(2), kif ukoll l-awdituri u l-esperti mogħtija struzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti, jkunu marbuta l-obbligu tas-segretezza professjonali. Ma jista’ jiġi żvelat l-ebda tagħrif li jistgħu jirċievu fil-kors tad-dmirijiet tagħhom lill-ebda persuna jew awtorità, ikunu xi jkunu, għajr f’għamla sommarja u aggregata hekk li d-ditti individwali ta’ l-investiment jew kull persuna oħra ma jistgħux jiġu identifikati, mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti bil-liġijiet kriminali jew bid-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva.

2.  Meta ditta ta’ l-investment, operatur tas-suq jew suq irregolat ikunu ġew iddikjarati falluti, jew jagħlqu l-kummerċ bil-fors, jista’ jiġi żvelat it-tagħrif kunfidenzali li ma jirrigwardax lil partijiet terzi fil-proċedimenti ċivili jew kummerċjali jekk meħtieġ sabiex jitwettaq il-proċediment.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti bil-liġijiet kriminali, l-awtoritajiet kompetenti, il-korpi jew il-persuni naturali jew legali għajr l-awtoritajiet kompetenti li jirċievu tagħrif kunfidenzali skond din id-Direttiva jistgħu jużawh biss fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom u għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, fil-każ ta’ l-awtoritajiet kompetenti, gewwa l-iskop ta’ din id-Direttiva jew, fil-każ ta’ l-awtoritajiet, il-korpi jew il-persuni naturali u legali l-oħra bil-għan li għalih dan it-tagħrif ikun ġie pprovvdut lilhom u/jew fil-kuntest ta’ proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji li jkollhom x’jaqsmu b’mod speċifiku ma’ l-eżerċizzju ta’ dawn il-funzjonijiet. Madankollu, meta l-awtorità kompetenti jew kull awtorità, korp jew persuna oħra li jikkomunikaw it-tagħrif jagħtu l-kunsens tagħhom għal dan, l-awtorità li tirċievi t-tagħrif tista’ tużah għal għanijiet oħra.

4.  Kull tagħrif kunfidenzali rċevut, skambjat jew trasmess skond din id-Direttiva għandu jkun bla ħsara għall-kondizzjonijiet tas-segretezza professjonali stabbiliti f’dan l-Artikolu. Madankollu, dan l-Artikolu ma għandux jipprevjieni lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw jew jittrasmettu tagħrif kunfidenzali skond din id-Direttiva u d-Direttivi l-oħra li japplikaw għad-ditti ta’ l-investment, l-istituzzjonijiet tal-kreditu, il-fondi tal-pensjonijiet, l-UCITS, l-intermedjarji ta’ l-assigurazzjoni u ta’ l-assigurazzjoni mill-ġdid, l-impriżi ta’ l-asikurazzjoni, is-swieq irregolati jew l-operaturi tas-suq jew inkella bil-kunsens ta’ l-awtorità kompetenti jew awtorità jew korp jew persuna naturali jew legali oħra li jkunu kkomunikaw dan it-tagħrif.

5.  Dan l-Artikolu ma għandux jippevjieni lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw jew jittrasmettu skond il-liġijiet nazzjonali, it-tagħrif kunfidenzali li ma jkunx ġie rċevut minn għand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor.

Artikolu 55

Ir-Relazzjonijiet ma’ l-awdituri

1.  L-Istati Membri għandhom għall-inqas jipprovdu illi kull persuna awtorizzata fit-tifsira tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE tal-10 ta’ April 1984 dwar l-approvazzjoni tal-persuni responsabbli mit-twettiq tal-verifiki statutorji tad-dokumenti tal-kontabbiltà ( 24 ), li jkunu jwettqu f’ditta ta’ l-investment il-kompitu deskritt fl-Artikolu 51 tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji ( 25 ), l-Artikolu 37 tad-Direttiva 83/349/KEE jew l-Artikolu 31 tad-Direttiva 85/611/KEE jew kull kompitu stabbilit bil-liġi, għandu jkollha dmir li tirrapporta fil-pront lill-awtoritajiet kompetenti kull fatt jew deċiżjoni li jirrigwardaw lil dik l-impriza li tagħha din il-persuna tkun saret konxja fit-twettiq ta’ dan il-kompitu li jkun lijabbli li:

(a) jikkostitwixxi ksur materjali tal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li jispeċifikaw b’mod speċifiku s-segwiment ta’ l-attivitajiet tad-ditti ta’ l-investment;

(b) jaffettwaw il-funzjonament kontinwu tad-ditta ta’ l-investiment;

(ċ) iwasslu għar-rifjut li jiġu ċċertifikati l-kontijiet jew l-espressjoni tar-riservi.

Din il-persuna għandu jkollha d-dmir ukoll li tirrapporta kull fatt u deċiżjoni li tagħhom il-persuna ssir konxja fil-kors tat-twettiq ta’ wieħed mill-kompiti riferiti fl-ewwel sub-paragrafu f’impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mad-ditta ta’ l-investment li fiha tkun qiegħda twettaq dan il-kompitu.

2.  L-iżvelar f”fidi tajba lill-awtoritajiet kompetenti, minn persuni awtorizzati fit-tifsira tad-Direttiva 84/253/KEE, ta’ kull fatt jew deċiżjoni riferiti fil-paragrafu 1 ma għandu jikkostitwixxi ksur ta’ l-ebda restrizzjoni kontrattwali jew legali dwar l-iżvelar tat-tagħrif u ma għandu jinvolvi lil din il-pesuna fil-lijabbiltà ta’ l-ebda kwalità.



IL-KAPITOLU II

IL-KOPERAZZJONI BEJN L-AWTORITAJIET KOMPETENTI TA’ L-ISTATI MEMBRI DIFFERENTI

Artikolu 56

L-Obbligu tal-koperazzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri differenti għandhom jikkoperaw ma’ xulxin kulmeta meħtieġ bil-għan li jwettqu d-dmirijiet tagħhom u jagħmlu użu mis-setgħat tagħhom skond din id-Direttiva sewwa jekk iddikjarati f’din id-Direttiva jew fil-liġijiet nazzjonali u sewwa jekk le.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu assistenza lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra. B’mod partikolari, għandhom jiskambjaw it-tagħrif u jikkoperaw f’kull investigazzjoni jew attivitajiet tas-sorveljanza.

Sabiex jiffaċilitaw u jaċċelleraw il-kopeazzjoni, u b’mod iktar partikolari għall-iskambju tat-tagħrif, l-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti waħdiena bħala punt tal-kuntatt għall-għan ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet ta’ l-awtoritajiet li jiġu nnominati sabiex jirċievu talbiet għall-iskambju tat-tagħrif u għall-koperazzjoni skond dan il-paragrafu.

2.  Meta, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni tas-swieq tat-titoli fl-Istat Membru ospitatur, l-operati f’suq irregolat li jkun stabbilixxa arranġamenti fi Stat Membru opsitatur li jkunu saru ta’ importanza sostanzjali għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli u l-protezzjoni ta’ l-investituri f’dan l-Istat Membru ospitatur, l-awtoritajiet kompetenti tal-post u ospitaturi tas-suq irregolat għandhom jistabbilixxu arranġamenti pproporzjonati tal-koperazzjoni.

