1994L0009 — MT — 01.01.2013 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA 94/9/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Marzu 1994

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw it-tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplussivi

(ĠU L 100, 19.4.1994, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003

  L 284

1

31.10.2003

►M2

REGOLAMENT (UE) Nru 1025/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta' Ottubru 2012

  L 316

12

14.11.2012




▼B

ID-DIRETTIVA 94/9/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Marzu 1994

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw it-tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplussivi



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 189b tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi huwa d-dmir ta’ l-Istati Membri li jipproteġu, fit-territorju tagħhom, is-sigurezza u s-saħħa ta’ persuni u, fejn xieraq, ta’ l-annimali domestiċi u l-proprjetà u, b’mod partikolari, dik tal-ħaddiema, speċjalment kontra l-perikoli li jirriżultaw mill-użu ta’ tagħmir u sistemi li jipprovdu protezzjoni kontra atmosferi potenzjalment splussivi.

Billi dispożizzjonijiet obbligatorji fl-Istati Membri jistabbilixxu l-livell ta’ sigurezza li għandu jinkiseb permezz ta’ tagħmir protettiv u sistemi maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi; billi dawn huma ġeneralment speċifikazzjonijiet elettriċi u mhux elettriċi li jkollhom effett fuq id-disinn u l-istruttura tat-tagħmir li jista’ jintuża f’atmosferi potenzjalment esplożivi.

Billi l-ħtiġiet li għandhom jitħarsu minn tagħmir bħal dak ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor fejn dwar il-firxa tagħhom u l-proċeduri differenti ta’ spezzjoni; billi dawn id-differenzi, għalhekk, x’aktarx qed joħolqu ostakoli għall-kummerċ fi ħdan il-Komunità;

Billi l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni nazzjonali huwa l-uniku mod li bih jitneħħew dawn l-ostakoli għall-kummerċ liberu; billi dan l-objettiv ma jistax jintlaħaq b’mod soddisfaċenti mill-Istati Membri individwali; billi din id-Direttiva tistipula l-ħtiġiet essenzjali għall-libertà tal-moviment għat-tagħmir li japplika għalih.

Billi r-regolamenti maħsuba biex ineħħu l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ huma meħtieġa li jsegwu linja ġdida kif ipprovdut fir-reżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 1985 ( 3 ), li teħtieġ definizzjoni tal-ħtiġiet essenzjali li għandhom x’jaqsmu mas-sigurezza u ħtieġiet oħra tas-soċjetà mingħajr ma jitnaqqsu l-livelli eżistenti, livelli ġustifikati ta’ protezzjoni fi ħdan l-Istati Membri; billi dik ir-resoluzzjoni tipprovdi li numru kbir ħafna ta’ prodotti jkunu koperti minn Direttiva waħda sabiex ikunu evitati emendi frekwenti u l-proliferazzjoni tad-Direttivi;

Billi d-Direttivi eżistenti dwar l-approssimazjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri għat-tagħmir elettriku għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplussivi għamlu passi pożittivi lejn il-protezzjoni kontra l-isplussjonijiet permezz ta’ miżuri marbuta ma’ l-istruttura tat-tagħmir in kwistjoni u għenu biex jitneħħew l-ostakoli għall-kummerċ f’din is-settur; billi, b’mod parallel, huma meħtieġa reviżjoni u espansjoni tad-Direttivi eżistenti minħabba, b’mod partikolari, f’kuntest globali, għandha tittieħed azzjoni biex tħares il-perikoli potenzjali li huma kkawżati minn dan it-tagħmir. Dan jimplika, b’mod partikolari li l-miżuri maħsuba biex jiggarantixxu l-protezzjoni effettiva ta’ l-utenti u l-partijiet terzi għandhom ikunu diġà kkontemplati fl-istati tad-disinn u tal-manifattura;

Billi l-forma tal-periklu, il-miżuri protettivi u l-metodi tat-test huma ħafna drabi simili ħafna, jekk mhux identiċi, kemm għat-tagħmir għat-tħaffir u għall-wiċċ; billi, għalhekk, huwa assolutament meħtieġ li jkunu koperti minn Direttiva waħda t-tagħmir protettiv u s-sistemi li jaqgħu fi ħdan iż-żewġ gruppi;

Billi ż-żewġ gruppi ta’ tagħmir imsemmija hawn fuq huma wżati f’numru kbir ta’ setturi kummerċjali u ndustrijali u jippossjedu sinifikat ekonomiku konsiderevoli;

Billi hija essenzjali l-konformità mal-ħtiġiet bażiċi tas-sigurezza u tas-saħħa sabiex tkun assigurata s-sigurezza tat-tagħmir prottettiv u tas-sistemi; billi dawk il-ħtiġiet ġew suddiviżi fi ħtiġiet ġenerali u addizzjonali li għandhom jintlaħħqu mit-tagħmir protettiv u mis-sistemi; billi, b’mod partikolari, il-ħtiġiet addizzjonali huma maħsuba biex jagħtu kont tal-perikli eżistenti jew potenzjali; billi t-tagħmir protettiv u s-sistemi għandhom, għalhekk jirrappreżentaw mill-inqas waħda minn dawk il-ħtiġiet fejn din hija meħtieġa għall-funzjonament kif imiss tagħhom jew għandhom japplikaw għall-użu maħsub tagħhom; billi l-idea ta’ użu maħsub hija ta’ mportanza prima għall-protezzjoni kontra l-isplużjoni tat-tagħmir protettiv u s-sistemi; billi huwa essenzjali li l-manifatturi jfornu informazzjoni sħiħa; billi l-immarkar speċifiku u ċar tat-tagħmir imsemmi, li jispjega l-użu tiegħu f’atmosfera potenzjalment esplussivi, huwa wkoll meħtieġ.

Billi l-intenzjoni hija li tiġi ppreparata Direttiva dwar operazzjonijiet f’atmosferi potenzjalment esplussivi li hija bbażata fuq l-Artikolu 118a; billi Direttiva addizzjonali, b’mod partikolari, tkun immirata għal perikli ta’ splużjoni li jidderivaw minn użu u/jew tipi partikolari u metodi ta’ installazzjoni;

Billi l-konformità mal-ħtiġiet essenzjali tas-saħħa u s-sigurezza hija imperattiva jekk is-sigurezza tat-tagħmir għandha tkun assigurata; billi għandu jkun eżerċitat ġudizzju fl-implimentazzjoni ta’ dawk il-ħtiġiet sabiex jingħata kont kemm tat-teknoloġija eżistenti fil-ħin tal-manifattura u kemm tal-ħtiġiet tekniċi u ekonomiċi importanti;

Billi, għalhekk, din id-Direttiva tistabbilixxi biss ħtiġiet essenzjali; billi, sabiex ikun iffaċilitat ix-xogħol ta’ xiehda tal-konformità mal-ħtiġiet essenzjali, huma meħtieġa l-istandards Ewropej armonizzati, b’mod speċjali fejn għandhom x’jaqsmu l-aspetti mhux elettriċi ta’ protezzjoni kontra l-isplużjonijiet - standards li għandhom x’jaqsmu mad-disinn, il-manifattura u l-ittestjar tar-tagħmir, li konformità magħhom tippermetti li l-prodott ikun preżunt li jilħaq dawn il-ħtiġiet essenzjali; billi standards Ewropej armonizzati huma mfassla minn entitajiet privati u għandhom iżommu l-istatus mhux mandatarju tagħhom; billi, għal dan l-iskop, il-Kumitat Ewropew għall-istandardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għal istandardizzazzjoni Elettrotekniku (Cenelec) għandhom r-rikonoxximent bħala l-korpi kompetenti biex jadottaw standards armonizzati li jsegwu l-linji ta’ gwida ġenerali għall-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u dawn iż-żewġ korpi, iffirmata fit-13 ta’ Novembru 1984; billi, għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva standard armonizzat huwa speċifikazzjoni teknika (id-dokument ta’ Standard Ewropew jew ta’ armonizzazzjoni) adottat minn wieħed jew l-ieħor minn dawk il-korpi, jew mit-tnejn, fuq l-idea tal-Kummissjoni skond id-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE tat-28 ta’ Marzu 1983 li tipprovdi għall-proċedura li tirregola d-dispożizzjoni ta’ informazzjoni dwar standards u regolamenti ( 4 ) tekniċi u skond il-linji ta’ gwida ġenerali msemmija fuq.

Billi l-qafas leġislattiv għandu jittejjeb sabiex ikun assigurat li li s-sidien u l-ħaddiema jagħmlu kontribuzzjoni effettiva u xierqa lejn il-proċess ta’ istandardizzazzjoni; billi dan għandu jkun komplut sakemm tiġi mplimentata din id-Direttiva;

Billi, in vista tax-xorta tar-riskji involuti fl-użu ta’ tagħmir f’atmosferi potenzjalment esplożivi huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri li japplikaw għall-istima ta’ konformità mal-ħtiġiet bażiċi tad-Direttivi; billi dawn il-proċeduri għandhom maħsuba fid-dawl tal-livell tar-riskju li jista’ jkun involut fit-tagħmir u/jew li kontrih is-sistemi għandhom jipproteġu l-ambjent immedjat; billi, għalhekk, kull kategorija ta’ konformità ta’ tagħmir għandha tiġi ssuplimentata bi proċedura adegwata jew għażla bejn diversi proċeduri ekwivalenti; billi l-proċeduri adottati jikkonformaw għal kollox mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE tat-22 ta’ Lulju 1993 li tikkonċerna l-moduli għall-fażijiet varji tal-konformità tal-proċeduri ta’ stima li huma maħsuba biex jiġu wżati fl-armonizzazzjoni teknika tad-Direttivi ( 5 );

Billi l-Kunsill ipprovda biex tiġi mwaħħla l-marka CE jew mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fi ħdan il-Komunità; billi dak l-immarkar ifisser li l-prodott jikkonforma mal-ħtiġiet bażiċi kollha u mal-proċeduri ta’ stima previsti mill-liġi Komunitarja li tapplika għal dak il-prodott;

Billi hu xieraq li l-Istati Membri, kif previsti bl-Artikolu 100° tat-Trattat, jistgħu jieħdu miżuri temporanji biex jillimitaw jew jipprojibixxu t-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ tagħmir u sistemi protettivi fil-każijiet fejn jippresentaw riskju partikolari għas-sigurezza tal-persuni u, fejn xieraq, annimali jew proprjetà domestika, sakemm il-miżuri huma soġġetti għal proċedura Komunitarja ta’ kontroll;

Billi r-reċipjenti ta’ kull deċiżjoni meħuda bħala parti minn din id-Direttiva għandhom ikunu konxji tar-raġunijiet wara dik id-Deċiżjoni u l-mezz ta’ appell miftuħ għalihom;

Billi, fit-18 ta’ Diċembru 1985, il-Kunsill adotta Direttiva qafas dwar it-tagħmir elettriku għal użu f’atmosferi potenzjalment esplussivi (76/117/KEE) ( 6 ) u, fil-15 ta’ Frar 1982, Direttiva li tikkonċerna tagħmir elettriku għal użu f’atmosferi potenzjalent esplożivi f’mini suxxettibbli għall-gass li jisplodi meta jitħallat ma’ l-arja (82/130/KEE) ( 7 ); billi, mill-bidu nett tax-xogħol ta’ l-armonizzazzjoni, il-konverżjoni għal armonizzazzjoni totali ta’ l-armonizzazzjoni mhux obbligatorja u parzjali li fuqhom dawn id-Direttivi huma bbażati kienet ġiet ikkontemplata; billi din id-Direttiva tkopri għal kollox l-iskop tad-Direttivi msemmija hawn fuq u billi, għalhekk, dawn id-Direttivi għandhom jitħassru;

Billi s-suq intern jinkorpora żona mingħajr fruntieri interni li fi ħdanhom il-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa assigurat;

Billi huwa meħtieġ li jiġi pprovdut għal arranġament transitorju li jippermetti li tagħmir manifatturat f’konformità mar-regolamenti nazzjonali fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, li jitqiegħed fis-suq u fis-servizz,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:



KAPITOLU I

Il-qasam ta’ l-applikazzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-libertà tal-moviment

Artikolu 1

1.  Din id-Direttiva tapplika għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplożivi.

2.  Mekkaniżmi ta’ sigurezza, mekkaniżi li jikkontrollaw u mekkaniżmi li jirregolaw maħsuba għall-użu barra atmosferi potenzjalment esplożivi imma meħtieġa għal jew li jikkontribwixxu għall-funzjonament b’sigurezza tat-tagħmir u tas-sistemi ta’ protezzjoni fejn għandhom x’jaqsmu r-riskji ta’ splużjoni huma wkoll koperti bl-iskop ta’ din id-Direttiva.

3.  Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

It-tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplożivi

(a) “Tagħmir” ifisser magni, apparat, mekkaniżmi fissi jew mobbli, komponenti ta’ kontroll u l-instrumentazzjoni tagħhom u sistemi ta’ kxif u prevenzjoni li, separatament jew flimkien, huma maħsuba għall-ġenerazzjoni, it-trasferiment, il-ħażna, il-kejl, il-kontroll u l-konverżjoni ta’ enerġija u/jew l-ipproċessar ta’ materjal u li huma kapaċi jikkawżaw splużjoni permezz tas-sorsi potenzjali tat-tiqbid tagħhom stess.

(b) “Sistemi ta’ protezzjoni” tfisser mezzi għajr partijiet tat-tagħmir imfisser hawn fuq li huma maħsuba biex iżommu l-isplużjonijiet tal-bidu minnufih u/jew biex jillimitaw il-firxa effettiva ta’ splużjoni u li jkunu separatament imqiegħda fis-suq għall-użu bħala sistemi awtonomi.

(c) “Komponenti” jfissru kull oġġett essenzjali għall-funzjonament b’sigurezza ta’ tagħmir u sistemi ta’ tagħmir imma b’ebda funzjoni awtonoma.

Atmosferi esplożivi.

It-taħlit ta’ arja, taħt kondizzjonijiet atmosferiċi, ta’ sostanzi fjammabbli fil-forma ta’ gassijiet, fwar, ċpar jew trabijiet li fihom, wara li jseħħ it-tiqbid, il-kombustjoni tinfirex għat-taħlita sħiħa mhux maħruqa.

Atmosfera potenzjalment esplożiva.

