2003L0071 — MT — 23.05.2014 — 004.003


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA 2003/71/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta’ l-4 ta’ Novembru 2003

dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 345, 31.12.2003, p.64)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DIRETTIVA 2008/11/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-11 ta’ Marzu 2008

  L 76

37

19.3.2008

►M2

DIRETTIVA 2010/73/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-24 ta' Novembru 2010

  L 327

1

11.12.2010

►M3

DIRETTIVA 2010/78/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-24 ta’ Novembru 2010

  L 331

120

15.12.2010

►M4

DIRETTIVA 2013/50/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-22 ta’ Ottubru 2013

  L 294

13

6.11.2013

►M5

DIRETTIVA 2014/51/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta' April 2014

  L 153

1

22.5.2014


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 218, 24.7.2014, p. 8  (2003/71)




▼B

ID-DIRETTIVA 2003/71/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta’ l-4 ta’ Novembru 2003

dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 44 u 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekomomiku u Soċjali Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ( 3 ),

Huma u jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 4 ),

Billi:

(1)

Id-Direttivi tal-Kunsill 80/390/KEE tas-17 ta’ Marzu 1980 li tikkordina l-ħtiġiet għt-tfassil, l-iskrutinju u d-distribuzzjoni tal-partikolaritajiet tal-listi li jridu jiġu ppubblikati sabiex jiddaħħlu t-titoli fil-listi uffiċjali tal-Borża ( 5 ) u 89/298/KEE tas-17 ta’ April 1989 li tikkordina l-ħtiġiet għat-tfassil, l-iskrutinju u d-distribuzzjoni tal-prospett li jrid jiġi ppubblikat meta jiġu offruti t-titoli trasferibbli lill- pubbliku ( 6 ) kienu adottati numru ta’ snin ilu billi daħħlu mekkaniżmu reċiproku parzjali u kumpless tal-għarfien li mhux kapaċi jikseb il-għan tal-passaport waħdieni pprovvdut f’din id-Direttiva. Dawn id-direttivi għandhom jiġu mgħollija fil-grad, aġġornati u rraggruppati flimkien f’test waħdieni.

(2)

Sadattant, id-Direttiva 80/390/KEE kienet integrata fid-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar l-ammissjoni tat-titoli fil-listi uffiċjali tal-Borża u dwar it-tagħrif li jrid jiġi ppubblikat dwar dawn it-titoli ( 7 ), li tikkodifika numru ta’ direttivi fil-kamp tat-titoli llistjati.

(3)

Madankollu, għar-raġunijiet tal-konsistenza huwa approprjat li d-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2001/34/KE li joħorġu mid-Direttiva 80/390/KEE flimkien mad-Direttiva 89/298/KEE jiġu rraggruppati mill-ġdid u li tiġi emendata d-Direttiva 2001/34/KE jif jixraq.

(4)

Din id-Direttiva tikkostitwixxi strument essenzjali għall-kisba tas-suq intern kif iddikjarat fil-għamla ta’ skeda taż-żmien fil-komunikazzjonijiet Komunitarji “Pjan ta’ azzjoni għall-kapital fir-riskju” u “- implimetazzjoni tal-qafas għas-suq finanzjarju: Pjan ta’ Azzjoni” li jiffaċilitaw l-aċċess l-iktar wiesa’ possibbli għall-investiment tal-kapital fuq bażi tul il-Komunità kollha, inkluż għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u ta’ dawk li jkunu sejrin jinbdew, bil-konċessjoni ta’ passaport waħdieni lil min joħroġhom.

(5)

Fis-17 ta’ Lulju 2000, il-Kunsill stabbilixxa Kumitat ta’ l-Għorrief dwar ir-regolazzjoni tas-swieq Ewropej tat-titoli. Fir-rapport tiegħu tal-bidu tad-9 ta’ Novembru 2000, il-Kumitat enfasizza n-nuqqas ta’ definizzjoni maqbula ta’ l-offerti pubbliċi tat-titoli, bir-riżultat illi l-istess ħidma hija meqjusa bħala tqegħid privat f’uħud mill-Istati Membri u mhux f’oħrajn; is-sistema korrenti tiskoraġġixxi lid-ditti milli jgħollu l-kapital fuq bażi tul il-Komunità kollha u għalhekk milli jkollhom aċċess veru għal suq finanzjarju kbir, likwidu u integrat.

(6)

Fir-rapport finali tiegħu tal-15 ta’ Frar 2001, il-Kumitat ta’ l-Għorrief ippropona d-dħul ta’ modi tat-teknika leġislattivi ġodda msejsa fuq avviċinament fuq erba’ livelli, jiġifieri il-prinċipji qafas, il-miżuri ta’ l-implimentazzjoni, il-koperazzjoni u l-infurzar. Il-Livell 1, id-direttiva, għandu jillimita ruħu għall-prinċipji “qafas” fil-wisa’ u ġenerali, filwaqt li l-Livell 2 għandu jkun fih miżuri tekniċi ta’ implimentazzjoni li jridu jiġu adottati mill-Kummissjoni bil-għajnuna ta’ kumitat.

(7)

Il-Kunsill Ewropew ta’ Stokkolma tat-23 u l-24 ta’ Marzu 2001 endorsja r-rapport finali tal-Kumitat ta’ l-Għorrief u ppropona avviċinament fuq erba’ livelli sabiex jagħmel iktar effiċjenti u trasparenti l-proċess regolatorju għal-leġislazzjoni Komunitarja dwar it-titoli.

(8)

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Frar 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji endorsjat ukoll ir-rapport finali tal-Kumitat tal-Għorrief, fuq il-bażi ta’ dikjarazzjoni solenni magħmula quddiem il-Parlament fl-istess jum mill-Kummissjoni u l-ittra tat-2 ta’ Ottubru 2001 indirizzata mill-Kummissjunarju tas-Suq Intern lill-President tal-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji rigward is-salvagwardji għall-irwol tal-Parlament Ewropew f’dan il-proċess.

(9)

Skond il-Kunsill Ewropew ta’ Stokkolma, il-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Livell 2 għandhom jintużaw iktar spiss sabiex jiġi żgurat illi d-disposizzjonijiet tekniċi jistgħu jinżammu aġġornati ma’ l-iżviluppi tas-suq u dawk tas-sorveljanza u għandhom jiġu ffissati temmiet taż-żmien għall-istadji kollha tal-Livell 2.

(10)

Il-mira ta’ din id-Direttiva u tal-miżuri tagħha ta’ implimentazzjoni huma li jiżguraw il-protezzjoni ta’ l-investitur u l-effikaċja tas-suq, skond l-istandards regolatorji għolja adottati fil-fora internazzjonali rilevanti.

(11)

It-titoli mhux ta’ ekwità maħruġa minn Stat Membru jew minn awtorità reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru, mill-korpi pubbliċi internazzjonli li tagħhom Stat Membru jew iktar huma membri, mill-Bank Ċentrali Ewropew jew mill-banek ċentrali ta’ l-Istati Membri mhumiex koperti b’din id-Direttiva u għalhekk jissoktaw ma jkunux affettwati b’din id-Direttiva; dawk imsemmija hawn fuq li joħorġu dawn it-titoli jistgħu, madankollu, jekk hekk jagħżlu, ifasslu prospett skond din id-Direttiva.

(12)

Hija wkoll meħtieġa kopertura sħiħa tas-sigurtajiet ta’ ekwità u li mhumiex ta’ ekwità offruti lill-pubbliku jew ammessi għall-kummerċ fis-swieq regolati kif iddefiniti bid-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE tal-10 ta’ Mejju 1993 dwar is-servizzi ta’ l-investiment fil-kamp tat-titoli ( 8 ), u mhux biss it-titoli li jkunu ġew ammessi fil-listi uffiċjali tal-Boroż, sabiex jiġi protett l-investitur. Id-definizzjoni wiesgħa tat-titoli f’din id-Direttiva, li tinkludi l-mandati, il-mandati koperti u ċ-ċertifikati, hija valida biss għal din id-Direttiva u b’konsegwenza ta’ dan b’ebda mod ma taffettwa d-definizzjonijiet varji ta’ l-istrumentri finanzjarji wżati fil-leġislazzjoni nazzjonali għal għanijiet oħra, bħalma hi t-tassazzjoni. Uħud mit-titoli definiti f’din id-Direttiva jintitolaw lill-pussessur li jikseb titoli trasferibbli jew li jirċievi ammont fi flus korrenti permezz ta’ qbil fuq il-flus korrenti stabbilit b’riferiment għal strumenti oħra, notabbilment it-titoli trasferibbli, il-muniti, ir-rati u l-ammonti ta’ l-imgħax, l-oġġetti u l-indiċijiet jew miżuri oħra. L-irċevuti depożitarji u l-bankanoti konvertibbli, p.e., it-titoli konvertibbli fuq il-għażla ta’ l-investitur, jidħlu fid-definizzjoni tat-titoli mingħajr ekwità ddikjarati f’din id-Direttiva.

(13)

Il-ħruġ ta’ titoli li jkollhom tip u/jew klassi simili fil-każ tat-titoli mingħajr ekwità maħruġa fuq il-bażi ta’ programm ta’ offerta, inklużi l-mandati u ċ-ċertifikati f’kull għamla, kif ukoll fil-każ ta’ titoli maħruġa f’manjiera kontinwa jew imtennija, għandhom jiġu mifhuma li jkopru mhux biss titoli simili imma wkoll titoli li f’termini ġenerali jappartjenu għal kategorija waħda. Dawn it-titoli jistgħu jinkludu prodotti differenti, bħalma huma titoli, ċertifikati u mandati fuq id-djun, jew l-istess prodott taħt l-istess programm, u jista’ jkollhom karatteristiċi differenti b’mod notabbli f’termini ta’ senjorità, tipi ta’ sostenn minn taħt, jew il-bażi li fuqu jiġi stabbilit l-ammont tal-fidwa jew tal-ħlas tal-kupun.

(14)

Il-konċessjoni lil min joħroġ it-titoli ta’ passaport waħdieni, validu ġewwa l-Komunità kollha, u l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-pajjiż ta’ l-oriġini jeħtieġu l-identifikazzjoni ta’ l-Istat Membru tal-post bħala wieħed minn dawk posizzjonati l-aħjar sabiex jirregolaw lil min joħroġ it-titoli għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva.

(15)

Il-ħtiġiet ta’ l-iżvelar tad-Direttiva preżenti ma jipprevjenux lil Stat Membri jew lil awtorità kompetenti jew borża permezz tal-ktieb tagħhom tar-regoli milli jimponu ħtiġiet oħra partikolari fil-kuntest ta’ ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli f’suq regolat (notabbilment rigward governanza korporattiva). Dawn il-ħtiġiet ma jistgħux jirrestrinġu direttament jew indirettament it-tfassil, il-kontenut u t-tixrid ta’ prospett approvat minn awtorità kompetenti,

(16)

Wieħed mill-għanijiet ta’ din id-Direttiva huwa li jipproteġi lill-investituri. Huwa għalhekk approprjat li jitqiesu l-ħtiġiet differenti għall-protezzjoni tal-kategoriji varji ta’ investituri u l-livell tal-kompetenza tagħhom. L-iżvelar ipprovdut mill-prospett mhux meħtieġ għall-offerti limitati għall-investituri kwalifikati. B’kuntratt ma’ dan, kull bejgħ mill-ġdid lill-pubbliku jew il-kummerċ pubbliku permezz ta’ l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jeħtieġu l-pubblikazzjoni ta’ prospett.

(17)

Dawk li joħorġu t-titoli, li joffruhom jew il-persuni li jistaqsu għall-ammissjoni fil-kummerċ f’suq regolat tat-titoli li jkunu eżentati mill-obbligu li jippubblikaw prospett iridu jibbenefikaw mill-passaport waħdieni jekk iħarsu din id-Direttiva.

(18)

Il-provvediment ta’ tagħrif sħiħ li jirrigwarda t-titoli u lil dawk li joħorġu dawn it-titoli jippromwovi, flimkien mar-regoli dwar il-kondotta tan-negozju, il-protezzjoni ta’ l-investituri. Barra minn hekk, dan it-tagħrif jipprovdi mezz effettiv sabiex tiżdied il-fiduċja fit-titoli u b’hekk jikkontribwixxi għall-funzjonament u l-iżvilupp xierqa tas-swieq tat-titoli. Il-manjiera approprjata għalbiex dan it-tagħrif jintgħamel disponibbli hija li jiġi ppubblikat prospett.

(19)

L-investiment fit-titoli, bħal kull għamla oħra ta’ investiment, jinvolvi riskju. Is-salvagwardji għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ l-investituri attwali u potenzjali huma meħtieġa fl-Istati Membri kollha sabiex jgħinuhom jagħmlu stima infurmata ta’ dawn ir-riskji u b’hekk jagħmlu deċiżjonijiet dwar l-investiment fil-għarfien fis-sħiħ tal-fatti.

(20)

Dan it-tagħrif, li jeħtieġ li jkun suffiċjenti u oġġettiv kemm jista’ jkun rigward iċ-ċirkostanzi finanzjarji ta’ min joħroġ it-titoli u d-drittijiet annessi mat-titoli, għandu jiġi pprovvdut f’għamla li tista’ tiġi analizzata bla xkiel u komprensibbli. L-armonizzazzjoni tat-tagħrif issoktat fil-prospett għandu jipprovdi protezzjoni ekwivalenti lill-investutur fil-livell Komunitarju.

(21)

It-tagħrif huwa fattur ċavetta fil-protezzjoni ta’ l-investitur; fil-prospett għandu jiġi inkluż sommarju li jagħti l-karatteristiċi essenzjali u r-riskji assoċjati ma’ min joħroġ it-titoli, kull garanti u t-titoli. Sabiex jiġi żgurat l-aċċess bla xkiel għal dan it-tagħrif, is-sommarju għandu jinkiteb f’ilsien mhux tekniku u normalment ma għandux jaqbeż il-2 500 kelma fl-ilsien li fih il-prospett ikun ġie imfassal oriġinarjament.

(22)

Ġew adottati l-aħjar prattiċi fil-livell internazzjonali sabiex jippermettu illi jintgħamlu l-offerti ta’ l-ekwitajiet li jaqsmu l-fruntieri bl-użu ta’ sett wieħed ta’ l-istandards ta’ l-iżvelar stabbilit mill-Organizzazzjoni tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (il-IOSCO); l-istandards ta’ l-iżvelar ta’ l-IOSCO ( 9 ) iridu jgħollu l-livell tat-tagħrif disponibbli għas-swieq u għall-investituri u fl-istess ħin iridu jissimplifikaw il-proċedura għal dawk il-Komunitarji li joħorġu t-titoli li jixtiequ joħolqu l-kapital f’pajjiżi terzi. Id-Direttiva ssejjaħ ukoll li jiġu adottati standards ta’ l-iżvelar imfassla apposta għal tipi oħra ta’ titoli u għal dawk li joħorġuhom.

(23)

Il-proċeduri fuq binarji mħaffa għal dawk li joħorġu t-titoli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li spiss joħolqu l-kapital f’dawn is-swieq jeħtieġu d-dħul fil-livell Komunitarju ta’ għamla ġdid għall-prospetti sabiex joffru programmi jew bonds ta’ l-ipoteki u sistema ġdida ta’ dokumeni tar-reġistrazzjoni. Dawk li joħorġu t-titoli jistgħu jagħżlu li ma jużawx dawn il-formati u għalhekk sabiex jabbozzaw il-prospett bħala dokument waħdieni.

(24)

Il-kontenut ta’ prospett bażi għandu, b’mod partikolari, iqis il-ħtieġa għall-flessibbiltà fejn jidħol it-tagħrif li jrid jiġi pprovdut rigward it-titoli.

(25)

It-tħollija barra ta’ tagħrif sensittiv li jrid jiġi inkluż fi prospett għandu jkun permess permezz ta’ deroga konċessa mill-awtorità kompetenti f’ċerti ċirkostanzi sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta’ ħsara għal min joħroġ it-titoli.

(26)

Għandu jiġi ffissat limitu ċar taż-żmien għall-validità ta’ prospett sabiex jiġi evitat tagħrif imgħoddi.

(27)

L-investituri għandhom jiġu protetti billi tiġi żgurata l-pubblikazzjoni ta’ tagħrif ta’ min joqgħod fuqu. Dawk li joħorġu t-titoli li t-titoli tagħhom jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat huma bla ħsara għal obbligu dejjem għaddej ta’ l-iżvelar imma mhumiex meħtieġa li jippubblikaw tagħrif aġġornat b’mod regolari. B’żieda ma’ dan l-obbligu, dawk li joħorġu t-titoli għandhom jelenkaw, għall-inqas darba fis-sena, it-tagħrif kollu rilevanti ppubblikat jew magħmul disponibbli lill-pubbliku fit-12-il xahar ta’ qabel, inkluż it-tagħrif ipprovdut lill-ħtiġiet varji tar-rappurtaġġ stabbilit f’leġislazzjoni Komunitarja oħra. Dan għandu jagħmilha possibbli sabiex tiġi żgurata l-pubblikazzjoni ta’ tagħrif konsistenti u mifhum bla xkiel fuq bażi regolari. Sabiex jiġu evitati piżijiet eċċessivi għal ċerti wħid minn dawk li joħorġu t-titoli, dawk li joħorġu t-titoli mingħajr ekwità b’denominazzjoni minima għolja ma għandhomx ikunu meħtieġa li jissodisfaw dan l-obbligu.