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri amministrattivi u organizzattivi meħtieġa sabiex jiffaċilitaw l-assistenza pprovvduta fil-paragrafu 1.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw il-poteri tagħhom bil-għan tal-koprazzjoni, saħansitra fil-każijiet meta l-kondotta taħt investigazzjoni ma tikkostitwixxi l-ksura ta’ l-ebda regolament fis-seħħ f’dan l-Istat Membru.

4.  Meta awtorità kompetenti jkollha raġunijiet tajba li tissuspetta li jkunu qegħdin jitwettqu jew twettqu atti kontra d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fi Stat Membru ieħor, imwettqa minn entitajiet mhux bla ħsara għas-sorveljanza tagħha, għandha tinnotifika dan f’manjiera speċifika kemm jista’ jkun lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru l-ieħor. L-awtorità ta’ l-aħħar għandha tieħu l-azzjoni approprjata. Għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti notifikatur bir-riżultat ta’ l-azzjoni u, safejn u sakemm possibbli, bl-iżviluppi sinifikanti interim. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi ta’ l-awtorità kompetenti li tkun bagħtet it-tagħrif.

5.  Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paagrafu 2, il-Kummissjoni tista’ tadotta, skond il-proċedura riferita f-Artikolu 64(2), il-miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-kriterji li fuqhom jistgħu jiġu kkunsidrati l-operati ta’ suq irregolat fi Stat Membru ospitatur bħala ta’ importanza sostanzjali għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli u għall-protezzjoni ta’ l-investituri f’dan l-Istat Membru ospitatur.

Artikolu 57

Il-Koperazzjoni fl-attivitajiet tas-sorveljanza, il-verifiki fuq il-post jew fl-investigazzjonijiet

Awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ titlob il-koperazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor f’attivita tas-sorveljanza jew ta’ verifika fuq il-post jew f’investigazzjoni. Fil-każ tad-ditti ta’ l-investiment li jkunu membri remoti ta’ suq irregolat, l-awtorità kompetenti tas-suq irregolat tista’ tagħżel li tindirizzahom direttament, f’liema każ għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post bil-membru remot kif jixraq.

Meta awtorità kompetenti tirċievi talba rigward verifika fuq il-post, għandha, fil-qafas tal-poteri tagħha:

(a) twettaq hija nfisha l-verifiki jew l-investigazzjonijiet; jew

(b) tippermetti lill-awtorità tat-talba li twettaq il-verifika jew l-investigazzjoni; jew

(ċ) tippermetti lill-awdituri jew lill-esperti li jwettqu l-verifika jew l-investigazzjoni.

Artikolu 58

L-iskambju tat-tagħrif

1.  Wara li jkunu ġew innominati bħala punti tal-kuntatt għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva skond l-Artikolu 56(1), l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom ifornu minnufih lil xulxin it-tagħrif meħtieġ għall-għanijiet li jitwettqu d-dmirijiet ta’ l-awtritajiet kompetenti, innominati skond l-Artikolu 48(1), iddikjarati fid-dispożizzjonijiet skond din id-Direttiva.

L-awtoritajiet kompetenti li jiskambjaw it-tagħrif ma’ awtoritajiet kompetenti oħra skond din id-Direttiva jistgħu jindikaw mal-waqt tal-komunikazzjoni li dan it-tagħrif ma jridx jiġi żvelat mingħajr il-qbil espress tagħhom, f’liema każ dan it-tagħrif jista jiġi skambjat biss għall-għanijiet li għalihom dawn l-awtoritajiet ikunu taw il-qbil tagħhom.

2.  Wara li l-awtorità kompetenti tkun ġiet innominata bħala punt tal-kuntatt tista’ tittrasmetti t-tagħrif irċevut skond il-paragrafu 1 u l-Artikoli 55 u 63 lill-awtoritajiet riferiti fl-Artikolu 49. Ma għandhomx jittrasmettuh lil korpi jew persuni naturali jew legali oħra mingħajr il-qbil espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawh u għall-għanijiet biss li għalihom dawn l-awtoritajiet ikunu taw il-qbil tagħhom, għajr f’ċirkostanzi ġġustifikati kif mistħoqq. F’dan il-każ ta’ l-aħħar, il-punt tal-kuntatt għandu jgħarraf minnufih lill-punt tal-kuntatt li jkun bagħat it-tagħrif.

3.  L-awtoritajiet kif riferiti fl-Artikolu 49 kif ukoll il-korpi jew il-persuni naturali u legali li jirċievu tagħrif kunfidenzali skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew skond l-Artikoli 55 u 63 jistgħu jużawh biss fil-kors tad-dmirijiet tagħhom, b’mod partikolari:

(a) sabiex jiċċekkjaw illi jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-bidu tal-kummerċ tad-ditti ta’ l-investiment u sabiex jiffaċilitaw il-monitoraġġ, fuq bażi kkonsolidat jew mhux ikkonsolidat, tal-kondotta ta’ dan il-kummerċ, b’mod speċjali rigward il-ħtiġiet ta’ l-adekwatezza tal-kapital impost bid-Direttiva 93/6/KEE, il-proċeduri amministrattivi u tal-kontabbiltà u l-mekkaniżmi tal-kontroll intern;

(b) sabiex jimmonitorjaw il-funzjonament xieraq tal-postijiet tal-laqgħat tal-kummerċ;

(ċ) sabiex jimponu s-sanzjonijiet;

(d) fl-appelli amministrattivi kontra d-deċiżjoniet mill-awtoritajiet kompetenti;

(e) fil-proċedimenti tal-qorti mibdija skond l-Artikolu 52; jew

(f) fil-mekkaniżmu ekstra-ġudizzjali għall-ilmenti ta’ l-investituri pprovvdut fl-Artikolu 53.

4.  Il-Kummissjsoni tista’ tadotta, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 64(2), miżuri ta’ implientazzjoni li jirrigwardaw il-proċeduri għall-iskambju tat-tagħrif bejn l-awtoritajiet kompetenti.

5.  L-Artikoli 54, 58 u 63 ma għandhomx jipprevjienu awtorità kompetenti milli tittrasmetti lill-banek ċentrali, lis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u lill-Bank Ċentrali Ewropew, fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji u, meta approprjat, lill-awtoritajiet pubbliċi l-oħra responsabbli mis-sorveljanza tas-sistemi tal-ħlasijiet u tas-soluzzjoni tal-kontroversji, tagħrif kunfidenzali maħsub għat-twettiq tax-xogħol tal-kompiti tagħhom; bl-istess mod, dawn l-awtoritajiet jew korpi ma għandhomx jiġu pprevenuti milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti dak it-tagħrif li jistgħu jeħtieġu bil-għan li jwettqu x-xogħol tal-funzjonijiet tagħhom ipprovvduti f’din id-Direttiva.