Atmosfera li tista’ ssir esplożiva minħabba kondizzjonijiet lokali u operazzjonali.

Gruppi u kategoriji ta’ tagħmir.

Il-Grupp I ta’ tagħmir japplika għal tagħmir maħsub għall-użu f’partijiet ta’ mini taħt l-art, u f’dawk il-partijiet ta’ installazzjonijiet fil-wiċċ ta’ dawn il-mini, li x’aktarx jitqiegħdu f’perikolu minn gassijiet li jisplodu meta jitħalltu ma’ l-arja u/jew trab kombustibbli.

Il-grupp ta’ tagħmir II japplika għal tagħmir maħsub għall-użu f’postijiet oħrajn li x’aktarx jitqiegħdu f’perikolu minn atmosferi esplożivi.

Il-kategoriji ta’ tagħmir li jiddefinixxu l-livelli meħtieġa ta’ protezzjoni huma deskritti fl-Anness I.

It-tagħmir u s-sistemi ta’ protezzjoni jistgħu jiġu disinjati għal atmosfera esplożiva partikolari. F’dan il-każ, għandhom ikunu hekk immarkati.

L-użu maħsub.

L-użu tat-tagħmir, tas-sistemi ta’ protezzjoni, u tal-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 1(2) skond il-grupp u l-kategorija tat-tagħmir u skond l-informazzjoni kollha fornuta mill-manifattur li hi meħtieġa għall-funzjonament ta’ sigurezza tat-tagħmir, tas-sistemi ta’ protezzjoni u tal-mekkaniżmi.

4.  Dawn li ġejjin huma esklużi mill-qasam ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva:

 mekkaniżmi mediċi maħsuba għall-użu f’ambjent mediku,

 tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni fejn il-perikolu ta’ splużjoni jirriżulta esklussivament mill-presenza ta’ sustanzi esplożivi jew sustanzi kimiċi mhux stabbli,

 tagħmir maħsub għall-użu f’ambjenti domestiċi u mhux kummerċjali fejn atmosferi potenzjalment esplożivi jistgħu biss ikunu maħluqa rarament, unikament bħala riżultat ta’ tnixxija aċċidentali ta’ gass karburant,

 tagħmir personali ta’ protezzjoni kopert bid-Direttiva 89/686/KEE ( 8 ),

 bastimenti ta’ fuq il-baħar u unitajiet mobbli ‘l barra mix-xtut flimkien ma’ tagħmir abbord dawn il-bastimenti jew unitajiet,

 mezzi ta’ trasport, jiġifieri vetturi u l-karrijiet tagħhom maħsuba biss għat-trasport ta’ passiġġieri bl-ajru jew bit-triq, bil-ferrovija jew bir-retikolati fuq l-ilma, kif ukoll mezzi ta’ trasport sal-limitu li dawn il-mezzi huma ddisinjati għat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru, fi triq pubblika jew bir-retikolati tal-ferrovija jew fuq l-ilma. Vetturi maħsuba għall-użu f’atmosfera potenzjalment esplożiva m’għandhomx ikunu esklużi,

 it-tagħmir kopert bl-Artikolu 223(1)(b) tat-Trattat.

Artikolu 2

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri approprjati kollha xierqa sabiex jisguraw li t-tagħmir, is-sistemi ta’ protezzjoni u l-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 1(2) li għalihom tapplika din id-Direttiva jistgħu jitqiegħdu fis-suq u fis-servizz biss jekk, meta installati kif imiss u mantenuti u wżati għall-għan maħsub tagħhom, ma jipperikolawx is-saħħa u s-sigurezza ta’ persuni u, fejn xieraq, annimali domestiċi jew proprjetà.

2.  Id-disposizzzjonijiet ta’ din id-Direttiva m’għandhomx jaffettwaw id-dritt ta’ l-Istati Membri biex jistipulaw, f’osservanza debita tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, dawk il-ħtiġiet li jistgħu jqisu meħtieġa sabiex jassiguraw li persuni u, b’mod partikolari, l-ħaddiema huma protetti meta jużaw it-tagħmir, is-sistemi ta’ protezzjoni, u l-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 1(2) in kwistjoni sakemm dan ma jfissirx li dan it-tagħmir, is-sistemi ta’ protezzjoni, jew il-mekkaniżmi jkunu modifikati b’mod mhux speċifikat fid-Direttiva.

3.  F’fieri, esibizzjonijiet, dimostrazzjonijiet, eċċ., l-Istati Membri m’għandhomx jipprevjenu l-wiri ta’ tagħmir, sistemi ta’ protezzjoni, jew il-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 1(2) li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, sakemm sinjal viżibbli jindika b’mod ċar li dan it-tagħmir, is-sistemi ta’ protezzjoni, u il-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 1(2) ma jikkonformawx u mhumiex għall-bejgħ sakemm ma jinġiebux f’konformità mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità. Matul dimostrazzjonijiet, għandhom jittieħdu miżuri adegwati ta’ sigurezza sabiex tiġi assigurata l-protezzjoni ta’ persuni.

Artikolu 3

It-tagħmir, is-sistemi ta’ protezzjoni, u l-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 1(2) li għalihom tapplika din id-Direttiva għandhom jilħqu l-ħtiġiet essenzjali ta’ saħħa u sigurezza stipulata fl-Anness II li japplikaw għalihom, waqt li jingħata kont ta’ l-użu imaħsub tagħhom.

Artikolu 4

1.  L-Istati Membri m’għandhomx jipprojibixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq u fis-servizz fit-territorju tagħhom tat-tagħmir, tas-sistemi ta’ protezzjoni, jew mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 1(2) li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.

2.  L-Istati Membri m’għandhomx jipprojibixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta’ komponenti li, akkumpanjati minn attestazzjoni bil-miktub ta’ konformità kif imsemmi fl-Artikolu 8(3), huma maħsuba li jkunu inkorporati f’tagħmir jew sistemi ta’ protezzjoni skond it-tifsira ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 5

1.  L-Istati Membri għandhom iqisu bħala li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva, inklużi il-proċeduri ta’ stima ta’ konformità rilevanti stiplati fil-kapitolu II:

 it-tagħmir, is-sistemi ta’ protezzjoni, u l-mekkaniżi msemmija fl-Artikolu 1(2) li jkollhom magħhom dikjarazzjoni ta’ konformità CE imsemmija fl-Anness X u li jkollhom il-marka CE kif ipprovdut fl-Artikolu10,

 il-komponenti msemmija fl-Artikolu 4 (20, li jkollhom magħhom iċ-ċertifikat ta’ konformità msemmi fl-Artikolu 8(3).

Fin-nuqqas ta’ standards armonizzati, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha li jqisu meħtieġa biex iġibu għall-attenzjoni tal-partijiet konċernati l-istandards tekniċi nazzjonali eżistenti u l-ispeċifikazzjonijiet meqjusa bħala importanti jew rilevanti għall-implimentazzjoni kif suppost tal-ħtiġiet tas-saħħa u s-sigurezza essenzjali fl-Anness II.

2.  Meta standard nazzjonali li jittrasporta standard armonizzat, li r-referenza għalih ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew, ikopri ħtieġa waħda jew iktar essenzjali għas-saħħa u s-sigurezza, it-tagħmir, is-sistema ta’ protezzjoni, l-mekkaniżmu imsemmi fl-Artikolu 1(2), jew il-komponent imsemmi fl-Artikolu 4(2), mibni skond dak l-istandard għandu jkun preżunt li jikkonforma mal-ħtiġiet rilevanti essenzjali ta’ saħħa u sigurezza.

L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-referenzi ta’ standards nazzjonali li jittrasportaw l-istandards armonizzati.

3.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li jittieħdu miżuri adattati sabiex jippermettu lill-imsieħba soċjali li jinfluwenzaw il-proċess ta’ tħejjija u u sorveljar ta’ l-istandards armonizzati f’livell nazzjonali.

Artikolu 6

▼M2 —————

▼B

2.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta kull miżura xierqa bil-għan li tassigura l-applikazzjoni prattika b’mod uniformi ta’ din id-Direttiva skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 3.

▼M1

3.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti (minn hawn il-quddiem referut bħala “il-Kumitat”.).

Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 9 ) għandhom ikunu applikabli, wara li jkunu kkunsidrati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

▼B

4.  Il-Kumitat Permanenti jista’ barra minn hekk jeżamina kull kwistjoni li għandha x’taqsam ma’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u mqajjma mill-president tiegħu jew fuq l-inizjattiva ta’ dan ta’ l-aħħar, jew fuq it-talba ta’ Stat Membru.

Artikolu 7

1.  Meta Stat Membru jaċċerta li t-tagħmir, is-sistemi ta’ protezzjoni jew il-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 1(2) li jkollhom il-marka ta’ konformità CE u wżati skond l-użu maħsub tagħhom x’aktarx iqiegħdu f’perikolu s-sigurezza ta’ persuni u, fejn japplika ta’ annimali domestiċi jew proprjetà, għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jirtira dan it-tagħmir jew sistemi ta’ protezzjoni mis-suq, li jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq, fis-servizz jew l-użu tagħhom, jew li jirrestrinġi l-moviment liberu tagħhom.

L-Istat Membru għandu minnufih jinforma lill-Kummisssjoni b’kull miżura bħal dik, u jindika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u, b’mod partikolari, jekk in-nuqqas ta’ konformità hi dovuta għal:

(a) nuqqas li jiġu sodisfatti l-ħtiġiet essenzjali msemmija fl-Artikolu 3;

(b) applikazzjoni inkorretta ta’ l-istandards imsemmija fl-Artikolu 5(2);

(c) nuqqasijiet fl-istandards imsemmija fl-Artikolu 5(2).

2.  Il-Kummissjoni għandha tidħol f’konsultazzjoni mal-partijiet konċernati mingħajr dewmien. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra, wara din il-konsultazzjoni, li l-miżura hi ġustifikata, għandha minnufih tinforma b’dan lill-Istat Membru li kien ħa l-inizjattiva u lill-Istati Membri l-oħrajn. Meta l-Kummissjoni tikkonsidra, wara din il-konsultazzjoni, li l-miżura m’hijiex ġustifikata, għandha minnufih tinforma b’dan lill-Istat Membru li kien ħa l-inizjattiva u lill-manifattur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità. Meta d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 hi bbażata fuq nuqqas fl-istandards u meta l-Istat Membru fil-bidu tad-deċiżjoni jsostni l-pożizzjoni tiegħu, il-Kummissjoni għandha minnufih tinforma lill-Kumitat sabiex jibda l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 6(1).

3.  Meta t-tagħmir, sistema ta’ protezzjoni jew mezz li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2) li ma jikkonformawx ikollhom il-marka ta’ konformità CE, l-Istat Membru kompetenti għandu jieħu l-azzjoni xierqa kontra l-persuna(i) li tkun waħħlet il-marka u għandu jinforma b’dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn.

4.  Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-Istati Membri jinżammu informati dwar il-progress u r-riżultat ta’ din il-proċedura.



KAPITOLU II

Proċeduri ta’ stima tal-konformità

Artikolu 8

1.  Il-proċeduri għall-istima tal-konformità tat-tagħmir, inklużi fejn meħtieġ il-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 1(2), għandhom ikunu kif ġej:

(a)  il-gruppi tat-tagħmir I u II, il-kategorija tat-tagħmir M1 u 1

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu, sabiex iwaħħal l-marka CE, isegwi l-proċedura ta’ l-eżami tat-tip CE (imsemmija fl-Anness III), flimkien ma’:

 l-proċedura li għandha x’taqsam ma’ l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-produzzjoni (imsemmija fl-Anness IV),

 jew

 il-proċedura li għandha x’taqsam mal-verifikazzjoni tal-prodott (imsemmija fl-Anness V),

(b)  il-gruppi tat-tagħmir I u II, il-kategorija tat-tagħmir M2 u 2

(i) Fil-każ ta’ inġenji ta’ kombustjoni interna u tagħmir elettriku f’dawn il-gruppi u l-kategoriji, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu, sabiex iwaħħal l-marka CE, jsegwi l-proċedura ta’ l-eżami tat-tip CE (imsemmija fl-Anness III), flimkien ma’:

 l-proċedura li għandha x’taqsam mal-konformità tat-tip imsemmija fl-Anness VI, jew

 il-proċedura li għandha x’taqsam ma’ l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott imsemmija fl-Anness VII;

(ii) fil-każ ta’ tagħmir ieħor f’dawn il-gruppi u kategoriji, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu, sabiex iwaħħal l-marka CE, isegwi l-proċedura li għandha x’taqsam mal-kontroll intern tal-produzzjoni (imsemmi fl-Anness VIII)

u

jikkomunika d-dokument ipprovdut fl-Anness VIII, il-paragrafu 3, lill-korp notifikat, li għandu jgħarraf jikkonferma li jkun irċevieh kemm jista’ jkun malajr u jżommu.

(c)  il-grupp ta’ tagħmir II, il-kategorija tat-tagħmir 3

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu, sabiex iwaħħal l-marka CE, jsegwu l-proċedura li għandha x’taqsam mal-kontroll intern tal-produzzjoni msemmi fl-Anness VIII;

(d)  il-gruppi ta’ tagħmir I u II

B’żieda mal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (ċ), il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunit° jista’ ukoll, sabiex iwaħħal l-marka CE, jsegwi l-proċedura li għandha x’taqsam mal-verifikazzjoni ta’ l-unità CE (imsemmija fl-Anness IX).

2.  Id-dispożizzjonijiet ta’ 1 (a) u 1 (d) fuq għandhom jintużaw għall-istima ta’ konformità ta’ sistemi awtonomi ta’ protezzjoni.

3.  Il-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu applikati fejn għandhom x’jaqsmu l-komponenti kif imsemmija fl-Artikolu 4(2), ħlief għat-twaħħil tal-marka CE. Għandu jinħareġ attestazzjoni bil-miktub mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità, li jiddikjara l-konformità tal-komponenti mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li tapplika għalihom u jiddikjara li l-karatteristiċi tagħhom u l-mod li bih għandhom ikunu inkorporati fit-tagħmir jew fis-sistemi ta’ protezzjoni biex jgħinu l-konformità mal-ħtiġiet essenzjali applikabbli għal tagħmir lest jew għas-sistemi ta’ protezzjoni.