(28)

Huwa meħieġ għat-tagħrif annwali li jrid jiġi pprovdut minn dawk li joħorġu t-titoli li t-titoli tagħhom ikunu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat li jiġi mmonitorjat mill-Istati Membri skond l-obbligi tagħhom taħt id-disposizzjonijiet tal-liġijiet Komunitarji u nazzjonali li jirrigwardaw ir-regolazzjoni tat-titoli, dawk li joħorġu t-titoli u s-swieq tat-titoli.

(29)

L-opportunità li tħalli lil min joħroġ it-titoli li jinkorporaw b’dokumenti tar-riferiment li jkun fihom it-tagħrif li jrid jiġi żvelat fi prospett - sakemm id-dokumenti inkorporati bir-riferiment ikunu ġew inkartati qabel ma’ l-aworità kompetenti jew aċċettati minnha - għandhom jiffaċilitaw il-proċedura tat-tfassil ta’ prospett u jbaxxu l-ispejjeż għal dawk li joħorġu t-titoli mingħajr ma jipperikolaw il-protezzjoni ta’ l-investitur.

(30)

Id-differenzi li jirrigwardaw l-effiċjenza, il-metodi u l-għoti taż-żmien sabiex jiġi ċċekkjat it-tagħrif mogħti fi prospett mhux biss jagħmluha iktar diffiċli għall-impriżi li joħolqu l-kapital jew jiksbu l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat fi Stat Membru jew iktar imma wkoll jimpedixxi l-kisba mill-investituri stabbiliti fi Stat Membru wieħed tat-titoli offruti minn wieħed li joħroġ it-titoli stabbiliti fi Stat Membru ieħor jew ammess għall-kummerċ fi Stat Membru ieħor. Dawn id-differenzi għandhom jiġu eliminati billi jiġu armonizzati r-regoli u r-regolamenti sabiex jinkiseb grad adegwat ta’ ekwivalenza għas-salvagwardji meħtieġa f’kull Stat Membru sabiex jiżgura l-provvediment tat-tagħrif li jkun suffiċjenti u oġġettiv kemm jista’ jkun għall-pussessuri attwali jew potenzjali tat-titoli.

(31)

Sabiex tiġi ffaċilitata ċ-ċirkolazzjoni tad-dokumenti varji li jagħmlu l-prospett, għandu jiġi inkoraġġit l-użu tal-faċilitajiet tal-komunikazzjoni elettronika bħlma hu l-Internet. Il-prospett għandu dejjem jiġi kkunsinnat fil-għamla ta’ miktub fuq il-karta, mingħajr ħlas, fuq talba ta’ l-investituri.

(32)

Il-prospett għandu jiġi inkartat għand l-awtorità kompetenti rilevanti u għandu jintgħamel disponibbli lill-pubbliku minn min joħroġ it-titoli, dak li joffrihom jew il-persuna li tistaqsi għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni ta’ l-informazzjoni.

(33)

Huwa wkoll meħtieġ, sabiex jiġu evitati t-toqob fil-leġislazzjoni Komunitarja li jimminaw il-fiduċja pubblika u għalhekk jippreġudikaw il-funzjonament tas-swieq finanzjarji, li jiġu armonizzati l-avviżi.

(34)

Kull materja ġdida li tista’ tinfluwenza l-istima ta’ l-investiment, li tinħoloq wara l-pubblikzzjoni tal-prospett imma qabel l-għeluq ta’ l-offerta jew il-bidu tal-kummerċ f’suq regolat, għandha tiġi vvalutata mill-investituri u għalhekk teħtieġ l-approvazzjoni u t-tixrid ta’ suppliment mal-prospett.

(35)

L-obbligu fuq min joħroġ i-titoli li jittraduċi l-prospett kollu fl-ilsna kollha uffiċjali rilevanti jiskoraġġixxi l-offerti li jaqsmu l-fruntieri jew il-kummerċ multiplu. Sabiex jiġu ffaċilitati l-offerti li jaqsmu l-fruntieri, meta prospett jitfassal f’ilsien li hu komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, l-ospitanti jew l-Istat Membru tal-post għandhom ikunu intitolati biss li jeħtieġu sommarju fl-ilsien/ilsna uffiċjali tagħhom.

(36)

L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Mewmbru ospitanti għandha tkun intitolata li tirċievi ċertifikat mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat tal-post li jiddikjara illi l-prospett tfassal skond din id-Direttiva. Sabiex jiġi żgurat illi l-għanijiet ta’ din id-Direttiva jinkisbu bis-sħiħ, huwa meħtieġ ukoll li jiġu inklużi fl-iskop tagħha t-titoli maħruġa minn dawk li joħorġu t-titoli rregolati bil-liġijiet ta’ pajjiżi terzi.

(37)

Varjetà ta’ awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, li jkollhom reponsabbiltajiet differenti, tista’ toħloq spejjeż bla ħtieġa u l-irkib fuq xulxin tar-responsabbiltajiet mingħajr ma jipprovdu ebda benefiċċju addizzjonali. F’kull Stat membru għandha tiġi nnominata awtorità kompetenti waħdiena sabiex tapprova l-prospetti u tassumi r-responsbbiltà li tissorvelja t-tħaris ta’ din id-Direttiva. Stat Membru għandu jingħata l-permess, taħt kondizzjonijiet stretti, li jinnomina iktar minn awtorità kompetenti waħda, imma waħda biss trid tassumi d-dnirijiet tal-koperazzjoni internazzjonali. Din l-awtorità jew dawn l-awtoritajiet għandhom jiġu stabbiliti bħala awtorità/awtoritajiet amministattiva/i u fil-għamla li tiġi ggarantita l-indipendenza tagħhom mill-atturi ekonomiċi u li jiġu evitati l-konflitti ta’ interess. In-nomina ta’ awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tal-prospett ma għandhiex teskludi l-koperazzjoni bejn din l-awtorità u l-entitajiet l-oħra bil-ħsieb li jiġu ggarantiti l-iskrutinju effiċjenti u l-approvazzjoni tal-prospetti fl-interess ta’ dawk li joħorġu t-titoli, l-investituri, il-parteċipanti fis-swieq u s-swieq xorta waħda. Għandha tiġi rivista kull delega tal-kompiti li jkollha x’taqsam ma’ l-obbligi pprovduti f’din id-Direttiva u tal-miżuri tagħha ta’ implimentazzjoni, skond l-Artikolu 31, ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u, għajr għall-pubblikazzjoni tal-prospetti approvati fuq l-Internet u l-inkartament tal-prospetti kif imsemmi fl-Artikolu 14, għandha ttemm tmien snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

(38)

Sett minimu komuni ta’ poteri lill-awtoritajiet kompetenti jrid jiggarantixxi l-effikaċja tas-sorveljnza tagħhom. Għandu jiġi żgurat il-mixi tat-tagħrif lejn is-swieq meħtieġ bid-Direttiuva 2001/34/KE u għandha tittieħed azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti kontra l-kontravvenzjonijiet.

(39)

Għall-għanijiet tat-twettiq tad-dmirijiet tagħhonm teħtieġ il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.

(40)

Minn żmien għal żmien jistgħu jkunu meħtieġa l-gwida teknika u miżuri ta’ implimentazzjoni għar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva sabiex iqisu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tiġi mogħtija l-poter li tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni, sakemm dawn ma jimmodifikawx l-elementi essenzjali ta’ din id-Direttiva u sakemm il-Kummissjoni taġixxi skond il-prinċipji ddikjarati f’din id-Direttiva, wara konsultazzjoni mal-Kumitat tat-Titoli Ewropej stabbili bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE ( 10 ).

(41)

Hija u teżerċita l-poteri tagħha ta’ implimentazzjoni skond din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-prinċipji li ġejjin:

 il-ħtieġa li tiġi żgurata l-fiduċja fis-swieq finanzjarji fost l-investituri ż-żgħar u fost l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) bil-promozzjoni ta’ standards għolja ta’ trasparenza fis-swieq finanzjarji.

 il-ħtieġa li l-investituri jiġu pprovduti b’firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet ta’ investiment li jikkompetu ma’ xulxin u livell ta’ żvelar u protezzjoni mfassla apposta skond iċ-ċirkostanzi tagħhom,

 il-ħtieġa li jiġi żgurat illi l-awtoritajiert regolatorji indipendenti jinfurzaw ir-regoli b’mod konsistenti, speċjalment rigward il-ġlieda kontra l-kriminalità ta’ min jaħdem bil-pinna,

 il-ħtieġa ta’ trasparenza u ta’ konsultazzjoni ta’ livell għoli mal-parteċipanti kollha tas-swieq u mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill,

 il-ħtieġa li tiġi inkoraġġita l-innovazzjoni fis-swieq finanzjarji jekk dawn iridu jkunu dinamiċi u effiċjenti,

 il-ħtieġa li tiġi żgurata l-istabbiltà sistematika tas-sistema finanzjarja billi l-innovazzjoni finanzjarja tiġi mmonitorjata mill-qrib u b’mod reattiv,

 l-importanza li titnaqqas l-ispiża tal-kapital u li jiżdied l-aċċess għalih,

 il-ħtieġa li jiġu bbilanċjati, fuq il-bażi ta’ skondijiet fit-tul, l-ispejjeż u l-benefiċċji għall-parteċipanti tas-swieq (inklużi l-SMEs u l-investituri ż-żgħar) ta’ kull miżura ta’ implimentazzjoni,

 il-ħtieġa li tiġi kkultivata l-kompetittività internazzjonali tas-swieq finanzjarji Komunitarji mingħajr preġudizzju għall-estensjoni meħtieġa ħafna tal-koperazzjoni internazzjonli,

 il-ħtieġa li jinkiseb kamp uniformi tal-kompetizzjoni għall-parteċipanti kollha tas-swieq billi tiġi stabbilita leġislazzjoni Komunitarja kulmeta jkun approprjat,

 il-ħtieġa li jiġu rrispettati d-differenzi fis-swieq finanzjarji nazzjonali meta dawn ikollhom effett mhux mistħoqq fuq il-koerenza tas-suq waħdieni,

 il-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza mal-leġislazzjoni Komunitarja l-oħra f’dan il-qasam, billi l-iżbilanċi fit-tagħrif u n-nuqqas tat-trasparenza jistgħu jipperikolaw il-ħidma tas-swieq u fuq kollox jagħmlu ħsara lill-konsumaturi u lill-investituri ż-żgħar.

(42)

Il-Parlament Ewropew għandu jingħata perjodu taż-żmien ta’ tliet xhur mill-ewwel trasmissjoni tal-miżuri abbozzati ta’ l-implimentazzjoni sabiex jippermetti li jeżaminahom u jagħti l-opinjoni tiegħu. Madankollu, f’każijiet urġenti u ġġustifikati kif mistħoqq, dan il-perjodu taż-żmien jista’ jitqassar. Jekk, f’dan il-perjodu taż-żmien, titgħadda riżoluzzjoni mill-Parlamnt Ewropew, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid il-miżuri abbozzati.

(43)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ sanzjonijiet għall-ksur tad-disposizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għalbiex jiżguraw illi dawn is-sanzjonijiet jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet hekk ipprovduti għandhom ikunu effettivi, ipproporzjonati u dissważivi.

(44)

Għandha ssir disposizzjoni għad-dritt tar-rivista ġudizzjarja tad-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri rigward l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(45)

Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u appoprjat għall-kisba tal-għan bażiku li tiġi żgurata l-kompletezza ta’ suq waħdieni tat-titoli li jiġu stabbiliti regoli dwar passaport waħdieni għal min joħroġ it-titoli. Din id-Direttiva ma tmurx lil hemm minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijit segwiti skond it-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 5 tat-Trattat.

(46)

L-istima magħmula mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tiffoka b’mod partikolari fuq il-proċess ta’ l-approvazzjoni tal-prospetti mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, u b’mod iktar ġenerali fuq l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-pajjiż tal-post, u sewwa jekk il-problemi tal-protezzjoni ta’ l-investitur u l-effikaċja tas-suq jistgħu jirriżultaw minn din l-applikazzjoni u sewwa jekk le; il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll il-funzjonament ta’ l-Artikolu 10.

(47)

Għall-iżviluppi futuri ta’ din id-Direttiva, għandha tingħata konsiderazzjoni lill-materja li jiġi deċiż liema mekkaniżmu ta’ approvazzjoni għandu jiġi adottat sabiex itejjeb iktar l-applikazzjoni uniformi tal-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-prospetti, inkluż li possibbilment tiġi stabbilita Unita tat-Titoli Ewropej.

(48)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji konoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea.

(49)

Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi applikata din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni ( 11 ),

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

L-għan u l-firxa ta’ applikazzjoni

1.  L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jarmonizza l-ħtiġiet għat-tfassil, l-approvazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prospetti li jridu jiġu ppubblikati meta jiġu offruti t-titoli lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat li jkun jinsab jew jopera ġewwa Stat Membru.

2.  Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

(a) l-unitajiet maħruġa minn impriżi oħra ta’ investiment kollettiv għajr tat-tip tat-tmiem magħluq;

(b) it-titoli ta’ mingħajr ekwità maħruġa minn Stat Membru jew mill-awtoritajiet lokali jew reġjonali ta’ Stat Membru, minn korpi pubbliċi internazzjonali li tagħhom ikunu membri Stat Membru jew iktar, mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-banek ċentrali ta’ l-Istati Membri;

(ċ) l-ishma fil-kapital tal-banek ċentrali ta’ l-Istati Membri;

(d) it-titoli ggarantiti mingħajr kondizzjonijiet u b’mod irrevokabbli minn Stat Membru jew minn waħda mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru;

(e) it-titoli maħruġa minn assoċjazzjonijiet bi status legali jew minn kopi ta’ mingħajr qligħ, konoxxuti minn Stat Membru, bil-ħsieb li jiksbu l-mezzi meħieġa sabiex jiksbu l-għanijiet tagħhom li ma jagħmlux qligħ;

(f) it-titoli migħajr ekwità maħruġa b’manjiera soktata jew imtennija mill-istituzzjoninjiet tal-kreditu sakemm dawn it-titoli:

(i) ma jkunux issubordinati, konvertibbli jew li jistgħu jiġu skambjati;

(ii) ma jagħtux id-dritt li jiġu ssottoskritti jew miksuba tipi oħra ta’ titoli u li ma jkunux marbuta ma’ strument derivattiv;

(iii) jimmaterjalizzaw billi jiġu rċevuti depożiti li jitħallsu lura;

(iv) ikunu koperti bi skema tad-depożitu ta’ garanzija skond id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskemi tad-depożitu tal-garanziji ( 12 );

(g) ishma mhux funġibbli ta’ kapital li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jipprovdi lill-pussessur bi dritt li jokkupa appartament, jew għamla oħra ta’ proprjetà immobbli jew parti minnha u meta l-ishma ma jkunux jistgħu jinbigħu lil ħaddieħor mingħajr ma jiskadi dan id-dritt;

▼M2

(h) it-titoli inklużi f'offerta meta l-korrispettiv totali għall-offerta fl-Unjoni jkun inqas min EUR 5 000 000, li għandu jiġi kkalkolat fuq perjodu ta' 12-il xahar;

▼B

(i) “bostadsobligationer” maħruġa b’mod irripetut mill-instituzzjonijiet tal-kreditu fl-Isvezja li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jikkonċedu self fuq l-ipoteki, sakemm:

(i) il-“bostadobligationer” maħruġa jkunu ta’ l-istess serje;

(ii) il-“bostadsobligationer” jinħarġu meta tinqala’ l-ħtieġa matul perjodu taż-żmien speċifikat tal-ħruġ;

(iii) it-termini u l-kondizzjonijiet tal-“bostadsobligationer” ma jiġux mibdula matul il-perjodu taż-żmien tal-ħruġ;

(iv) is-somom li joħorġu mil-ħruġ tal-“bostadsobligationer”, skond l-artikoli ta’ l-assoċjazzjoni ta’ min joħroġ it-titoli, jitqiegħdu f’attività li jipprovdu kopertura suffiċjenti għar-responsabbiltà li toħroġ mit-titoli;

▼M2

(j) it-titoli mingħajr ekwità (titoli mhux azzjonarji) maħruġa b'mod kontinwu jew ripetut mill-istituzzjonijiet ta' kreditu fejn il-korrispettiv totali għall-offerta fl-Unjoni jkun inqas min EUR 75 000 000, li għandu jiġi kkalkolat fuq perjodu ta' 12-il xahar, sakemm dawn it-titoli:

(i) ma jkunux issubordinati, konvertibbli jew skambjabbli;

(ii) ma jagħtux id-dritt li jiġu ssottoskritti jew akkwistati tipi oħra ta' titoli u ma jkunux marbuta ma' strument derivattiv.

▼B

3.  Minkejja l-paragrafu 2(b), (d), (h), (i) u (j), min joħroġ it-titoli, min joffrihom jew persuna li titlob għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat għandhom ikunu intitolati li jfasslu prospett skond din id-Direttiva meta t-titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew ammessi għall-kummerċ.