Artikolu 59

Ir-Rifjut tal-koperazzjoni

Awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li taġixxi fuq talba għall-koperazzjoni sabiex twettaq ta’ investigazzjoni, verifika fuq il-post jew attivita tas-sorveljanza kif ipprovvdut fl-Artikolu 57 jew li tiskambja t-tagħrif kif ipprovvdut fl-Artikolu 58, biss meta:

(a) din l-investigazzjoni, verifika fuq il-post, attivita tas-sorveljanza jew l-iskambju tat-tagħrif jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv is-sovranità, is-sigurtà jew il-politika pubblika ta’ l-Istat indirizzat;

(b) ikunu diġà nbdew il-proċedimenti ġudizzjarji rigward l-istess azzjonijiet u l-istess persuna quddiem l-awtoritajiet ta l-Istat Membru indirizzat;

(ċ) tkun diġà ġiet ikkunsinnata s-sentenza finali fl-Istat Membru indirizzat rigward l-istess persuna u l-istess azzjonijiet.

Fil-każ ta’ dan ir-rifjut, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tat-talba kif jixraq, billi tipprovdi tagħrif iddettaljat kemm jista’ jkun.

Artikolu 60

Il-Konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet qabel l-awtorizzazzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru l-ieħor involut għandhom jiġu kkonsultati qabel il-konċessjoni ta’ awtorizzazzjoni lil ditta ta’ l-investiment li tkun:

(a) sussidjarja ta’ ditta ta’ l-investiment jew ta’ istituzzjoni tal-kreditu awtorizzati fi Stat Membru ieħor; jew

(b) sussidjarja ta’ impriża ewliena ta’ ditta ta’ l-investiment jew ta’ istituzzjoni tal-kreditu awtorizzati fi Stat Membru ieħor; jew

(ċ) ikkontrollata mill-istess persuna naturali jew legali li jikkontrollaw ditta ta’ l-investiment jew istituzzjoni tal-kreditu awtorizzati fi Stat Membu ieħor.

2.  L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru responsabbli mis-sorveljanza ta’ l-istituzzjonijiet tal-kreditu jew l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni għandhom jiġu kkonsultati qabel il-konċessjoni ta’ awtorizzazzjoni lil ditta ta’ l-investiment li tkun:

(a) sussidjarja ta’ istitituzzjoni tal-kreditu jew impriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzati fil-Komunità; jew

(b) sussidjarja ta’ l-impriża ewliena ta’ istitituzzjoni tal-kreditu jew impriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzati fil-Komunità; jew

(ċ) ikkontrollata mill-istess persuna, sewwa jekk naturali u sewwa jekk legali, li jikkontrollaw istituzzjoni tal-kreditu jew impriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzati fil-Komunità.

3.  L-awtoritajiet kompetenti rilevanti riferiti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jikkonsultaw lil xulxin b’mod partikolari meta jkunu qegħin jistmaw kemm ikunu xierqa l-azzjonisti jew il-membri u l-fama u l-esperjenza tal-pesuni li jidderieġu l-kummerċ b’mod effettiv involuti fil-ġestjoni ta’ entità oħra ta’ l-istess grupp. Għandhom jiskambjaw it-tagħrif kollu dwar kemm ikunu xierqa l-azzjonisti jew il-membri u l-fama u l-esperjenza tal-persuni li jidderieġu b’mod effettiv il-kummerċ li jkun ta’ rilevanza għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra rilevanti involuti, għall-konċessjoni ta’ awtorizzazzjoni kif ukoll għall-istima dejjem għaddejja tal-konformità mal-kondizzjonijiet operattivi.

Artikolu 61

Il-Poteri ta’ l-Istati Membri ospitaturi

1.  L-Istati Membri ospitaturi jistgħu, għall-għanijiet ta’ l-istatistika, jeħtieġu lid-ditti kollha ta’ l-investiment bi friegħi ġewwa t-territrorji tagħhom li jirrappurtaw lilhom perjodikament dwar l-attivitajiet ta’ dawn il-friegħi.

2.  Fl-iskarigu tar-responsabbiltajiet tagħhom skond din id-Direttiva, l-Istat Membru ospitatur jista’ jeħtieġ illi l-friegħi tad-ditti ta’ l-investiment jipprovdu t-tagħrif meħtieġ sabiex tiġi mmonitorjata l-konformità tagħhom ma’ l-i standards iffissati mill-Istat Membru opstitatur li japplikaw għalihom fil-każijiet ipprovvduti fl-Artikolu 32(7). Dawn il-ħtiġiet ma jistgħux ikunu iktar strinġenti minn dawk li jimponi l-istess Stat Membru fuq id-ditti stabbiliti sabiex jimmonitorja l-konformità tagħhom ma’ l-istess standards.

Artikolu 62

Il-Miżuri prekawzjonarji li jridu jittieħdu mill-Istati Membri ospitaturi

1.  Meta l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur ikollha raġunijiet ċari u li jistgħu jintwerew sabiex temmen illi ditta ta’ l-investment li taġixxi ġewwa t-territorju tagħha (l-awtorità) bil-libertà li tipprovdi s-servizzi tkun bi ksur ta’ l-obbligi li joħorġu mid-dispożizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva jew li d-ditta ta’ l-investiment ikollha fergħa ġewwa t-territorju tagħha (l-awtorità) li tkun bi ksur tal-l-obbliġi li joħorġu mid-dispożizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva li ma jikkonferixxux poteri fuq l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur, għandha tirreferi dawn is-sejbiet lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post.

Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post jew minħabba li dawn il-miżuri jinstabu inadegwati, id-ditta ta’ l-investiment tippersisti li taġixxi f’manjiera li tkun ta’ preġudizzju biċ-ċar għall-interessi ta’ l-investuturi ta’ l-Istat Membru ospitatur jew tal-funzjonament bl-ordni tas-swieq, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur, wara li tgħarraf lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post, għandha tieħu l-miżuri kollha approprjati sabiex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament xieraq tas-swieq. Dan għandu jinkludi l-possibbiltà li jiġi pprevenut li d-ditti ta’ l-investiment li jkunu qegħdi joffendu jibdew transazzjonijiet fit-territorji tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa b’dawn il-miżuri mingħajr dewmien.

2.  Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru tal-post jaċċertaw illi ditta ta’ l-investiment li jkollha fergħa ġewwa t-territorju tagħha (l-awtorità) tkun bi ksur tad-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji adottati minn dan l-Istat skond dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jikkonferixxu poteri fuq l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur, dawn l-awtoritajiet għandhom jeħtieġu illi d-ditta ta’ l-investiment interesata ġġib fi tmiemha s-sitwazzjoni irregolari tagħha.

Jekk id-ditta ta’ l-investiment interessata tonqos milli tieħu l-passi meħtieġa, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur għandhom jieħdu l-miżuri approprjati sabiex jiżguraw illi d-ditta ta’ l-investiment interessata ġġib fi tmiemha s-sitwazzjoni irregolari tagħha. In-natura ta’ dawn il-miżuri għandha tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post.

Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-Istat Membru tal-post, id-ditta ta’ l-investiment tippersisti li tikser id-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji riferiti fl-ewwel sub-paragrafu fis-seħħ fl-Istat Membru ospitatur, dan ta’ l-aħħar jista’, wara li jgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post, jieħu l-miżuri approprjati sabiex jipprevjieni jew jippenalizza iktar irregolaritajiet u, safejn u sakemm ikun meħtieġ, jipprevjieni illi d-ditta ta’ l-investiment tibda kull transazzjoni ġewwa t-territorju tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa b’dawn il-miżuri mingħajr dewmien.

