1992L0065 — MT — 29.12.2014 — 014.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/65/KEE

tat-13 ta’ Lulju 1992

li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) ta’ Direttiva 90/425/KEE

(ĠU L 268, 14.9.1992, p.54)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-6 ta' April 1995

  L 117

23

24.5.1995

 M2

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-30 ta’ Marzu 2001

  L 102

63

12.4.2001

►M3

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1282/2002 tal-15 ta’ Lulju 2002

  L 187

3

16.7.2002

►M5

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 998/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Mejju 2003

  L 146

1

13.6.2003

►M6

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1398/2003 tal-5 ta’ Awissu 2003

  L 198

3

6.8.2003

►M7

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2004/68/KE Test b'relevanza EEA tas-26 ta' April 2004

  L 139

320

30.4.2004

►M8

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-26 ta' April 2007

  L 114

17

1.5.2007

►M9

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/73/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-15 ta’ Lulju 2008

  L 219

40

14.8.2008

►M10

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 176/2010 tat-2 ta’ Marzu 2010

  L 52

14

3.3.2010

►M11

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-6 ta’ Mejju 2010

  L 118

56

12.5.2010

 M12

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-10 ta’ Novembru 2010

  L 293

62

11.11.2010

►M13

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tas-17 ta’ Frar 2012

  L 50

51

23.2.2012

►M14

DIRETTIVA 2013/31/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-12 ta’ Ġunju 2013

  L 178

107

28.6.2013

►M15

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-21 ta’ Ottubru 2013

  L 281

14

23.10.2013

►M16

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 846/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014

  L 232

5

5.8.2014


Emendat bi:

►A1

  C 241

21

29.8.1994

►A2

  L 236

33

23.9.2003


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 049, 20.2.2009, p. 48  (1992/65)

►C2

Rettifika, ĠU L 084, 23.3.2013, p. 29  (1992/65)




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/65/KEE

tat-13 ta’ Lulju 1992

li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) ta’ Direttiva 90/425/KEE



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi annimali ħajjin u prodotti ta’ origini mill-annimali huma inklużi fil-lista ta’ prodotti fl-Anness II tat-Trattat; billi t-tqegħid fuq is-suq ta’ annimali u prodotti bħal dawn jikkostitwixxu sorsi ta’ introjtu ta’ parti mill-popolazzjoni ta’ l-irziezet;

Billi sabiex ikun assigurat l-iżvilupp razzjonali f’dan is-settur u żieda fil-produttività, regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali għall-annimali u l-prodotti għandhom ikunu stabbiliti fil-livell tal-Komunità;

Billi l-Komunità għandha tadotta l-miżuri u intenzjonati biex ikun stabbilit is-suq intern progressivament matul perjodu li jeskadi fil-31 ta’ Diċembru 1992;

Billi minħabba l-għanijet msemmija hawn fuq il-Kunsill kien stabbilixxa r-regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali li huma applikabbli għall-merħliet ta’ baqar, majjali, nagħaġ u mogħoż, taż-żwiemel, tjur u bajd tat-tfaqqis, ħut u prodotti tal-ħut, molluski bivalvi, semen tal-barrin u ħnieżer tar-refgħa, embrijuni tal-majjali, laħam frisk, laħam tat-tjur, prodotti tal-laħam, laħam tal-kaċċa u laħam tal-fniek;

Billi r-regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali għandhom ikunu adottati għat-tqegħid fis-suq ta’ annimali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali li għadhom m’humiex koperti bir-regoli msemmija hawn fuq;

Billi disposizzjonijiet għandhom isiru għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mingħajr preġudizju għal Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3626/82 tat-3 ta’ Diċembri 1982 dwar l-implimentazzjoni fil-Komunità tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali ta’ Speċi Ipperikolati ta’ Fawna u Flora slavaġġ ( 4 );

Billi, f’dak li jirrigwardja l-aspetti tekniċi, għandha ssir referenza għad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju f’annimali bovini u ħnieżer ( 5 ) u Direttiva 85/511/KEE tat-18 ta’ Novembru 1988 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer ( 6 );