▼M2

4.  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' delega skont l-Artikoli 24a, u b'mod soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 24b u 24c, miżuri dwar l-aġġustament tal-limiti msemmija fil-punti (h) u (j) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

▼B

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

1.  Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “titoli” tfisser it-titoli trasferibbli kif iddefiniti bl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 93/22/KEE bl-eċċezzjoni ta’ l-istrumenti tas-swieq tal-flus kif definiti bl-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 93/22/KEE, li jkollhom maturità ta’ inqas minn 12-il xahar. Għal dawn l-istrumeni tista’ tapplika l-leġislazzjoni nazzjonali;

(b) “titoli ta’ ekwità” tfisser l-ishma u t-titoli l-oħra trasferibbli ekwivalenti għall-ishma fil-kumpaniji, kif ukoll kull tip ieħor ta’ titoli trasferibbli li jagħtu d-dritt li jinkiseb kull wieħed mit-titoli memmij hawn fuq bħala konsegwenza li jkunu jistgħu jiġu kkonvertiti jew li jiġu eżerċitati minnhom id-drittijiet ikkonferiti minnhom, sakemm it-titoli tat-tip ta’ l-aħħar jinħarġu minn min joħroġ l-ishma ta’ sostenn jew minn entità li tappartjeni għall-grupp imsemmi ta’ min joħroġhom;

(ċ) “titoli mingħajr ekwità” tfisser it-titoli kollha li mhumiex titoli ta’ ekwità;

(d) “offerta tat-titoli lill-pubbliku” tfisser komunikazzjoni lil persuni f’kull għamla u b’kull mezz, li tippreżenta tagħrif biżżejjed dwar it-termini ta’ l-offerta u dwar it-titoli li jkunu sejrin jiġu offerti, hekk li jgħinu lill-investitur li jiddeċiedi dwar dawn it-titoli li jixtrihom jew jissottoskrivihom. Din id-definizzjoni għandha tapplika wkoll għat-tqegħid tat-titoli permezz ta’ intermedjarji finanzjarji;

▼M2

(e) “investituri kwalifikati” tfisser il-persuni jew l-entitajiet li huma deskritti fil-punti (1) sa (4) tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji ( 13 ), u persuni li, fuq talba, jiġu ttrattati bħala klijenti professjonali skont l-Anness II tad-Direttiva 2004/39/KE, jew li jiġu rikonoxxuti bħala kontropartijiet eliġibbli skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/39/KE sakemm ma jkunux talbu li jiġu ttrattati bħala klijenti mhux professjonali. Fuq talba, id-ditti ta' investiment u l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkomunikaw il-klassifikazzjonijiet tagħhom lill-emittent bla ħsara għal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data. Id-ditti ta' investiment awtorizzati biex ikomplu jikkunsidraw lill-klijenti professjonali eżistenti bħala tali skont l-Artikolu 71(6) tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jiġu awtorizzati jittrattaw lil dawk il-klijenti bħala investituri kwalifikati taħt din id-Direttiva;

▼B

(f) “intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju” tfisser il-kumpaniji li, skond l-aħħar kontijiet annwali jew ikkonsolidati tagħhom, jissodisdaw mill-inqas tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin: numru medju ta’ impjegati inqas minn 250 matul is-sena finanzjarja, karta tal-bilanċ totali li ma taqbiżx il-EUR 43 000 000 u turnover annwali nett li ma jaqbiżx il-EUR 50 000 000;

(g) “istituzzjoni tal-kreditu” tfisser impriża kif iddefnita bl-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 li għandha x’taqsam mat-teħid u s-segwiment tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet tal-kreditu ( 14 );

(h) “min joħroġ it-titoli” tfisser entità legali li toħroġ jew tipproponi li toħroġ it-titoli;

(i) “persuna li tagħmel offerta” tfisser entità jew individwu legali li joffru t-titoli lill-pubbliku;

(j) “suq regolat” ifisser suq kif iddefinit fl-Artikolu 1(13) tad-Direttiva 93/22/KEE;

(k) “programm ta’ offerta/li joffri” ifisser pjan li jkun jippermetti l-ħruġ ta’ titoli mingħajr ekwità, inklużi l-mandati f’kull għamla, li jkollhom tip u/jew klassi simili, f’manjiera ssoktata jew imtennija matul perjodu speċifikat taż-żmien tal-ħruġ tat-titoli;

(l) “titoli maħruġa f‘perjodu ssoktat jew imtenni taż-żmien” tfisser il-ħruġ skond il-ħtieġa jew mill-inqas żewġt iħruġ separati ta’ titoli ta’ tip u/jew klassi simili fuq perjodu taż-żmien ta; 12-il xahar;

(m) “Stat Membru tal-post” ifisser:

(i) għal dawk il-Komunitarji kollha li joħorġu t-titoli li mhumiex imsemmija fit-(ii), l-Istat Membru fejn min joħroġ it-titoli jkollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu;

(ii) għal kull ħruġ ta’ titoli mingħajr ekwità li d-denominazzjoni għal kull unita tammontà għal mill-inqas EUR 1 000, u għal kull ħruġ ta’ titoli mingħajr ekwità li jagħti d-dritt li jinkisbu kull titoli trasferibbli jew li jirċievu ammont fi flus kontanti, bħala konsegwenza talli jiġu kkonvertiti jew jiġu eżerċitati d-drittijiet ikkonferiti minnhom, sakemm min joħroġ it-titoli mingħajr ekwità ma jkunx dak li joħroġ it-titoli tas-sostenn jew entità li tappartjeni għall-grupp ta’ min joħroġ it-titoli msemmija l-aħħar, l-Istat Membru fejn min joħroġ it-titoli jkollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu, jew meta t-titoli kienu jew kienu sejrin ikunu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat jew meta t-titoli jiġu offruti lill-pubbliku, bil-għażla ta’ min jiħroġ it-titoli, dak li joffrihom jew il-persuna li titlob għall-ammissjoni, skond kif ikun il-każ; L-istess reġim għandu japplika għat-titoli mingħajr ekwità f’munita oħra għajr-l-euro, sakemm il-valur ta’ din id-denominazzjoni minima jkun ta’ kważi EUR 1 000;

▼M4

(iii) għall-emittenti kollha ta’ titoli inkorporati f’pajjiż terz li mhumiex imsemmija fil-punt (ii), l-Istat Membru fejn it-titoli jkunu maħsuba li jiġu offruti lill-pubbliku għall-ewwel darba wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2013/50/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li temenda d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/109/KE.jew ( 15 ) fejn issir l-ewwel applikazzjoni għall-ammissjoni għal kummerċ f’suq regolat, skont l-għażla tal-emittent, ta’ min joffrihom jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni, skont kif ikun il-każ, soġġett għal għażla sussigwenti mill-utenti inkorporati f’pajjiż terz fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

 fejn l-Istat Membru ta’ oriġini ma jkunx ġie determinat bl-għażla tagħhom; jew

 f’konformità mal-punt (iii) tal-punt (i) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Dicembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiziti ta’ trasparenza f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli taghhom huma ammessi ghall-kummerc f’suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE ( 16 );

▼B

(n) “Stat Membru ospitanti” ifisser l-Istat fejn issir offerta lill-pubbliku jew titfittex ammissjoni għall-kummerċ, meta differenti mill-Istat Membru tal-post;

(o) “impriża ta’ investiment kollettiv għajr tat-tip tat-tmiem magħluq” tfisser it-trusts ta’ l-unitajiet u kumpaniji ta’ l-investiment:

(i) li l-oġġett tagħhom huwa l-investiment kollettiv tal-kapital ipprovdut mill-pubbliku, u li joperaw fuq il-prinċipju tal-frix tar-risjku;

(ii) l-unitajiet li tagħhom, fuq it-talba tal-pussessur, jiġu mixtrija mill-ġdid jew mifdija, direttament jew indirettament, mill-attività ta’ dawn l-impriżi;

(p) “unitajiet ta’ impriża ta’ investiment kollettiv” tfisser it-titoli maħruġa minn impriża ta’ investiment kollettiv bħala li tirrapprżenta d-drittijiet tal-parteċipanti f’din l-impriża fuq l-attiv tagħha;

(q) “approvazzjoni” tfisser l-att pożittv mar-riżultat ta’ l-iskrutinju tal-kompletezza tal-propspett mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post inklużi l-konsistenza tat-tagħrif u kemm hu kapaċi li jiġi mifhum;

(r) “prospett bażi” ifisser prospett li jkun fih it-tagħrif kollu rilevanti kif speċifikat fl-Artikoli 5, 7 u 16 fil-każ li jkun hemm suppliment, li jirrigwrda lil min joħroġ it-titoli u t-titoli li jkun sejrin jiġu offruti lill-pubbiku jew ammessi għll-kummerċ, u, bil-għażla ta’ min joħroġ l-offerti, il-kondizzonijiet finali ta’ l-offerta;

▼M2

(s) “informazzjoni pinċipali” tfisser l-informazzjoni essenzjali u strutturata kif jixraq li għandha tingħata lill-investituri bl-intenzjoni li jkunu jistgħu jifhmu n-natura u r-riskji tal-emittent, tal-garanti u tat-titoli li qed jiġu offruti lilhom jew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u, bla ħsara għall-Artikolu 5(2)(b), jiddeċiedu liema offerti ta' titoli se jikkunsidraw ulterjorment. Fid-dawl tal-offerta u tat-titoli kkonċernati, l-informazzjoni pinċipali għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

(i) deskrizzjoni qasira tar-riskji assoċjati mal-emittent u ma' kull garanti u l-karatteristiċi essenzjali tagħhom, inklużi l-attiv, il-passiv u l-pożizzjoni finanzjarja;

(ii) deskrizzjoni qasira tar-riskji assoċjati mal-investiment fit-titolu rilevanti u l-karatteristiċi essenzjali tiegħu, inkluż kwalunkwe dritt marbut mat-titoli;

(iii) it-termini ġenerali tal-offerta, inklużi l-ispejjeż stmati li se jintalbu lill-investitur mill-emittent jew l-offerent;

(iv) id-dettalji dwar l-ammissjoni għall-kummerċ;

(v) ir-raġunijiet għall-offerta u l-użu tal-introjti;

(t) “kumpanija b'kapitalizzazzjoni tas-suq mnaqqsa”tfisser kumpanija elenkata f'suq regolat li kellha kapitalizzazzjoni tas-suq medja ta' anqas minn EUR 100 000 000 fuq il-bażi tal-kwoti ta' tmiem is-sena għat-tliet snin kalendarji preċedenti.

▼M2 —————

▼M2

4.  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex jiġu speċifikati r-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' delega skont l-Artikolu 24a u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 24b u 24c, id-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, inkluż aġġustament tal-figuri użati fid-definizzjonijiet tal-SMEs, u għal-limiti massimi għall-kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa, waqt li jittieħed kont tas-sitwazzjoni fis-swieq nazzjonali differenti, inklużi l-klassifikazzjoni użata mill-operaturi tas-swieq regolati, il-leġislazzjoni u r-rakkommandazzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll l-iżviluppi ekonomiċi.

▼B

Artikolu 3

L-obbligu li jiġi ppubblikat prospett

1.  L-Istati Membri ma għandhom jippermettu li ssir ebda offerta ta’ titoli lill-pubbliku fit-territorju tagħhom mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ prospett.

▼M2

2.  L-obbligu li jiġi ppubblikat prospett ma għandux japplika għat-tipi ta' offerta li ġejjin:

(a) offerta ta' titoli indirizzata biss lil investituri kwalifikati; u/jew

(b) offerta ta' titoli indirizzata lil inqas minn 150 persuna fiżika jew ġuridika għal kull Stat Membru, apparti l-investituri kkwalifikati; u/jew

(c) offerta ta' titoli indirizzata lil investituri li jakkwistaw titoli għal korrispettiv totali ta' tal-anqas EUR 100 000 għal kull investitur, għal kull offerta separata; u/jew

(d) offerta ta' titoli li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tammonta għal tal-anqas EUR 100 000; u/jew

(e) offerta ta' titoli b'korrispettiv totali fl-Unjoni ta' inqas min EUR 100 000, li għandu jiġi kkalkolat fuq perjodu ta' 12-il xahar.

▼B

Madankollu kull bejgħ mill-ġdid sossegwenti tat-titoli li qabel kienu bla ħsara għal tip jew iktar ta’ l-offerta msemmija f’dan il-paragrafu għandha titqies bħala offerta separata u għandha tapplika d-definizzjoni ddikjarata fl-Artikolu 2(1)(d) bil-għan li jiġi deċiż jekk dan il-bejgħ mill-ġdid huwiex offerta tat-titoli lill-pubbliku jew le. It-tqegħid tat-titoli permezz ta’ l-intermedjarji finanzjarji għandu jkun bla ħsara għall-pubblikazzjoni ta’ prospett jekk ma jiġu ssidisfatti l-ebda waħda mill-kondizzjonijiet minn (a) sa (e) għat-tqegħid finali.

▼M2

L-Istati Membri ma għadhomx jirrikjedi prospett ieħor fi kwalunkwe tali bejgħ mill-ġdid sussegwenti ta' titoli jew assenjazzjoni finali ta' titoli permezz ta' intermedjarji finanzjarji sakemm ikun disponibbli prospett validu skont l-Artikolu 9 u l-emittent jew il-persuna responsabbli mit-tfassil ta' tali prospett jaqblu mal-użu tiegħu permezz ta' ftehim bil-miktub.

▼B

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull ammissjoni tat-titoli għall-kummerċ f’suq regolat li jkun jinsab jew li jopera ġewwa t-territorji tagħhom tkun bla ħsara għall-pubblikazzjoni ta’ prospett.

▼M2

4.  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, inkluża l-inflazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' delega skont l-Artikolu 24a, u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 24b u 24c, miżuri dwar il-limiti massimi fil-punti (c) sa (e) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

▼B

Artikolu 4

L-eżenzjonijiet mill-obbligu li jiġi ppubblikat prospett

1.  l-obbligu li jiġi ppubblikat prospett ma għandux japplika għall-offerti tat-titoli lill-pubbliku rigward it-tipi ta’ titoli li ġejjin:

(a) l-ishma maħruġa minflok l-ishma ta’ l-istess klassi diġà maħruġa, jekk il-ħruġ ta’ dawn l-ishma ġodda ma jinvolvi l-ebda żieda fil-kapital maħruġ;

(b) it-titoli offruti b’konnessjoni ma’ teħid tal-pussess permezz ta’ offerta ta’ skambju, sakemm ikun disponibbli dokument li jkun fih it-tagħrif li jkun meqjus mill-awtorità kompetenti bħala ekwivalenti għal dak tal-prospett, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġet tal-leġislazzjoni Komunitarja;

▼M2

(c) it-titoli offruti, allokati jew li jkunu se jiġu allokati b'konnessjoni ma' fużjoni jew diviżjoni, sakemm ikun disponibbli dokument li jkun fih it-tagħrif meqjus mill-awtorità kompetenti bħala ekwivalenti għal dak tal-prospett, waqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni;

(d) id-dividendi mħallsa lid-detenturi tal-ishma eżistenti fil-għamla ta' ishma tal-istess klassi bħall-ishma li fir-rigward tagħhom qed jitħallsu dawn id-dividendi, sakemm ikun disponibbli dokument li jkun fih it-tagħrif dwar l-għadd u n-natura tal-ishma u r-raġunijiet għall-offerta u d-dettalji dwarha;

(e) it-titoli offruti, allokati jew li se jiġu allokati lid-diretturi jew lill-impjegati eżistenti jew preċedenti minn min jimpjegahom jew minn impriża affiljata, sakemm il-kumpanija jkollha s-sede jew l-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Unjoni u sakemm ikun disponibbli dokument li jkun fih it-tagħrif dwar l-għadd u n-natura tat-titoli u r-raġunijiet għall-offerta u d-dettalji dwarha.

▼M2

Il-punt (e) għandu japplika wkoll għal kumpanija stabbilita barra l-Unjoni Ewropea li t-titoli tagħha jiġu ammessi għall-kummerċ jew f'suq regolat jew f'suq ta' pajjiż terz. F'dan il-każ tal-aħħar, l-eżenzjoni għandha tapplika sakemm ikun disponibbli tagħrif xieraq, inkluż id-dokument imsemmi fil-punt (e), tal-anqas fi lsien li jintuża abitwalment fil-qasam tal-finanza internazzjonali u sakemm il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni ta' ekwivalenza fir-rigward tas-suq tal-pajjiż terz ikkonċernat.

Fuq talba minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet ta' ekwivalenza skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2), waqt li tiddikjara jekk il-qafas ġuridiku u superviżorju ta' pajjiż terz jiżgura li suq regolat awtorizzat f'dak il-pajjiż terz jikkonforma ma' rekwiżiti legalment vinkolanti li, għall-iskop tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni taħt il-punt (e), huma ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw mid-Direttiva 2003/6/KE 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) ( 17 ), mit-Titolu III tad-Direttiva 2004/39/KE u mid-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat ( 18 ), u li huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effikaċi f'dak il-pajjiż terz. Dik l-awtorità kompetenti għandha tindika r-raġuni għaliex tikkunsidra li l-qafas ġuridiku u superviżorju tal-pajjiż terz ikkonċernat jista' jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti u għandha tipprovdi informazzjoni rilevanti għal dan il-għan.

