1994L0011 — MT — 01.07.2013 — 003.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
ID-DIRETTIVA 94/11/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL tat-23 ta’ Marzu 1994 (ĠU L 100, 19.4.1994, p.37) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
L 363 |
81 |
20.12.2006 |
||
L 158 |
172 |
10.6.2013 |
Emendat bi:
L 236 |
33 |
23.9.2003 |
ID-DIRETTIVA 94/11/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
tat-23 ta’ Marzu 1994
dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tikkettjar tal-materjali li jintużaw fil-komponenti ewlenin tax-xeddijiet tas-saqajn għall-bejgħ lill-konsumatur
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropeja, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),
Fiwlaqt li jaġixxu skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 189b tat-Trattat,
Billi f’ċerti Stati Membri jeżistu Regolamenti dwar it-tikkettjar tax-xeddijiet tas-saqajn li huma mmirati biex jipproteġu u jgħarrfu lill-pubbliku kif ukoll biex jiżguraw l-interessi legittimi ta’ l-industrija;
Billi n-nuqqas ta’ qbil bejn dawn ir-Regolamenti jheddu illi joħolqu ostakoli għall-kummerċ ġewwa l-Komunità, u b’hekk jippreġudika l-ħidma tas-suq intern;
Billi, sabiex jiġu evitati l-problemi minħabba s-sistemi differenti, l-intestaturi ta’ sistema komuni tat-tikkettjar tax-xeddijiet tas-saqajn għandhom jiġu ddefiniti b’mod preċiż;
Billi r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Novembru 1989 dwar il-prijoritajiet gejjiena biex terġa’ titnieda l-politika dwar il-protezzjoni tal-konsumatur ( 3 ) titlob li jkun hemm sforzi sabiex jitjieb it-tagħrif għall-konsumatur dwar il-prodotti;
Billi hu fl-interess kemm tal-konsumaturi u kemm ta’ l-industrija tax-xeddijiet tas-saqajn illi tiġi introdotta sistema li tnaqqas ir-riskju ta’ frodi billi tkun indikata n-natura preċiża tal-materjali wżati fil-komponenti prinċipali tax-xeddijiet tar-riġlejn;
Billi, fir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ April 1993 fuq l-azzjoni gejjiena dwar it-tikkettjar tal-prodotti fl-interess tal-konsumatur ( 4 ), it-tikkettjar hu meqjus bħala mezz importanti sabiex ikun hemm tagħrif aħjar u trasparenza akbar għall-konsumatur u biex ikun żgurat illi s-suq intern jaħdem b’mod armonjuż;
Billi t-tqarrib lejn xulxin tal-leġislazzjonijiet nazzjonali huwa l-mod approprjat sabiex jitneħħew dawn l-ostakoli għall-kummerċ ħieles; billi dan l-għan ma jistax jintlaħaq b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri individwalment; billi din id-Direttiva tistabbilixxi biss dawk il-ħtiġiet illi huma indispensabbli għall-moviment ħieles tal-prodotti li għalihom tapplika,
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għat-tikkettjar tal-materjali wżati fil-komponenti prinċipali tax-xeddijiet tas-saqajn għal-bejgħ lill-konsumatur.
Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, “xeddijiet tas-saqajn” ifissru l-oġġetti kollha li jkollhom qiegħ applikat iddisinjat sabiex jipproteġi jew jgħatti s-sieq, inklużi l-partijiet mqiegħda fis-suq separatament li hemm referenza għalihom fl-Anness I.
Lista mhux magħluqa tal-prodotti koperti bid-Direttiva tidher fl-Anness II.
Dawn li ġejjin għandhom jiġu esklużi mid-Direttiva:
— ix-xeddijiet tas-saqajn użati, milbusa,
— ix-xeddijiet tas-saqajn protettivi koperti bid-Direttiva 89/686/KEE ( 5 ),
— ix-xeddijiet tas-saqajn koperti bid-Direttiva 76/769/KEE ( 6 ),
— ix-xeddijiet tas-saqajn ġugarelli.
2. It-tagħrif dwar il-kompożizzjoni tax-xeddijiet tas-saqajn għandu jingħata permezz tat-tikkettjar kif speċifikat fl-Artikolu 4.