4.  B’żieda, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jista’, sabiex iwaħħal il-marka CE, jsegwi l-proċedura li għandha x’taqsam mal-kontroll intern tal-produzzjoni (imsemmija l-Anness VIII) fejn għandhom x’jaqsmu l-aspetti ta’ sigurezza msemmja fil-punt 1.2.7. ta’ l-Anness II.

5.  Minkejja l-paragrafi preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq talba debitament ġustifikata, jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq u fis-servizz fit-territorju ta’ l-Istat Membru kkonċernat tat-tagħmir, tas-sistemi ta’ protezzjoni u tal-mekkaniżmi ndividwali msemmija fl-Artikolu 1(2) li dwarhom il-proċeduri msemmija fil-paragrafi preċedenti ma kienux applikati u li l-użu tagħhom hu fl-interessi tal-protezzjoni.

6.  Id-dokumenti u l-korrispondenzi li għandhom x’jaqsmu mal-proċeduri msemmija fil-paragrafi hawn fuq għandhom jitfasslu f’waħda mill-ilsna uffiċjali ta’ l-Istati Membri fejn dawk il-proċeduri qed jiġu applikati jew f’ilsien aċċettat mill-korp notifikat.

7.  

(a) Meta t-tagħmir, is-sistemi ta’ protezzjoni u l-mezzi msemmija fl-Artikolu 1(2) huma soġġetti għal Direttivi Komunitarji oħrajn li jkopru aspetti oħra li wkoll jipprovdu għat-twaħħil tal-marka CE msemmija fl-Artikolu 10, dak l-immarkar għandu jindika li t-tagħmir, is-sistemi ta’ protezzjoni u l-mezzi msemmija fl-Artikolu 1(2) huma wkoll presunti li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi oħrajn.

(b) Madanakollu, meta waħda jew iktar minn dawk id-Direttivi jippermettu lill-manifattur, matul perjodu transitorju, li jagħżel liema arranġamenti japplika, il-marka CE għandha tindika konformità biss mad-Direttivi applikati mill-manifattur. F’dan il-każ, dettalji tad-Direttivi msemmija, kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom jingħataw fid-dokumenti, notifiki jew istruzzjonijiet meħtieġa mid-Direttivi u li jkunu mat-tagħmir, is-sistemi ta’ protezzjoni u l-mezzi msemmija fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 9

1.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi li huma ħatru biex iwettqu l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 8, flimkien max-xogħolijiet speċifiċi li dawn il-korpi ġew maħtura biex jwettqu u n-numri ta’ identifikazzjoni assenjati lilhom bil-quddiem mill-Kumissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej lista tal-korpijiet notifikati, bin-numri ta’ identifikazzjoni tagħhom u x-xogħolijiet li għalihom ġew notifikati. Il-Kumnissjoni għandha tassigura li din il-lista tinżamm aġġornata.

2.  L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness XI fl-istima tal-korpi li għandhom jiġu ndikati f’din in-notifika. Il-korpi li jilħqu l-kriterji ta’ stima stabbiliti fl-istandards relevanti armonizzati għandhom ikunu preżunti li jikkonformaw ma’ dawk il-kriterji.

3.  Stat Membru li jkun approva korp għandu jirtira n-notifika tiegħu jekk isib li l-korp m’għadux jikkonforma mal-kriterji msemmija fl-Anness XI. Għandu minnufih jinforma b’dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.



KAPITOLU II

Il-marka ta’ konformità CE

Artikolu 10

1.  Il-marka ta’ konformità CE għandha tikkonsisti fl-inizjali “CE”. Il-forma ta’ l-immarkar li għandha tkun użata hija murija fl-Anness X. Il-marka CE għandu jkollha warajha n-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat fejn dan il-korp hu involut fl-istadju tal-kontroll tal-produzzjoni.

2.  Il-Marka CE għandha titwaħħal b’mod distint, viżibbli, li tinqara u li ma titħassarx mat-tagħmir, sistema ta’ protezzjoni jew il-mezz imsemmija fl-Artikolu 1(2), supplimentari għad-dispożizzjonijiet tal-punt 1.0.5. ta’ l-Anness II.

3.  It-twaħħil tal-marki fuq it-tagħmir, sistema ta’ protezzjoni jew mezz li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2) li x’aktarx iqarrqu b’partijiet terzi fejn tidħol it-tifsira u l-forma tal-marka CE għandu jiġi pprojbit. Kull marka oħra tista’ titwaħħal mat-tagħmir, is-sistema ta’ protezzjoni jew il-mezz imsemmija fl-Artikolu 1(2), sakemm il-visibilità u l-leġibbiltà tal-marka CE m’hijiex b’dak il-mod imnaqqsa.

Artikolu 11

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7:

(a) meta Stat Membru jistabbilixxi li l-marka CE ġiet imwaħħla b’mod inkorrett, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jkunu obbligat li jġib il- prodott f’konformità fejn għandhom x’jaqsmu d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-immarkar CE u sabiex jintemm il-ksur taħt il-kondizzjonijiet imposti mill-Istat Membru;

(b) fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità kontinwa, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jirrestrinġi jew jipprojibixxi t-tqegħid fis-suq tal-prodott in kwistjoni jew biex jassigura li jiġi rtirat mis-suq skond il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 7.



KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 12

Kull deċiżjoni meħuda skond din id-Direttiva li tirrestrinġi jew tipprojibixxi t-tqegħid fis-suq u/jew fis-servizz jew teħtieġ l-irtirar mis-suq tat-tagħmir, sistema ta’ protezzjoni, jew mekkaniżmu imsemmi fl-Artikolu 1(2) għandha tiddikjara l-bażi eżatti li fuqha hi bbażata. Din id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata minnufih lill-parti konċernatż, li għandha fl-istess waqt tkun informata bir-rimedji legali disponibbli lilha taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru konċernat u bil-limiti ta’ żmien li għalihom dawn ir-rimedji huma soġġetti.

Artikolu 13

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-partijiet kollha involuti fl-applikazzjoni tad-Direttiva josservaw il-konfidenzjalità fejn għandha x’taqsam l-infornazzjoni kollha miksuba fit-twettieq tax-xogħolijiet tagħhom. Dan ma jaffettwax l-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri u tal-korpi notifikati fejn għandha x’taqsam l-informazzjoni reċiproka u t-tixrid ta’ l-avviżi.

Artikolu 14

1.  Id-Direttiva 76/117/KEE, id-Direttiva 79/196/KEE ( 10 ) u d-Direttiva 82/130/KEE għandhom jitħassru mill-1 ta’ Lulju 2003.

2.  Iċ-ċertifikati ta’ konformità CE ma’ l-istandards armonizzati miksuba skond il-proċeduri stipulati fid-Direttivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jibqgħu validi sat-30 ta’ Ġunju 2003 sakemm ma jiskadux qabel dik id-data. Il-validità tagħhom għandha tibqa’ tkun limitata għall-istandards armonizzati ndikati fid-Direttivi msemmija hawn fuq.

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjoni meħtieġa biex jassiguraw li l-korpi notifikati li huma responsabbli skond l-Artikolu 8(1) sa (4) għall-istima tal-konformità tat-tagħmir elettriku mqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2003 jagħtu kont tar-riżultati tat-testijiet u l-verifiki diġà mwettqa taħt id-Direttivi msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 15

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Settembru 1995. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn il-miżuri b’effett mill- 1 ta’ Marzu 1996.

Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  Iżda, l-Istati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq u fis-servizz ta’ tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni li jikkonformaw mar-regolamenti nazzjonali fis-seħħ fit-territorju tagħhom fid-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva għall-perjodu sat-30 ta’ Ġunju 2003.

Artikolu 16

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

IL-KRITERJI LI JISTABBILIXXU L-KLASSIFIKA TA’ GRUPPI TA’ TAGĦMIR F’KATEGORIJI

1.   Il-grupp ta’ tagħmir I

(a) Il-Kategorija M 1 jinkludi tagħmir iddisinjat u, fejn meħtieġ, mgħammar b’mezzi addizzjonali speċjali ta’ protezzjoni biex ikun kapaċi jiffunzjona f’konformità mal-parametri ta’ tħaddim stabbiliti mill-manifattur u li jassiguraw livell għoli ħafna ta’ protezzjoni.

It-tagħmir f’din il-kategorija hu maħsub għall-użu f’partijiet taħt l-art ta’ minjieri kif ukoll f’dawk il-partijiet ta’ installazzjonijiet fil-wiċċ ta’ dawn il-minjieri mqiegħda f’perikolu minn gass li jisplodi meta jiġi f’kuntatt ma’ l-arja u/jew trab kombustibbli.

It-tagħmir f’din il-kategorija hu meħtieġ jibqa’ funzjonabbli, wkoll fil-każ ta’ inċidenti rari li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir, b’atmosfera esplożiva presenti, u huwa kkaratterizzat b’mezzi ta’ protezzjoni b’tali mod li:

 jew, fil-każ ta’ nuqqas ta’ mezz wieħed ta’ protezzjoni, mill-inqas mezz ieħor indipendenti jipprovdi l-livell meħtieġ ta’ protezzjoni,

 jew il-livell meħtieġ ta’ protezzjoni huwa assigurat fil-każ ta’ żewġ nuqqasijiet li jseħħu b’mod indipendenti minn xulxin.

It-tagħmir f’din il-kategorija għandu jikkonforma mal-ħtiġiet supplimentari msemmija fl-Anness II, 2.0.1.

(b) Il-Kategorija M 2 tinkludi tagħmir iddisinjat biex ikun kapaċi jiffunzjona f’konformità mal-parametri ta’ tħaddim stabiliti mill-manifattur u jassigura livell għoli ta’ protezzjoni.

It-tagħmir f’din il-kategorija hu maħsub għal użu f’partijiet taħt l-art ta’ minjieri kif ukoll f’dawk il-partijiet ta’ installazzjonijiet fil-wiċċ ta’ dawn il-minjieri li x’aktarx jitqiegħdu f’perikolu minn gass li jisplodi meta jiġi f’kuntat ma’ l-arja u/jew trab kombustibbli.

Dan it-tagħmir hu imaħsub li jkun di-enerġizzat fil-każ ta’ atmosfera esplożiva.

Il-mezz ta’ protezzjoni li għandu x’jaqsam mat-tagħmir f’din il-kategorija jassigura l-livell meħtieġ ta’ protezzjoni matul operazzjoni normali u wkoll fil-każ ta’ kondizzjonijiet ta’ kondizzjonijiet ambjentali li jinbidlu.

It-tagħmir f’din il-kategorija għandu jikkonforma mal-ħtiġiet supplimentari msemmija fl-Anness II, 2.0.2

2.   Il-grupp ta’ tagħmir II

(a) Il-Kategorija 1 tinkludi tagħmir iddisinjat biex ikun kapaċi jiffunzjona f’konformità mal-parametri operazzjonali stabbiliti mill-manifattur u li jassigura livell għoli ħafna ta’ protezzjoni.

It-tagħmir f’din il-kategorija hu maħsub għall-użu f’żoni fejn l-atmosferi esplożivi ikkawżati minn taħlitiet ta’ arja u gassijiet, fwar jew ċpar jew minn taħtlietiet ta’ arja/trab huma preżenti kontinwament, għal perjodi twal jew frekwenti.

It-tagħmir f’din il-kategorija għandu jassigura l-livell meħtieġ ta’ protezzjoni, wkoll fil-każ ta’ inċidenti rari li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir, u hu kkaratterizzat permezz ta’ protezzjoni b’tali mod li:

 jew, fil-każ ta’ nuqqas ta’ mezz wieħed ta’ protezzjoni, mill-inqas mezz ieħor indipendenti jipprovdi l-livell meħtieġ ta’ protezzjoni,

 jew il-livell meħtieġ ta’ protezzjoni huwa assigurat fil-każ ta’ żewġ nuqqasijiet li jseħħu b’mod indipendenti minn xulxin.

It-tagħmir f’din il-kategorija għandu jikkonforma mal-ħtiġiet supplimentari msemmija fl-Anness II, 2.1.

(b) Il-Kategorija 2 tinkludi tagħmir iddiżinjat biex ikun kapaċi jiffunzjona f’konformità mal-parametri operazzjonali stabbiliti mill-manifattur u jassigura livell għoli ta’ protezzjoni.

It-tagħmir f’din il-kategorija hu maħsub għall-użu f’arji fejn atmosferi esplożivi ikkawżati minn gassijiet, fwar, ċpar jew taħlitiet ta’ arja/trab x’aktarx iseħħu xi kultant.

Il-mezz ta’ protezzjoni li għandu x’jaqsam mat-tagħmir f’din il-kategoria jassigura l-livell meħtieġ ta’ protezzjoni, ukoll fil-każ ta’ disturbi li jseħħu b’mod frekwenti jew nuqqasijiet fit-tagħmir li normalment għandu jingħata kont tagħhom.

It-tagħmir f’din il-kategorija għandu jikkonforma mal-ħtiġiet supplimentari msemmija fl-Anness II, 2.2.

(c) Il-Kategorija 3 tinkludi tagħmir iddisinjat biex ikun kapaċi jiffunzjona f’konformità mal-parametri operazzjonali stabiliti mill-manifattur u jassigura livell normali ta’ protezzjoni.

It-tagħmir f’din il-kategorija hu maħsub għall-użu f’żoni fejn l-atmosferi esplożivi kkawżati mill-gassijiet, mill-fwar, miċ-ċpar, jew mit-taħlitiet ta’ arja/trab x’aktarx ma jseħħux jew, jekk iseħħu, x’aktarx biss b’mod infrekwenti u għal perjodu qasir biss.

It-tagħmir f’din il-kategorija jassigura l-livell meħtieġ ta’ protezzjoni matul l-operazzjoni normali.

It-tagħmir f’din il-kategorija għandu jikkonforma mal-ħtiġiet supplimentari msemmija fl-Anness II, 2.3.




ANNESS II

ĦTIĠIET ESSENZJALI TAS-SAĦĦA U TAS-SIGUREZZA LI GĦANDHOM X’JAQSMU MAD-DISINN U L-KOSTRUZZJONI TA’ TAGĦMIR U S-SISTEMI TA’ PROTEZZJONI MAĦSUBA GĦALL-UŻU F’ATMOSFERI POTENZJALMENT ESPLOŻIVI.