3.  Meta l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur ta’ suq irregolat jew MTF ikollha raġunijiet ċari u li jistgħu jiġu murija sabiex temmen illi dan is-suq irregolat jew din il-MTF ikunu bi ksur ta’ l-obbligi li joħorġu mid-dispożizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva, għandha tirreferi dawn is-sejbiet lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post tas-suq irregolat jew tal-MTF.

Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post jew minħabba li dawn il-miżuri jiġu ppruvati inadegwati, id-ditta ta’ l-investiment jew il-MTF imsemmija jippersistu li jaġixxu f’manjiera li tkun ta’ preġudizzju biċ-ċar għall-interessi ta’ l-investuturi ta’ l-Istat Membru ospitatur jew tal-funzjonament bl-ordni tas-swieq, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post għandha tieħu l-miżuri approprjati kollha meħtieġa sabiex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament xieraq tas-swieq. Dan għandu jinkludi l-possibbiltà li jiġu pprevenuti s-suq irregolat jew il-MTF imsemmija milli jagħmlu l-arranġamenti tagħhom disponibbli lill-membri remoti jew lill-parteċipanti stabbiliti fl-Istat Membru ospitatur. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa b’dawn il-miżuri mingħajr dewmien.

4.  Kull miżura adottata skond il-paragrafi 1, 2 jew 3 li jinvolvu sanzjonijiet jew restrizzjonijiet rigward l-attivitajiet ta’ ditta ta’ l-investiment jew ta’ suq irregolat għandha tkun iġġustifikata kif jixraq u kkomunikata lid-ditta ta’ l-investiment jew lis-suq irregolat interessati.



IL-KAPITOLU III

IL-KOPERAZZJONI MA’ PAJJIŻI TERZI

Artikolu 63

L-Iskambju tat-tagħrif mal-pajjiżi terzi

1.  L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimijiet ta’ koperazzjoni għall-iskambju tat-tagħrif ma’ l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi biss jekk il-tagħrif żvelat ikun bla ħsara għall-garanziji tas-segretezza professjonali mill-inqas ekwivalenti għal dawk meħtieġa skond l-Artikolu 54. Dan l-iskambju tat-tagħrif irid ikun maħsub għat-twettuiq tax-xogħol tal-kompiti ta’ dawn l-awtoritajiet kompetenti.

L-Istati Membri jistgħu jittrasferixxu informazzjoni personali lil pajjiż terz skond il-Kapitolu IV tad-Direttiva 95/46/KE.

L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu wkoll ftehimijiet ta’ koperazzjoni li jipprovdu għall-iskambju tat-tagħrif ma’ l-awtoritajiet, il-korpi u l-persuni naturaali jew legali ta’ pajjiż terz responsibbli minn:

(i) is-sorveljanza ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu, organizzazzjonijiet finanzjarji oħra, impriżi ta’ l-assigurazzjoni u s-sorveljanza tas-swieq finanzjarji;

(ii) il-likwidazzjoni u l-falliment tad-ditti ta’ l-investiment u proċeduri oħra simili;

(iii) it-twettiq ta’ verifiki statutorji tal-kontijiet ta’ ditti ta’ l-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji oħra, istituzzjonijiet ta’ kreditu u impriżi ta’ l-assigurazzjoni, fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom ta’ sorveljanza, jew li jamministraw skemi tal-kumpens, fit-twettiq tax-xogħol tal-funzjonijiet tagħhom;

(iv) is-superviżjoni tal-korpi involuti fil-likwidazzjoni u l-falliment tad-ditti ta’ l-investiment u proċeduri oħra simili;

(v) is-superviżjoni tal-persuni inkarigati mit-twettiq tal-verifiki statutorji tal-kontijiet ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet tal-kreditu. id-ditti ta’ l-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji oħra,

biss jekk it-tagħrif żvelat ikun bla ħsara għall-garanziji tas-segretezza professjonali mill-inqas ekwivalenti għal dawk meħtieġa skond l-Artikolu 54. Dan l-iskambju tat-tagħrif irid ikun maħsub għat-twettiq tax-xogħol tal-kompiti ta’ dawn l-awtoritajiet jew korpi jew persuni naturali jew legali.

2.  Meta t-tagħrif joriġina fi Stat Membru ieħor, jista’ ma jiġix żvelat mingħajr il-qbil espresss ta’ l-awtoritajiet kopetenti li jkunu ttrasmettewh u, meta approprjat, għall-għanijiet biss li għalihom dawn l-awtoritaiet ikunu taw il-qbil tagħhom. L-istess dispożizzjoni tapplika għat-tagħrif ipprovvdut mill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż terz.



IT-TITOLU V

ID-DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 64

Il-Proċedura tal-kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli istitwit bid-Deċiżjoni 2001/528/KE ( 26 ) (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ i “l-Kumitat”).

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/68/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha u sakemm il-miżuri ta’ l-implimentazzjoni adottati skond din il-proċedura ma jimmodifikawx id-dispożizzjonijiet essenzali ta’ din id-Direttiva.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

▼M1

2a.  L-ebda waħda mill-miżuri ta' implimentazzjoni adottati ma tista' tbiddel id-dispożizzjonijiet essenzjali ta' din id-Direttiva.

▼M1

3.  Mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta' implimentazzjoni diġà adottati, sa mhux aktar tard mill-1 ta' April 2008, għandha tiġi sospiża l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jkunu jeħtieġu l-adozzjoni ta' regoli tekniċi, ta' emendi u ta' deċiżjonijiet skond il-paragrafu 2. Fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jġeddu d-dispożizzjonijiet konċernati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, u għal dan il-għan huma għandhom jirreveduhom qabel id-data msemmija hawn fuq.

Artikolu 65

Ir-Rapporti u r-reviżjoni

1.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' konsultazzjoni pubblika u fid-dawl ta' diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet kompetenti, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-estensjoni possibbli ta' l-ambitu tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar l-obbligi ta' trasparenza ta' qabel u wara l-kummerċ għal tranżazzjonijiet fil-klassijiet ta' strumenti finanzjarji għajr l-ishma.

2.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2008, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 27.

3.  Sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2008, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-konsultazzjonijiet pubbliċi u fid-dawl ta' diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet kompetenti, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:

(a) kemm tkun għadha adatta l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2(1)(k) għall-impriżi li n-negozju ewlieni tagħhom ikun in-negozju, f'isimhom stess, fil-commodity derivatives;

(b) il-kontenut u l-għamla tal-ħtiġijiet proporzjonati għall-awtorizazzjoni u s-sorveljanza ta' tali impriżi bħala impriżi ta' investiment fis-sens ta' din id-Direttiva;

(ċ) kemm ikunu adatti r-regoli dwar il-ħatra ta' aġenti marbuta li jwettqu s-servizzi u/jew attivitajiet ta' investiment, b'mod partikolari fir-rigward tas-sorveljanza fuqhom;

(d) kemm tkun għadha adatta l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2(1)(i).