Tali qafas ġuridiku u superviżorju ta' pajjiż terz jista' jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti fejn dak il-qafas ikun jissodisfa tal-anqas dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) is-swieq huma soġġetti għal awtorizzazzjoni u għal superviżjoni u infurzar effikaċi fuq bażi kontinwa;

(ii) is-swieq għandhom regoli ċari u trasparenti dwar l-ammissjoni tat-titoli għall-kummerċ sabiex tali titoli jkunu jistgħu jiġu kkumerċjalizzati b'mod ġust, ordnat u effiċjenti, u jkunu liberament negozjabbli;

(iii) l-emittenti ta' titoli huma soġġetti għal rekwiżiti ta' informazzjoni perjodika u kontinwa li jiżguraw livell għoli ta' ħarsien għall-investitur; u

(iv) it-trasparenza u l-integrità tas-suq jiġu żgurati permezz tal-prevenzjoni ta' abbuż tas-suq fil-forma ta' insider dealing u manipulazzjoni tas-suq.

Fir-rigward tal-punt (e), sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi tas-swieq finanzjarji, il-Kummisjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ta' delega skont l-Artikolu 24a, u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 24b u 24c, il-miżuri biex jiġu speċifikati l-kriterji msemmijin hawn fuq jew biex jiżdiedu oħrajn biex jiġu applikati fl-evalwazzjoni tal-ekwivalenza.

▼B

2.  L-obbligu li jiġi ppubblikat prospett ma għandux japplika għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat tat-tipi ta’ titoli li ġejjin:

(a) l-ishma li, fuq perjodu taż-żmien ta’ 12-il xahar, jirrappreżentaw inqas minn 10 fil-mija tan-numru ta’ l-ishma ta’ l-istes klassi diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat;

(b) l-ishma maħruġa minflok l-ishma ta’ l-istess klassi diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat, jekk il-ħruġ ta’ dawn l-isma ġodda ma jinvolvi l-ebda żieda fil-kapital maħruġ;

(ċ) it-titoli offruti b’konnessjoni ma’ teħid tal-pussess permezz ta’ offerta ta’ skambju, sakemm ikun disponibbli dokument li jkun fih it-tagħrif li jkun meqjus mill-awtorità kompetenti bħala ekwivalenti għal dak tal-prospett, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġet tal-leġislazzjoni Komunitarja;

▼M2

(d) it-titoli offruti, allokati jew li jkunu se jiġu allokati b'konnessjoni ma' fużjoni jew diviżjoni, sakemm ikun disponibbli dokument li jkun fih it-tagħrif meqjus mill-awtorità kompetenti bħala ekwivalenti għal dak tal-prospett, waqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni;

▼B

(e) l-ishma offruti, assensjati jew li jridu jiġu assenjati mingħajr ħlas lill-azzjonisti eżistenti, u d-dividendi mħallsa fil-għamla ta’ ishma ta’ l-istess klassi bħall-ishma li rigward tagħhom jitħallsu dawn id-dividendi, sakemm l-ishma msemmija jkunu ta’ l-istess klassi bħal ishma diġà ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u jkun disponibbli dokument li jkun fih it-tagħrif dwar in-numru u n-natura ta’ l-ishma u r-raġunijiet u d-dettalji ta’ l-offerta;

(f) it-titoli offruti, assenjati jew li jridu jiġu assenjati lid-diretturi jew lill-impjegati eżistenti jew ta’ qabel minn min jimpjegahom jew impriża affiljata, sakemm it-titoli msemmija jkunu ta’ l-istess klassi bħat-titoli diġà ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u sakemm ikun disponibbli dokument li jkun fih it-tagħrif dwar in-numru u n-natua tat-titoli u r-raġunijiet u d-dettalji ta’ l-offerta;

(g) l-ishma li jirriżulatw mill-konverżjoni jew l-iskambju ta’ titoli oħra jew mill-eżerċizzju tad-drittijiet ikkonferiti minn titoli oħra, skemm l-ishma msemmija jkunu ta’ l-istess klassi bħall-ishma diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat;

(h) l-ishma diġà ammessi għall-kummerċ f’suq ieħor regolat, bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) illi dawn it-titoli, jew titoli ta’ l-istess klassi, jkunu ġew ammessi għall-kummerċ f’dan is-suq l-ieħor regolat għal iktar minn 18-il xahar;

(ii) illi, rigward it-titoli ammessi għall-ewwel darba għall-kummerċ f’suq regolat wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, l-ammissjoni għall-kummerċ f’dan is-suq l-ieħor regolat kienet assoċjata ma’ prospett approvat magħmul disponibbli lill-pubbliku skond l-Artikolu 14;

(iii) illi, għajr fejn japplika t-(ii), rigward it-titoli ammessi għal-ewwel darba sabiex jiddaħħlu fil-listi wara t-30 ta’ Ġunju 1983, il-partikolaritajiet dwar li jiddaħħlu fil-listi kienu approvati skond il-ħtiġiet tad-Direttiva 80/390/KEE jew tad-Direttiva 2001/34/KE;

(iv) illi jkunu mwettqa l-obbligi li jkunu għaddejja għall-kummerċ f’dan is-suq l-ieħor regolat;

(v) illi l-persuna li tkun tfittex l-ammissjoni ta’ titolu għall-kummerċ f’suq regolat skond din l-eżenzjoni tagħmel disponibbli għall-pubbliku dokument sommarju f’ilsien aċċettat mill-awrorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta-ssuq regolat fejn titfittex l-ammissjoni;

(vi) illi d-dokument sommarju riferit fil-(v) jiġi magħmul disponibbli lill-pubbliku fl-Istat Membru tas-suq regolat meta titfittex l-ammissjoni għall-kummerċ fil-manjiera ddikjarata fl-Artikolu 14(2); u

(vii) illi l-kontenut tad-dokument sommarju għandu jikkonforma ma’ l-Artikolu 5(2). Iktar minn hekk, id-dokument għandu jiddikjara fejn ikun jista’ jinkiseb il-prospett l-iktar riċenti u fejn ikun disponibbli t-tagħrif finanzjarju ppubblikat minn min joħroġ it-titoli skond l-obbligi tiegħu għaddejja ta’ l-iżvelar.

▼M3

3.  Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (minn hawn “il quddiem AETS”) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 19 ) tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-eżenzjonijiet li jikkonċernaw il-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 1 u l-punti (a) sa (h) tal-paragrafu 2.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B



KAPITOLU II

IT-TFASSIL TAL-PROSPETT

Artikolu 5

Il-Prospett

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(2), il-prospett għandu jkun fih it-tagħrif kollu li, skond in-natura partikolari ta’ min joħroġ it-titoli u tat-titoli offruti lill-pubbliku jew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, huwa meħtieġ sabiex jgħin lill-investituri jagħmlu stima infurmata ta’ l-attivi u l-liabbiltajiet, il-posizzjoni finanzjarja, il-qligħ u t-telf, u l-prospetti ta’ min jiħroġ it-titoli u ta’ kull garanti, u tad-drittijiet annessi ma’ dawn it-titoli. Dan it-tagħrif għandu jiġi ppreżentat f’għamla li tkun tista tiġi analizzata u tinftiehem bla xkiel.

▼M2

2.  Il-prospett għandu jkun fih it-tagħrif li jirrigwarda l-emittent u t-titoli li se jiġu offruti lill-pubbliku jew li se jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat. Għandu jinkludi wkoll sommarju li, f'manjiera qasira u f'lingwaġġ mhux tekniku, jipprovdi informazzjoni pinċipali fl-ilsien li fih kien tfassal oriġinarjament il-prospett. Il-format u l-kontenut tas-sommarju tal-prospett għandu jipprovdi, flimkien mal-prospett, tagħrif adegwat dwar l-elementi essenzjali tat-titoli kkonċernati bħala għajnuna għall-investituri meta jkunu qed jikkunsidraw jekk jinvestux f'tali titoli.

Is-sommarju għandu jitfassal f'format komuni sabiex tiġi ffaċilitata l-komparabbiltà tas-sommarji ta' titoli simili u l-kontenut tiegħu għandu jwassal l-informazzjoni pinċipali dwar it-titoli kkonċernati sabiex jgħin lill-investituri meta jkunu qed jikkunsidraw jekk jinvestux f'tali titoli. Is-sommarju għandu jkun fih ukoll twissija li:

▼B

(a) għandu jinqara bħala daħla għall-prospett;

(b) kull deċiżjoni għal investiment fit-titoli għandha tkun imsejsa fuq il-konsiderazzjoni tal-prospett bħala ħaġa waħda mill-investitur;

(ċ) meta pretensjoni li jkollha x’taqsam mat-tagħrif li jkun jinsab fi prospett titressaq quddiem qorti, l-investitur kwerelant jista’, skond il-legislazzjoni nazzjonali ta’ l-Istati Membri, jkollu jġorr l-ispejjeż tat-traduzzjoni tal-prospett qabel ma jinbdew il-proċedimenti legali; u

(d) ir-responsabbiltà ċivili taqa’ fuq dawk il-persuni li jkunu intavolaw is-sommarju, inkluża kull traduzzjoni tiegħu, u applikata għan-notifika tagħha, imma biss jekk is-sommarju jkun iqarraq, mhux eżatt jew inkonsistenti meta moqri flimkien ma’ partijiet oħra tal-prospett.

▼M2

Meta l-prospett ikollu x'jaqsam mal-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat ta' titoli mingħajr ekwità li jkollhom denominazzjoni ta' tal-inqas EUR 100 000, ma għandu jkun hemm l-ebda rekwiżit li jiġi pprovdut sommarju ħlief meta Stat Membru hekk jitlob, skont l-Artikolu 19(4).

▼M3

Sabiex tiżgura kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva u tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi sabiex tiżgura kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5 fir-rigward tal-mudell uniformi għall-preżentazzjoni tas-sommarju u biex l-investituri jkunu jistgħu jqabblu t-titolu kkonċernat ma’ prodotti rilevanti oħra.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M2

3.  L-emittent, l-offerent, jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jistgħu jfasslu l-prospett bħala dokument wieħed jew dokumenti separati. Prospett magħmul minn dokumenti separati għandu jaqsam l-informazzjoni meħtieġa f'dokument ta' reġistrazzjoni, nota dwar it-titoli u nota sommarja. Id-dokument ta' reġistrazzjoni għandu jkun fih l-informazzjoni li għandha x'taqsam mal-emittent. In-nota dwar it-titoli għandu jkun fiha l-informazzjoni dwar it-titoli offruti lill-pubbliku jew li jkunu se jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat.

▼B

4.  Rigward it-tipi ta’ titoli li ġejjin, il-prospett jista’, bil-għażla ta’ min joħroġhom, min joffrihom jew il-persuna li titlob għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, jikkonsisti fi propspett bażi li jkun fih it-tagħrif kollu rilevanti li jirrigwarda lil min joħroġ it-titoli u t-titoli offruti lill-pubbliku jew li jridu jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat:

(a) it-titoli mingħajr ekwità, inklużi l-mandati f’kull għamla, maħruġa taħt programm ta’ offerti;

(b) it-titoli mingħajr ekwità maħruġa b’manjiera ssoktata jew imtennija mill-istituzzjoninjiet tal-kreditu,

(i) meta s-somom li jkunu ġejjin mill-ħruġ tat-titoli msemmija, skond il-leġislanzzjoni nazzjonali, jitqiegħdu f’attivi li jipprovdu kopertura biżżejjed għar-responsabblità li toħroġ mit-titoli sad-data tal-maturità tagħhom;

(ii) meta, fl-eventwalità ta’ falliment ta’ l-istituzzjoni tal-kreditu relatat, is-somom imsemmija jkunu maħsuba, bħala prijorità, għalbiex jitħallsu lura l-kapital u l-imgħax li jkunu waslu biex jagħlqu, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ April 2001 dwar l-organizzazzjoni mill-ġdid u l-għeluq ta’ l-istituzzjonijiet tal-kreditu ( 20 ).

It-tagħrif mogħti fil-prospett bażi għandu jiġi ssupplimentat, jekk meħtieġ, skond l-Artikolu 16, bit-tagħrif aġġornat dwar min joħroġ it-titoli u t-titoli li jridu jiġu offerti lill-pubbliku jew li jridu jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat.

Meta t-termini finali tal-offerta la jkunu inklużi fil-prospett bażi u lanqas f'suppliment, huma għandhom ikunu disponibbli għal investituri, inkartati mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju (tal-post), u kkomunikati minn dik l-awtorità kompetenti lill-awtorità kompetenti tal-Istat(i) Membru/i ospitanti malli jkun prattikabbli hekk kif issir offerta pubblika u, fejn possibbli, qabel il-bidu tal-offerta pubblika jew ammissjoni għal negozjar. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tikkomunika t-termini finali lill-AETS. It-termini finali għandhom jinkludu biss l-informazzjoni li għandha x'taqsam man-nota dwar it-titoli u ma għandhomx jintużaw biex jissupplimentaw il-prospett ta' bażi. F'każijiet bħal dawn għandu japplika l-Artikolu 8(1)(a).

▼M2

5.  Sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u jiġu speċifikati r-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' delega skont l-Artikolu 24a, u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 24b u 24c, miżuri relatati ma' dan li ġej:

(a) il-format tal-prospett jew il-prospett ta' bażi, is-sommarju, it-termini finali u s-supplimenti; u

(b) il-kontenut dettaljat u l-forma speċifika tal-informazzjoni pinċipali li trid tiġi inkluża fis-sommarju.

Dawk l-atti ta' delega għandhom jiġu adottati sal-1 ta' Lulju 2012.

▼B

Artikolu 6

Ir-responsabbiltà annessa mal-prospett

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi r-responsabbiltà rigward it-tagħrif mogħti fi prospett ikollu x’jaqsam mill-inqas ma’ min joħroġ it-titoli jew il-korpi tiegħu amministrattivi, tal-ġestjoni jew tas-sorveljanza, ma’ min joffrihom, mal-persuna li titlob għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-garanti, skond kif ikun il-każ. Il-persuni responsabbli għandhom ikunu identifikati biċ-ċar fil-prospett b’isimhom u l-funzjonament tagħhom jew, fil-każ ta’ persuni legali, isimhom u l-uffiċċji reġistrati tagħhom, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tagħhom li, safejn ikunu jafu, it-tagħrif li jkun jinsab fil-prospett ikun skond il-fatti u li l-prospett ma jħalli barra xejn li x’aktarx jaffettwa l-importanza tiegħu.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi dwar ir-responsabbiltà ċivili japplikaw għal dawk il-persuni responsabbli mit-tagħrif mogħti fi prospett.

▼M2

Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma tiġi attribwita l-ebda responsabbiltà ċivili lil persuna esklussivament abbażi tas-sommarju, inkluż kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, sakemm ma jkunx qarrieqi, impreċiż jew inkonsistenti, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett, jew ma jkunx jipprovdi, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett, l-informazzjoni pinċipali bħala għajnuna għall-investituri meta jkunu qed jikkunsidraw jekk jinvestux f'tali titoli. Is-sommarju għandu jkun fih twissija ċara għal dak il-għan.

▼B

Artikolu 7

It-tagħrif minimu

▼M2

1.  L-atti ta' delega dettaljati li jirrigwardaw l-informazzjoni speċifika li trid tiġi inkluża fi prospett, waqt li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-informazzjoni meta prospett ikun magħmul minn dokumenti separati, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 24a, u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 24b u 24c.

▼B

2.  B’mod partikolari, sabiex jiġu elaborati l-mudelli varji tal-prospetti, għandu jitqies dan li ġej:

(a) it-tipi varji tat-tagħrif meħtieġ mill-investituri fejn jidħlu t-titoli ta’ ekwità mqabbla mat-titoli mingħajr ekwità, għandu jittieħed avviċinament konsistenti rigward it-tagħrif meħtieġ fi prospett għat-titoli li jkollhom rationale ekonomiku simili, notabbilment it-titoli derivattivi;

▼M2

(b) it-tipi varji u l-karatteristiki varji tal-offerti u l-ammissjonijiet għall-kummerċ f'suq regolat tat-titoli mingħajr ekwità. L-informazzjoni rikjesta fi prospett għandha tkun xierqa mill-perspettiva tal-investituri kkonċernati għat-titoli mingħajr ekwità li jkollhom denominazzjoni għal kull unità tal-anqas ta' EUR 100 000;

▼B

(ċ) il-format użat u t-tagħrif meħtieġ fil-prospetti li għandhom x’jaqsmu mat-titoli mingħajr ekwità, inklużi l-mandati f’kull għamla, maħruġa taħt programm ta’ offerti;

(d) il-format użat u t-tagħrif meħtieġ fil-prospetti li għandhom x’jaqsmu mat-titoli mingħajr ekwità, safejn u sakemm dawn it-titoli ma jkunux issubordinati, konvertibbli, jistgħu jiġu skambjati, bla ħsara għad-drittijiet tas-sottoskrizzjoni u tal-kisba jew marbuta ma’ l-istrumenti derivattivi, maħruġa f’manjiera ssoktata jew imtennija ma’ l-entitajiet awtorizzati jew regolati sabiex joperaw fis-swieq finanzjarji ġewwa ż-Żona Ekonomika Ewropea;

▼M2

(e) l-attivitajiet varji u d-daqs tal-emittent, partikolarment l-istituzzjonijiet ta' kreditu li joħorġu t-titoli mingħajr ekwità msemmija fl-Artikolu 1(2)(j), il-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa u l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju. Għal tali kumpaniji, l-informazzjoni għandha tiġi addattata għad-daqs tagħhom u, fejn xieraq, għall-perjodu ta' żmien iqsar minn mindu bdew joperaw;

▼B

(f) jekk japplika, in-natura pubblika ta’ min joħroġ it-titoli;

▼M2

(g) reġim ta' żvelar proporzjonat għandu jkun applikabbli għall-offerti ta' ishma minn kumpaniji li l-ishma tagħhom tal-istess klassi jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jew għal faċilità multilaterali tal-kummerċ kif definita fil-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, li huma soġġetti għal rekwiżiti ta' żvelar kontinwu xierqa u għal regoli dwar l-abbuż tas-suq, sakemm l-emittent ma jkunx neħħa l-applikazzjoni tad-drittijiet ta' prelazzjoni statutarji.