(i) It-tikkettjar għandu jagħti tagħrif dwar it-tliet partijiet tax-xeddijiet tas-saqajn kif imfisser fl-Anness I, jiġifieri:
(a) il-parti ta’ fuq;
(b) l-inforra u s-suletta; u
(ċ) il-pett.
(ii) Il-kompożizzjoni tax-xeddijiet tas-saqajn għandha tkun indikata kif speċifikat fl-Artikolu 4 imsejsa fuq il-piktogrammi jew l-indikazzjonijiet bil-miktub għall-materjali speċifiċi, kif hemm stabbilit fl-Anness I.
(iii) Fil-każ tal-wiċċ tax-xedd, il-klassifika tal-materjali għandha tiġi deċiża fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 4(1) u fl-Anness I, mingħajr ma jiġu kkunsidrati l-aċċessorji jew it-tisħiħ bħal ma huma l-irqajja għall-għekiesi, borduri, ornamenti, bokkli, udieni, ħoloq li jsaħħu t-toqob fil-materjali jew oġġetti simili li jitwaħħlu max-xedd.
(iv) Fil-każ tal-pett, il-klassifika għandha tkun imsejsa fuq il-volum tal-materjali li jinsabu fih, skond l-Artikolu 4.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw illi x-xeddijiet tas-saqajn kollha imqiegħda fis-suq jilħqu l-ħtiġiet tat-tikkettjar ta’ din id-Direttiva mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti l-oħra tal-Komunità.
2. Meta xeddijiet tas-saqajn li ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet dwar il-ħtiġiet tat-tikkettjar jiġu mqiegħda fis-suq, l-Istat Membru kompetenti għandu jieħu l-azzjoni approprjata speċifikata fil-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu.
Artikolu 3
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti oħra Komunitarji, l-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq tax-xeddijiet tas-saqajn li jħarsu l-ħtiġiet tat-tikkettjar ta’ din id-Direttiva, bl-użu tad-dispożizzjonijiet nazzjonali mhux armonizzati li jirregolaw it-tikkettjar ta’ ċerti tipi ta’ xeddijiet tas-saqajn jew tax-xeddijiet tas-saqajn in ġenerali.
Artikolu 4
1. It-tikkettjar għandu jagħti tagħrif dwar il-materjal, stabbilit skond l-Anness I, li jikkostitwixxi mill-inqas 80 % tal-wiċċ tal-parti ta’ fuq, u ta’ l-inforra u s-suletta, tax-xedd, u mill-inqas 80 % tal-volum tal-pett. Jekk l-ebda materjal ma jammonta għal mill-inqas 80 %, it-tagħrif għandu jingħata fuq iż-żewġ materjali prinċipali wżati fil-kompożizzjoni tax-xedd.
2. It-tagħrif għandu jingħata fuq ix-xedd. Il-fabbrikant jew l-aġent awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jista’ jagħżel rappreżentazzjoni bil-piktogrammi jew indikazzjonijiet bil-miktub f’mill-inqas l-ilsien jew l-ilsna li jistgħu jintagħżlu mill-Istat Membru konsumatur b’konformità mat-Trattat, kif imfisser u muri fl-Anness I. L-Istati Membri, fid-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom għandhom jiżguraw illi l-konsumaturi huma infurmati sew bit-tifsir ta’ din ir-rappreżentazzjoni bil-piktogrammi, filwaqt li jiżguraw illi dawk id-dispożizzjonijiet ma joħolqux ostakoli għall-kummerċ.
3. Għall-għan ta’ din id-Direttiva, it-tikkettjar għandu jkun jikkonsisti fit-twaħħil tat-tagħrif meħtieġ fuq mill-inqas wieħed mill-par tax-xeddijiet. Dan jista’ jsir permezz ta’ stampar, twaħħil, ibbozzar jew billi titwaħħal tikketta.
4. It-tikkettja għandha tkun tidher, imwaħħla sew u aċċessibbli u l-qisien tal-piktogrammi għandhom ikunu kbar biżżejjed sabiex jagħmluha faċli illi wieħed jifhem it-tagħrif li jkun hemm fihom. Ma għandux ikun possibbli illi t-tikketta tqarraq bil-konsumatur.