Osservazzjonijiet preliminari

A. Tagħrif teknoloġiku, li jista’ jinbidel malajr, għandu jingħata kont tiegħu sa fejn hu possibbli u jiġi utilizzat minnufih.

B. Għall-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 1(2), il-ħtiġiet essenzjali għandhom japplikaw biss sa fejn huma meħtieġa għall-funzjonament u l-operazzjoni f’sigurezza u ta’ min joqgħod fuqha ta’ dawk il-mekkaniżmi fejn għandhom x’jaqsmu r-riskji ta’ splużjoni.

1.   ĦTIĠIET KOMUNI GĦAT-TAGĦMIR U S-SISTEMI TA’ PROTEZZJONI

1.0.   Ħtiġiet ġenerali

1.0.1.   Il-prinċipji ta’ sigurezza ta’ splużjoni integrata

Tagħmir u sistemi maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplożivi għandhom jiġu ddisinjati mill-punto di vista tas-sigurezza ta’ l-isplużjoni integrata.

F’din il-konnessjoni, il-manifattur għandu jieħu miżuri:

 fuq kollox, fejn possibbli, biex jipprevjeni l-formazzjoni ta’ atmosferi esplożivi li jistgħu ikunu prodotti jew rilaxxati minn tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni nfushom,

 biex jipprevjeni t-tqabbid ta’ atmosferi esplożivi, waqt li jingħata kont tax-xorta ta’ kull sors ta’ tqabbid elettriku u mhux elettriku,

 jekk madanakollu sseħħ splużjoni li tista’ direttament jew indirettament tipperikola persuni u, skond il-każ, annimali domestiċi jew proprjetà, li titwaqqaf minnufih u/jew tiġi llimitata l-firxa tal-fjammi ta’ l-isplużjoni u l-pressjonijiet ta’ l-isplużjoni għal livell sufiċċjenti ta’ sigurezza.

1.0.2.

It-tagħmir u s-sistemi ta’ protezzjoni għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati wara analiżi debitu tan-nuqqasijiet possibbli ta’ operazzjoni sabiex sa fejn hu possibbli jkunu preklużi sitwazzjonijiet perikolużi.

Kull użu ħażin li jista’ jkun raġjonevolment antiċipat għandu jingħata kont tiegħu.

1.0.3.

Kontroll speċjali u kondizzjonijiet ta’ manutenzjoni

Tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni soġġetti għal verifikar speċjali u kondizzjonijiet ta’ manutenzjoni għandhom ikunu ddisinjati u mibnija waqt li jiġu kkonsidrati dawn il-kondizzjonijiet.

1.0.4.

Kondizzjonijiet fiż-żona ta’ mad-dawra

It-tagħmir u s-sistemi ta’ protezzjoni għandhom ikunu hekk iddisinjati u mibnija biex ikunu kapaċi jlaħħqu mal-kondizzjonijiet fiż-żona ta’ mad-dawra attwali jew previsti.

1.0.5.

L-immarkar

It-tagħmir u s-sistemi ta’ protezzjoni kollha għandhom ikunu mmarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx bid-dettalji minimi li ġejjin;

 l-isem u l-indirizz tal-manifattur,

 il-marka CE (ara l-Anness X, il-punt A),

 l-isem tas-serje jew tat-tip,

 in-numru tas-serje, jekk ikun hemm,

 is-sena tal-kostruzzjoni,

 il-marka speċifika tal-protezzjoni ta’ l-isplużjoniimage segwita bis-simbolu tal-grupp u l-kategorija tat-tagħmir,

 għall-grupp ta’ tagħmir II, l-ittra “G” (li tikkonċerna l-atmosferi esplożivi kkawżati minn gassijiet, fwar jew ċpar),

 u/jew

 l-ittra “D” (li tikkonċerna atmosferi esplożivi kkawżati mit-trab).

Barra minn hekk, fejn meħtieġ, għandhom ikunu wkoll immarkati bl-informazzjoni kollha essenzjali għall-użu f’sigurezza.

1.0.6.

L-istruzzjonijiet

(a) It-tagħmir u s-sistemi ta’ protezzjoni kollha għandu jkollhom magħhom l-istruzzjonijiet, inklużi mill-inqas id-dettalji li ġejjin:

 rikapitulazzjoni ta’ l-informazzjoni li biha hu mmarkat it-tagħmir jew is-sistema ta’ protezzjoni, ħlief għan-numru tas-serje (ara 1.0.5.), flimkien ma’ kull informazzjoni addizzjonali xierqa biex tkun iffaċilitata l-manutenzjoni (e.ż, l-indirizz ta’ l-importatur, dak li jsewwi, eċċ.);

 l-istruzzjonijiet għat-tqegħid

 

 b’sigurezza fis-servizz,

 l-użu,

 l-immuntar u żżarmar,

 il-manutenzjoni (manutenzjoni u tiswija ta’ emerġenza),

 l-installazzjoni,

 l-aġġustament;

 fejn meħtieġ, indikazzjoni taż-żoni ta’ perikolu quddiem mekkaniżmi li jtaffu l-pressjoni;

 fejn meħtieġ, istruzzjonijiet ta’ tħarriġ;

 dettalji li jippermettu li tittieħed deċiżjoni ‘l hinn minn kull dubju dwar jekk oġġett ta’ tagħmir f’kategorija speċifika jew sistema ta’ protezzjoni jistgħax jintuża b’sigurezza fiż-żona maħsuba taħt il-kondizzjonijiet ta’ operazzjoni mistennija;

 parametri elettriċi u ta’ pressjoni, temperaturi massimi fil-wiċċ u l-limiti ta’ valuri oħrajn;

 fejn meħtieġa, kondizzjonijiet speċjali ta’ l-użu, inklużi dettalji ta’ użu ħażin possibbli li l-esperjenza wriet li jista’ jseħħ;

 fejn meħtieġa, il-karatteristiċi essenzjali ta’ l-għodda li tista’ tintrama mat-tagħmir jew mas-sistema protettiva.

(b) L-istruzzjonijiet għandhom jitfasslu f’wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Komunità mill-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità.

Mat-tqegħid fis-servizz, it-tagħmir u s-sistemi ta’ protezzjoni kollha għandu jkollhom magħhom traduzzjoni ta’ l-istruzzjonijiet fl-ilsien jew fl-ilsna tal-pajjiż fejn it-tagħmir jew is-sistema ta’ protezzjoni għandhom jintużaw u l-istruzzjonijiet fl-ilsien oriġinali.

Din it-traduzzjoni għandha ssir jew mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jew mill-persuna li tintroduċi t-tagħmir jew is-sistema ta’ protezzjoni fiż-żona ta’ l-ilsien in kwistjoni.

B’deroga minn din il-ħtieġa, l-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni għall-użu mill-impjegati speċjalizzati li jaħdmu mall-manifattur jew mar-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jistgħu jitfasslu fl-ilsien tal-Komunità li jifhmu dawk l-impjegati.

(c) L-istruzzjonijiet għandu jkun fihom it-tpinġijiet u disinji meħtieġa għat-tqegħid fis-servizz, il-manutenzjoni, l-ispezzjoni, l-eżami ta’ l-operazzjoni korretta u, fejn xieraq, it-tiswija tat-tagħmir jew tas-sistema ta’ protezzjoni, flimkien ma’ l-istruzzjonijiet utli kollha, b’mod partikolari fejn għandha x’taqsam is-sigurezza.

(d) Il-litteratura li tiddeskrivi t-tagħmir jew is-sistema ta’ protezzjoni m’għandhiex tikkontradixxi l-istruzzjonijiet fejn għandhom x’jaqsmu l-aspetti ta’ sigurezza.

1.1.   Għażla ta’ materjali

1.1.1

Il-materjali wżati għall-kostruzzjoni ta’ tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni m’għandhomx jinstigaw splużjoni, waqt li jingħata kont ta’ l-pressjoni operazzjonali previst.

1.1.2.

Fi ħdan il-limiti tal-kondizzjonijiet ta’ operazzjoni stabbiliti mill-manifattur, m’għandux ikun possibbli għal reazzjoni li sseħħ bejn materjali wżati u l-kostitwenti ta’ l-atmosfera potenzjalment esplożiva li tista’ tfixkel il-protezzjoni kontra l-isplużjoni.

1.1.3.

Il-materjali għandhom ukoll ikunu magħżula b’tali mod li bidliet previsti fil-karatteristiċi u l-kompatibilità tagħhom fil-kombinazzjoni ma’ materjali oħrajn ma jwasslux għal tnaqqis fil-protezzjoni mogħtija; b’mod partikolari, għandu jittieħed kont dovut tar-reżistenza tal-materjali kontra l-korrużjoni u l-użu, l-konduttività elettrika, s-saħħa mekkanika, ir-reżistenza kontra ż-żmien u l-effetti tal-varjazzjonijiet fit-temperatura.

1.2.   Id-disinn u l-kostruzzjoni

1.2.1.

It-Tagħmir u s-sistemi ta’ protezzjoni għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’kont debitu għat-tagħrif teknoloġiku dwar il-protezzjoni kontra l-isplużjoni sabiex ikunu jistgħu jiġu operati b’sigurezza tul il-ħajja prevista tagħhom.

1.2.2.

Il-komponenti li għandhom ikunu iinkorporatit fi jew użati bħala sostituzzjonijiet fit-tagħmir u s-sistemi ta’ protezzjoni għandhom ikunu hekk iddisinjati u mibnija li jiffunzjonaw b’sigurezza għall-għan maħsub tagħhom ta’ protezzjoni kontra l-isplużjoni meta jiġu stallati skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

1.2.3.

Strutturi magħluqa u l-prevenzjoni ta’ xi nixxija

Tagħmir li jista’ jħalli gassijiet fjammabbli jew trabijiet għandu kull fejn possibbli jagħmel użu minn strutturi magħluqa biss.

Jekk it-tagħmir ikollu fetħiet jew ġonot li mhumiex issikkati, dawn għandhom, sa fejn possibbli jkunu ddisinjati b’tali mod li l-ħruġ ta’ gassijiet jew trabijiet ma jistax jikkawża atmosferi esplożivi barra t-tagħmir.

Punti fejn il-materjali huma introdotti jew imneħħija għandhom, sa fejn possibbli, jkunu ddisinjati u mgħamra sabiex jillimitaw il-ħruġ ta’ materjali fjammabbli waqt il-mili jew ir-rimi.

1.2.4.

Depożiti ta’ trab

Tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni li huma maħsuba biex jintużaw f’żoni esposti għat-trab għandhom ikunu hekk iddisinjati sabiex trab ta’ depositu fuq l-uċuh tagħhom ma jitqabbadx.

In ġenerali, depositi tat-trab għandhom ikunu limitati fejn possibbli. Tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni għandhom ikunu jistgħu jitnaddfu faċilment.

It-temperaturi tal-wiċċ tal-partijiet tat-tagħmir għandhom jinżammu sew taħt it-temepratura tal-kiwi tad-depożitu tat-trab.

Il-ħxuna tad-depożitu tat-trab għandu jingħata kont tagħha u, fejn xieraq, għandu jittieħdu mezzi biex it-temperatura tiġi limitata sabiex tiġi evitata agglomerazzjoni tas-sħana.

1.2.5.

Mezzi addizzjonali ta’ protezzjoni

It-tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni li jistgħu jkunu esposti għal ċerti tipi ta’ pressjoni esterna għandhom ikunu mgħammra, fejn meħtieġ, b’mezzi addizzjonali ta’ protezzjoni.

It-tagħmir għandu jiflaħ pressjoni rilevanti, mingħajr effett kuntrarju fuq il-protezzjoni kontra l-isplużjoni

1.2.6.

Il-ftuħ b’sigurezza

Jekk it-tagħmir u s-sistemi ta’ protezzjoni jkunu qegħdin f’post jew kontenitur imsakkar li jifforma parti mill-protezzjoni kontra l-isplużjoni nnfisha, għandu jkun possibbli li dan il-post jew kontenitur jinfetaħ biss b’għodda speċjali jew b’mezz ta’ miżuri adattati ta’ protezzjoni.

1.2.7.

Protezzjoni kontra perikoli oħrajn

It-tagħmir u s-sistemi ta’ protezzjoni għandhom ikunu hekk iddisinjati u manifatturati sabiex:

(a) jiġu evitati inġurja jew ħsara oħra li jistgħu ikunu kawżati minn kuntatt dirett jew indirett;

(b) ikun assigurat li t-temperaturi fil-wiċċ tal-partijiet aċċessibli jew radjazzjoni li tista’ tikkawża perikolu, ma jiġu prodotti;

(c) jiġu eliminati perikoli mhux elettriċi li jintwerew mill-esperjenza;

(d) jiġi assigurat li kondizzjonijiet prevedibbli ta’ tagħbija żejda ma jikkawżawx sitwazzjonijiet perikolużi.

Meta, għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni, ir-riskji msemmija f’dan il-paragrafu huma kollha jew parzjalment koperti minn Direttivi oħra tal-Komunità, din id-Direttiva m’għandhiex tapplika jew għandha tieqaf tapplika fil-każ ta’ dan it-tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni u ta’ dawk ir-riskji ma’ l-applikazzjoni ta’ dawk id-Direttivi speċifiċi.

1.2.8.

It-tagħbija żejda tat-tagħmir

It-tagħbija żejda perikoluża tat-tagħmir għandha tiġi evitata fl-istadju tad-disinn permezz ta’ kejl integrat, regolamenti u mekkaniżmi ta’ kontroll, bħal swiċċijiet li jaqtgħu kurrent żejjed, limitaturi tat-temperatura, swiċċijiet differenzjali ta’ pressjoni, flowmeters, time-lag relays, monitors ta’ veloċità żejda u/jew tipi simili ta’ mekkaniżmi ta’ sorveljar.

1.2.9.

Sistemi ta’ egħluq li jirresistu għall-fjammi tan-nar

Jekk partijiet li jistgħu jqabbdu atmosfera esplożiva jitqiegħdu f’egħluq, għandhom jittieħdu miżuri sabiex ikun assigurat li l-egħluq jiflaħ il-pressjoni żviluppata matul splużjoni interna ta’ taħlita esplożiva u jipprevjeni t-trasmissjoni ta’ l-isplużoni għall-atmosfera esplożiva madwar l-egħluq.