▼M2

3.  L-atti ta' delega msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq l-istandards fil-qasam tal-informazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja stipulati mill-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-kummissjonijiet ta' titoli, u b'mod partikolari mill-IOSCO u fuq l-Annessi indikattivi mehmuża ma' din id-Direttiva.

▼M3

4.  L-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiżgura kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 8

L-ommissjoni tat-tagħrif

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi meta l-offerta finali u l-ammont tat-titoli li jridu jiġu offruti lill-pubbliku ma jistgħux jiġu inkużi fil-prospett:

(a) il-kriterji, u/jew il-kondizzjonijiet li skond huma iridu jiġu stabbiliti l-elementi ta’ hawn fuq jew, fil-każ tal-prezz, il-prezz massimu, iridu jiġu żvelati fil-prospett; jew

(b) l-aċċettazzjonijiet tax-xiri jew tas-sottoskrizzjoni tat-titoli jistgħu jiġu rtirati f’mhux inqas minn jumejn tax-xogħol wara l-prezz finali ta’ l-offerta u l-ammont tat-titoli li jridu jiġu offruti lill-pubbiku jkunu ġew inkartati.

Il-prezz finali ta’ l-offerta u l-ammont tat-titoli għandhom jiġu inkartati għand l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post u ppubblikati skond l-arranġamenti pprovvduti fl-Artikolu 14(2).

2.  L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post jistgħu jawtorizzaw l-ommissjoni mill-prospetti rigward ċertu tagħrif ipprovdut f’din id-Direttiva jew ►M2  fl-atti ta' delega ◄ riferiti fl-Artikolu 7(1), jekk tikkunsidra li:

(a) l-iżvelar ta’ dan it-tagħrif ikun kuntrarju għall-interess pubbliku; jew

(b) l-iżvelar ta’ dan it-tagħrif ikun ta’ ħsara gravi għal min joħroġ it-titoli, sakemm din it-tħollija barra x’aktarx li ma tqarraqx bil-pubbliku rigward il-fatti u ċ-ċirkostanzi essenzjali għall-istima infurmata, għal min joffri l-oferti jew il-garanti, jekk ikun hemm minnhom, u rigward id-drittijiet annessi mat-titoli dejn jidħlu l-prospetti; jew

(ċ) dan it-tagħrif ikun ta’ importanza minuri għal offerta jew ammissjoni speċifiċi għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat u mhux bħala ta’ hekk li jrid jinfluwenza l-istima tal-posizzjoni finanzjarja u l-prospetti ta’ min joħroġ it-titoli, min joffrihom jew il-garanti, jekk ikun hemm minnhom.

3.  Mingħajr preġudizzju għal tagħrif adegwat għall-investituri, meta, b’mod eċċezzjonali, ċertu tagħrif meħtieġ ►M2  mill-atti ta' delega ◄ riferit fl-Artikolu 7(1) li jrid jiġi inkluż fi prospett ma jkunx approprjat għall-isfera ta’ l-attività jew għall-forma legali ta’ min joħroġ it-titoli jew tat-titoli li magħhom ikollu x’jaqsam il-prospett, il-prospett għandu jkun fih it-tagħrif ekwivalenti għat-tagħrif meħtieġ. Jekk ma jkun hemm l-ebda tagħrif minn dan, din il-ħtieġa ma għandhiex tapplika.

▼M2

3a.  Fejn it-titoli huma garantiti minn Stat Membru, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li jitolbu l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, jistgħu fit-tfassil tal-prospett f'konformita' mal-Artikolu 1(3), iħallu barra l-informazzjoni dwar dan il-garanti.

▼M2

4.  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u jiġu speċifikati r-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' delega skont l-Artikolu 24a, u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 24b u 24c, il-miżuri li jikkonċernaw il-paragrafu 2.

▼M3

5.  L-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 9

Il-validità ta’ prospett, ta’ prospett bażi u tad-dokument tar-reġoistrazzjoni

▼M2

1.  Prospett għandu jkun validu għal 12-il xahar wara li jiġi approvat għall-offerti lill-pubbliku jew l-ammissjonijiet għall-kummerċ f'suq regolat, sakemm dan il-prospett ikun ikkompletat b'kull suppliment rikjest skont l-Artikolu 16.

▼B

2.  Fil-każ ta’ programm ta’ l-offerti, il-prospett bażi, inkartat qabel, għandu jkun validu għal perjodu taż-żmien ta’ sa 12-il xahar.

3.  Fil-każ tat-titoli mingħajr ekwità riferiti fl-Artikolu 5(4)(b), il-prospett għandu jkun validu sakemm ma jinħarġu l-ebda titoli oħra f’manjiera soktata u mtennija.

▼M2

4.  Dokument ta' reġistrazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), depożitat u approvat qabel, għandu jkun validu għal perjodu massimu ta' 12-il xahar. Id-dokument ta' reġistrazzjoni, aġġornat skont l-Artikolu 12(2) jew l-Artikolu 16, u akkumpanjat min-nota dwar it-titoli u n-nota sommarja, għandu jitqies li jikkostitwixi prospett validu.

▼M2 —————

▼B

Artikolu 11

L-inkorporazzjoni bir-riferiment

▼M2

1.  L-Istati Membri għandhom jippermettu li jiġi inkorporat tagħrif fil-prospett b'referenza għal dokument jew dokumenti ppubblikati qabel jew simultanjament li jkunu ġew approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jew depożitati għandha skont din id-Direttiva, jew id-Direttiva 2004/109/KE. Tali tagħrif għandu jkun dak l-iktar reċenti disponibbli għall-emittent. Is-sommarju ma għandux jinkorpora tagħrif b'referenza.

▼B

2.  Meta t-tagħrif jiġi inkorporat bir-referenzi, trid tiġi pprovduta lista ta’ referenzi inkroċjati sabiex tgħin lill-investituri li jidentifikaw punti speċifiċi tat-tagħrif mingħajr xkiel.

▼M5

3.  Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward ta' dan l-Artikolu, l-AETS għandha toħloq abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tkun inkorporata b'riferenza.

L-AETS għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' Lulju 2015.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 12

Il-prospetti li jikkonistu f’dokumenti separati

1.  Wieħed li joħroġ it-titoli li diġà jkollu numru tar-reġistrazzjoni approvat mill-awtorità kompetenti għandu jkun meħtieġ li jfassal biss in-nota dwar it-titoli u n-nota sommarja meta t-titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat.

▼M2

2.  F'dan il-każ, in-nota dwar it-titoli għandha tipprovdi t-tagħrif li normalment jiġi pprovdut fid-dokument ta' reġistrazzjoni, fejn tkun saret bidla materjali jew żvilupp riċenti li jistgħu jaffettwaw il-valutazzjonijiet tal-investituri minn meta jkun ħareġ id-dokument ta' reġistrazzjoni bl-iktar aġġornamenti riċenti, sakemm tali tagħrif ma jiġix provdut f'suppliment skont l-Artikolu 16. In-noti dwar it-titoli u n-noti sommarji għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni separata.

▼B

3.  Meta min joħroġ it-titoli jkun inkarta biss dokument tar-reġistrazzjoni mingħajr l-approvazzjoni, id-dokument intier, inkluż it-tagħrif aġġornat, għandhom ikunu bla ħsara għall-approvazzjoni.



KAPITOLU III

L-ARRANĠAMENTI GĦALL-APPROVAZZJONI U L-PUBBLIKAZZJONI TAL-PROSPETT

Artikolu 13

L-Approvazzjoni tal-prospett

1.  L-ebda prospett ma għandu jiġi ppubblikat sakemm ikun ġie approvat mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post.

2.  Din l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lil min joħroġ it-titoli, lil min joffrihom u lill-persuna li titlob għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, skond kif ikun il-każ, bid-deċiżjoni tagħha rigward l-approvazzjoni tal-prospett fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mis-sottomissjoni ta’ l-abbozz tal-prospett.

Jekk l-awtorità kompetenti tonqos milli tagħti deċiżjoni dwar il-prospett fil-limiti taż-żmien stabbiliti f’dan il-paragrafu u fil-paagrafu 3, dan ma għandux jitqies li jikkostitwixxi approvazzjoni ta’ l-applikazzjoni.

▼M3

L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-AETS bl-approvazzjoni tal-prospett u bi kwalunkwe suppliment mehmuż miegħu fl-istess ħin li dik l-approvazzjoni tiġi nnotifikata lill-emittent, lill-offerent jew lill-persuna li qed titlob li tibda tinnegozja f’suq regolat, skont il-każ. L-awtoritajiet kompetenti għandhom fl-istess ħin jipprovdu lill-AETS b’kopja tal-prospett u bi kwalunkwe suppliment mehmuż miegħu.

▼B

3.  Il-limitu taż-żmien riferit fil-paagafu 2 għandu jiġi mtawwal b’20 jum tax-xogħol jekk l-offerta lill-pubblika tinvolvi titoli maħruġa minn min joħroġhom li ma jkollu l-ebda titolu ammess għall-kummerċ f’suq regolat u li ma jkunx offra titoli lill-pubbliku qabel.

4.  Jekk l-awtorità kompetenti ssib, għal raġunijiet raġjonevoli, illi d-dokumenti sottomessi lilha ma jkunux ikkompletati jew li jeħtieġ tagħrif supplimentali, il-limiti taż-żmien riferiti fil-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw biss mid-data li fiha jkun ipprovdut dan it-tagħrif minn min joħroġ it-titoli, minn min joffrihom jew mill-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat.

Fil-każ riferit fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lil min joħroġ it-titoli jekk id-dokumenti ma jkunux ikkompletati fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mis-sottomissjoni ta’ l-applikazzjni.

▼M3

5.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tista’ tittrasferixxi l-approvazzjoni ta’ prospett lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, soġġett għal notifika minn qabel lill-AETS u għall-qbil tal-awtorità kompetenti. Tali trasferiment għandu jiġi nnotifikat lill-emittent, lill-offerent jew lill-persuna li qed titlob li tibda tinnegozja f’suq regolat fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mid-data tad-deċiżjoni meħuda mill-aworità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju. Il-limitu taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 2 għandu japplika minn dik id-data. L-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 m’għandux japplika għat-trasferiment tal-approvazzjoni tal-prospett skont dan il-paragrafu.

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u biex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-AETS, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għan-notifiki previsti f’dan il-paragrafu.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

6.  Din id-Direttiva ma għandhiex tiġi affettwata mir-responsabbiltà ta’ l-awtorità kompetenti, li għandha tissokta tkun irregolata mil-liġijiet nazzjonali biss.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi d-disposizzjonijiet tagħhom dwar ir-responsabblità ta’ l-awtoritajiet kompetenti tapplika biss għall-approvazzjonijiet tal-prospetti mill-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom.

▼M5

7.  Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-approvazzjoni tal-prospetti, l-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-proċeduri għall-approvazzjoni tal-prospett u l-kundizzjonijiet skont liema jistgħu jiġu aġġustati l-limiti taż-żmien.

L-AETS għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' Lulju 2015.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 14

Il-Pubblikazzjoni tal-prospett

▼M3

1.  Ladarba approvat, il-prospett għandu jiġi ddepożitat għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini, għandu jkun aċċessibbli għall-AETS permezz tal-awtorità kompetenti u għandu jsir disponibbli għall-pubbliku mill-emittent, mill-offerent jew mill-persuna li qed titlob li tibda tinnegozja f’suq regolat l-iktar malajr li jkun prattikabbli u, f’kull każ, fi żmien raġonevoli qabel l-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar tat-titoli involuti u mhux iktar tard minn meta jinbeda dan in-negozjar. Barra minn hekk, fil-każ ta’ offerta inizjali lill-pubbliku ta’ klassi ta’ ishma li jkunu għadhom ma ġewx ammessi għan-negozju f’suq regolat u li tkun sejra tiġi ammessa għan-negozju għall-ewwel darba, il-prospett għandu jkun disponibbli mill-inqas sitt ijiem tax-xogħol qabel it-tmiem tal-offerta.

▼B

2.  Il-prospett għandu jitqies disponibbli lill-pubbliku meta ppubblikat jew:

(a) billi jiġi mdaħħal f’gazzetta jew iktar li jiċċirkolaw fl-Istati Membru kollha, jew jiġu ċċirkolati fil-wisa’ fl-Istati Membri kollha li fihom issir l-offerta lill-pubbliku jew fejn titfittex l-ammissjoni għall-kummerċ, jew

▼C1

(b) f'għamla stampata li trid tintgħamel disponibbli lill-pubbliku, mingħajr ħlas, fl-uffiċċji tas-suq li fih it-titoli jkunu sejrin jiġu ammessi għall-kummerċ, jew fl-uffiċċju reġistrat ta' min joħroġ it- titoli u fl-uffiċċji tal-intermedjarji finanzjarji fejn jitqiegħdu jew jinbiegħu t-titoli, inklużi l-aġenti li jħallsu; jew

▼M2

(c) f'forma elettronika fuq il-website tal-emittent jew, jekk applikabbli, fuq il-website tal-intermedjarji finanzjarji li jkunu qed jassenjaw jew ibigħu t-titoli, inklużi l-aġenti tal-ħlas; jew

▼B

(d) f’għamla elettronika fuq il-website tas-suq regolat fejn titfittex l-ammissjoni għall-kummerċ; jew

(e) f’għamla elettronika fuq il-website ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post jekk l-awtorità msemmija tkun iddeċidiet li toffri dan is-sevizz.

▼M2

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-emittenti jew il-persuni responsabbli għat-tfassil ta' prospett li jippubblikaw il-prospett tagħhom skont il-punti (a) jew (b) għandhom jippubblikaw ukoll il-prospett tagħhom b'mod elettroniku skont il-punt (c).

▼B

3.  B’żieda ma’ dan, Stat Membru jista’ jeħtieġ il-pubblikazzjoni ta’ avviż li jiddikjara kif il-prospett intgħamel disponibbli u fejn jista’ jinkiseb mill-pubbliku.

4.  L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post għandha tippubblika fuq il-website tagħha fuq perjodu taż-żmien ta’ 12-il xahar, bil-għażla tagħha, il-prospetti kollha approvati skond l-Artikolu 13, inkluża, jekk tapplika, hyperlink tal-prospett ippubblikat fuq il-website ta’ min joħroġ it-titoli, jew fuq il-website tas-suq regolat.

▼M3

4a.  L-AETS għandha tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha l-lista tal-prospetti approvati skont l-Artikolu 13, inkluża, jekk tapplika, hyperlink għall-prospett ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, jew fuq is-sit elettroniku tal-emittent, jew fuq is-sit elettroniku tas-suq regolat. Il-lista ppubblikata għandha tinżamm aġġornata u kull punt għandu jibqa’ fuq is-sit elettroniku għal perijodu ta’ mill-inqas 12-il xahar.

▼B

5.  Fil-każ ta’ prospett li jkun fih numru ta’ dokumenti u/jew li jinkorpora t-tagħrif bir-referenzi, id-dokumenti u t-tagħrif li jagħmlu l-prospett jistgħu jiġu ppubblikati u ċċirkolati separatament sakemm id-dokumenti msemmija jintgħamlu disposnibbli lill-pubbliku mingħajr ħlas, skond l-arranġamenti stabbiliti fil-paagadu 2. Kull dokument għandu jindika fejn jistgħu jinkisbu d-dokumenti kostitwenti l-oħra tal-prospett sħiħ.

6.  It-test u l-format tal-prospett, u/jew is-supplimenti mal-prospett, ippubblikati jew magħmula disponibbli lill-pubbliku, għandhom ikunu identiċi f’kull waqt mal-verżjoni oriġinali approvata mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post.

7.  Meta prospett jintgħamel disponibbli lill-pubbliku fil-għamla elettronika, kopja fuq il-karta trid madankollu tiġi kkunsinnata mingħajr ħlas lill-investitur, minn min joħroġ it-titoli, min joffrihom, mill-persuna li titlob li jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat jew mill-intermedjarji finanzjarji fejn jitqiegħdu jew jinbigħu t-titoli.

▼M5

8.  Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward ta' dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika d-dispożizzjonijiet relatati mal-pubblikazzjoni tal-prospett imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4.