5. Il-fabbrikant jew l-aġent awtorizzat tiegħu stabbiliti fil-Komunità għandhom ir-responsabbiltà li jfornu t-tikketta u għar-reqqa tat-tagħrif illi din ikun fiha. Jekk la l-fabbrikant u lanqas l-aġent awtorizzat tiegħu ma jkunu stabbiliti fil-Komunità, dan l-obbligu għandu jmiss lill-persuna responsabbli mill-ewwel tqegħid fis-suq Komunitarju tax-xeddijiet tas-saqajn. Il-bejjiegħ bl-imnut għandu jibqa’ responsabbli sabiex jiżgura illi x-xeddijiet mibjugħa minnu jkollhom it-tikkettjar approprjat preskritt minn din id-Direttiva.
Artikolu 5
Tagħrif testwali addizzjonali, imwaħħal, jekk ikun meħtieġ, fuq it-tikkettjar jista’ jiżdied mat-tagħrif meħtieġ f’din id-Direttiva. Madankollu, l-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq tax-xeddijiet tas-saqajn li jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, skond l-Artikolu 3.
Artikolu 6
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-23 ta’ Settembru 1995. Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni minnufih.
2. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri riferiti fil-paragrafu 1 mit-23 ta’ Marzu 1995. Il-ħażniet li tkun inħarġitilhom il-fattura jew li jkunu ġew ikkunsinnati lill-bejjiegħ bl-imnut qabel din id-data ma għandhomx ikunu bla ħsara għall-miżuri msemmija sat-23 ta’ Settembru 1997.
3. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif għandha ssir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
4. Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill, tliet snin wara li din id-Direttiva tkun daħlet fis-seħħ, rapport ta’ stima li jikkunsidra kull diffikultà illi setgħet ġiet iltaqgħu magħha l-operaturi meta kienu qegħdin iħaddmu d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u għandhom jippreżentaw, jekk ikun hemm il-ħtieġa, proposti approprjati għar-reviżjoni.
Artikolu 7
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
1. Id-definizzjoni u l-piktogrammi korrispondenti jew l-indikazzjonijiet bil-miktub dwar il-partijiet tax-xeddijiet tas-saqajn li għandhom ikunu identifikati
Ir-rappreżentazzjoni bil-piktogrammi |
L-indikazzjonijiet bil-miktub |
|
(a) Il-parti ta’ fuq; Din hi l-faċċata ta’ barra ta’ l-element strutturali li jkun imwaħħal mal-pett. |
|
F: Tige; D: Obermaterial; IT: Tomaia; NL: Bovendeel; EN: Upper; DK: Overdel; GR: ΕΠΑΝΩ ΜΕΡΟΣ; ES: Empeine; P: Parte superior; ►A1CZ: Vrch; EST: Pealne; LV: Virsa; LT: Viršus; HU: Felsőrész; M: Wiċċ; PL: Wierzch; SI: Zgornji del; SK: Vrch; ◄ ►M1BG: лицева част; RO: față. ◄ ►M2HR: Gornjište ◄ |
(b) L-inforra u s-suletta Dawn huma l-inforra tal-parti ta’ fuq u tas-suletta, li jiffurmaw il-parti ta’ ġewwa tax-xedd tas-saqajn. |
|
F: Doublure et semelle de propreté; D: Futter und Decksohle; IT: Fodera e Sottopiede; NL: Voering en inlegzool; EN: Lining and sock; DK: Foring og bindsål; GR: ΦΟΑΡΕΣ ES: Forro y plantilla; P: Forro e Palmilha; ►A1CZ: Podšívka a stélka; EST: Vooder ja sisetald; LV: Odere un ieliekamā saistzole; LT: Pamušalas ir įklotė; HU: Bélés és fedőtalpbélés; M: Inforra u suletta; PL: Podszewka z wyściółką; SI: Podloga in vložek (steljka); SK: Podšívka a stielka; ◄ ►M1BG: подплата и стелка; RO: căptușeală și acoperiș de branț. ◄ ►M2HR: Podstava i uložna tabanica ◄ |