1.3.   Sorsi potenzjali ta’ tqabbid

1.3.1.   Perikoli li jitqajjmu minn sorsi differenti ta’ tqabbid

Sorsi potenzjali ta’ tqabbid bħal xrar, fjammi, arki elettroniċi, temperaturi għaolja tal-wiċċ, enerġija akkustika, radjazzjoni ottika, mewġ elettromanjetiku u sorsi oħrajn ta’ tqabbid m’għandhomx iseħħu.

1.3.2.   Perikoli kkawżati minn elettriku statiku

Kariki elettrostatiċi kapaċi li jirriżultaw fi skariki perikolużi għandhom ikunu evitati permezz ta’ miżuri adattati.

1.3.3.   Perikoli kkawżati minn kurrenti ta’ l-elettriku u nixxigħat mfarrda

Kurrenti ta’ l-elettriku u tnixxija mfarrda f’partijiet ta’ tagħmir konduttivi li jistgħu jirriżultaw f’per eżempju, s-seħħ ta’ korrożjoni perikoluża, tisħin żejjed ta’ uċuh jew xrar kapaċi li jipprovoka t-taqbid għandhom ikunu pprevenuti.

1.3.4.   Perikoli kkawżati minn sħana żejda

Sħana żejda kkawżata minn frizzjoni jew impatti li jseħħu, per eżempju, bejn materjali u partijiet f’kuntatt ma’ xulxin waqt ir-rotazzjoni jew permezz ta’ l-intrużjoni ta’ partikoli barranin għandhom, sa fejn possibbli, jiġu evitati fl-istadju tad-disinn.

1.3.5.   Perikoli kkawżati minn operazzjonijiet għall-kumpens tal-pressjoni

It-tagħmir u s-sistemi ta’ protezzjoni għandhom ikunu hekk iddisinjati u jkollhom kejl integrat, mekkaniżmi ta’ kontroll u regolamenti li jikkumpensaw għall-pressjoni kkawżata minnhom ma jiġġenerawx mewġ ta’ xokkijiet jew kompressjonijiet li jistgħu jikkawżaw tqabbid.

1.4.   Perikoli kkawżati minn effetti esterni

1.4.1.

It-tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni għandhom ikunu hekk iddisinjati u mibnija sabiex ikunu kapaċi jwettqu l-funzjoni maħsuba tagħhom f’sigurezza sħiħa, ukoll fit-tibdil tal-kondizzjonijiet ambjentali tagħhom u fil-preżenza ta’ vultaġġi esterni, umdità, vibrazzjonijiet, kontaminazzjoni u effetti esterni oħrajn, waqt li jingħata kont tal-limiti tal-kondizzjonijiet ta’ operazzjoni stabbiliti mill-manifattur.

1.4.2.

Partijiet tat-tagħmir użati għandhom ikunu adattati għall-pressjoni maħsuba mekkaniċi u termali u kapaċi li jifilħu kull attakk minn sustanzi aggressivi eżistenti jew prevedibbli.

1.5.   Ħtiġiet għal mekkaniżi li għandhom x’jaqsmu mas-sigurezza

1.5.1.

Il-mekkaniżmi tas-sigurezza għandhom jiffunzjonaw b’mod indipendenti minn kull mekkaniżmi ta’ kejl u/jew ta’ kontroll meħtieġa għall-operazzjoni.

Sa fejn hu possibbli, nuqqas ta’ mekkaniżmu tas-sigurezza għandu jiġi ntraċċat malajr biżżejjed minn mezzi tekniċi adattati sabiex jiġi assigurat li hemm biss ftit probabilità li jseħħu sitwazzjonijiet perikolużi.

Il-prinċipju ta’ sigurezza li ma tfallix għandu jiġi applikat b’mod ġenerali.

Swiċċijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sigurezza għandhom b’mod ġenerali jattivaw il-mekkaniżmita’ kontroll rilevanti mingħajr kmand intermedjat tas-software.

1.5.2.

Fil-każ li jfalli mekkaniżmu ta’ sigurezza, it-tagħmir u/jew sistemi ta’ protezzjoni għandhom, kull fejn possibbli, jiġu assigurati.

1.5.3.

Kontrolli ta’ waqfien b’emerġenza ta’ mekkaniżmi ta’ sigurezza għandhom, sa fejn possibbli, jkollhom restart lockouts. Kmand ġdid tal-bidu jista’ jseħħ fuq l-operazzjoni normali biss wara li r-restart lockouts ikunu ġew iffissati mill-ġdid intenzjonalment.

1.5.4.

Unitajiet ta’ kontroll u wiri

Meta jintużaw unitajiet ta’ kontroll u wiri, għandhom ikunu ddisinjati skond il-prinċipji ergonomiċi sabiex jinkiseb l-ogħla livell possibbli ta’ sigurezza ta’ operazzjoni fejn għandu x’jaqsam ir-riskju ta’ splużjoni.

1.5.5.

Il-ħtiġiet għall-mezzi b’funzjoni ta’ kejl għall-protezzjoni kontra l-isplużjoni.

Sal-limitu li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir użat f’atmosferi esplożivi, mekkaniżmi b’funzjoni ta’ kejl għandhom ikunu ddisinjati u mibnija sabiex ikunu jistgħu jlaħqu mal-ħtiġiet ta’ operazzjoni prevedibbli u l-kondizzjonijiet speċjali ta’ l-użu.

1.5.6.

Fejn meħtieġ, għandu jkun possibbli li tiġi eżaminata l-eżattezza tal-qari u s-servizz tal-mekkaniżmi b’funzjoni ta’ kejl.

1.5.7.

Id-disinn ta’ l-mekkaniżmi b’funzjoni ta’ kejl għandu jinkorpora fattur ta’ sigurezza li jassigura li l-limitu ta’ allarm ikun qiegħed biżżejjed ‘l barra mill-limiti ta’ atmosferi ta’ splużjoni u/jew tqabbid li għandhom jiġu rreġistrati, waqt li jingħata kont, b’mod partikolari, tal-kondizzjoijiet ta’ operazzjoni ta’ l-installazzjoni u l-aberazzjonijiet possibbli fis-sistema tal-kejl.

1.5.8.

Riskji kkawżati mis-software

Fid-disinn ta’ tagħmir ikkontrollat mis-software, ta’ sistemi ta’ protezzjoni u mekkaniżmi ta’ sigurezza, għandu jingħata kont speċjali tar-riskji kkawżati minn nuqqasijiet fil-pogramm.

1.6.   L-integrazzjoni tal-ħtiġiet tas-sigurezza li għandhom x’jaqsmu mas-sistema

1.6.1.

Kontroll manwali li jipprevali għandu jkun possibbli sabiex tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni inkorporati fi ħdan il-proċessi awtomatiċi, li jvarjaw mill-kondizzjonijiet ta’ operazzjoni maħsuba jingħalqu, sakemm dan ma jikkompromettix is-sigurezza.

1.6.2.

Meta s-sistema ta’ egħluq ta’ emerġenza hi attivata, l-enerġija akkumulata għandha tinxtered kemm jista’ jkun malajr u b’mod fiż-żgurjew isolat sabiex ma tkunx iktar ta’ perikolu.

Dan ma japplikax għal enerġija merfugħa b’mod elettrokimiku.

1.6.3.

Perikoli kkawżati minn qtugħ ta’ l-elettriku

Meta t-tagħmir u s-sistemi ta’ protezzjoni jistgħu jikkawżaw it-tixrid ta’ riskji addizzjonali fil-każ ta’ ta’ ħsara fis-sors ta’ l-enerġija, għandu jkun possibbli jibqgħu fi stat ta’ sigurezza ta’ l-operazzjoni b’mod indipendenti mill-bqija ta’ l-installazzjoni.

1.6.4.

Perikoli kkawżati minn konnessjonijiet

It-tagħmir u s-sistemi ta’ protezzjoni għandu jkollhom aperturi xierqa għall-wajers u l-kondjuwit.

Meta t-tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni huma maħsuba għal użu in kombinazzjoni ma’ tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni oħrajn, il-kombinazzjoni għandha tkun bla perikolu.

1.6.5.

It-tqegħid ta’ mezzi ta’ avviż kontra l-periklu bħala partijiet tat-tagħmir

Meta t-tagħmir jew is-sistemi ta’ protezzjoni jkollhom mekkaniżmi ta’ kxif jew allarm għas-sorveljar tas-seħħ ta’ atmosferi esplożivi, l-istruzzjonijiet meħtieġa għandhom jingħataw sabiex jippermettu li dawn ikunu pprovduti fil-postijiet adattati.

2.   ĦTIĠIET SUPPLIMENTARI FEJN GĦANDU X’JAQSAM T-TAGĦMIR

2.0.   Il-ħtiġiet applikabbli għat-tagħmir fil-kategorija M tal-grupp ta’ tagħmir I

2.0.1.   Il-Ħtiġiet applikabbli għat-tagħmir fil-kategorija M 1 tal-grupp tat-tagħmir I

2.0.1.1.

It-tagħmir għandu jun iddisinjat u mibni b’tali mod li sorsi ta’ tqabbid ma jsirux attivi, ukoll fil-każ ta’ inċidenti rari li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir.

It-tagħmir għandu jkun mgħammar b’mezzi ta’ protezzjoni b’tali mod li:

 jew, fil-każ ta’ ħsara f’ mezz wieħed ta’ protezzjoni, mill-inqas mezz ieħor indipendenti jipprovdi l-livell meħtieġ ta’ protezzjoni,

 jew, il-livell meħtieġ ta’ protezzjoni huwa assigurat fil-każ ta’ żewġ ħsarat li jseħħu b’mod indipendenti minn xulxin.

Fejn meħtieġ, dan it-tagħmir għandu jkun mgħammar b’mezzi speċjali addizzjonali ta’ protezzjoni.

Għandu jibqa’ jiffunzjona f’atmosfera esplożiva preżenti.

2.0.1.2.

Fejn meħtieġ, it-tagħmir għandu jkun hekk mibni sabiex ebda trab ma jkun jista’ jippenetra.

2.0.1.3.

It-temperaturi fil-wiċċ tal-partijiet ta’ tagħmir għandhom jinżammu b’mod ċar taħt it-temperatura ta’ tqabbid tat-taħlitiet prevedibbli ta’ arja/trab sabiex ikun ipprevenut it-tqabbid ta’ trab imdendel.

2.0.1.4.

It-tagħmir għandu jkun hekk iddiżinjat sabiex il-ftuħ ta’ partijiet ta’ tagħmir li jistgħu jkunu sorsi ta’ tqabbid ikun possibbli biss taħt kondizzjonijiet mhux attivi jew intrinsikament siguri. Meta ma jkunx possibbli li t-tagħmir jingħamel mhux attiv, il-manifattur għandu jwaħħal tabella ta’ avviż mal-parti ta’ ftuħ tat-tagħmir.

Fejn meħtieġ, it-tagħmir għandu jkollu miegħu sistema addizzjonali adattata ta’ egħluq f’xulxin.

2.0.2.   Il-ħtiġiet applikabbli għat-tagħmir fil-kategorija M2 tal-grupp ta’ tagħmir I 2.0.2.1.

2.0.2.1.

It-tagħmir għandu jkun mgħammar b’mezz ta’ protezzjoni li jassigura li s-sorsi ta’ tqabbid ma jsirux attivi matul l-operazzjoni normali, ukoll taħt kondizzjonijiet ta’ operazzjoni iktar severi, b’mod partikolari dawk ikkawżati minn immaniġġar bil-goff u kondizzjonijiet li jinbidlu ta’ l-ambjent.

Dan it-tagħmir hu maħsub li jkun di-enerġizzat fil-każ ta’ atmosfera esplożiva.

2.0.2.2.

It-tagħmir għandu jkun hekk iddisinjat sabiex il-ftuħ ta’ partijiet ta’ tagħmir li jistgħu jkunu sorsi ta’ tqabbid ikun possibbli biss taħt kondizzjonijiet mhux attivi jew permezz ta’ sistemi adattati ta’ egħluq f’xulxin. Meta ma jkunx possibbli li t-tagħmir jintgħamel mhux attiv, il-manifattur għandu jwaħħal tabella ta’ avviż mal-parti ta’ ftuħ tat-tagħmir.

2.0.2.3.

Il-ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu mal-perikoli ta’ splużjoni kkawżati mit-trab applikabbli għall-kategorija M 1 għandhom jiġu applikati.

2.1.   Il-ħtiġiet applikabbli għat-tagħmir fil-kategorija 1 tal-grupp ta’ tagħmir II

2.1.1,   Atmosferi esplożivi kkawżati minn gassijiet, fwar jew ċpar

2.1.1.1

It-tagħmir għandu jkun hekk iddiżinjat u mibni li s-sorsi ta’ tqabbid ma jsirux attivi, ukoll fil-każ ta’ inċidenti rari li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir.

It-tagħmir għandu jkun mgħammar b’mezzi ta’ protezzjoni b’tali mod li:

 jew, fil-każ ta’ ħsara f’ mezz wieħed ta’ protezzjoni, mill-inqas mezz ieħor indipendenti jipprovdi l-livell meħtieġ ta’ protezzjoni,

 jew, il-livell meħtieġ ta’ protezzjoni huwa assigurat fil-każ ta’ żewġ ħsarat li jseħħu b’mod indipendenti minn xulxin.

2.1.1.2.

Għal tagħmir b’uċuh li jistgħu jisħnu, għandhom jittieħdu miżuri sabiex ikun assigurat li t-temperaturi dikjarati massimi fil-wiċċ ma jinqabżux ukoll fiċ-ċirkostanzi l-iktar sfavorevoli.

Żidiet fit-temperatura kkawżati minn akkumulazzjoni ta’ sħanat u reazzjonijiet kimiċi għandu wkoll jingħata kont tagħhom.

2.1.1.3.

It-tagħmir għandu jkun hekk iddisinjat li l-ftuħ ta’ partijiet ta’ tagħmir li jistgħu ikunu sorsi ta’ tqabbid ikun possibbli biss taħt kondizzjonijiet mhux attivi jew intrinsikament siguri. Meta ma jkunx possibbli li t-tagħmir jintgħamel mhux attiv, il-manifattur għandu jwaħħal tabella ta’ avviż mal-parti ta’ ftuħ tat-tagħmir.

Fejn meħtieġ, it-tagħmir għandu jkollu miegħu sistema addizzjonali adattata ta’ egħluq f’xulxin.