L-AETS għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' Lulju 2015.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 15

Ir-riklami

1.  Kull tip ta’ riklam li jkollu x’jaqsam jew ma’ offerta tat-titoli lill-pubbliku jew ma’ ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat għandu josserva l-prinċipji li jinsabu fil-paragrafi minn 2 sa 5. Il-paragrafi minn 2 sa 4 għandhom japplikaw biss għall-każijiet meta min joħroġ it-titoli, min joffrihom jew il-persuna li tapplika għall-ammissjoni għall-kummerċ ikunu koperti bl-obbliġu li jfasslu prospett.

2.  Ir-riklami għandhom jiddikjaraw illi ġie ppubblikat jew irid jiġi ppubblikat prospett u għandhom jindikaw fejn l-investituri jistgħu jew iridu jkunu jistgħu jiksbuh.

3.  Ir-riklami jridu jintgħarfu biċ-ċar ta’ hekk. It-tagħrif li jkun jinsab fir-riklam ma għandux ikun eżatt jew li jqarraq. Dan it-tagħrif għandu wkoll ikun konsistenti mat-tagħrif li jkun jinsab fil-prospett, jekk diġà ppubblikat, jew mat-tagħrif meħtieġ li jkun fil-prospett, jekk il-prospett jiġi ppubblikat wara.

4.  Ikun xi jkun il-każ, it-tagħrif kollu li jirrigwarda l-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat żvelat fil-għamla bil-fomm jew bil-miktub, saħansitra jekk mhux għall-għanijiet tar-riklami, għandu jkun konsistenti ma’ dak li jkun jinsab fil-prospett.

5.  Meta skond din id-Direttiva mhu meħtieġ l-ebda prospett, it-tagħrif materjali pprovdut minn wieħed li joħroġ it-titoli jew wieħed li joffrihom u indirizzati lil investituri kwalifikati jew lil kategpriji speċjali ta’ investituri, inkluż it-tagħrif żvelat fil-kuntest tal-laqgħat li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-offerti tat-titoli, għandhom jiġu żvelati lill-investituri kwalifikati kollha jew lill-kategoriji speċjali ta’ l-investituri kollha li lilhom tkun indirizzata l-offerta b’mod esklussiv. Meta prospett ikun meħtieġ li jiġi ppubblikat, dan it-tagħrif għandu jiġi inkluż fil-prospett jew f’suppliment mal-prospett skond l-Artkolu 16(1).

6.  L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post għandu jkollha s-setgħa li jeżerċita kontroll fuq it-tħaris ta’ l-attuvità tar-riklami, li jkollha x’taqsam ma’ offerta pubblika tat-titoli jew ma’ ammissjoni għall-kummerċ f’suq iregolat, mal-prinċipji riferiti fil-paragrafi minn 2 sa 5.

▼M5

7.  Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward ta' dan l-Artikolu, l-AETA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika d-dispożizzjonijiet dwar it-tixrid ta' reklami li jħabbru l-intenzjoni li jkunu offruti titoli lill-pubbliku jew ammissjoni għal negozjar f'suq regolat, b'mod partikolari qabel ma l-prospett ikun sar disponibbli għall-pubbliku jew qabel il-ftuħ tas-sottoskrizzjoni, u biex tispeċifika d-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 4.

L-AETS għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' Lulju 2015.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M2

Artikolu 16

Supplimenti għall-prospetti

1.  Kull fattur, żball materjali jew impreċiżjoni ġodda sinifikanti li għandhom x'jaqsmu mat-tagħrif inkluż fil-prospett li jkun kapaċi jaffettwa l-valutazzjoni tat-titoli u li jinħolqu jew jiġu nnotati bejn iż-żmien meta l-prospett jiġi approvat u l-għeluq finali tal-offerta lill-pubbliku jew, skont il-każ, iż-żmien meta jibda l-kummerċ f'suq regolat, skont liema jseħħ l-aħħar, għandhom jissemmew f'suppliment għall-prospett. Tali suppliment għandu jiġi approvat bl-istess mod f'massimu ta' sebat ijiem tax-xogħol u ppubblikat skont tal-anqas l-istess arranġamenti li kienu applikati meta kien ippubblikat il-prospett oriġinali. Anke s-sommarju, u kull traduzzjoni tiegħu, għandu jiġi ssupplimentat, jekk ikun hemm bżonn, sabiex jitqies it-tagħrif il-ġdid inkluż fis-suppliment.

2.  Fejn il-prospett ikollu x'jaqsam ma' offerta ta' titoli lill-pubbliku, l-investituri li jkunu digà qablu li jixtru jew jissottoskrivu t-titoli qabel ma jiġi ppubblikat is-suppliment għandu jkollhom id-dritt, li jista' jiġi eżerċitat fi żmien jumejn tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni tas-suppliment, li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet tagħhom, sakemm il-fattur, l-iżball jew l-impreċiżjoni l-ġodda msemmijin fil-paragrafu 1 ikunu ħareġ qabel l-għeluq finali tal-offerta għall-pubbliku u l-forniment tat-titoli. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż mill-emittent jew l-offerent. Id-data finali tad-dritt ta' rtirar għandha tiġi ddikjarata fis-suppliment.

▼M3

3.  Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti, biex jiġu speċifikati r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu u jitqiesu l-iżviluppi tekniċi dwar is-swieq finanzjarji, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika sitwazzjonijiet fejn fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew inakkuratezza relatati mal-informazzjoni inkluża fil-prospett jeħtieġu l-pubblikazzjoni ta’ suppliment għall-prospett. L-AETS għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B



KAPITOLU IV

L-OFFERTI LI JAQSMU L-FRUNTIERI U L-AMMISSJONI GĦALL-KUMMERĊ

Artikolu 17

L-iskop Komunitarju ta’ l-approvazzjonijiet u l-pospetti

▼M3

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23, meta offerta lill-pubbliku jew dħul għal negozju f’suq regolat jingħata fi Stat Membru jew iktar, jew fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru tad-domiċilju, il-prospett approvat mill-Istat Membru tad-domiċilju u kwalunkwe suppliment ta’ miegħu għandhom ikunu validi għall-offerta pubblika jew għad-dħul għal negozju f’kwalunkwe għadd ta’ Stati Membri ospitanti, sakemm l-AETS u l-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru ospitanti jiġu nnotifikati skont l-Artikolu 18. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti ma għandhom jindaħlu għall-ebda approvazzjoni jew proċeduri amministrattivi relatati mal-prospetti.

2.  Jekk jirriżultaw fatturi ġodda, żbalji materjali jew ineżattezzi sinifikanti wara l-approvazzjoni tal-prospett, kif imsemmi fl-Artikolu 16, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tirrikjedi l-pubblikazzjoni ta’ suppliment li għandu jiġi approvat skont l-Artikolu 13(1). L-AETS u L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju dwar il-bżonn ta’ informazzjoni ġdida.

▼B

Artikolu 18

In-Notifika

▼M2

1.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha, fuq it-talba tal-emittent jew tal-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett u fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara r-riċezzjoni ta' dik it-talba jew, fejn it-talba titressaq flimkien mal-abbozz tal-prospett, fi żmien ġurnata xogħol wara l-approvazzjoni tal-prospett, tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti b'ċertifikat ta' approvazzjoni li jattesta li l-prospett tfassal skont din id-Direttiva u b'kopja tal-prospett imsemmi. Fejn applikabbli, din in-notifika għandha tiġi akkumpanjata bi traduzzjoni tas-sommarju prodott taħt ir-responsabbiltà tal-emittent jew tal-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett. L-istess proċedura għandha tiġi segwita għal kull suppliment għall-prospett. Anke l-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett għandhom jiġu nnotifikati biċ-ċertifikat ta' approvazzjoni fl-istess ħin li tiġi nnotifikata l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

▼B

2.  L-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8(2) u (3) għandhom jiġu ddikjarati fiċ-ċertifikat, kif ukoll il-ġustifikazzjoni tiegħu.

▼M3

3.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinnotifika lill-AETS biċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-prospett fl-istess ħin li tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

L-AETS u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jippubblikaw fuq is-sit elettroniku tagħhom il-lista taċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tal-prospetti u ta’ kwalunkwe supplimenti mehmużin magħhom, li huma nnotifikati skont dan l-Artikolu, inkluża, jekk tapplika, hyperlink għal dawk id-dokumenti ppubblikati fuq il-website tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, fuq il-website tal-emittent, jew fuq is-sit elettroniku tas-suq regolat. Il-lista ppubblikata għandha tinżamm aġġornata u kull punt għandu jibqa’ fuq il-websites għal perijodu ta’ mill-inqas 12-il xahar.

4.  Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva u jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għan-notifika taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni, il-kopja tal-prospett, is-suppliment għall-prospett u t-traduzzjoni tas-sommarju.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B



KAPITOLU V

L-UŻU TA’ L-ILSNA U DAWK LI JOĦORĠU T-TITOLI INKORPORATI F’PAJJIŻI TERZI

Artikolu 19

L-użu ta’ l-ilsna

1.  Meta ssir offerta lill-pubbliku jew titfittex ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat fl-Istat Membru tal-post biss, il-prospett għandu jitfassal f’ilsien aċċettat mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post.

2.  Meta ssir offerta lill-pubbliku jew titfittex l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat fi Stat Membru jew iktar minbarra l-Istat tal-post, il-prospett għandu jitfassal f’ilsien aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawn l-Istati Membri jew f’ilsien skond id-drawwa fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, fuq il-għażla ta’ min joħroġ it-titoli, ta’ min joffrihom jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni, skond kif ikun il-każ. L-awtorità kompetenti ta’ kull wieħed mill-Istati Membri ospitanti tista’ teħtieġ biss illi s-sommarju jiġi tradott fl-ilsien/ilsna uffiċjali tagħha.

Bil-għan ta’ l-iskrutinju mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post, il-prospett għandu jitfassal f’ilsien aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawn l-Istati Membri jew f’ilsien skond id-drawwa fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, fuq l-għażla ta’ min joħroġ it-titoli, ta’ min joffrihom jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni, skond kif ikun il-każ.

3.  Meta ssir offerta lill-pubbliku jew titfittex l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat fi Stat Membru jew iktar inkluż l-Istat Membru tal-post, il-prospett għandu jitfassal f’ilsien aċċettat mill-awtorità kompetenti ta’ dan l-Istat Membru tal-post u għandu jintgħamel disponibbli wkoll jew f’ilsien aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull wieħed mill-Istati membri ospitanti jew fi lsien skond id-drawwa fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, fuq l-għażla ta’ min joħroġ it-titoli, ta’ min joffrihom jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni, skond kif ikun il-każ. L-awtorità kompetenti ta’ kull wieħed mill-Istat Membri ospitanti tista’ teħtieġ biss illi s-sommarju riferit fl-Artikolu 5(2) jiġi tradott fl-islien/ilsna uffiċjali tagħha.

▼M2

4.  Meta tintalab l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat ta' titoli mingħajr ekwità li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tammonta għal tal-anqas EUR 100 000, il-prospett għandu jitfassal jew fi lsien aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u tal-Istati Membri ospitanti jew fi lsien li jintuża abitwalment fil-qasam tal-finanzi internazzjonali, fuq l-għażla tal-emittent, tal-offerent jew tal-persuna li tkun qed titlob l-ammissjoni għall-kummerċ, skont il-każ. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, jirrikjedu li jitfassal sommarju fl-ilsien/ilsna uffiċjali tagħhom.

▼B

Artikolu 20

Min joħroġ it-titoli inkorporati f’pajjiżi terzi

1.  L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post ta’ dawk li joħorġu t-titoli li jkollhom l-uffiċju reġistrat tagħhom f’pajjiż terz jistgħu japprovaw prospett għal offera lill-pubbliku jew għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, imfassal skond il-leġislazzjoni ta’ pajjiż terz, sakemm:

(a) il-prospett ikun imfassal skond l-istandards internazzjonali ffissati mill-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-kummissjonjiet tat-titoli, inklużi l-istandards ta’ l-iżvelar ta’ l-IOSCO;

(b) il-ħtiġiet tat-tagħrif, inkluż it-tagħrif ta’ natura finanzjarja, ikunu ekwivalenti għall-ħtiġiet skond din id-Direttiva.

2.  Fil-każ ta’ offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat tat-titoli, maħruġa minn wieħed li joħroġ it-titoli inkorporat f’pajjiż terz, fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru tal-post, għandhom japplikaw il-ħtiġiet iddikjarati fl-Artikoli 17, 18 u 19.

▼M2

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' delega skont l-Artikolu 24a, u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 24b u 24c, il-miżuri li jistabbilixxu l-kriterji ġenerali ta' ekwivalenza, ibbażati fuq ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 5 u 7.

▼M1

Fuq il-bażi tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri implimentattivi skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 24(2), filwaqt li tiddikjara li pajjiż terz jiżgura l-ekwivalenza tal-prospetti mfassla f’dak il-pajjiż ma’ din id-Direttiva, permezz tal-liġi nazzjonali tiegħu jew tal-prattika jew proċeduri bbażati fuq standards internazzjonali stipulati minn organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi l-istandards ta’ żvelar IOSCO.

▼B



KAPITOLU VI

L-AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 21

Il-Poteri

1.  Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità ċentrali amministrattiva kompetenti responsabbli mit-twettiq ta’ l-obbligi pprovduti f’din id-Direttiva u sabiex tiżgura li jiġu applikati d-disposizzjonijiet adottati skond din id-Direttva.

Madankollu, Stat Membru jista’, jekk meħtieġ bil-liġijiet nazzjonali, jinnomina awtoritajiet amministrattivi oħra sabiex jiġi applikat il-Kapitolu III.

Dawn l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu indipendenti għal kollox mill-parteċipanti fis-swieq.

Jekk offerta għat-titoli tintgħamel lill-pubbliku jew titfittex ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat tal-post, l-awtorità ċentrali amministrattiva kompetenti innominata minn Kull Stat Membru biss għandha tkun intitolata li tapprova l-prospett.

▼M3

1a.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-AETS għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1b.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu mingħajr dewmien lill-AETS bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq dmirijietha, f’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

2.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jiddelegaw kompiti. Għajr għad-delega tal-pubblikazzjoni fuq l-Internet tal-prospetti approvati u l-mili tal-prospetti kif imsemmi fl-Artikolu 14, kull delega tal-kompiti li jkollha x’taqsam ma’ l-obbligi pprovduti f’din id-Direttiva u fil-miżuri ta’ implimentazzjoni għandha tiġi rivista, skond l-Artikolu 31 sal-31 ta’ Diċembru 2008, u għandha ttemm fil-31 ta’ Diċembru 2011. Kull delega tal-kompiti lill-entitajiet għajr l-aworitajiet riferiti fil-paragrafu 1 għandha ssir f’manjiera speċifika li tiddikjara l-kompiti li jridu jindaħlu għalihom u l-kondizzjonijiet li fuqhom trid titwettaq.

Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jinkludu klawsola li tobbliga lill-entità fil-kwistjoni li taġixxi u tiġi organizzata f’manjiera hekk illi jiġi evitat il-kunflitt ta’ l-interess u sabiex it-tagħrif miksub mit-twettiq tal-kompiti ddelegati ma jintużax b’mod mhux ġust jew li jipprevjeni l-kompetizzjoni. Ikun xi jkun il-każ, ir-responsabbiltà aħħarija għas-sorveljanza għall-ħarsien ta’ din id-Direttiva u tal-miżuri tagħha ta’ implimentazzjoni u għall-approvazzjoni tal-prospett għandha tkun ta’ l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti nominati skond il-paragrafu 1.

▼M3

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra dwar kull arranġament li jidħlu fih rigward id-delega tal-kompiti, inklużi l-kondizzjonijiet preċiżi li jirregolaw din id-delega.

▼B

3.  Kull awtorità kompetenti għandu jkollha l-poteri kollha meħtieġa sabiex taqdi x-xogħol tal-funzjonijiet tagħha. Awtorità kompetenti li tkun irċeviet applikazzjoni sabiex tapprova prospett għandu mill-inqas ikollha s-setgħa li:

(a) teħtieġ lil min joħroġ it-titoli, lil min joffrihom u lill-persuni li jitolbu l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat li jinkludu fil-pospett it-tagħrif supplimentari, jekk meħtieġ, għall-protezzjoni ta’ l-investituri;

(b) teħtieġ lil min joħroġ it-titoli, lil min joffrihom u lill-persuni li jitolbu għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, u lill-persuni li jikkontrollawhom jew li huma kkontrollati minnhom, li jippovdu tagħrif u dokumenti;

(ċ) teħtieġ lill-verifikaturi u l-managers ta’ min joħroġ it-titoli, ta’ min joffrihom jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, kif ukoll lill-intermedjarji finanzjarji kumissjonati li jwettqu l-offerta lill-pubbliku jew li jitolbu l-ammissjoni għall-kummerċ li jipprovdu t-tagħrif;

(d) tissospendi offerta pubblika jew ammissjoni għall-kummerċ għall-massimu ta’ għaxart ijiem wara xulxin tax-xogħol f’kull okkażjoni waħdiena jekk ikollha raġunijiet sodi li tissuspetta illi jkunu ġew miksura d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

(e) tipprojbixxi jew tissospendi r-riklami għall-massimu ta’ għaxart ijiem wara xulxin tax-xogħol f’kull okkażjoni waħdiena jekk ikollha raġunijiet sodi li temmen illi ġew miksura d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

(f) tipprojbixxi offerta pubblika jekk issib illi ġew miksura d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jew ikollha raġunijiet sodi li tissuspetta li jinkisru;

(g) tissospendi jew titlob lis-swieq regolati rilevanti li jissospendu lkummerċ f’suq regolat għall-massimu ta’ għaxart ijiem tax-xogħol f’kull okkażjoni waħdiena jekk ikollha raġunijiet sodi li temmen illi ġew miksura d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

(h) tipprojbixxi l-kummerċ f’suq regolat jekk issib illi ġew miksura d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

(i) tagħmel pubbliku l-fatt illi wieħed li joħroġ it-titoli jkun qiegħed jonqos milli jħares l-obbligi tiegħu.