4.  Sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2008, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istat tat-tneħħija ta' l-ostakoli li jistgħu jimpedixxu l-konsolidazzjoni fil-livell Ewropew tat-tagħrif li l-postijiet tal-kummerċ huma meħtieġa li jippubblikaw.

5.  Abbażi tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 sa 4, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposti għal emendi relatati għal din id-Direttiva.

6.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2006, il-Kummissjoni għandha, fid-dawl tad-diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet kompetenti, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kemm ikunu għadhom adatti l-ħtiġijiet għall-assigurazzjoni ta' indennizz professjonali imposti fuq l-intermedjarji taħt il-liġi Komunitarja.

▼B

Artikolu 66

L-emenda għad-Direttiva 85/611/KEE

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“4.  l-Artikoli 2(2), 12, 13 u 19 tad-Direttiva 2004/…/KE ( 27 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … dwar is-swieq fl-istrumenrti finanzjarji ( 28 ), għandhom japplikaw għall-provvediment tas-servizzi riferiti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu mill-kumpanniji tal-ġestjoni

.

Artikolu 67

L-emenda għad-Direttiva 93/6/KEE

Id-Direttuva 93/6/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:

1) l-Artikolu 2(2) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2. Ditti ta’ l-investiment għandhom ifissru l-istituzzjonijiet kollha li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/ …/KE ( 29 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’… dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji ( 30 ), li huma bla ħsara għall-ħtiġiet imposti bl-istess Direttiva, bl-esklużjoni ta’:

(a) l-istituzzjonijiet ta’ kreditu,

(b) id-ditti lokali kif iddefiniti fil-20, u

(ċ) id-ditti li huma awtorizzati biss biex jipprovdu s-servizz ta’ pariri dwar l-investiment u/jew jirċievu u jittrasmettu ordnijiet minn għand l-investituri mingħar ma’, fiż-żewġ każijiet, iżommu flus jew titoli li jappartjienu lill-klijenti tagħhom u li għal din ir-raġuni ma jistgħu fl-ebda ħin iqiegħdu lilhom infushom f’debitu mal-klijenti tagħhom.

2) l-Artikolu 3(4) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“4.  Id-ditti riferiti fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 2(2) għandu jkollhom kapital inizjali ta’ EUR 50 000 safejn u sakemm jibbenefikaw mil-libertà ta’ l-istabbiliment jew sabiex jipprovdu servizzi skond l-Artikoli 31 jew32 ta’ din id-Direttiva.”

;

3) Fl-Artikolu 3, għandhom jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“(4a)  Sakemm issir ir-reviżjoni tad-Direttiva 03/6/KE, id-ditti riferiti fil-punt (ċ) ta’ l-Artikolu 2(2) għandu jkollhom:

(a) kapital inizjali ta’ EUR 50 000; jew

(b) assigurazzjoni ta’ l-indennità professjonali li tkopri t-territorju kollu tal-Komunità jew kull garanzija oħra komparabbli kontra l-lijabbilità li toħroġ min-negliġenza professjonali, li tirrappreżenta mill-inqas EUR 1 000 000 li tjapplika għal kull pretensjoni u fl-aggregat ta’ EUR 1 500 000 kull sena għall-pretensjonijiet kollha; jew

(ċ) għaqda tal-kapital inizjali u l-assigurazzjoni ta’ l-indennità professjonali f’għamla li tirriżulta f’livell ta’ kopertura ekwivalenti għall-punti (a) jew (b).

L-ammonti riferiti f’dan il-paragrafu għandhom jiġu rivisti perjodikament mill-Kummissjoni sabiex jitqiesu l-bidliet fl-Indiċi Ewropew tal-Prezzijiet tal-Konsumaturi kif ippubblikat mill-Eurostat, f’linja ma’ u fl-istess waqt bħall-aġġustamenti magħmula skond l-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni ( 31 ).

(4b)  Meta ditta ta’ l-investiment riferita fl-Artikolu 2(2)(ċ) tkun irreġistrata wkoll skond id-Direttiva 2002/92/KE għandha tikkonforma mal-ħtieġa stabbilita bl-Artikolu 4(3) ta’ din id-Direttiva u b’żieda ma’ dan irid ikollha:

(a) kapital inizjali ta’ EUR 25 000; jew

(b) assigurazzjoni għall-indennità professjonali li tkopri t-territorju kollu tal-Komunità jew kull garanzija oħra komparabbli kontra l-lijabbilita li toħroġ min-negliġenza professjonali, li tirrappreżenta mill-inqas EUR 500 000 li tapplika għal kull pretensjoni u fl-aggregat ta’ EUR 1 500 000 kull sena għall-pretensjonijiet kollha; jew

(ċ) għaqda tal-kapital inizjali u l-assigurazzjoni għall-indennità professjonali f’għamla li tirriżulta f’livell ta’ kopertura ekwivalenti għall-punti (a) jew (b).

Artikolu 68

L-Emenda għad-Direttiva 2000/12/KE

Annex I of Directive 2000/12/EC shall be amended as follows:

L-Anness I tad-Direttiva 2000/12/KE għandu jiġi emendat kif ġej:

“Tiżdied is-sentenza li ġejja fl-aħħar ta’ l-Anness I: Is-servizzi u l-attivitajiet ipprovvduti fit-Taqsimiet A u B ta’ l-Anness I mad-Direttiva 2004/…/KE ( 32 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’.… dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji ( 33 ) meta jirreferu għall-istrumenti finanzjarji pprovvduti fit-Taqsima Ċ ta’ l-Anness I ma’ din id-Direttiva huma bla ħsara għar-rikonoxximent reċiproku skond din id-Direttiva.

▼M1

Artikolu 69

It-Tħassir tad-Direttiva 93/22/KEE

Id-Direttiva 93/22/KEE hija b'dan imħassra b'effett mill-1 ta' Novembru 2007. Ir-referenzi għad-Direttiva 93/22/KEE għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Direttiva. Ir-referenzi għat-termini definiti fid-Direttiva 93/22/KEE, jew għall-Artikoli tagħha, 93/22/KEE għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għat-terminu ekwivalenti definit f'din id-Direttiva jew għall-Artikolu ekwivalenti tagħha.

▼B

Artikolu 70

It-Trasposizzjoni

▼M1

L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2007. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Novembru 2007.

▼B

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 71

Dispożizzjonijiet transitorji

▼M1

1.  L-impriżi ta' investiment diġà awtorizzati fl-Istat Membru tagħhom sabiex jipprovdu servizzi ta' investiment qabel l-1 ta' Novembru 2007 għandhom jitqiesu bħala awtorizzati għall-għanijiet ta' din id-Direttiva jekk il-liġijiet ta' dak l-Istat Membru jipprovdu li sabiex jibdew jeżerċitaw tali attivitajiet huma għandhom jikkonformaw ma' kondizzjonijiet komparabbli ma' dawk previsti fl-Artikoli 9 sa 14.

2.  Suq regolat jew operaturi tas-suq diġà awtorizzati fl-Istat Membru tagħhom qabel l-1 ta' Novembru 2007 għandhom jitqiesu bħala awtorizzati għall-għanijiet ta' din id-Direttiva jekk il-liġijiet ta' dak l-Istat Membru jipprovdu li s-suq regolat jew l-operatur tas-suq, skond il-każ, għandhom jikkonformaw ma' kondizzjonijiet komparabbli ma' dawk previsti fit-Titolu III.