2.1.2   Atmosferi esplożivi kkawżati minn taħlitiet ta’ arja/trab

2.1.2.1.

It-tagħmir għandu jkun hekk iddisinjat u mibni li t-tqabbid ta’ taħlitiet ta’ arja/trab ma jseħħx ukoll fil-każ ta’ inċidenti rari li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir.

Għandu jkun mgħammar b’mezz ta’ protezzjoni b’tali mod li

 fil-każ ta’ ħsara fmezz wieħed ta’ protezzjoni, mill-inqas mezz indipendenti ieħor jipprovdi l-livell meħtieġ ta’ protezzjoni,

 jew, il-livell meħtieġ ta’ protezzjoni huwa assigurat fil-każ ta’ żewġ ħsarat li jseħħu b’mod indipendenti minn xulxin.

2.1.2.2.

Fejn meħtieġ, it-tagħmir għandu jkun hekk iddisinjat li t-trab jista’ jidħol jew jiskappa mit-tagħmir biss f’punti speċifikament immarkati.

Din il-ħtieġa għandha wkoll tintlaħaq minn entraturi ta’ wajers u biċċiet ta’ konnessjoni.

2.1.2.3.

It-temperaturi fil-wiċċ tal-partijiet tat-tgħamir għandhom jinżammu sew taħt it-temperatura ta’ tqabbid tat-taħlitiet ta’ arja/trab prevedibbli sabiex ikun evidat it-tqabbid ta’ trab imdendel.

2.1.2.4.

Fejn għandu x’jaqsam il-ftuħ b’sigurezza tal-partijiet tat-tagħmir, il-ħtieġa 2.1.1.3 tapplika.

2.2   Il-ħtiġiet għall-kategorija 2 tal-grupp ta’ tagħmir II

2.2.1.   Atmosferi esplożivi kkawżati minn gassijiet, fwar jew ċpar

2.2.1.1.

It-tagħmir għandu jkun hekk iddisinjat u mibni sabiex ikunu evitati sorsi ta’ tqabbid ikkawżati, ukoll fil-każ ta’ disturbi li jseħħu frekwentement jew ħsarat fit-tagħmir f’operazzjoni, li normalment għandu jingħata kont tagħhom.

2.2.1.2.

Il-partijiet tat-tgħamir għandhom ikunu hekk iddisinjati u mibnija li t-temperatura dikjarata tagħhom fil-wiċċ ma tinqabiżx, ukoll fil-każ ta’ riskji kkawżati min sitwazzjonijiet anormali antiċipati mill-manifattur.

2.2.1.3.

It-tagħmir għandu jkun hekk iddisinjat li l-ftuħ ta’ partijiet ta’ tagħmir li jistgħu ikunu sorsi ta’ tqabbid huwa possibbli biss taħt kondizzjonijiet mhux attivi jew permezz ta’ sistemi ta’ egħluq f’xulxin adattati. Meta ma jkunx possibbli li t-tagħmir jintgħamel mhux attiv, il-manifattur għandu jwaħħal tabella ta’ avviż mal-parti ta’ ftuħ tat-tagħmir.

2.2.2.   Atmosferi esplożivi kkawżati minn taħlitiet ta’ arja/trab

2.2.2.1.

It-tagħmir għandu jkun iddisinjat u mibni sabiex jiġi evitat tqabbid ta’ taħlitiet ta’ arja/trab, ukoll fil-każ ta’ disturbi li jseħħu frekwentement jew nuqqasijiet ta’ tagħmir f’operazzjoni, li normalment għandu jingħata kont tagħhom.

2.2.2.2.

Fejn għandhom x’jaqsmu t-temperaturi fil-wiċċ, il-ħtieġa 2.1.2.3. tapplika.

2.2.2.3.

Fejn għandhom x’jaqsmu l-protezzjoi kontra t-trab, il-ħtieġa 2.1.2.2. tapplika.

2.2.2.4.

Fejn għandu x’jaqsam il-ftuħ b’sigurezza tal-partijiet tat-tagħmir, il-ħtieġa 2.2.1.3 tapplika.

2.3.   Il-ħtiġiet applikabbli għat-tagħmir fil-kategorija 3 tal-grupp ta’ tagħmir II

2.3.1.   Atmosferi esplożivi kkawżati minn gassijiet, fwar jew ċpar

2.3.1.1.

It-tagħmir għandu jkun hekk iddisinjat u mibni sabiex ikunu evitati sorsi prevedibbli ta’ tqabbid li jistgħu iseħħu tul l-operazzjoni normali.

2.3.1.2.

It-temperaturi fil-wiċċ m’għandhomx jaqbżu t-temperaturi massimi tal-wiċċ ddikjarati taħt kondizzjonijiet ta’ l-operazzjoni maħsub. Temperaturi ogħla f’ċirkostanzi eċċezzjonali jistgħu jitħallew biss jekk il-manifattur jadotta miżuri addizzjonali speċjali ta’ protezzjoni.

2.3.2   Atmosferi esplożivi kkawżati minn taħlitiet ta’ arja/trab

2.3.2.1.

It-tagħmir għandu jkun hekk iddisinjat u mibni li taħlitiet ta’ arja/trab ma jistgħux jaqbdu minn sorsi ta’ tqabbid prevedibbli li x’aktarx jeżistu tul l-operazzjoni normali.

2.3.2.2.

Fejn għandhom x’jaqsmu t-temperaturi tal-wiċċ, il-ħtieġa 2.1.2.3. tapplika.

2.3.2.3.

It-tagħmir, inklużi daħliet ta’ wajer u biċċiet ta’ konnessjoni, għandu jkun hekk mibni li, waqt li jingħata kont tad-daqs tal-partikoli tiegħu, it-trab la jista’ jiżviluppa f’taħlitiet esplożivi ma’ l-arja lanqas jifforma akkumulazzjonijiet perikolużi ġewwa t-tagħmir.

3.   ĦTIĠIET SUPPLIMENTARI FEJN GĦANDHOM X’JAQSMU S-SISTEMI TA’ PROTEZZJONI

3.0.   Ħtiġiet ġenerali

3.0.1.

Is-sistemi ta’ protezzjoni għandhom ikunu dimensjonati b’tali mod li jnaqqsu l-effetti ta’ splużjoni għal livell suffiċjenti ta’ sigurezza.

3.0.2.

Is-sistemi ta’ protezzjoni għandhom ikunu ddisinjati u kapaċi li jkunu imqegħda b’tali mod li l-isplużjonijiet jiġu evitati milli jixterrdu permezz ta’ reazzjonijiet ta’ katina perikolużi jew flashover u splużjonijiet inċipjenti ma jsirux detonazzjonijiet.

3.0.3.

Fil-każ ta’ nuqqas ta’ enerġija, is-sistemi ta’ protezzjoni għandhom iżommu l-kapaċità tagħhom li jiffunzjonaw għal perjodu suffiċjenti sabiex tiġi evitata sitwazzjoni perikoluża.

3.0.4.

Is-sistemi ta’ portezzjoni m’għandhomx ifallu minħabba interferenza minn barra.

3.1.   L-ippjanar u d-disinn

3.1.1.   Il-karatteristiċi tal-materjali

Fejn għandhom x’jaqsmu l-karatteristiċi tal-materjali, il-pressjoni u t-temperatura massimi li għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni fl-istadju ta’ l-ippjanar huma l-pressjoni mistennija tul splużjoni li sseħħ taħt kondizzjonijiet ta’ operazzjoni estremi u l-effett tas-sħana antiċipata tal-fjamma.

3.1.2.

Sistemi ta’ protezzjoni ddisinjati biex jirreżistu jew jikkontjenu splużjonijiet għandhom ikunu kapaċi jifilħu l-mewġa ta’ xokk prodotta mingħajr ma jitilfu l-integrità tas-sistema.

3.1.3.

Aċċessorji konnessi ma’ sistemi ta’ protezzjoni għandhom ikunu kapaċi jifilħu l-pressjoni ta’ splużjoni massima mistennija mingħajr ma jitilfu l-kapaċità tagħhom li jiffunzjonaw.

3.1.4.

Ir-reazzjonijeit ikkawżati minn pressjoni f’tagħmir periferali u l-pajpijiet konnessi għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni fl-ippjanar u d-disinn ta’ sistemi ta’ protezzjoni.

3.1.5.

Sistemi ta’ ħelsien ta’ pressjoni

Jekk x’aktarx li pressjoni fuq sistemi ta’ protezzjoni jeċċedu s-saħħa strutturali tagħhom, għandha ssir dispożizzjoni fid-disinn għal mekkaniżmi xierqa ta’ ħelsien mill-pressjoni li ma jipperikolawx persuni fil-viċinanza.

3.1.6.

Sistemi li jissuppressaw l-isplużjoni

Sistemi li jissuppressaw l-isplużjoni għandhom ikunu hekk ippjanati u ddisinjati li jistgħu jirreaġixxu għal splużjoni inċipjenti fl-iktar stadju kmieni possibbli fil-każ ta’ inċident u jiġġieldulha bl-aħjar mod, b’kont debitu għar-rata massima ta’ żieda fil-pressjoni u l-pressjoni massima ta’ l-isplużjoni.

3.1.7.

Sistemi ta’ sganċjar ta’ splużjoni

Is-Sistemi ta’ sganċjar maħsuba biex jiskonnettjaw tagħmir speċifiku kemm jista’ jkun malajr possibbli fil-każ ta’ splużjonijiet inċipjenti permezz ta’ mekkaniżmi adattati għandhom ikunu ppjanati u ddisinjati sabiex jibqgħu immuni kontra t-trasmissjoni ta’ tqabbid intern u sabiex iżommu s-saħħa mekkanika tagħhom taħt kondizzjonijiet ta’ operazzjoni.

3.1.8.

Is-sistemi ta’ protezzjoni għandhom ikunu kapaċi li jkunu integrati f’ċirkwit b’limitu xieraq ta’ allarm sabiex, fejn meħtieġ, jkun hemm waqfien fit-tmiegħ tal-prodott u tal-produzzjoni u ta’ l-egħluq ta’ partijiet tat-tagħmir li ma jistgħux jiffunzjonaw iktar b’mod sigur.




ANNESS III

L-EŻAMI TAL-MODULU TAT-TIP CE

1.

Dan il-modulu jiddeskrivi dik il-parti tal-proċedura li permezz tagħha korp notifikat jaċċerta u jafferma li kampjun rappresentattiv tal-produzzjoni maħsuba jilħaq id-dispożizzjonijiet rilevanti applikabbli tad-Direttiva.

2.

L-applikazzjoni għall-eżami tat-tip CE għandha tintbagħat mill-manifattur jew ir-rapprezżentant awtorizżat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità ma’ korp notifikat ta’ l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

 l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni tintbagħat mir-rappreżentant awtorizzat, l-isem u l-indirizz tiegħu b’żieda;

 dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ntbagħtitx lil xi korp notifikat ieħor;

 id-dokumentazzjoni teknika, kif deskritta fil-punt 3.

L-applikant għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-korp notifikat kampjun rappresentattiv tal-produzzjoni maħsuba u hanwhekk iżjed ‘l quddiem imsejjħa “it-tip”. Il-korp notifikat jista’ jitlob iktar kampjuni jekk meħtieġ għat-twettieq tal-programm tat-test.

3.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti l-konformità tal-prodott mal-ħtiġiet tad-Direttiva li għandha tiġi stmata. Għandha, fil-limitu meħtieġ għal din l-istima, tkopri d-disinn, il-manifattura l-operazzjoni tal-prodott u għandha sa dak il-limitu jkun fiha:

 deskrizzjoni tat-tip ġenerali;

 tpinġijiet tad-disinn u tal-manifattura u presentazzjonijiet ta’ komponenti, sub-immuntar, ċirkwiti, eċċ.;

 id-deskrizzjonijiet u l-ispegazzjonijiet meħtieġa biex jinftiehmu t-tpinġijiet u l-presentazzjonijiet imsemmija u l-operazzjoni tal-prodott;

 lista ta’ l-istandards imsemmija fl-Artikolu 5, applikata kollha kemm hi jew f’parti, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jilħqu l-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva meta l-istandards imsemmija fl-Artikolu 5 ma jkunux ġew applikati;

 ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn magħmula, l-eżamijiet imwettqa, eċċ.;

 ir-rapporti tat-test.

4.

Il-korp notifikat għandu:

4.1.

Jeżamina d-dokumentazzjoni teknika, jivverifika li t-tip ġie manifatturat f’konformità mad-dokumentazzjoni teknika u jidentifika l-elementi li ġew iddisinjati skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ l-istandards imsemmija fl-Artikolu 5, kif ukoll il-komponenti li ġew iddisinjati mingħajr l-applikazzjoni tad-disposizzjinijiet rilevanti ta’ dawk l-istandards;

4.2.

jwettaq jew ikun wettaq l-eżamijiet adattati u testijiet meħtieġa sabiex jeżamina jekk is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur jilħqux l-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva fejn l-istandards imsemmija fl-Artikolu 5 ma jkunux ġew applikati;

4.3.

iwettaq jew ikun wettaq l-eżamijiet adattati u testijiet meħtieġa biex jeżamina jekk dawn attwalment ġewx applikati, meta l-manifattur ikun għażel li japplika l-istandards rilevanti;

4.4.

jiftiehem ma’ l-applikant il-post fejn l-eżamijiet u t-testijiet meħtieġa għandhom jitwettqu.

5.

Meta t-tip jilħaq id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, il-korp notifikat għadu joħroġ ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip CE lill-applikant. Iċ-ċertifikat għandu jkollu l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjonijiet ta’ l-eżami u t-tagħrif meħtieġ għall-identifikazzjoni tat-tip approvat.

Lista tal-partijiet importanti tad-dokumentazzjoni teknika għandha tkun annessa maċ-ċertifikat u għandha tinżamm kopja mill-korp notifikat.

Jekk il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jiġi miċħud iċ-ċertifikazzjoni, il-korp notifikat għandu jipprovdi raġunijiet dettaljati għal din iċ-ċaħda.

Għandha ssir dispożizzjoni għal proċedura ta’ appelli.

6.