Fejn meħtieġ skond il-liġijiet nazzjonali, l-awtorità kompetenti tista’ titlob lill-awtorità ġudizzjarja rilevanti li jiddeċiedu dwar l-użu tal-poteri riferiti fil-punti minn (d) sa (h) ta’ hawn fuq.

4.  Kull waħda mill-awtoritajiet kompetenti għandu wkoll, ġaladarba t-titoli jkumu ġew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, ikollha s-setgħa li:

(a) teħtieġ lil min joħroġ it-titoli li jiżvela t-tagħrif materjali kollu li jista’ jkollu effett fuq l-istima tat-titoli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat sabiex tiżgura l-protezzjoni ta’ l-investituri jew sabiex twitti l-ħidma tas-suq;

(b) tissospendi jew titlob lis-suq regolat rilevanti li jissospendi t-titoli milli jiġu kkumerċjati jekk, fl-opinjoni tagħha, is-sitwazzjoni ta’ min joħroġ it-titoli tkun ta’ ħsara għall-interessi ta’ l-investituri;

(ċ) tiżgura illi dawk li joħorġu t-titoli li t-titoli tagħhom jiġu kkummerċjati fis-swieq regolati jħarsu l-obbligi pprovduti fl-Artikoli 102 u 103 tad-Direttva 2110/34/KE u li jiġi pprovdut tagħrif ekwivalenti lill-investituri u jiġi konċess trattament ekwivalenti minn min joħroġ it-titoli lill-pussessuri kollha tat-titoli li jkunu l-istess posizzjoni, fl-Istati Membri kollha fejn tiġi magħmula l-offerta pubblika jew fejn it-titoli jiġu ammessi għall-kummerċ;

(d) twettaq spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju tagħha skond il-liġijiet nazzjonali sabiex tivverifika l-konformità mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u ►M2  l-atti ta' delega msemmija fiha. ◄ Meta meħtieġa skond il-liġijiet nazzjonali, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw din is-setgħa billi japplikaw lill-awrorità ġudizzjarja rilevanti u/jew f’koperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra.

▼M3

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS għandha tkun intitolata tipparteċipa fi spezzjonijiet fil-post imsemmija fil-punt (d) fejn dawn jitwettqu b’mod konġunt minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar.

▼B

5.  Il-paragrafi mill-1 sa l-4 għandhom ikunu mingħajr preżudizzju għall-possibbiltà illi Stat Membru jagħmel arranġamenti legali u ammininistrattivi separati għat-territorji Ewropej lil hemm mill-baħar li Stat Membru jkun responsabbli mir-relazzjonijiet barranija tagħhom.

Artikolu 22

Is-segretezza professjonali u l-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet

1.  L-obbligu tas-sigriet professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew kienu jaħdmu ma’ awtorità kompetenti jew ma’ entitajiet li l-awtorità kompetenti tkun iddelegatilhom ċerti kompiti. It-tagħrif kopert bis-segretezza professjonali ma jista jiġi żvelat lill-ebda persuna jew awtorità oħra għajr skond id-disposizzjonijiet stabbiliti bil-liġi.

2.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma’ xulxin kull meta meħtieġ bil-għan li jwettqu d-dmirijiet tagħhom u jagħmlu użu mis-setgħat tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu assistenza lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra. B’mod partikolari, għandhom jiskambjaw it-tagħrif u jikkoperaw meta min joħroġ it-titoli jkollu iktar minn awtorità kompetenti waħda tal-post minħabba l-klassijiet varji tat-titoli, jew meta l-approvazzjoni ta’ prospett tkun ġiet ittrasferita lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor skond l-Artikolu 13(5). Għandhom ukoll jikkoperaw mill-qrib meta jeħtieġu sospensjoni jew il-projibizzjoni tal-kummerċ tat-titoli kkummerċjati fi Stati Membri varji sabiex jiżguraw livell uniformi bejn il-postijiet tal-kummerċ u l-protezzjoni ta’ l-investituri. Meta approprjat, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti tista’ titlob l-asistenza ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post mill-istadju li fih jiġi stkrutinat il-każ, b’mod partikolari rigward tip ġdid jew għamliet rari ta’ titoli. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post tista’ titlob għal tagħrif mingħand l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti rigward kull oġġett speċifiku għas-suq rilevanti.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu jikkonsultaw ma’ l-operaturi tas-swieq regolati kif meħtieġ u, b’mod partikolari, meta jkunu qegħin jiddeċiedu dwar sospensjoni, jew biex jitolbu suq regolat li jissospendi jew jippojbixxi l-kummerċ.

▼M3

L-awtoritjajiet kompetenti jistgħu jirreferu lill-AETS sitwazzjonijiet fejn tkun ġiet rifjutata talba għal kollaborazzjoni, b’mod partikolari għal skambju ta’ informazzjoni, jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fil-każijiet msemmija fl-ewwel sentenza l-AETS tista’ taġixxi skont is-setgħa mogħtija lilha taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M3

3.  Il-paragrafu 1 m’għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali jew milli jittrasmettuha lill-AETS jew lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (minn hawn ‘il quddiem “BERS”), soġġett għal restrizzjonijiet marbuta ma’ informazzjoni speċifika għall-kumpannija u l-effetti fuq pajjiżi terzi kif previstt fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku ( 21 ) rispettivament. L-informazzjoni skambjata bejn l-awtoritajiet u l-AETS jew il-BERS għandha tkun koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali, li għalih huma soggetti l-persuni impjegati jew li kienu impjegati mill-awtoritajiet kompetenti li jircievu l-informazzjoni.

▼M3

4.  Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu u biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-informazzjoni rikjesta fil-paragrafu 2.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 2, u biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M3

Artikolu 23

Mizuri prekawzjonarji

1.  Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti ssib li gew kommessi irregolaritajiet mill-emittenti tat-titoli jew mill-istituzzjoni finanzjarja responsabbli mill-offerta pubblika jew l-emittenti kiser l-obbligi tiegħu minhabba l-fatt li t-titoli jiġu ammessi għall-kummerc f’suq regolat, għandha tirreferi dawk is-sejbiet lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domicilju u lill-AETS.

2.  Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew minħabba li dawn il-miżuri jinstabu inadegwati, l-emittenti tat-titoli jew l-istituzzjoni finanzjarja responsabbli mill-offerta pubblika jippersistu li jiksru d-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji rilevanti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u l-AETS, għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tipproteġi lill-investituri u għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-AETS b’dan mal-ewwel opportunità li jkollha.

▼B



KAPITOLU VII

IL-MIŻURI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 24

Il-proċedura tal-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tat-Titoli Ewropej istitwit bid-Deċiżjoni 2001/528/KE (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/68/KE, filwaqt li jitqiesu d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha u sakemm il-miżuri ta’ l-implimentazzjoni adottati skond din il-proċedura ma jimmodifikawx id-disposizzjonijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

▼M1

2a.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-diżpożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

▼M1

3.  Sal-31 ta’ Diċembru 2010, u, wara din id-data, għall-inqas kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tirrivedi d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-setgħat tagħha ta’ implimentazzjoni u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament ta’ dawk is-setgħat. Dan ir-rapport għandu jeżamina, partikolarment, il-ħtieġa li l-Kummissjoni tipproponi emendi għal din id-Direttiva sabiex tiżgura l-kamp ta’ applikazzjoni xieraq tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Il-konklużjoni dwar jekk hemmx il-ħtieġa ta’ emendament jew le għandha tiġi akkumpanjata minn dikjarazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għal din il-konklużjoni. Jekk ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva għall-emendament tad-dispożizzjonijiet li jagħtu setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

▼M2

Artikolu 24a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħat li tadotta l-atti ta' delega msemmijin fl-Artikolu 1(4), l-Artikolu 2(4), l-Artikolu 3(4), il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 4(1), l-Artikolu 5(5), l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 13(7), l-Artikolu 14(8), l-Artikolu 15(7) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20(3) għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta' erba' snin mill-31 ta' Diċembru 2010. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport fir-rigward tas-setgħa ddelegata sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' erba' snin. Id-delega tas-setgħa għandha tkun awtomatikament estiża għal perjodi tal-istess tul ta' żmien, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jirrevokawhiex skont l-Artikolu 24b.

2.  Malli tadotta att ta' delega, il-Kummissjoni għandha tinnotifika minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwaru.

3.  Is-setgħa li tadotta atti ta' delega hija konferita lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 24b u 24c.

Artikolu 24b

Revoka tad-delega

1.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 1(4), l-Artikolu 2(4), l-Artikolu 3(4), il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 4(1), l-Artikolu 5(5), l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 13(7), l-Artikolu 14(8), l-Artikolu 15(7) jew l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.  L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed l-aħħar deċiżjoni, filwaqt li tindika liema setgħa ddelegata għandha tkun soġġetta għal revoka.

3.  Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva minnufih jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ta' delega diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 24c

Oġġezzjonijiet għal atti ta' delega

1.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att ta' delega fi żmien perjodu ta' tliet xhur mid-data tan-notifika.

Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur.

2.  Jekk, meta jiskadi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att ta' delega, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data mniżżla fih.

L-att ta' delega jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

3.  Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att ta' delega fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. F' konformita' mal-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att ta' delega.

▼B

Artikolu 25

Is-Sanzjonijiet

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-Istati Membri li jimponu sanzjonijiet kriminali u mingħajr preġudizzju għar-reġim tagħhom ta’ responsabblità ċivili, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, skond il-liġijiet nazzjonali tagħhom, li jkunu jistgħu jittieħdu l-miżuri amministrattivi appoprjati jew li jkunu jistgħu jiġu imposti sanzjonijiet amministrattivi kontra l-persuni responsabbli, meta ma jitħarsux id-disposizzjonijiet adottati sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi dawn il-miżuri jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi l-awtorità kompetenti tkun tista’ tiżvela lill-pubbliku kull miżura jew sanzjon li jkunu ġew imposti għall-ksur tad-disposizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva, għajr jekk l-iżvelar jipperikola b’mod gravi s-swieq finanzjarji jew jikkawża ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti.

Artikolu 26

Id-Dritt ta’ l-appell

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi d-deċiżjonijiet meħuda skond il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi adottati skond din id-Direttiva jkunu bla ħsara għad-dritt ta’ l-appell quddiem il-qrati.



KAPITOLU VIII

ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 27

L-emendi

B’effett mid-data dikjarata fl-Artikolu 29, id-Direttiva 2001/34/KE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. L-Artikoli 3, 20 sa 41, 98 sa 101, 104 u 198 (2)(ċ)(ii) għandhom jiġu mħassra;

2. fl-Artikolu 107(3), l-ewwel paragrafu għandu jitħassar.

3. fl-Artikolu 108(2)(a), il-kliem “il-kondizzjonijiet dwar kif jiġi stabbilit, il-kontroll u ċ-ċirkolazzjoni tal-partikolaritajiet tal-bini tal-listi li jridu jiġu applikati għall-ammissjoni” għandhom jitħassru;

4. L-Anness I għandu jitħassar.

Artikolu 28

It-Tħassir

B’effett mid-data indikata fl-Artikolu 29, id-Direttiva 89/298/KE għandha titħassar. Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 29

It-Trasposizzjoni

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta’ Lulju 2005. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 30

Dispożizzjoni transitorja

1.  Dawk li joħorġu t-titoli li huma inkorporati f’pajjiż terz u li t-titoli tagħhom ikunu diġà ġew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat għandhom jagħżlu l-awtorità kompetenti tagħhom skond l-Artikolu 2(1)(m)(iii) u jinnotifikaw id-deċiżjoni tagħhom lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post magħżul minnhom sal-31 ta’ Diċembru 2005.

2.  Bħala deroga mill-Artkolu 3, l-Istati Membri li jkunu wżaw l-eżenzjoni fl-Artikolu 5(a) tad-Direttiva 89/298/KEE jistgħu jissoktaw jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra ekwivalenti għall-istituzzjonijiet tal-kreditu li ma jkunux koperti bl-Artikolu 1(2)(j) ta’ din id-Direttiva sabiex joffru titoli tad-dejn jew titoli trasferibbli oħra ekwivalwenti għat-titoli tad-dejn maħruġa f’manjiera ssoktata u mtennija ġewwa t-territorju tagħhom għal ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

3.  Bħala deroga mill-Artikolu 29, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tikkonforma ma’ l-Artikolu 21(1) sal-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 31

Ir-rivista

Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tagħmel stima dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tippreżenta rapport lill- Parlament Ewropew u lill-Kunsill akkumpanjat fejn approprjat bi proposti għar-rivista tiegħu.

▼M5

Artikolu 31a

Persunal u riżorsi tal-AETS

L-AETS għandha tivvaluta l-ħtiġijiet ta' persunal u riżorsi li jirriżultaw mis-setgħat u d-dmirijiet tagħha f'konformità ma' din id-Direttiva u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni f'dan ir-rigward.

▼B

Artikolu 32

Id-Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 33

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

IL-PROSPETT

I.   Is-Sommarju

Is-sommarju għandu jipprovdi fi ftit paġni it-tagħrif l-iktar importanti inkluż fil-prospett, li mill-inqas ikopri l-punti li ġejjin:

A. l-identità tad-diretturi, il-ġestjoni anzjana, il-konsulenti u l-awdituri

B. statistika dwar l-offerta u l-iskeda mistennija taż-żmien

Ċ.  ►M2  L-informazzjoni essenzjali li tirrigwarda ◄ informazzjoni finanzjarja magħżula; il-kapitalizzazzjoni u l-obbligu morali; ir-raġunijiet għall-offerta u l-użu ta' l-introjti; il-fatturi tar-riskju

D. tagħrif li jirrigwarda lil min joħroġ it-titoli

 l-istorja u l-iżvilupp ta' min joħroġ it-titoli

 veduta ġenerali tan-negozju

E. ir-rivista operattiva u finanzjarja u l-prospetti

 ir-riċerka u l-iżvilupp, il-patenti u l-liċenzji, eċċ.

 ix-xejriet

F. id-diretturi, il-ġestjoni anzjana u l-impjegati

G. l-azzjonisti maġġuri u t-transazzjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-partijiet

H. it-tagħrif finnzjarju

 dikjarazzjoni konsolidata u tagħrif finanzjarju ieħor

 bidliet sinifikattivi

I. id-dettalji ta' l-offerta u l-ammissjoni għall-kummerċ

 l-offerta u l-ammissjoni għall-kummerċ

 il-pjan tad-distribuzzjoni

 is-swieq

 l-azzjonisti bejjiegħa

 id-dilwit (it-titoli ta' ekwità biss)

 l-ispejjeż tal-ħruġ

J. tagħrif addizzjonali

 il-kapital ta' l-ishma

 il-memorandum u l-artikoli ta' assoċjazzjoni,

 id-dokumenti esibiti

II.   L-identita tad-diretturi, tal-ġestjoni anzjana, il-konsulenti u l-awdituri

L-għan huwa li jiġu identifikati r-rappreżentanti tal-kumpanija u individwi oħra involuti fl-offerta tal-kumpanija jew l-ammissjoni tagħha għall-kummerċ; dawn huma l-persuni responsabbli mit-tfassil tal-prospett kif mitlub fl-Artikolu 5 tad-Direttiva u dawk responsabbli mill-verifika tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

III.   L-istatistika dwar l-offerta u l-iskeda mistennija taż-żmien

Il-għan huwa li ►M2  tiġi pprovduta l-informazzjoni essenzjali li tirrigwarda ◄ l-kondotta ta' kull offerta u l-identifikazzjoni tad-dati importanti li jkollhom x'jaqsmu ma' din l-offerta.

A. L-istatistika ta' l-offerta

B. Il-metodu u l-iskeda mistennija taż-żmien

IV.    ►M2  L-informazzjoni essenzjali ◄

L-għan huwa li ►M2  titqassar l-informazzjoni essenzjali ◄ dwar il-kondizzjoni finanzjarja tal-kumpanija, il-kapitalizzazzjoni u l-fattur tar-riskju. Jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji inklużi fid-dokument jiġu ddikjarati mill-ġdid sabiex jirriflettu l-bidliet materjali fl-istruttura tal-grupp tal-kumpanija jew il-politika tal-kontabbiltà, l-informazzjoni finanzjarja magħżula trid ukoll tiġi ddikjarata mill-ġdid.