Billi, f’dak li jirrigwardja l-organizzazzjoni ta’ verifiki u s-segwiment tagħha, kif ukoll għal miżuri ta’ salvagwardji li għandhom ikunu implementati, għandha ssir referenza għar-regoli ġenerali meħtieġa fid-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas -26 ta’ Ġunju 1990 li tikkonċerna l-verifiki veterenarji u zooloġiċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju għal ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan tat-twettieq tas-suq intern ( 7 );

Billi, ħlief fejn hemm ipprovdut mod ieħor, kummerċ f’annimali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali għandu jkun illiberalizzat, mingħajr preġudizzju għal rikors lejn miżuri possibbli ta’ salvagwardja;

Billi, minħabba r-riskju sinifikanti tat-tixrid ta’ mard li l-annimali huma esposti għalih, għal ċerti annimali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali ħtiġijiet partikolari għandhom ikunu speċifikati biex ikunu imposti meta dawn ikunu mqiegħda fis-suq għal skopijiet ta’ kummerċ, partikolarment meta intenzjonati lejn reġjuni bi status għoli tas-saħħa;

Billi s-sitwazzjoni speċifika li tappartjeni għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u fl-Irlanda minħabba l-pożizzjoni insulari ta’ dawn il-pajjiżi, u l-fatt li dawn ilhom ħielsa mill-marda tar-rabja għal perjodu ta’ żmien konsiderevoli, jitlob disposizzjonijiet partikolari biex jassiguraw li t-tqegħid fis-suq fir-Renju Unit u l-Irlanda ta’ klieb u qtates li ma jkunux oriġinaw f’dawk il-pajjiżi ma jkunux jinvolvu riskju ta’ introduzzjoni tal-marda tar-rabja f’dawk l-Istati, mingħajr b’dana kollu ma taffettwa l-abolizzjoni ta’ verifiki veterinarji fil-fruntieri bejn Stati Membri;

Billi ċertifikat tas-saħħa huwa l-aktar mezz xieraq biex jiggarantixxi u jissorvelja l-konformità ma dawn il-ħtiġijiet;

Billi, biex tinżamm is-sitwazzjoni tas-saħħa fil-Komunità, meta l-annimali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali li hemm referenza għalihom f’din id-Direttiva jkunu mqiegħda fis-suq, dawn għandhom ikunu suġġetti għal ħtiġijiet minimi meħtieġa għal kummerċ u konformità magħha li jkunu ssorveljati bi qbil mal-prinċipji u r-regoli meħtieġa fid-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta’ l-10 ta’ Diċembru 1990 li tipprovdi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterenarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi ( 8 );

Billi għandha ssir disposizzjoni għal proċedura li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti Veterenarju;

Billi l-limitu ta’ żmien għat-trasposizzjoni f’liġi nazzjonali, iffissat għall-1 ta’ Jannar 1994 fl-Artikolu 20 m’għandux jaffetwa l-abolizzjoni ta’ verifiki veterenarji fuq il-fruntieri fl-1 ta’ Jannar 1993,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



IL-KAPITOLU I

Disposizzjonijiet ġenerali

L- Artikolu 1

▼M7

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ lejn u l-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta' l-annimali, s-semen, l-ova u l-embrijuni li ma humiex suġġetti għall-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti fl-atti speċifiċi tal-Komunità referuti fl-Anness F.

▼B

Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizju għad-disposizzjonijiet adottati bis-saħħa ta’ Regolament (KEE) Nru 3626/82.

Din id-Direttiva m’għandhiex taffetwa r-regoli nazzjonali applikabbli lejn annimali mrobbija għal gost, għalkemm ir-retenzjoni tagħhom ma tistax tfixkel l-abolizzjoni ta’ verifiki veterenarji fil-fruntieri bejn Stati Membri.