L-applikant għandu jinforma l-korp notifikat li jżomm id-dokumentazzjoni teknika li tikkonċerna ċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip CE bil-modifikazzjonijiet kollha għat-tagħmir approvat jew għas-sistema ta’ protezzjoni li għandhom jirċievu iktar approvazzjoni fejn dawn il-bidliet jistgħu jaffettwaw il-konformità mal-ħtiġiet essenzjali jew mal-kondizzjonijiet preskritti għall-użu tal-prodott. Din l-approvazzjoni l-oħra tingħata fil-forma ta’ addizzjoni maċ-ċertifikat oriġinali ta’ l-eżami tat-tip CE

7.

Kull korp notifikat għandu jikkomunika mal-korpi notifikati oħrajn l-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna ċ-ċertifikati ta’ l-eżami tat-tip CE u l-addizzjonijiet maħruġa u rtirati.

8.

Il-korpi notifikati l-oħrajn jistgħu jirċievu kopji taċ-ċertifikati ta’ l-eżami tat-tip CE u/jew l-addizzjonijiet tagħhom. L-annessi maċ-ċertifikati għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-korpi notifikati l-oħrajn.

9.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jżomm mad-dokumentazzjoni teknika kopji taċ-ċertifikati ta’ l-eżami tat-tip CE u l-addizzjonijiet tagħhom għal perjodu li jispiċċa mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar tagħmir jew sistema ta’ protezzjoni kien immanifattura.

Meta la l-manifattur u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jkun stabbilit fi ħdan il-Komunità, l-obbligazzjoni li jżomm id-dokumentazzjoni teknika disponibbli għandha tkun ir-responsabbiltà ta-persuna li tqiegħed il-prodott fis-suq tal-Komunità.




ANNESS IV

MODULU: L-ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-PRODOTT

1.

Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li permezz tagħha il-manifattur li jissodisfa l-obbligazzjonijiet tal-punt 2 jassigura u jiddikjara li l-prodotti kkonċernati huma f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip CE u jissodisfaw il-ħtiġiet tad-Direttiva li tapplika għalihom. Il-manifattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità, għandu jwaħħal il-marka CE ma’ kull biċċa ta’ tagħmir u jfassal dikjarazzjoni bil-miktub ta’ konformità. Il-marka CE għandu jkollha magħha in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għas-sorveljar CE, kif speċifikat fit-Taqsima 4.

2.

Il-manifattur għandu jopera sistema ta’ produzzjoni ta’ kwalità, spezzjoni finali tat-tagħmir u eżami approvati kif speċifikat fit-Taqsima 3 u għandu jkun suġġett għas-sorveljar kif speċifikat fit-Taqsima 4.

3.

Is-sistema ta’ kwalità

3.1

Il-manifattur għandu jibgħat applikazzjoni għall-istima tas-sistema ta’ kwalità tiegħu ma’ korp notifikat ta’ l-għażla tiegħu, għat-tagħmir ikkonċernat.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

 l-informazzjoni rilevanti kollha għall-kategorija tal-prodott prevista;

 id-dokumentazzjoni li tikkonċerna s-sistema ta’ kwalità;

 id-dokumentazzjoni teknika dwar it-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip CE.

3.2.

Is-sistema ta’ kwalità għandha tassigura l-konformità tat-tagħmir mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip CE u mal-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalihom.

L-elementi kollha, il-ħtiġiet u d-dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u ordinat fil-forma ta’ poloz, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Id-dokumentazzjoni dwar is-sistema ta’ kwalità għandha tippermetti l-interpretazzjoni konsistenti ta’ progammi ta’ kwalità, pjanijiet, manwali u dokumenti.

Għandu jkun fiha, b’mod partikolari, deskrizzjoni adegwata ta’

 l-objettivi ta’ kwalità u l-istruttura ta’ l-organizzazzjoni, ir-responsabbiltajiet u l-poteri ta’ l-amministrazzjoni fir-rigward tal-kwalità tat-tagħmir;

 il-manifattura, l-kontroll ta’ kwalità u t-teknika ta’ l-assigurazzjoni ta’ kwalità, proċessi u azzjonijiet sistematiċi li jkunu wżati;

 l-eżamijiet u t-testijiet li jitwettqu qabel, tul u wara l-manifattura u l-frekwenza li bihom jitwettqu;

 id-dokumenti ta’ kwalità, bħal rapporti ta’ l-ispezzjoni u t-tagħrif tat-test, it-tagħrif ta’ kalibrazzjoni, rapporti dwar il-kwalifiki ta’ l-impjegati kkonċernati, eċċ;

 il-mezzi għall-issorveljar ta’ l-akkwist tal-kwalità tat-tagħmir meħtieġ u l-operazzjoni effettiva tas-sistema ta’ kwalità.

3.3.

Il-korp notifikat għandu jistma s-sistema ta’ kwalità biex jistabbilixxi jekk tissodisfax il-ħtiġiet imsemmija fit-Taqsima 3.2. Għandu jippreżumi l-konformità ma’ dawn il-ħtiġiet fejn għandhom x’jaqsmu s-sistema ta’ kwalità li jimplimentaw l-istandard armonizzat rilevanti. It-tijm ta’ l-awdituri għandu jkollu mill-inqas membru bl-esperjenza ta’ evalwazzjoni fit-teknoloġija tat-tagħmir ikkonċernat. Il-proċedura ta’ evalwazzjoni għandha tinkludi viżta ta’ ispezzjoni fuq il-post tal-manifattur. Id-deċiżjoni għandha tkun notifikata lill-manifattur. In-notifika għandu jkollha l-konklużjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni ta’ l-istima raġjonata.

3.4.

Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi li joħorġu mis-sistema ta’ kwalità kif approvata u għandu jżomm is-sistema sabiex tibqa’ adegwata u effiċjenti.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jinforma lill-korp notifikat li approva s-sistema ta’ kwalità b’ kull aġġornar maħsub tas-sistema ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jevalwa l-modifiki proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità emendata tkunx għadha tissodisfa l-ħtiġiet imsmemija fit-Taqsima 3.2 jew jekk hix meħtieġa stima mill-ġdid.

Għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-manifattur. In-notifika għandu jkollha l-konklużjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni ta’ l-istima raġjonata.

4.

Is-sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat

4.1.

L-iskop tas-sorveljanza hu li jkun aċċertat li l-manifattur iwettaq debitament l-obbligi li joħorġu mis-sistema ta’ kwalità approvata.

4.2.

Il-manifattur għandu, għal skopijiet ta’ ispezzjoni, jippermetti lill-korp notifikat aċċess għall-manifattura, l-ispezzjoni, l-ittestjar u l-post tal-ħażna u għandu jipprovdih bl-informazzjoni meħtieġa kollha, b’mod partikolari

 id-dokumentazzjoni taas sistema ta’ kwalità

 id-dokumenti ta’ kwalità, bħal rapporti ta’ ispezzjoni u tagħrif dwar it-test, tagħrif dwar il-kalibrazzjoni, rapporti dwar il-kwalifiki ta’ l-impjegati kkonċernati, eċċ.

4.3.

Il-korp notifikat għandu perjodikament iwettaq verifiki sabiex jassigura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi rapport ta’ verifika lill-manifattur.

4.4.

B’żieda, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat mhux mistennija lill-manifattur. Matul dawn iż-żjarat, il-korp notifikat jista’ jwettaq testijiet, jew jirranġa biex jitwettqu testijiet, sabiex jeżamina li s-sistema ta’ kwalità qed tiffunzjona kif suppost, fejn meħtieġ. Il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, jekk ikun sar test, b’rapport tat-test.

5.

Il-manifattur għandu, għall-perjodu li jintemm mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar biċċa ta’ tagħmir kienet manifattura, jżomm għad-disposizzjoniet ta’ l-awtoritajiet nazzjonali:

 id-dokumentazzjoni msemmija fit-tieni inċiż tat-taqsima 3.1;

 l-aġġornar imsemmi fit-tieni paragrafu tat-Taqsima 3.4;

 id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li huma msemmija fit-Taqsima 3.4, l-aħħar paragrafu, it-Taqsima 4.3 u t-Taqsima 4.4.

6.

Kull korp notifikat għandu javża lill-korpi notifikati l-oħrajn bl-informazzjoni relevanti li tikkonċerna l-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità maħruġa u rtirati.




ANNESS V

MODULU: IL-VERIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

1.

Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li permezz tagħha manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbiliti fi ħdan il-Komunità jeżamina u jivverifika li t-tagħmir soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-punt 3 jkun f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip CE u li jissodisfa il-ħtiġiet rilevanti tad-Direttiva.

2.

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassigura li l-proċess ta’ manifattura jiggarantixxi l-konformità tat-tagħmir mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip CE u mal-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalih. Il-manifattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità, għand waħħal il-marka CE ma’ kull biċċa ta’ tagħmir u għandu ifassal dikjarazzjoni ta’ konformità.

3.

Il-korp notifikat għandu jwettaq l-eżamijiet u t-testijiet adattati sabiex jeżamina l-konformità tat-tagħmir, is-sistema ta’ protezzjoni jew makkaniżmi msemmija fl-Artikolu 1(2), mal-ħtiġiet rilevanti tad-Direttiva, billi jeżamina u jittestja kull prodott kif speċifikat fit-Taqsima 4.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità għall-perjodu li jintemm mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar biċċa ta’ tagħmir kienet manifatturata.

4.

Il-rerifikazzjoni permezz ta’ eżami u ttestjar ta’ kull biċċa ta’ tagħmir.

4.1.

It-tagħmir kollu għandu jkun individwalment eżaminat u għandhom jitwettqu testijiet adattati stabbiliti fl-istandard(s) relevanti msemmija fl-Artikolu 5 jew testijiet ekwivalenti sabiex ikun hemm verifika tal-konformità tagħhom mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip CE u l-ħtiġiet rilevanti tad-Direttiva.

4.2.

Il-korp notifikat għandu jwaħħal jew ikollu mwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni ma’ kull oġġett approvat ta’ tagħmir u għandu jfassal ċertifikat bil-miktub ta’ konformità li għandu x’jaqsam mat-testijiet imwettqa.

4.3.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jassigura li jkun jista’ jforni ċ-ċertifikati ta’ konformità tal-korp notifikat fuq talba.




ANNESS VI

MODULU: IL-KONFORMITÀ MAT-TIP

1.

Dan il-modulu jiddeskrivi dik il-parti tal-proċedura li permezz tagħha l-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbiliti fi ħdan il-Komunità jassigura u jiddikjara li t-tagħmir in kwistjoni huwa f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip CE u li jissodisfa l-ħtiġiet rilevanti tad-Direttiva applikabbli lilu. Il-manifattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbiliti fil-Komunità, għandu jwaħħlu il-marka CE ma’ kull biċċa ta’ tagħmir u jfassal dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub.

2.

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassigura li l-proċess ta’ manifattura jassigura l-konformità tat-tagħmir manifatturat mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip CE u mal-ħtiġiet tad-Direttiva.

3.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità għall-perjodu li jintemm mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar biċċa ta’ tagħmir kienet manifatturata. Meta la l-manifattur u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma huma stabbiliti fi ħdan il-Komunità, l-obbligazzjoni li tinżamm id-dokumentazzjoni teknika disponibbli għandha tkun ir-responsabbiltà tal-persuna li tqiegħed it-tagħmir jew is-sistema ta’ protezzjoni fis-suq tal-Komunità.

Għal kull biċċa ta’ tagħmir manifatturata, ttestijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-aspetti ta’ protezzjoni anti-esplożivi tal-prodott għandhom jitwettqu biss mill-manifattur jew għan-nom tiegħu. It-testijiet għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat, magħżul mill-manifattur.

Fuq ir-responsabbiltà tal-korp notifikat, il-manifattur għandu jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan imsemmi l-ewwel matul il-proċess tal-manifattura.




ANNESS VII

MODULU: L-ASSIGURAZZJONI DWAR IL-KWALITÀ TAL-PRODOTT

1.

Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li permezz tagħha il-manifattur li jissodisfa l-obbligazzjonijiet tat-Tasima 2 jassigura u jiddikjara li t-tagħmir ikkonċernat huwa f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip CE. Il-manifattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbiliti fi ħdan il-Komunità, għandu jwaħħal il-marka CE ma’ kull prodott u għandu ifassal dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub. Il-marka CE għandu jkollha magħha in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għas-sorveljanza kif speċifikat fit-Taqsima 4.

2.

Il-manifattur għandu jopera sistema ta’ produzzjoni ta’ kwalità approvata għall-ispezzjoni finali u l-ittestjar tat-tagħmir kif speċifikat fit-Taqsima 3 hawn taħt u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fit-Taqsima 4 hawn taħt.

3.

Is-sistema ta’ kwalità

3.1.

Il-manifattur għandu jagħmela applikazzjoni għall-istima tas-sistema ta’ kwalità għat-tagħmir, ma’ korp notifikat ta’ l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

 l-informazzjoni rilevanti kollha għall-kategorija tal-prodott prevista;

 id-dokumentazzjoni dwar is-sistema ta’ kwalità;

 id-dokumentazzjoni teknika dwar it-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip CE.

3.2.

Taħt is-sistema ta’ kwalità, kull biċċa ta’ tagħmir għandha tiġi eżaminata u testijiet adattati kif stabbiliti fl-istandard(s) relevanti msemmija fl-Artikolu 5 jew testijiet ekwivalenti għandhom jitwettqu sabiex tiġi assigurata l-konformità tagħhom mal-ħtiġiet rilevanti tad-Direttiva. L-elementi kollha, il-ħtiġiet u d-dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati f’mod sistematiku u ordinat fil-forma ta’ poloz bil-miktub, proċeduri u istruzzjonijiet. Din id-dokumentazzjoni ta’ sistema ta’ kwalità għandha tippermetti l-interpretazzjoni konsistenti ta’ progammi ta’ kwalità, pjanijiet, manwali u dokumenti.

Għandu jkun fiha, b’mod partikolari, deskrizzjoni adegwata ta’:

 l-objettivi ta’ kwalità u l-istruttura ta’ organizzazzjoni, ir-responsabbilitajiet u l-poteri ta’ l-amministrazzjoni fejn għandha x’taqsam il-kwalità tal-prodott;

 l-eżamijiet u t-testijiet li jitwettqu wara l-manifattura;

 il-mezz għas-sorveljar ta’ l-operazzjoni effettiva tas-sistema ta’ kwalità;

 id-dokumenti ta’ kwalità, bħal rapporti ta’ l-ispezzjoni u t-tagħrif tat-test, it-tagħrif ta’ kalibrazzjoni, rapporti dwar il-kwaliki ta’ l-impjegati kkonċernati, eċċ;

3.3.