3.  L-aġenti marbuta mdaħħla diġà f'reġistru pubbliku qabel l-1 ta' Novembru 2007 għandhom jitqiesu bħala reġistrati għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, jekk il-liġijiet ta' dawk l-Istati Membri jipprovdu li l-aġenti marbuta għandhom jikkonformaw ma' kondizzjonijiet komparabbli ma' dawk previsti fl-Artikolu 23.

4.  It-tagħrif komunikat qabel l-1 ta' Novembru 2007 għall-għanijiet ta' l-Artikoli 17, 18 jew 30 tad-Direttiva 93/22/KEE għandhom jitqiesu li ġew komunikati għall-għanijiet ta' l-Artikoli 31 u 32 ta' din id-Direttiva.

5.  Kwalunkwe sistema eżistenti li taqa' fl-ambitu tad-definizzjoni ta' MTF operata minn operatur tas-suq f'suq regolat għandha, fuq it-talba ta' l-operatur tas-suq fis-suq regolat, tiġi awtorizzata bħala MTF, sakemm tikkonforma ma' regoli ekwivalenti għal dawk meħtieġa minn din id-Direttiva għall-awtorizzazzjoni u l-operazzjoni ta' MTF, u sakemm it-talba konċernata ssir fi żmien tmintax-il xahar wara l-1 ta' Novembru 2007.

▼B

6.  Id-ditti ta’ l-investiment għandhom jiġu awtorizzati li jissoktaw jikkunsidraw lill-klijenti professjonali bħala ta’ hekk sakemm din il-kategorizzazzjoni tkun ġiet konċessa mid-ditta ta’ l-investiment fuq il-bażi ta’ stima adegwata tal-kompetenza, l-esperjenza u l-għerf tal-klijent li jagħtu assigurazzjoni raġjonevoli, fid-dawl tan-natura tat-transazzjonjiet jew tas-servizzi previsti, illi l-klijent huwa kapa1i jagħmel id-deċiżjonijiet tiegħu dwar l-investiment u jifhem ir-riskji involuti. Dawn id-ditti ta’ l-investiment għandhom jgħarrfu lill-klijenti tagħhom bil-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva għall-kategorizzazzjoni tal-klijenti.

Artikolu 72

Id-Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 73

Id-Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS I

IL-LISTA TAS-SERVIZZI U L-ATTIVITAJIET U L-ISTRUMENTI FINANZJARJI

It-Taqsima A

Is-servizzi u l-attivitajiet ta' l-investimenti

(1) Ir-riċeviment u t-trasmissjoni ta' l-ordnijiet f'relazzjoni ma' strument finanzjarju jew iktar.

(2) It-twettiq ta' l-ordnijiet f'isem il-klijenti.

(3) Il-kummerċ akkont tiegħu inifsu.

(r) Il-ġestjoni tal-portafoll.

(5) Il-pariri dwar l-investiment.

(6) Is-sottoskrizzjoni ta' l-istrumenti finanzjarji u/jew it-tqegħid ta' l-istrumenti finanzjarji fuq bażi sod ta' impenn.

(7) It-tqegħid ta' l-istrumenti finanzjarji mingħajr bażi sod ta' impenn.

(8) Il-ħidma tal-Faċilitajiet tal-kummerċ Multilaterali (MTF).

It-Taqsima B

Is-servizzi anċillari

(1) Iż-żamma fis-sigurtà u l-amministrazzjoni ta' l-istrumenti finanzjarji għall-kont tal-klijenti, inklużi l-kustodja u s-servizzi rrelatati bħalma hija l-ġestjoni tal-flus fil-pront/kollaterali;

(2) Il-konċessjoni ta' krediti jew self lil investitur sabiex ikun permess li jwettaq transazzjoni fi strument finanzjarju jew iktar, meta d-ditta li tikkonċedi l-kreditu jew is-self tkun involuta fi transazzjoni;

(3) Il-pariri lill-impriżi dwar l-istruttura tal-kapital, l-istrateġija industrijali u materji rrelatati u l-pariri u s-servizzi li għandhom x'jaqsmu ma' l-inkorporazzjnijiet u x-xiri ta' impriżi;

(4) Is-servizzi tal-kambju barrani meta dawn ikunu konnessi mal-provvediment tas-servizzi ta' l-investiment;

(5) Ir-riċerka dwar l-investiment u l-analiżi finanzjarju jew għamliet oħra ta' rakkommandazzjnijiet ġenerali li jkollhom x'jaqsmu mat-transazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji;

(6) Is-servizzi li għandhom x'jaqsmu mas-sottoskrizzjonijiet.

(7) Is-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment kif ukoll is-servizzi anċillaru tat-tip inklużi fit-Taqsimiet A u B ta' l-Snness I li jkollhom x'jaqsmu ma' l-irfid tad-derivattivi inklużi fit-Taqsima Ċ - 5,6,7 u 10 - meta dawn ikunu konnessi mal-provediment ta' l-investiment jew is-servizzi anċillaru.

It-Taqsima Ċ

L-Istrumenti Finanzjarji

(1) It-titoli trasferibbli ta' sigurta;

(2) L-istrumenti tas-suq tal-flus;

(3) L-unitajiet fl-investiment kollettiv ta' l-impriżi;

(4) Il-għażliet, ix-xiri bil-prezz miftiehem imma mħallas wara, it-tpartit, il-ftehimijiet b'rata bil-quddiem u kull kuntratt ieħor tad-derivattivi li għandu x'jaqsam mat-titoli, ir-rati jew ir-riżultat tal-produzzjoni ta' l-imgħax, jew strumenti oħra tad-derivattivi, indiċijiet finanzjarji jew miżuri finanzjarji li jistgħu jiġu solvuti b'mod fiżiku jew fi flus fil-pront;

(5) Il-għażliet, ix-xiri bi prezz miftiehem imma mħallas bil-quddiem, il-ftehimijiet tar-rata bil-quddiem u kull kuntratt ta' derivattivi li jkollu x'jaqsam mal-merkanzija li jrid jiġi solvut fi flus fil-pront_jew fi flus fil-pront fuq il-għażla ta' waħda mill-partijiet (inkella milli minħabba kontumaċja jew ġrajja ta' terminazzjoni);

(6) Il-għażliet, ix-xiri bil-prezz miftiehem imma mħallas wara, it-tpartit u kull kuntratt ieħor ta' derivattivi li jkollu x'jaqsam mal-merkanzija li jkunu jistgħu jiġu solvuti b'mod fiżiku, sakemm ikunu ikkummerċjati f'suq irregolat u/jew MTF;

(7) Il-għażliet, ix-xiri bil-prezz miftiehem imma mħallas wara, it-tpartit, il-għoti bil-quddiem u kull kuntratt ieħor ta' derivattivi li jkollu x'jaqsam mal-merkanzija, li jkunu jistgħu jiġu solvuti b'mod fiżiku mhux imsemmi xorta oħra fiċ-Ċ.6 u li ma jkunux għal għanijiet kummerċjali, li jkollhom il-karatteristiċi ta' strumenti finanzjarji oħra ta' derivattivi, filwaqt li jitqies, fost ħwejjeġ oħra, li jiġu kklerjati u solvuti permezz ta' l-uffiċċji kkonoxxuti tal-clearance jew ikunu bla ħsara għas-sejħiet regolari tal-marġini.