(c) Il-pett Din hi l-parti tal-qiegħ tax-xedd tas-saqajn, li hi suġġetta li tittiekel u li hija mwaħħla mal-parti ta’ fuq. |
|
F: Semelle extérieure; D: Laufsohle; IT: Suola esterna; NL: Buitenzool; EN: Outer sole; DK: Ydersål; GR: ΣΟΛΑ; ES: Suela; P: Sola; ►A1CZ: Podešev; EST: Välistald; LV: Ārējā zole; LT: Padas; HU: Járótalp; M: Pett ta' barra; PL: Spód; SI: Podplat; SK: Podošva; ◄ ►M1BG: външно ходило; RO: talpă exterioară. ◄ ►M2HR: Potplat (donjište) ◄ |
2. Id-definizzjoni u r-rappreżentazzjoni bil-piktogrammi korrispondenti tal-materjali
Ir-rappreżentazzjoni bil-piktogrammi |
L-indikazzjonijiet bil-miktub |
|
(a) (i) Il-Ġilda Espressjoni ġenerali li tirreferi għall-ġilda li jkollha l-fibra strutturali oriġinali tagħha ftit jew wisq mhux mimsusa, ikkonzata biex ma tnawwarx. Ix-xagħar jew is-suf jista’ jkun jew jista’ ma jkunx imneħħi. Il-ġilda tista’ tkun ukoll magħmula minn ġild li jkun ġie maqsum f’safef jew issegmentat qabel jew wara li jkun ġie kkonzat. Madankollu, jekk il-ġild ikkonzat jiġi ddiżintegrat b’mod mekkaniku u/jew kimiku fi frak fibruż, biċċiet żgħar jew trab u mbagħad, bi jew mingħajr iż-żieda ta’ aġent li jgħaqqad, jiġi magħmul f’folji jew f’għamliet oħra, dawn il-folji jew forom ma jkunux ġilda. Jekk il-ġilda jkollha kisja fil-wiċċ, tkun kif tkun applikata,jew raffinatura mwaħħla bil-kolla, dawn is-safef tal-wiċċ ma jistgħux ikunu ħoxnin aktar minn 0,15 mm. Għalhekk, il-ġlud kollha huma koperti mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet l-oħra legali, eż. il-Konvenzjoni ta’ Washington.Jekk jintuża t-terminu “ġilda bil-grana sħiħa” fit-tagħrif addizzjonali bil-miktub li mhux obbligatorju riferit fl-Artikolu 5, dan jgħodd għall-ġilda li jkollha l-wiċċ oriġinali tagħha mikxuf bit-tneħħija tar-rita ta’ barra tal-ġilda u bl-ebda parti mill-wiċċ imneħħi permezz tal-ibbaffjar, snuffing jew qsim. |
|
F: Cuir; D: Leder; IT: Cuoio; NL: Leder; EN: Leather; DK: Læder; GR: ΔΕΡΜΑ; ES: Cuero; P: Couros e peles curtidas; ►A1CZ: Useň; EST: Nahk; LV: Āda; LT: Oda; HU: Bőr; M: Ġilda; PL: Skóra; SI: Usnje; SK: Useň; ◄ ►M1BG: кожа; RO: piei cu față naturală. ◄ ►M2HR: Koža ◄ |
(a) (ii) Ġilda Miksija ġilda fejn il-kisja tal-wiċċ tal-ġilda ma taqbiżx terz tal-ħxuna totali tal-prodott iżda jaqbez iż-0,15 mm. |
|
F: Cuir enduit; D: Beschichtetes Leder; IT: Cuoio rivestito; NL: Gecoat leder; EN: Coated leather; DK: Overtrukket læder; GR: ΕΠΕΝΔΕΔΥΜΕΝΟ ΔΕΡΜΑ; ES: Cuero untado; P: Couro revestido; ►A1CZ: Povrstvená useň; EST: Kaetud nahk; LV: Pārklāta āda; LT: Padengta oda; HU: Bevonatos bőr; M: Ġilda miksija; PL: Skóra pokryta; SI: Krito usnje; SK: Povrstvená useň; ◄ ►M1BG: кожа с покритие; RO: piei cu față corectată. ◄ ►M2HR: Koža korigiranog lica ◄ |
(b) Tessuti naturali minsuġa u tessuti sintetiċi jew mhux minsuġa “Tessuti” għandhom ifissru l-prodotti kollha koperti bid-Direttiva 71/307/KEE u l-emendi tagħha. |
|