L- Artikolu 2

1.  Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:

(a) “kummerċ” ifisser kummerċ kif definit fl-artikolu 2 (3) tad-Direttiva 90/425/KEE;

(b) “annimali” tfisser kampjuni ta’ speċi ta’ annimali apparti minn dawk li hemm referenza dwarhom f’Direttivi 64/432/KEE, 90/426/KEE ( 9 ), 90/539/KEE ( 10 ), 91/67/KEE ( 11 ), 91/68/KEE ( 12 ); 91/492/KEE ( 13 ); u 91/493/KEE ( 14 );

(c) “korp, istitut jew ċentru approvat” ifisser xi stabbiliment permanenti ġeografikament limitat, approvat bi qbil ma Artikolu 13, fejn wieħed jew aktar speċi ta’ annimali jkun abitwalment miżmum u mrobbi, sew jekk għal finijiet kummerċjali u anki jekk le, u esklussivament għal wieħed jew aktar minn dawn l-iskopijiet:

 wiri ta’ l-annimali u edukazzjoni tal-pubbliku;

 konservazzjoni ta’ l-ispeċji;

 riċerka xjentifika bażika jew applikata jew trobbija ta’annimali għall-iskopijiet ta’ riċerka bħal din;

(d) “marn natifikabbli” jfisser il-mard imniżżel fl-anness A.

2.  B’żieda, id-definizzjonijiet, apparti minn dawk ta’ ċentri jew korpi approvati, li jinstabu fl-artikolu 2 ta’ Direttivi 64/432/KEE, 91/67/KEE u 90/539/KEE għandhom ikunu applikabbli mutatis mutandis



IL-KAPITOLU II

Disposizzjonijiet applikabbli għal kummerċ

L- Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kummerċ li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, ma jkunx ipprojbit jew ristrett minħabba raġunijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali apparti minn dawk li jinħolqu mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew minn leġislazzjoni tal-Komunità, u partikolarment xi miżuri ta’ salvagwardja li jkunu ttieħdu.

▼A1

Sakemm ikun hemm diposizjonijiet Komunitarji dwar il-materja, l-Isvezja għandha żżomm ir-regoli nazzjonali tagħha fir-rigward ta' sriep u rettili oħra ikkunsinnati lilha.

▼B

L- Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw li, għall-iskopijiet biex ikun applikat l-Artikolu 4(1)(a) ta’ Direttiva 90/425/KEE, l-annimali li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 5 sa 10 ta’ din id-Direttiva jistgħu mingħajr preġudizju għall-Artikolu 13 u partikolarment għad-disposizzjonijiet li għandhom ikunu adottati fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 24, ikunu s-suġġett ta’ kummerċ biss jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa fl-Artikoli 5 sa 10 u jkunu ġejjin minn oqsma jew negozji li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 12(1) u (3) ta’ din id-Direttiva li huma rreġistrati mill-awtoritajiet kompetenti u li jkunu intrabtu li:

 jaraw li l-annimali jkunu eżaminati regolarment bi qbil ma’ l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 90/425/KEE,

 jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti, apparti minn meta tfaqqa’ xi marda notifikabbli, bit-tfaqqiegħ tal-mard li hemm referenza dwaru fl-Anness B li dwaru l-Istat Membru kkonċernat ikun ħejja programm ta’ kontroll u monitoraġġ,

 li jkunu konformi mal-miżuri speċifiċi nazzjonali biex jikkontrollaw mard li jkun ta’ importanza partikolari għal xi Stat Membru speċifiku u li huwa kopert bi programm imħejji bi qbil ma Artikolu 14 jew deċiżjoni permezz ta’ Artikolu 15(2),

 li jqegħdu fis-suq għall-iskopijiet ta’ kummerċ, annimali biss li ma juru l-ebda sinjali ta’ mard u li jkunu ġejjin minn oqsma jew żoni li ma humiex suġġetti għal xi projbizzjoni fuq il-bażi ta’ saħħa ta’ annimali u li f’dak li jirrigwardja annimali li ma jkunux akkumpanjati b’ċertifikat ta’ saħħa jew dokument kummerċjali li hemm provvediment dwaru fl-Artikoli 5 sa 11, l-annimali biss li jkunu akkumpanjati b’ċertifikazzjoni minnu stess mill-operatur li jiddikjara li l-annimali f’dak il-każ ma jkunux fil-waqt tal-konsenja juru xi sinjali ovvji ta’ mard u li l-qasam tiegħu ma jkunx suġġett għal xi restrizzjonijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali,

 ikunu konformi mal-ħtiġijiet li jassiguraw il-benessere ta’ l-annimali miżmuma.