Il-korp notifikat għandu jistma s-sistema ta’ kwalità biex jistabbilixxi jekk tissodisfax il-ħtiġiet imsemmija fit-Taqsima 3.2. Għandu jippreżumi l-konformità ma’ dawn il-ħtiġiet fejn għandhom x’jaqsmu s-sistema ta’ kwalità li jimplimentaw l-istandard armonizzat rilevanti.

It-tijm ta’ verifika għandu jkollu mill-inqas membru bl-esperjenza bħala awditur fit-tekoloġija ikkonċernata tal-prodott. Il-proċedura ta’ evalwazzjoni għandha tinkludi żjara ta’ ispezzjoni fil-post tal-manifattur.

Id-deċiżjoni għandha tkun notifikata lill-manifattur. In-notifika għandu jkollha l-konklużjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni ta’ l-istima raġjonata.

3.4.

Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi li joħorġu mis-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jmantniha b’mod xieraq u effiċjenti.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jinforma lill-korp notifikat li approva s-sistema ta’ kwalità b’ kull aġġornar maħsub tas-sistema ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jevalwa l-modifiki proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità stima mill-ġdid.

Għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-manifattur. In-notifika għandu jkollha l-konklużjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni ta’ l-istima raġjonata.

4.

Is-sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat

4.1.

L-iskop tas-sorveljanza hu li jkun aċċertat li l-manifattur debitament iwettaq l-obbligi li joħorġu mis-sistema ta’ kwalità approvata.

4.2.

Il-manifattur għandu għall-iskopijiet ta’ l-ispezzjoni jippermetti lill-korp notifikat aċċess għall-idpezzjoni, l-ittestjar u l-post tal-ħażna u għandu jipprovdih bl-informazzjoni meħtieġa kollha, b’mod partikolari:

 id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

 id-dokumentazzjoni teknika:

 id-dokumenti ta’ kwalità, bħal rapporti ta’ l-ispezzjoni u t-tagħrif tat-test, it-tagħrif ta’ kalibrazzjoni, rapporti dwar il-kwaliki ta’ l-impjegati kkonċernati, eċċ;

4.3.

Il-korp notifikat għandu perjodikament iwettaq verifiki sabiex jassigura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi rapport ta’ verifika lill-manifattur.

4.4.

B’żieda, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat mhux mistennija lill-manifattur. Fil-ħin ta’ dawn iż-żjarat, il-korp notifkat jista’ jwettaq testijiet jew jirranġa biex jitwettqu testijiet sabiex jeżamina l-iffunzjonar kif suppost tas-sistema ta’ kwalità, fejn meħtieġ; għandu wkoll jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, jekk ikun twettaq test b’rapport tat-test.

5.

Il-manifattur għandu, għall-perjodu li jintemm mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar biċċa ta’ tagħmir kienet manifattura, jżomm għad-disposizzjoniet ta’ l-awtoritajiet nazzjonali:

 id-dokumentazzjoni msemmija fit-tielet inċiż tat-Taqsima 3.1;

 l-aġġornar imsemmi fit-tieni paragrafu tat-Taqsima 3.4;

 id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li huma msemmija fit-Taqsima 3.4, l-aħħar paragrafu, fit-Taqsima 4.3 u fit-Taqsima 4.4.

6.

Kull korp notifikat għandu javża lill-korpi notifikati l-oħrajn bl-informazzjoni relevanti li tikkonċerna l-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità maħruġa u rtirati.




ANNESS VIII

MODULU: IL-KONTROLL INTERN TAL-PRODUZZJONI

1.

Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li permezz tagħha l-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbiliti fi ħdan il-Komunità, li jwettaq l-obbligi stabbiliti fit-Taqsima 2, jassigura u jiddikjara li t-tagħmir jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva applikabbli għalih. Il-manifattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbiliti fil-Komunità, għandu jwaħħlu il-marka CE ma’ kull biċċa ta’ tagħmir u jfassal dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub.

2.

Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika deskritta fit-Taqsima 3 u hu jew r-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbiliti fi ħdan il-Komunità għandu jżommha għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali relevanti għal skopijiet ta’ ispezzjoni għall-perjodu li jintemm mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar biċċa ta’ tagħmir kienet immanifatturata.

Meta la l-manifattur u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma huma stabbiliti fi ħdan il-Komunità, l-obbligazzjoni li tinżamm id-dokumentazzjoni teknika disponibbli għandha tkun ir-responsabbiltà tal-persuna li tqiegħed it-tagħmir fis-suq tal-Komunità.

3.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tagħmel possibbli l-konformità tat-tagħmir mal-ħtiġiet rilevanti tad-Direttiva li għandhom jiġu stmati. Għandha, sal-limitu meħtieġ għal din l-istima, tkopri d-disinn, il-manifattura u l-operazzjoni tal-prodott. Għandu jkun fiha:

 deskrizzjoni ġenerali tat-tagħmir,

 id-disinn tal-kunċett u tpinġijiet tal-manifattura u l-iskemi tal-komponenti, tas-sub-immuntar, taċ-ċirkwiti, eċċ.;

 deskrizzjonijiet u spegazzjonijiet meħtieġa biex jinftiehmu t-tpinġijiet u l-iskemi u l-operazzjoni tat-tagħmir imsemmija,

 lista ta’ l-istandards applikati kollha kemm huma jew f’parti, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jilħqu l-aspetti ta’ sigurezza tad-Direttiva meta l-istandards ma jkunux ġew applikati;

 ir-riżultati tal-kalkolazzjonijiet tad-diżinn magħmula, l-eżamijiet imwettqa, eċċ.;

 ir-rapporti tat-test.

4.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità mad-dokumentazzjoni teknika.

5.

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassigura li l-proċess ta’ manifattura jkun jiggarantixxi l-konformità tat-tagħmir manifatturat mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fit-Taqsima 2 u mal-ħtiġiet tad-Direttiva applikabbli għal dan it-tagħmir.




ANNESS IX

MODULU: IL-VERIFIKAZZJONI TA’ L-UNITÀ

1.

Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li permezz tagħha l-manifattur jassigura u jiddikjara li t-tagħmir jew is-sistema ta’ protezzjoni li ħarġet maċ-ċertifikat imsemmi fit-Taqsima 2 jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva li huma applikabbli għalih. Il-manifattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat fil-Komunità, għandu iwaħħlu il-marka CE ma’ kull biċċa ta’ tagħmir jew sistema ta’ protezzjoni u għandu ifassal dikjarazzjoni ta’ konformità.

2.

Il-korp notifikat għandu jeżamina t-tagħmir individwali jew is-sistema ta’ protezzjoni u jwettaq it-testijiet adattati kif stabbiliti fl-istandard(s) relevanti msemmija fl-Artikolu 5, jew testijiet ekwivalenti, sabiex jassigura il-konformità tagħhom mal-ħtiġiet rilevanti tad-Direttiva.

Il-korp notifikat għandu jwaħħal, jew iġiegħel li jitwaħħal, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu mat-tagħmir jew is-sistema ta’ protezzjoni approvati u għandu jfassal ċertifikat ta’ konformità li jikkonċerna t-testijiet imwettqa.

3.

Il-mira tad-dokumentazzjoni teknika hi li tippermetti l-konformità mal-ħtiġiet tad-Direttiva li għandha tiġi stmata u mad-disinn, il-manifattura u l-operazzjoni tat-tagħmir jew is-sistema ta’ protezzjoni li għandha tinftiehem.

Id-dokumentazzjoni għandu jkollha:

 deskrizzjoni ġenerali tal-prodott;

 disinn tal-kunċett u tpinġijiet tal-manifattura u presentazzjonijiet ta’ komponenti, sub-immuntar, ċirkwiti, eċċ.;

 id-deskrizzjonijiet u l-ispegazzjoniejit meħtieġa biex jinftiehmu t-tpinġijiet u l-presentazzjonijiet u l-operazzjoni tal-prodott jew tas-sistema ta’ protezzjoni imsemmija;

 lista ta’ l-istandards imsemmija fl-Artikolu 5, applikata kollha kemm hi jew f’parti, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jilħqu l-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva meta l-istandards imsemmija fl-Artikolu 5 ma jkunux ġew applikati;

 ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn magħmula, l-eżamijiet imwettqa, eċċ.;

 ir-rapporti tat-test.




ANNESS X

A.   L-immarkar CE

L-immarkar ta’ konformità CE għandu jikkonsisti fl-inizjali “CE” li jkollhom il-forma li ġejja:

image

Jekk l-immarkar jiċċekken jew jitkabbar, il-proporzjonijiet mogħtija fit-tpinġija ggradwata hawn fuq għandhom jiġu rispettati.

Il-varji komponenti ta’ l-immarkar CE għandu jkollhom sostanzjalment l-istess dimesnjoni wieqfa li ma tistax tkun inqas minn 5 mm.

Din id-dimensjoni minima tista’ titwarrab għal tagħmir, sistemi ta’ protezzjoni jew mekkaniżmi ta’ skala żgħira msemmija fl-Artikolu 1(2).

B.   Il-kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ konformità CE

Id-dikjarazzjoni ta’ konformità CE għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:

 l-isem jew il-marka ta’ identifikazzjoni u l-indirizz tal-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbiliti fi ħdan il-Komunità;

 deskrizzjoni tat-tagħmir, tas-sistema ta’ protezzjoni, jew tal-mekkaniżmu msemmi fl-Artikolu 1(2);

 id-dispożizzjonijiet rilevanti kollha mħarsa mit-tagħmir, mis-sistema ta’ protezzjoni, jew mill-mekkaniżmi imsemmija fl-Artikolu 1(2);

 fejn xieraq, l-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni u l-indirizz tal-korp notifkat u n-numru taċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip CE;

 fejn xieraq, referenza għall-istandards armonizzati;

 fejn xieraq,l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li ġew użati;

 fejn xieraq, referenzi għal Direttivi oħra tal-Komunità li ġew applikati;

 l-identifikazzjoni tal-firmatarju li ġie mogħti s-setgħa jidħol f’impenji għan-nom tal-manifattur jew ir-rappreżentant awtoriżzat tiegħu stabbiliti fi ħdan il-Komunità.




ANNESS XI

IL-KRITERJI MINIMI LI GĦANDU JINGĦATA KONT TAGĦHOM MILL-ISTATI MEMBRI GĦAN-NOTIFIKA TAL-KORPI

1.

Il-korp, id-direttur tiegħu u l-impjegati responsabbli għat-twettieq tat-testijiet ta’ verifika m’għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur jew l-installatur tat-tagħmir, tas-sistemi ta’ protezzjoni, jew tal-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 1(2) li jispezzjonaw, lanqas ir-rappreżentant awtorizzat ta’ xi wieħed minn dawn il-partijiet. M’għandhomx ikunu involuti la direttament lanqas bħala rappreżentanti awtorizzati fid-disinn, fil-kostruzzjoni, fil-marketing jew fil-manutenzjoni tat-tagħmir, tas-sistemi ta’ protezzjoni jew tal-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 1(2) in kwistjoni. Dan ma jipprekludix il-possibiltà li jsir bdil ta’ informazzjoni teknika bejn il-manifattur u l-korp.

2.

Il-korp u l-impjegati tiegħu ta’ spezzjoni għandhom iwettqu t-testijiet ta’ verifika bl-ogħla grad ta’ integrità professjonali u kompetenza teknika u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u tħajjir, b’mod partikulari finanzjarju, li jista’ jinfluwenza l-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati ta’ l-ispezzjoni, speċjalment minn persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultat tal-verifiki.

3.

Il-korp għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-impjegati meħtieġa u jippossjedi l-faċilitajiet meħtieġa sabiex ikun jista’ jwettaq kif suppost ix-xogħolijiet amministrattivi u tekniċi konnessi mal-verifika; għandu wkoll ikollu aċċess għat-tagħmir meħtieġ għall-verifika speċjali.

4.

L-impjegati responsabbli għall-ispezzjoni għandu jkollhom:

 tħarriġ sod tekniku u professjonali;

 tagħrif soddisfaċenti tal-ħtiġiet tat-testijiet li jwettqu u esperjenza adegwata ta’ dawn it-testijiet;

 l-abilità li jfasslu ċ-ċertifikati, d-dokumenti u r-rapporti meħtieġa biex jawtentikaw it-twettieq tat-testijiet.

5.

L-imparzjalità ta’ l-impjegati ta’ ispezzjoni għandha tkun garantita. Ir-remunerazzjoni tagħhom m’għandhiex tiddependi min-numru ta’ testijiet imwettqa, u lanqas mir-riżultati ta’ dawk it-testijiet.

6.

Il-korp għandu joħroġ lijabilità ta’ assigurazzjoni sakemm il-lijabilità tiegħu mhijiex assunta mill-Istat skond il-liġi nazzjonali jew l-Istat Membru nnifsu hu direttament responsabbli għat-testijiet.

7.

L-impjegati tal-korp għandhom ikunu marbuta li josserva s-segretezza professjonali fejn għandha x’taqsam l-informazzjoni kollha miksuba fit-twettieq tat-testijiet (ħlief vis-à-vis l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta’ l-Istat fejn l-attivitajiet tiegħu huma mwettqa) taħt din id-Direttiva jew kull dispożizzjoni ta’ liġi nazzjonali li tagħtiha effett.



( 1 ) ĠU C 46, 20.2.1992, p. 19.

( 2 ) ĠU C 106, 27.4.1992, p. 9.

( 3 ) ĠU C 136, 4.6.1985, p. 1.

( 4 ) ĠU L 109, 26.4.1983, p. 8. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/182/KEE (ĠU L 81, 26.3.1988, p. 75).

( 5 ) ĠU L 220, 30.8.1993, p. 23.

( 6 ) ĠU L 24, 31.1.1976, p. 45. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 90/487/KEE (ĠU L 270, 2.10.1990, p. 23).

( 7 ) ĠU L 59, 2.3.1982, p. 10.

( 8 ) ĠU L 399, 30.12.1989, p. 18.

( 9 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta' l-implementazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.)

( 10 ) ĠU L 43, 20.2.1976, p. 20. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 90/487/KEE (ĠU L 270, 2.10.1990, p. 23).