(8) L-istrumenti tad-derivattivi għat-trasferiment tar-riskju tal-kreditu;

(9) Il-kuntratti finanzjarji għad-differenzi.

(10) Il-għażliet, ix-xiri bil-prezz miftiehem imma mħallas wara, it-tpartit, il-ftehimijiet tar-rati bil-quddiem u kull kuntratt ieħor ta' derivattivi li jkollhom x'jaqsmu ml-varjanti klimatiċi, ir-rati tal-ġarr tal-merkanzija, il-konċessjonijiet dwar l-emissjonijiet jew ir-rati ta' l-inflazzjoni jew statistiċi ekonomiċi oħra uffiċjali li jridu jiġu solvuti fi flus fil-pront jew jistgħu jiġu solvuti fi flus fil-pront fuq il-għażla ta' waħda mill-partijiet (inkella minħabba kontumaċja jew grajja oħra ta' terminazzjoni), kif ukoll kull kuntratt ta' derivattivi li jkolli x'jaqsam ma' l-attivi, id-drittijiet, l-obbligi, l-indiċijiet jew il-miżuri mhux imsemmija xorta oħra f'din it-Taqsima, li jkollhom il-karatteristiċi ta' strumenti finanzjarji oħra ta' derivattivi, filwaqt li jitqies jekk, fost ħwejjeġ oħra jiġux ikkummerċjati f'suq irregolat jew MTF, jiġux ikklerjati u solvuti permezz ta' uffiċċji kkonoxxuti tal-clearance jew ikunu bla ħsara għal sejħiet regolari tal-marġini.




L-ANNESS II

IL-KLIJENTI PROFESSJONALI GĦALL-GĦANIJIET TA' DIN ID-DIRETTIVA

Klijent professjonali huwa klijent li jippossjiedi l-esperjenza, il-għerf u l-kompetenza sabiex jagħmel id-deċiżjonijiet ta' l-investiment tiegħu nnifsu u jistma sewwa r-riskji li jġorru. Sabiex jiġi kkunsidrat klijent professjonali, il-klijent irid jikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

I.   Il-Kategoriji tal-klijent li huma kkunsidrati li huma professjonali

Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu professjonali fis-servizzi u l-attivitajiet kollha ta' investiment u l-istrumenti finanzjarji għall-għanijiet ta' din id-Direttiva.

(1) L-entitajiet legali li huma meħtieġa li jkunu awtrorizzati jew irregolati sabiex joperaw fis-swieq finanzjarji. Il-lista ta' hawn taħt għandha tiġi mifhuma li tinkludi l-entitajiet kollha awtorizzati li jwettqu l-attivitajiet karatteristiċi ta' l-entitajiet imsemmija: l-entitajiet awtorizzati minn Stat Membru skond Direttiva, l-entitajiet awtorizzati jew irregolati minn Stat Membru mingħajr riferiment għal Direttiva, u l-entitajiet awtorizzati jew irregolati minn Stat mhux Membru:

(a) L-istituzzjonijiet ta' kreditu,

(b) Id-ditti ta' l-investiment

(ċ) Istituzzjonjiet finanzjarji oħra awtorizzati jew irregolati

(d) Il-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni

(e) L-iskemi ta' investiment kollettiv u l-kumpanniji tal-ġestjoni ta' dawn l-iskemi

(f) Il-fondi tal-pensjonijiet u l-kumpanniji tal-ġestjoni ta' dawn il-fondi

(g) In-negozjanti fil-merkanzija u d-derivattivi tal-merkanzija_

(h) Il-lokali

(i) Investituri oħra istituzzjonali

(2) L-impriżi l-kbar li jissodisfaw tnejn mill-ħtiġiet li ġejjin dwar id-daqs fuq il-bażi ta' kumpannija:



—  it-total tal-karta tal-bilanċ

EUR 20 000 000

—  il-ħruġ u d-dħul netti

EUR 40 000 000

—  il-fondi proprji

EUR 2 000 000

(3) Il-gvernijiet nazzjonali u reġjonali, il-korpi pibbliċi li jiġġestjonaw id-dejn pubbliku, il-Banek Ċetrali, l-istituzzjonijiet internazzjonali u supra-nazzjonali bħalma huma l-Bank Dinji, il-IMF, l-ECB u l-EIB jew organizzazzjonijiet internazzjonali simili.

(4) Investituri oħra istituzzjonali li l-attivita ewliena tagħhom hija li jinvestu fl-istrumenti finanzjarji, inklużi l-entitajiet iddedikati għas-sikuritizzazzjoni ta' l-attivi jew transazzzjonijiet finanzjarji oħra.

L-entitajiet imsemmija hawn fuq huma kkunsidrati li huma professjonali. Iridu madankollu jitħallew li jitolbu trattament mhux professjonali u d-ditti ta' l-investiment jistgħu jaqblu li jipprovdu livell ogħla ta' protezzjoni. Meta l-klijent ta' ditta ta' l-investiment huwa impriża riferita hawn fuq, id-ditta ta' l-investiment trid tgħarrfu qabel kull provvediment ta' servizzi li, fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli għad-ditta, il-klijent jitqies li huwa klijent professjonali, u jrid jiġi ttrattat ta' hekk għajr jekk id-ditta u l-klijent jiftiehmu xorta oħra. Id-ditta trid tgħarraf ukoll lill-klijent li jista' jitlob varjazzjoni fit-termini tal-ftehim biex jiżgura livell ogħla ta' protezzjoni.

Hija r-responsabbiltà tal-klijent, ikkunsidrat li jkun klijent professjonali, li jitlob livell ogħla ta' protezzjoni meta jqis li mhux kapaċi jistma sewwa jew jamministra r-riskji involuti.

Dan il-livell ogħla ta' protezzjoni irid jiġi pprovvdut meta klijent li huwa kkunsidrat li huwa professjonali jidħol fi ftehim bil-miktub mad-ditta ta' l-investiment b'effett li ma għandux jiġi ttrattat bħala professjonali għall-għanijiet tal-kondotta applikabbli tar-reġim tal-kummerċ. Dan il-ftehim għandu jispeċifika jekk dan japplikax għal servizz jew transazzjoni partikolari jew iktar, jew għal tip jew iktar ta' prodott jew transazzjoni.

II.   Il-klijenti li jistgħu jiġu ttrattati bħala professjonali fuq talba

II.1.   Il-kriterji ta' l-identifikazzjoni

Il-klijenti għajr dawk imsemmija fit-Taqsima I, inklużi l-korpi tas-servizzi pubbliċi u l-investituri individwali privati, jistgħu jiġu permessi wkoll li jirrinunzjaw għal uħud mill-protezzjonijiet li jkunu jistgħu jingħataw mill-kondotta tar-regoli tal-kummerċ.