L- Artikolu 5

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kummerċ f’xadini (apes) (simiae u prosimiae) huwa ristrett biss għal annimali ikkonsenjati minn u lejn korp, istitut jew ċentru approvat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru bi qbil ma’ l-Artikolu 13 u li annimali bħal dawk ikunu akkumpanjati b’ċertifikat veterenarju li jikkorrispondi għal mudell fl-Anness E, dikjarazzjoni li fiha għandu jkun mimli mill-korp, istitut jew ċentru ta’ oriġini offiċjali veterinarju biex jiggarantixxi s-saħħa ta’ l-annimali.

2.  L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’, bħala deroga mill-paragrafu 1, tawtorizza l-kisba minn korp, istitut jew ċentru approvat ta’ xadini li jappartjeni lill-individwu.

L- Artikolu 6

A. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15, Stati Membri għandhom jassiguraw li ungulati ta’ speċji apparti minn dawk li hemm referenza għalihom fid-Direttivi 64/432/KEE, 90/426/KEE u 91/68/KEE jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kummerċ biss jekk dawn jilħqu l-ħtiġijiet li ġejjin:

1. ġeneralment dawn:

(a) għandhom ikunu identifikati bi qbil ma’ l-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 90/425/KEE;

(b) m’għandhomx ikunu intenzjonati għall-qatla permezz ta’ programm għall-eradikazzjoni ta’ mard infettuż;

(ċ) m’għandhomx ikunu ngħataw tilqim kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet relevanti tad-Direttiva 85/511/KEE u l-Artikolu 4a ta’ Direttiva 64/432/KEE;

(d) iridu jkunu ġejjin minn qasam li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 3(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva 64/432/KEE li ma jkunx suġġett għal xi miżuri dwar saħħa ta’ l-annimali, partikolarment dawk meħuda permezz ta’ Direttivi 85/511/KEE, 80/217/KEE ( 15 ) and 91/68/KEE u li jkunu nżammu hemmhekk permanenti sa mit-twelid jew għall-aħħar tletin jum qabel il-konsenja;

▼M7

(e) għandhom ikunu akkompanjati b'ċertifikat li jkun jikkorrespondi mal-kampjun muri fl-Anness E, il-parti 1, li jkollu fuq din id-dikjarazzjoni kif ġejja:

image

▼M7 —————

▼B

2. fil-każ ta’ ruminanti:

(a) dawn iridu jkunu ġejjin minn merħla li tkun uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi u uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi bi qbil mad-Direttiva 64/432/KEE jew Direttiva 91/68/KEE u jissodisfaw, f’dak li jirrigwardja r-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali, il-ħtigijiet relevanti meħtieġa għal speċji bovini fl-Artikolu 3(2)(ċ), (d), (f), (g) u (h) tad-Direttiva 64/432/KEE jew l-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/68/KEE;

▼M7

(b) meta dawn ma jkunux ġejjin minn merħla li tilħaq il-kondizzjonijiet stabbiliti fi (a), dawn għandhom jiġu minn qasam li fih l-ebda każ ta' bruċellożi jew tuberkolożi ma jkunu ġew reġistrati matul l-aħħar 42 jum preċedenti tat-tgħabija ta' l-annimali u li r-ruminanti kienu għat-3° jum preċedenti tal-konsenja għaddew b'riżultati negattivi minn test għall-bruċellożi u t-tuberkolożi;

▼A1

(ċ) skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26, id-disposizzjonijiet jistgħu jkunu adottati fir-rigward ta' leukosis;

▼B

3. fil-każ ta’ suidae:

(a) dawn ma jridux ikunu ġejjin minn qasam li huwa suġġett għal miżuri ta’ projbizzjoni marbuta mal-preżenza ta’ marda Afrikana tal-ħnieżer bi qbil ma’ l-Artikolu 9a tad-Direttiva 64/432/KEE;

(b) iridu jkunu ġejjin minn qasam li ma jkunx suġġett għal xi restrizzjonijiet meħtieġa fid-Direttiva 80/217/KEE bħala riżultat tal-marda klassika tal-ħnieżer;

(ċ) iridu jkunu ġejjin minn qasam ħieles mill-bruċellożi bi qbil mad-Direttiva 64/432/KEE u jissodisfaw il-ħtiġijiet relevanti tas-saħħa ta’ l-annimali kif meħtieġa fid-Direttiva 64/432/KEE;

(d) meta ma jkunux ġejjin minn merħla li tilħaq il-kondizzjonijiet meħtieġa f’(ċ), dawn għandhom, fit-30 jum ta’ qabel il-konsenja tagħha, ikunu għaddew b’riżultati negattivi minn test iddisinjat biex juri l-assenza ta’ antikorpi ta’ bruċellożi;

▼M7 —————

▼M7

4. il-ħtiġiet tat-testijiet riferuti f'dan l-Artikolu u l-kriterja tagħhom jistgħu ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom iqisu l-każ ta' ruminati mkabbra f'reġjuni arktiċi tal-Komunità.