A. L-informazzjoni finanzjarja magħżula

B. Il-kapitalizzazzjoni u t-telf morali

Ċ. Ir-raġunijiet għall-offerta u l-użu ta' l-introjti

D. Il-fatturi tar-riskju

V.   It-tagħrif dwar il-kumpanija

Il-għan huwa li jiġi pprovdut tagħrif dwar il-ħidmiet tan-negozju tal-kumpanija, il-prodotti li tagħmel jew is-servizzi li tipprovdi, u l-fatturi li jaffettwaw in-negozju. Huwa maħsub ukoll li jiġi pprovvdut tagħrif li jirrigwarda kemm huma adegwati u xierqa l-proprjetajiet, l-impjant u t-tagħmir, kif ukoll il-pjani tiegħu għaż-żidiet jew it-tnaqqis tal-kapaċità futura.

A. L-istorja u l-iżvilupp tal-kumpanija

B. Veduta ġenerali tan-negozju

Ċ. L-istuttura ta' l-organizzazzjoni

D. Il-proprjetà, l-impjant u t-tagħmir

VI.   Ir-rivista operattiva u finanzjarja u l-prospetti

Il-għan huwa li tiġi pprovduta l-ispjega tal-ġestjoni dwar il-fatturi li affettwaw il-kondizzjoni finanzjarja tal-kumpanija u r-riżultati tal-ħidmiet għall-perjodi storiċi taż-żmien koperti bid-dikjarazzjonijiet finanzjarji, u l-istima tal-ġestjoni dwar il-fatturi u x-xejriet li jkunu mistennija li jkolhom effett materjali fuq il-kondizzjoni finanzjarja tal-kumpanija u r-riżultati tal-ħidmiet fil-perjodi futuri taż-żmien.

A. Ir-riżultati operattivi

B. Il-likwidità u r-riżorsi kapitali

Ċ. Ir-riċerka u l-iżvilupp, il-patenti u l-liċenzji, eċċ.

D. Ix-xejriet

VII.   Id-diretturi, il-ġestjoni anzjana u l-impjegati

L-għan huwa li jiġi pprovdut tagħrif li jirrigwarda d-diretturi u l-managers tal-kumpanija li jrid jippermetti lill-investituri li jistmaw l-esperjenza, il-kwalifiki u l-livelli tar-rimunerazzjoni tagħhom, kif ukoll ir-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija.

A. Id-Diretturi u l-ġestjoni anzjana

B Il-ħlas

Ċ. Il-prattiċi tal-Bord

D. L-impjegati

E. Il-pussess ta' l-ishma

VIII.   L-azzjonisti maġġuri u t-transazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-partijiet

L-għan huwa li jiġi pprovdut tagħrif li jirrigwarda l-azzjonisti maġġuri u oħrajn li jistgħu jikkontollaw jew ikollhom influwenza fuq il-kumpanija. Jiġi pprovdut ukoll tagħrif li jirrigwarda t-transazzjonijiet li l-kumpanija tkun daħlet għalihom ma' persuni affiljati mal-kumpanija u jekk it-termini ta' dawn it-transazzjonijiet ikunux ġusti għall-kumpanija.

A. L-azzjonisti maġġuri

B. It-transazzjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-partijiet

Ċ. L-interessi ta' l-esperti u tal-konsulenti

IX.   It-tagħrif finanzjarju

L-għan huwa li jiġu speċifikati liema dikjarazzjonijiet finanzjarji jridu jiġu inklużi fid-dokument, kif ukoll il-perjodi taż-żmien li jridu jiġu koperti, l-età tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji u tagħrif ieħor ta' natura finanzjarja. Il-prinċipji tal-kontabbiltà u tal-verifika li jridu jiġu aċċettati sabiex jintużaw fit-tħejjija u l-verifika tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji jridu jiġu stabbiliti skond l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u l-verifika.

A. Id-dikjarazzjonijiet konsolidati u tagħrif finanzjarju ieħor

B. Bidliet sinifikanti

X.   Id-dettalji ta' l-offerta u d-dettalji dwar l-ammissjoni għall-kummerċ

L-għan huwa li jiġi pprovvdut tagħrif li jirrigwarda l-offerta u l-ammissjoni tat-titoli għall-kummerċ, il-pjan tad-distribuzzjoni tat-titoli u materji relatati.

A. L-offerta u l-ammissjoni għall-kummerċ

B. Il-pjan għad-distribuzzjoni

Ċ. Is-swieq

D. Il-pussessuri tat-titoli li jkunu qegħding ibigħu

E. Id-dilwit (it-titoli ta' ekwità biss)

F. L-ispejjeż tal-ħruġ

XI.   Tagħrif addizzjonali

L-għan huwa li jiġi pprovdut tagħrif li l-biċċa l-kbira minnu huwa ta' natura statutorja, li mhu kopert imkien ieħor fil-prospett.

A. Il-kaptal ta' l-ishma

B. Il-memorandum u l-artikoli ta' assoċjazzjoni,

Ċ. Il-kuntratti materjali

D. Il-kontrolli ta' l-iskambju

E. It-tassazzjoni

F. Id-dividendi u l-aġenti li jħallsu

G. Id-dikjarazzjoni ta' l-esperti

H. Id-dokumenti esibiti

I. Tagħrif sussidjarju




ANNESS II

ID-DOKUMENT TAR-REĠISTRAZZJONI

I.   L-identità tad-diretturi, tal-ġestjoni anzjana, il-konsulenti u l-awdituri

L-għan huwa li jiġu identifikati r-rappreżentanti tal-kumpanija u individwi oħra involuti fl-offerta tal-kumpanija jew l-ammissjoni tagħha għall-kummerċ; dawn huma l-persuni responsabbli mit-tfassil tal-prospett u dawk responsabbli mill-verifika tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

II.    ►M2  L-informazzjoni essenzjali ◄ dwar min joħroġ it-titoli

L-għan huwa li ►M2  titqassar l-informazzjoni essenzjali ◄ dwar il-kondizzjoni finanzjarja tal-kumpanija, il-kapitalizzazzjoni u l-fattur tar-riskju. Jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji inklużi fid-dokument jiġu ddikjarati mill-ġdid sabiex jirriflettu l-bidliet materjali fl-istruttura tal-grupp tal-kumpanija jew il-politika tal-kontabbiltà, l-informazzjoni finanzjarja magħżula trid ukoll tiġi ddikjarata mill-ġdid.

A. L-informazzjoni finanzjarja magħżula

B. Il-kapitalizzazzjoni u l-obbligu morali

Ċ. Il-fatturi tar-riskju

III.   It-tagħrif dwar il-kumpanija

L-għan huwa li jiġi pprovdut tagħrif dwar il-ħidmiet tan-negozju tal-kumpanija, il-prodotti li tagħmel jew is-servizzi li tipprovdi, u l-fatturi li jaffettwaw in-negozju. Huwa maħsub ukoll li jiġi pprovdut tagħrif li jirrigwarda kemm huma adegwati u xierqa l-proprjetajiet, l-impjant u t-tagħmir, kif ukoll il-pjani tagħha għaż-żidiet jew it-tnaqqis tal-kapaċità futura.

A. L-istorja u l-iżvilupp tal-kumpanija

B. Veduta ġenerali tan-negozju

Ċ. L-istuttura ta' l-organizzazzjoni

D. Il-proprjetà, l-impjant u t-tagħmir

IV.   Ir-rivista operattiva u finanzjarja u l-prospetti

L-għan huwa li tiġi pprrovvduta l-ispjega tal-ġestjoni dwar il-fatturi li jkunu affettwaw il-kondizzjoni finanzjarja tal-kumpanija u r-riżultati tal-ħidmiet għall-perjodi storiċi taż-żmien koperti bid-dikjarazzjonijiet finanzjarji, u l-istima tal-ġestjoni dwar il-fatturi u x-xejriet li jkunu mistennija li jkollhom effett materjali fuq il-kondizzjoni finanzjarja tal-kumpanija u r-riżultati tal-ħidmiet fil-perjodi futuri taż-żmien.

A. Ir-riżultati operattivi

B. Il-likwidità u r-riżorsi kapitali

Ċ. Ir-riċerka u l-iżvilupp, il-patenti u l-liċenzji, eċċ.

D. Ix-xejriet

V.   Id-diretturi, il-ġestjoni anzjana u l-impjegati

L-għan huwa li jiġi pprovdut tagħrif li jirrigwarda d-diretturi u l-managers tal-kumpanija li jrid jippermetti lill-investituri li jistmaw l-esperjenza, il-kwalifiiki u l-livelli tar-rimunerazzjoni tagħhom, kif ukll ir-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija.

A. Id-Diretturi u l-ġestjoni anzjana

B Il-ħlas

Ċ. Il-prattiċi tal-Bord

D. L-impjegati

E. Il-pussess ta' l-ishma

VI.   L-azzjonisti maġġuri u t-transazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-partijiet

L-għan huwa li jiġi pprovdut tagħrif li jirrigwarda l-azzjonisti maġġuri u oħrajn li jistgħu jikkontrollaw jew ikollhom influwenza fuq il-kumpanija. Jiġi pprovdut ukoll tagħrif li jirrigwarda t-transazzjonijiet li l-kumpnija tkun daħlet għalihom ma' persuni affiljati mal-kumpanija u jekk it-termini ta' dawn it-transazzjonijiet ikunux ġusti għall-kumpanija.

A. L-azzjonisti maġġuri

B. It-transazzjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-partijiet

Ċ. L-interessi ta' l-esperti u tal-konsulenti

VII.   It-tagħrif finanzjarju

L-għan huwa li jiġu speċifikati liema dikjarazzjonijiet finanzjarji jridu jiġu inklużi fid-dokument, kif ukoll il-perjodi taż-żmien lijridu jiġu koperti, l-età tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji u tagħrif ieħor ta' natura finanzjarja. Il-prinċipji tal-kontabbiltà u tal-verifika li jridu jiġu aċċettati sabiex jintużaw fit-tħejjija u l-verifika tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji jridu jiġu stabbiliti skond l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u l-verifika.

A. Id-dikjarazzjonijiet ikkonsoliati u tagħrif finanzjarju ieħor

B. Bidliet sinifikanti

VIII.   Tagħrif addizzjonali

L-għan huwa li jiġi pprovdut tagħrif li l-biċċa l-kbira minnu huwa ta' natura stattuorja, li mhu kopert imkien ieħor fil-prospett.

A. Il-kaptal ta' l-ishma

B. Il-memorandum u l-artikoli ta' assoċjazzjoni,

Ċ. Il-kuntratti materjali

D. Id-dikjarazzjoni ta' l-esperti

E. Id-dokumenti esibiti

F. Tagħrif sussidjarju




ANNESS III

IN-NOTA DWAR IT-TITOLI

I.   L-identità tad-diretturi, tal-ġestjoni anzjana, il-konsulenti u l-awdituri

L-għan huwa li jiġu identifikati r-rappreżentanti tal-kumpanija u individwi oħra involuti fl-offerta tal-kumpanija jew l-ammissjoni tagħha għall-kummerċ; dawn huma l-persuni responsabbli mit-tfassil tal-prospett u dawk responsabbli mill-verifika tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

II.   L-istatistika dwar l-offerta u l-iskeda mistennija taż-żmien

L-għan huwa li ►M2  tiġi pprovduta l-informazzjoni essenzjali li tirrigwarda ◄ l-kondotta ta' kull offerta u l-identifikazzjoni tad-dati importanti li jkolhom x'jaqsmu ma' din l-offerta.

A. L-istatistika ta' l-offerta

B. Il-metodu u l-iskeda mistennija taż-żmien

III.    ►M2  L-informazzjoni essenzjali ◄ dwar min joħroġ it-titoli

L-għan huwa li ►M2  titqassar l-informazzjoni essenzjali ◄ dwar il-kondizzjoni finanzjarja tal-kumpanija, il-kapitalizzazzjoni u l-fattur tar-riskju. Jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji inklużi fid-dokument jiġu ddikjarati mill-ġdid sabiex jirriflettu l-bidliet materjali fl-istruttura tal-grupp tal-kumpanija jew il-politika tal-kontabbiltà, l-informazzjoni finanzjarja magħżula trid ukoll tiġi ddikjarata mill-ġdid.

A. Il-kapitalizzazzjoni u l-obbligu morali

B. Ir-raġunijiet għall-offerta u l-użu ta' l-introjti

Ċ. Il-fatturi tar-riskju

IV.   L-interessi ta' l-esperti

L-għan huw li jiġi ppovdut tagħrif li jirrigwarda t-transazzjonijiet li l-kumpanija tkun daħlet għalihom ma' l-esperti jew il-konsulenti impjegati fuq bażi ta' kontinġenza.

V.   Id-dettalji ta' l-offerta u l-ammissjoni għall-kummerċ

L-għan huwa li jiġi pprovdut tagħrif li jirrigwarda l-offerta u l-ammissjoni tat-titoli għall-kummerċ, il-pjan tad-distribuzzjoni tat-titoli u materji relatati.

A. L-offerta u l-ammissjoni għall-kummerċ

B. Il-pjan għad-distribuzzjoni

Ċ. Is-swieq

D. Pussessuri tat-titoli li jbigħu

E. Id-dilwit (it-titoli ta' ekwità biss)

F. L-ispejjeż tal-ħruġ

VI.   Tagħrif addizzjonali

L-għan huwa li jiġi pprovdut tagħrif li l-biċċa l-kbira minnu huwa ta' natura statutorja, li mhux kopert imkien ieħor fil-prospett.

A. Il-kontrolli ta' l-iskambju

B. It-tassazzjoni

Ċ. Id-dividendi u l-aġenti li jħallsu

D. Id-dikjarazzjoni ta' l-esperti

E. Id-dokumenti esibiti




ANNESS IV

IN-NOTA SOMMARJA

In-nota sommarja għandha tipprovdi fi ftit paġni t-tagħrif l-iktar importanti inkluż fil-propsett, li mill-inqas ikopri l-punti li ġejjin:

 l-identità tad-diretturi, tal-ġestjoni anzjana, il-konsulenti u l-awdituri

 l-istatistika dwar l-offerta u l-iskeda mistennija taż-żmien

  ►M2  l-informazzjoni essenzjali li tirrigwarda ◄ informazzjoni finanzjarja magħżula; il-kapitalizzazzjoni u l-obbligu morali; ir-raġunijiet għall-offerta u l-użu ta' l-introjti; il-fatturi tar-riskju

 tagħrif li jirrigwarda lil min joħroġ it-titoli

 

 l-istorja u l-iżvilupp ta' min joħroġ it-titoli

 veduta ġenerali tan-negozju

 ir-rivista operattiva u finanzjarja u l-prospetti

 

 ir-riċerka u l-iżvilupp, il-patenti u l-liċenzji, eċċ.

 ix-xejriet

 id-diretturi, il-ġestjoni anzjana u l-impjegati

 l-azzjonisti maġġuri u t-transazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-partijiet

 it-tagħrif finanzjarju

 

 dikjarazzjoni konsolidata u tagħrif finanzjarju ieħor

 bidliet sinifikattivi

 id-dettalji ta' l-offerta u l-ammissjoni għall-kummerċ

 

 l-offerta u l-ammissjoni għall-kummerċ

 il-pjan tad-distribuzzjoni

 is-swieq

 l-azzjonisti bejjiegħa

 id-dilwit (it-titoli ta' ekwità biss)

 l-ispejjeż tal-ħruġ

 tagħrif addizzjonali

 

 il-kapital ta' l-ishma

 il-memorandum u l-artikoli ta' l-inkorporazzjoni

 id-dokumenti disponibbli għall-ispezzjon



( 1 ) ĠU C 240 E, tat-28.8.2001, pġ. 272 u

ĠU C 20 E, tat-28.1.2003, pġ. 122.

( 2 ) ĠU C 80, tat-3.4.2002, pġ. 52.

( 3 ) ĠU C 344, tas-6.12.2001, pġ. 4.

( 4 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Marzu 2002 (ĠU C 47 E, tas-27.2.2003, pġ. 417), Posizzjoni Komuni ta’ l-24 ta’ Marzu 2003 (ĠU C 125 E, tas-27.5.2003, pġ. 21) u l-Posizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ Lulju 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003.

( 5 ) ĠU L 100, tas-17.4.1980, pġ. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/18/KE (ĠU L 135, tal-31.5.1994, pġ. 1).

( 6 ) ĠU L 124, tal-5.5.1989, pġ. 8.

( 7 ) ĠU L 184, tas-6.7.2001, pġ. 1.

( 8 ) ĠU L 141, tal-11.6.1993, pġ. 27. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 290, tas-17.11.2000, pġ. 27).

( 9 ) L-istandards internazzjonali ta’ l-iżvelar għall-offerti li jaqsmu l-fruntieri u d-dħul inizjali fil-listi minn barranin li joħorġu t-titoli, Parti I, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli, Settembru 1998.

( 10 ) ĠU L 191, tat-13.7.2001, pġ. 45.

( 11 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, pġ. 23.

( 12 ) ĠU L 135, tal-31.5.1994, pġ. 5.

( 13 ) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

( 14 ) ĠU L 126, tas-26.5.2000, pġ. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/28/KE (ĠU L 275, tas-27.10.2000, p. 37).

( 15 ) ĠU L 294, 6.11.2013, p. 13.

( 16 ) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.

( 17 ) ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.

( 18 ) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.

( 19 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

( 20 ) ĠU L 125, tal-5.5.2001, pġ. 15.

( 21 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.