Id-ditti ta' l-investiment għandhom għalhekk jingħataw il-pemess li jittrattaw lil kull wieħed mill-klijenti ta' hawn fuq sakemm jiġu mwettqa l-kriterji rilevanti u l-proċedura msemmija hawn taħt. Madankollu, dawn il-klijenti ma għandhomx jiġu preżunti li jippossjiedu għerf u esperjenza tas-suq ipparagunati ma' dak tal-kategoriji elenkati fit-taqsima I.

Kull rinunzja minn din tal-protezzjoni li tista' tingħata skond il-kondotta standard tar-reġim tal-kummerċ għandha titqies valida biss jekk stima adegwata tal-kompetenza, l-esperjenza u l-għerf tal-klijent, midħula għaliha mid-ditta ta' l-investiment, tagħti assigurazzjoni raġjonevoli, fid-dawl tan-natura tat-transazzjonijiet jew tas-servizzi previsti, illi l-klijent huwa kapaċi li jagħmel id-deċiżjonijiet tiegħu nnifsu dwar l-investiment u li jifhem ir-riskji involuti.

L-eżami dwar kemm huma b'saħħithom applikat għall-amministraturi u d-diretturi ta' l-entitajiet illiċenzati skond id-Direttivi fil-kamp finanzjarju jistgħu jitqiesu bħala eżempju ta' l-istima tal-kompetenza u tal-għerf. Fil-każ ta' entitajiet żgħar, il-persuna bla ħsara għall-istima ta' hawn fuq għandha tkun il-persuna awtorizzata li twettaq transazzjonijiet f'isem l-entità.

Fil-kors ta' l-istima ta' hawn fuq, għandhom jiġu sodisfatti bħala minimu tnejn mill-kriterji li ġejjin:

 li l-klijent ikun wettaq transazzjonijiet, ta' daqs sinifikanti, fis-suq rilevanti fi frekwenza medja ta' 10 f'kull kwart tas-sena fuq l-erba' kwarti preċedenti tas-sena,

 li d-daqs tal-portafoll ta' l-istrument finnzjarju tal-klijent, iddefinit li jinkludi depożiti ta' flus fil-pront u strumenti finanzjarji, jaqbeż il-EUR 500 000,

 li l-klijent jaħdem jew ikun ħadem fis-settur finanzjarju għal mill-inqas sena f'pożizzjoni professjonali, li teħtieġ għerf dwar it-transazzjonijiet jew is-servizzi previsti.

II.2.   Il-Proċedura

Il-klijenti ddefiniti hawn fuq jistgħu jirrinunzjaw biss għall-benefiċċju tar-regoli ddettaljati tal-kondotta meta tiġi segwita l-proċedura li ġejja:

 iridu jiddikjaraw bil-kitba lid-ditta ta' l-investiment li jixtiequ jiġu ttrattati bħala klijenti professjonali, jew b'mod ġenerali jew rigward servizz jew transazzjoni partikolari ta' l-investiment, jew tip ta' transazzjoni jew prodott,

 id-ditta ta' l-investiment trid tagħtihom twissija ċara bil-miktub dwar il-protezzjonijiet u d-drittijiet tal-kumpens għall-investituri li jistgħu jitilfu,

 iridu jiddikjaraw bil-miktub, f'dokument separat mill-kuntratt, li huma konxji mill-konsegwenzi tat-telf ta' dawn il-protezzjonijiet.

Qabel ma jiddeċiedu li jaċċettaw kull talba għal rinunzja, id-ditti ta' l-investiment iridu jkunu meħtieġa li jieħdu l-passi kollha raġjonevoli sabiex jiżguraw illi l-l-klijent li jitlob li jiġi ttrattat bħala klijent professjonali jissodisfa l-ħtiġiet rilevanti ddikjarati fit-Taqsima II.1 ta' hawn fuq.

Madankollu, jekk il-klijenti jkunu diġà ġew ikkategorizzati bħala professjonali skond parametri u proċeduri simili għal dawk ta' hawn fuq, ma jridx ikun maħsub illi r-relazzjonijiet mad-ditti ta' l-investiment għandhom jiġu affettwati bir-regoli l-ġodda adottati skond dan l-Anness.

Id-ditti jridu jimplimentaw il-politiki interni approprjati bil-miktub sabiex jikkategorizzaw lill-klijenti. Il-klijenti professjonali huma responsabbli li jżommu lid-ditta imgħarrfa dwar kull bidla, li tista' taffettwa l-kategorizzazzjoni korrenti tagħhom. Jekk id-ditta ta' l-investiment issir madankollu konxja illi l-klijent ma jwettaqx iktar il-kondizzjonijiet inizjali, li jkunu għamluh eliġibbli għal trattament professsjonali, id-ditta ta' l-investiment trid tieħu l-azzjoni approprjata.



( 1 ) ĠU C 71 E, tal-25.3.2003, p. 62.

( 2 ) ĠU C 220, tas-16.9.2003, p. 1.

( 3 ) ĠU C 144, tal-20.6.2003, p. 6.

( 4 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Settembru 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Ufiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2003 (ĠU C 60 E, tad-9.3.2004, p. 1), Pożizzjoni Komuni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Marzu 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ April 2004.

( 5 ) ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 27. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, tal-11.2.2003, p. 1).

( 6 ) ĠU C 56, ta’ l-4.4.1964, p.878/64. Direttiva kif emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni 1972

( 7 ) ĠU L 228, tas-16.8.1973, p. 3. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/87/KE

( 8 ) ĠU L 345, tad-19.12.2002, p. 1.

( 9 ) ĠU L 126, tas-26.5.2000, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/87/KE

( 10 ) ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/87/KE

( 11 ) ĠU L 9, tal-15.1.2003, p. 3.

( 12 ) ĠU L 168, tas-27.6.2002, p. 43.

( 13 ) ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31.

( 14 ) ĠU L 184, tas-6.7.2001, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/71/KE (ĠU L 345, tal-31.12.2003, p. 64).

( 15 ) ĠU L 115, tas-17.4.98, p. 31.

( 16 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

( 17 ) ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994.

( 18 ) ĠU L 375, tal-31.12.1985, p. 3. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 41, tat-13.2.2002, p. 35).

( 19 ) ĠU L 193, tat-18.7.1983, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, tas-17.7.2003, p. 16).

( 20 ) ĠU L 84, tas-26.3.1997, p. 22.

( 21 ) ĠU L 96, tat-12.4.2003, p. 16.

( 22 ) ĠU L 166, tat-28.6.1991, p. 77. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 344, tat-28.12.2001, p. 76).

( 23 ) ĠU L

( 24 ) ĠU L 126, tat-12.5.1984, p. 20.

( 25 ) ĠU L 222, ta’ l-14.8.1978, p. 11. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, tas-17.7.2003, p. 16).

( 26 ) ĠU L 191, tat-13.7.2001, p. 45.

( 27 OPECE għandu jdaħħal referenza ma’ din id-Direttiva.

( 28 ) ĠU L”

( 29 OPECE għandu jdaħħal referenza ma’ din id-Direttiva.”

( 30 ) ĠU L

( 31 ) ĠU L 9, tal-15.1.2003, p. 3.”

( 32 OPECE għandu jdaħħal referenza ma’ din id-Direttiva.”

( 33 ) ĠU L