Sa kemm ikun hemm id-deċiżjonijiet li hemm provvediment dwarhom fis-sub-paragrafu preċedenti, ir-regoli nazzjoni għandhom jibqgħu li jkunu applikabbli.

▼B

B. Direttiva 64/432/KEE hija emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 2(b) u (ċ), għal annimal(i) bovini’ aqra “annimal(i) ta’ l-ispeċji bovini (inklużi Bubalus bubalus)”;

2. Is-segwenti Artikolu qed jiddaħħal:

“L- Artikolu 10a

Skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 12, iċ-ċertifikati tas-saħħa, li mudell tagħhom huwa riprodott fl-Anness F, jistgħu jkunu emendati jew issupplimentati, partikolarment sabiex jingħata każ tal-ħtiġijiet ta’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/65/KEE.”

L- Artikolu 7

A. Stati Membri għandhom jassiguraw li għasafar apparti minn dawk li hemm referenza għalihom fid-Direttiva 90/539/KEE jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kummerċ biss jekk jilħqu dawn il-ħtiġijiet segwenti:

1. ġeneralment dawn għandhom:

(a) ikunu ġejjin minn oqsma li fihom l-influwenza avjana ma tkunx ġiet dianjostikata fit-30 jum li jippreċedu l-konsenja;

(b) ikunu ġejjin minn razzett jew żona li ma tkunx suġġetta għal restrizzjonijiet permezz ta’ miżuri li għandhom ikunu applikati biex jikkumbattu l-marda Newcastle.

Sakemm isseħħ l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 90/539/KEE, ħtiġijiet nazzjonali biex jikkumbattu l-marda Newcastle għandhom jibqgħu jiġu applikati, b’konformità mad-disposizzjonijiet ġenerali tat-Trattat;

(ċ) ikunu, bi qbil mat-tielet subinċiż ta’ Artikolu 10 (1) ta’ Direttiva 91/496/KEE, kienu fi kwarantina, jekk huma kienu ġew impurtati minn pajjiż terz, fir-razzett li fih kienu meħuda wara li jkunu daħlu fit-territorju tal-Komunità;

2. b’żieda, psittacidae għandhom:

(a) ma jkunux ġejjin minn razzett, lanqas ma kienu f’kuntatt ma’ annimali minn razzett li fih il-psittacois (Chlamydia psittaci) tkun ġiet dianostikata.

Il-perjodu ta’ projbizzjoni sa mill-aħħar każ irreġistat u l-perjodu ta’ trattament taħt superviżjoni veterinarja rikonoxxuta permezz tal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26 għandu jkun ta’ mill-anqas xahrejn;

(b) għandhom ikunu identifikati bi qbil ma’ l-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 90/425/KEE.

Il-metodi għall-identifikazzjoni ta’ psittacidae, u partikolarment psittacidae morda, għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26;

(ċ) ikun akkumpanjat b’dokument kummerċjali iffirmat minn uffiċjal veterinarju jew mill-veterinarju responsabbli għal razzett jew in-negozju ta’ oriġini u li jkun ingħata l-poter għal dan l-iskop mill-awtorità kompetenti.

B. Fit-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 2 (2) ta’ Direttiva tal-Kunsill 91/495/KEE tas-27 ta’ Novembru 1970 li tikkonċerna s-saħħa pubblika u problemi ta’ saħħa ta’ l-annimali li jaffetwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam tal-fenek jew laħam tal-kaċċa li jkun trabba fi rziezet ( 16 ), il-kliem “i ratites (Ratitae)” għandhom ikunu mdaħħla fit-tielet linja wara l-kliem “Direttiva 90/539/KEE”.