F: Textile; D: Textil; IT: Tessili; NL: Textiel; EN: Textile; DK: Tekstil-materialer; GR: ΥΦΑΣΜΑ; ES: Textil; P: Téxteis; ►A1CZ: Textilie; EST: Tekstiil; LV: Tekstilmateriāls; LT: Tekstilė; HU: Textil; M: Tessut; PL: Materiał włókienniczy; SI: Tekstil; SK: Textil; ◄ ►M1BG: текстил; RO: textile. ◄ ►M2HR: Tekstil ◄ |
(c) Il-materjali l-oħra kollha |
|
F: Autres matériaux; D: Sonstiges Material; IT: Altre materie; NL: Overige materialen; EN: Other materials; DK: Andre materialer; GR: ΑΛΛΑ ΥΛΙΚΑ; ES: Otros materiales; P: Outros materiais; ►A1CZ: Ostatní materiály; EST: Teised materjalid; LV: Citi materiāli; LT: Kitos medžiagos; HU: Egyéb anyag; M: Materjal ieħor; PL: Inny materiał; SI: Drugi materiali; SK: Iný materiál; ◄ ►M1BG: всички други материали; RO: alte materiale. ◄ ►M2HR: Drugi materijali ◄ |
ANNESS II
EŻEMPJI TAX-XEDDIJIET TAS-SAQAJN KOPERTI MINN DIN ID-DIRETTIVA
“Ix-xeddijiet tas-saqajn” jistgħu jvarjaw minn qrieq bil-parti ta’ fuq tagħhom tikkonsisti sempliċement f’lazzijiet jew żagarelli li jistgħu jiġu aġġustati sa buzijiet għolja illi l-parti ta’ fuq tagħhom tkun tkopri r-riġel u l-koxxa. Fost il-prodotti inklużi għalhekk hemm:
(i) ix-xeddijiet tas-saqajn ċatti jew b’takkuna għolja għalbiex jintlibsu ġewwa jew barra mid-dar;
(ii) il-buzijiet sa l-għaksa, il-buzijiet qosra, il-buzijiet sa’ l-irkobba, u l-buzijiet għolja;
(iii) il-qrieq ta’ tipi diversi, l-“espadrilles” (xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-luna u l-pett magħmul minn materjal veġetali maħdum), iż-żraben tat-teNnis, iz-żraben tal-ġiri u sport ieħor, is-sandlijiet tal-għawm u xeddijiet tas-saqajn ta’ kuljum oħra;
(iv) iż-żraben sportivi speċjali li huma ddisinjati għall-attività sportiva u li għandhom, jew għandhom provvediment għat-twaħħil ta’, msiemer bil-ponta mqabbża, tappini, klippijiet, biċċiet tal-metall jew oġġetti simili u ż-żraben ta’ l-iskejz, iż-żraben ta’ l-iskì u ż-żraben ta’ l-iskijjar fit-tul, iż-żraben tal-lotta, iż-żraben tal-boksing u ż-żraben għas-sewqan tar-rota. Inklużi wkoll hemm oġġetti komposti magħmula minn xeddijiet is-saqajn li jkollhom pattini jew skejtz bir-roti mwaħħlin;
(v) l-iskarpini taż-żfin;
(vi) ix-xeddijiet tas-saqajn magħmula minn biċċa waħda, b’mod partikolari billi jiġi mmudellat il-lastiku jew il-plastik, iżda li ma jinkludux oġġetti li jintremew wara l-użu u li jkunu magħmula minn materjal ħafif u rqiq (karta, plastik irqiq ħafna, eċċ., mingħajr pettijiet imwaħħla);
(vii) il-galoxxi illi jintlibsu fuq xedd tas-saqajn ieħor, illi xi drabi ma jkollhomx takkuna;
(viii) ix-xeddijiet tas-saqajn illi jintremew wara l-użu, illi jkollhom pettijiet imwaħħla, ġeneralment ddisinjati sabiex jintużaw darba waħda biss;
(ix) ix-xeddijiet tas-saqajn ortopediċi.
Għal raġunijiet ta’ omoġeneità u ċarezza, u mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet imsemmija fid-deskrizzjoni tal-prodotti koperti b’din id-Direttiva, il-prodotti koperti bil-Kapitolu 64 tan-nomenklatura magħquda (“CN”) jistgħu, bħala regola ġenerali, ikunu meqjusa illi jaqgħu taħt din id-Direttiva.
( 1 ) ĠU Ċ 74, 25.3.1992, p. 10.
( 2 ) ĠU Ċ 287, 4.11.1992, p. 36.
( 3 ) ĠU Ċ 294, 22.11.1989, p. 1.
( 4 ) ĠU Ċ 110, 20.4.1993, p. 3.
( 5 ) ĠU L 399, 30.12.1989, p. 18.
( 6 ) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.