F’punt 1 ta’ l-Artikolu 2 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarja fi, u importazzjonijiet minn, pajjiżi terzi ta’ tjur u bajd tat-tfaqqis (a), il-kliem “u ratiti (Ratitae)” għandhom ikunu miżjuda wara l-kliem “u ħġejjel.”

L- Artikolu 8

Stati Membri għandhom jassiguraw li naħal (Apis melifera) jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kummerċ biss jekk ikunu jilħqu l-ħtiġijiet segwenti:

(a) ikunu ġejjin minn żona li ma tkunx suġġetta għal ordni ta’ projbizzjoni assoċjata ma’ ġrajja tal-foulbrood Amerikana.

Il-perjodu ta’ projbizzjoni għandu jibqa’ għal mill-anqas 30 jum wara l-aħħar każ irreġistrat u d-data li fiha x-xehdiet kollha f’raġġ ta’ tliet kilometri jkunu ġew eżaminati mill-awtorità kompetenti u x-xehdiet kollha infettati maħruqa jew ittrattati u spezzjonati għas-sodisfazzjon ta’ l-imsemmija awtorità kompetenti.

Bi qbil mal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 26, u wara li jkun ikkonsultat il-Kumitat Xjentifiku Veterinarju, il-ħtiġijiet applikati lin-naħal (Apis melifera) jew ħtiġijiet ekwivalenti jistgħu jkunu applikati fuq naħal komuni;

(b) ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jkun korrispondenti mal-mudell fl-Anness E tad-dikjarazzjoni li għandha tkun mimlija mill-awtorità kompetenti biex jiċċertifika li l-ħtiġijiet ipprovduti f’(a) jkunu ġew milħuqa.

L- Artikolu 9

1.  Stati Membri għandhom jassiguraw li lagomorfi jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kummerċ biss jekk ikunu jilħqu l-ħtiġijiet segwenti:

(a) ma jkunux ġejjin minn jew ma kinux f’kuntatt ma’ annimali minn razzett li fih il-marda tar-rabja tkun preżenti jew tkun issuspettata li kienet preżenti matul l-aħħar xahar;

(b) iridu jkunu ġejjin minn razzett li fih l-ebda annimal ma juri sinjali kliniċi ta’ myxomatosis.

2.  Stati Membri li jenħtieġu ċertifikat tas-saħħa għal movimenti ta’ lagomorfi fit-territorju tagħhom jistgħu jenħtieġu li annimali li jkunu mibgħuta hemmhekk li jkunu akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa li jkun korrespondenti għal mudell fl-Anness E, issupplimentat b’din id-dikjarazzjoni segwenti:

“Jiena, li hawn taħt iffirmajt…niċċertifika li l-konsenja t’hawn fuq tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ l-Artikolu 9 tad-Direttiva 92/65/KEE u li l-annimali ma wrew l-ebda sinjal kliniku ta’ mard meta kienu ġew eżaminati.”

Dan iċ-ċertifikat għandu jkun maħruġ mill-veterinarju uffiċjali jew mill-veterinarju responsabbli għal razzett ta’ oriġini u li jkun ingħata l-poter għal dan l-iskop mill-awtorità kompetenti u għat-tnissil industrijali, mill-veterinarju uffiċjali. Stati Membri li jixtiequ jużaw din l-għażla għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni li għandha tassigura li l-ħtieġa li hemm ipprovduta fl-ewwel paragrafu tkun ġiet sodisfatta.

3.  L-Irlanda u r-Renju Unit jistgħu jinħtieġu s-sottomissjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa li jiggarantixxi l-ħtieġa pprovduta fil-paragrafu 1(a) tkun ġiet sodisfatta.

L- Artikolu 10

1.  Stati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm projbizzjoni fuq kummerċ ►M5  ————— ◄ mink u volpi li jkunu ġejjin minn jew li kienu f’kuntatt ma’ annimali minn razzett li fih il-marda tar-rabja tkun preżenti jew li jkun issuspettat li kienu preżenti fis-sitt xhur preċedenti, hekk li l-ebda programm ta’ tilqim ma jkun applikat.

▼M14

2.  Biex ikunu l-oġġett ta’ kummerċ, il-klieb, il-qtates u l-inmsa għandhom:

(a) jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 u, fejn applikabbli, fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi ( 17 );

(b) isirilhom eżami kliniku, 48 siegħa qabel il-ħin tat-tluq tal-annimali, minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti; u

(c) ikunu akkumpanjati matul it-trasport sal-post tad-destinazzjoni minn ċertifikat tas-saħħa li:

(i) jikkorrispondi għall-mudell fil-Parti 1 tal-Anness E; u

(ii) ikun iffirmat minn veterinarju uffiċjali li għandu jiċċertifika li l-veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti jkun iddokumenta, fit-taqsima rilevanti tad-dokument tal-identifikazzjoni fil-format previst fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, l-eżami kliniku mwettaq skont il-punt (b) li juri, fil-ħin tal-eżami kliniku, li l-annimali huma f’kondizzjoni tajba biex jiġu ttrasportati tul il-vjaġġ intenzjonat f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati ( 18 ).

▼M14 —————

▼A2

4.  Bla ħsara għall-paragrafi 2 u 3, l-Irlanda, Ċipru, Malta u r-Renju Unit jistgħu jżommu r-regolamenti nazzjonali tagħhom dwar il-kwarantina għall-karnivori ►M5  bl-eċċezzjoni għall-ispeċji riferiti fil-paragrafi 2 u 3,  ◄ kollha, għall-primati, għall-friefet il-lejl u għal bhejjem oħra li huma suxxettibbli għar-rabja li jaqgħu taħt din id-Direttiva li ma jistax jintwera li twieldu fil-post tat-trobbija minn fejn joriginaw u miżmuma maqfula mit-twelid; madankollu iż-żamma ta' dawk ir-regolamenti ma tistax tkun ta' ħsara għat-tneħħija ta' kontrolli veterinarji fuq il-fruntieri bejn l-Istati Membri.

▼B

5.  Deċiżjoni 90/638/KEE hija emendata kif ġej:

1. dan is-subinċiż li ġej huwa miżjud ma' l-Artikolu 1:

 “għal programmi ta’ kontroll tal-marda tar-rabja: il-kriterji provduti fl-Anness III.”

2. dan l-Anness li ġej huwa miżjud:




“ANNESS III

Kriterji għal programmi ta’ kontroll tal-marda tar-rabja

Programmi għal kontroll tal-marda tar-rabja għandhom mill-anqas ikun fihom:

(a) il-kriterji li hemm referenza dwarha f’punti 1 sa 7 ta’ l-Anness 1:

(b) informazzjoni ddettaljata rigward ir-reġjun jew reġjuni li dwarhom immunizzazzjoni orali ta’ volpi tkun seħħet bil-limiti naturali tagħha. Dan ir-reġjun jew dawn ir-reġjuni għandhom ikopru mill-anqas 6 000 km2 taż-żona nazzjonali totali ta’ Stat Membru u jistgħu jinkludu żoni ta’ biswit ta’ pajjiż terz;

(ċ) informazzjoni ddettaljata rigward it-tilqim li għandhom ikunu użati, is-sistema ta’ distribuzzjoni, id-densità u l-frekwenza ta’ kif tkun tqiegħdet in-nasba;

(d) fejn xieraq, id-dettalji kollha u n-nefqa u l-iskop ta’ skemi biex jikkonservaw jew jippreżervaw flora u fawna li jkunu ttieħdu minn organizzazzjonijiet volontarji fit-territorju kopert b’dawn il-proġetti.”

6.  Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jinnomina istitut speċifiku biex jistabbilixxi l-kriterji meħtieġa għas-standardizzazzjoni tat-testijiet seroloġiċi u għandu jiddeċiedi dwar ir-responsabbiltajiet tiegħu.

7.  Stati Membri għandhom jassiguraw li l-ispejjeż ta’ l-applikazzjoni tat-test seroloġiku jkunu merfugħa mill-importaturi.

▼M5 —————

▼A1

L-Artikolu 10a

Fir-rigward tal-marda tar-rabbja (rabies) u skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26, wara il-preżentazzjoni ta' ġustifikazzjoni xierqa, l-Artikoli 9 u 10 għandhom ikunu emendati biex jieħdu kont tas-sitwazzjoni fil-Finlandja u fl-Isvezja sabiex ikunu applikati lilhom l-istess disposizzjonijiet kif applikabbli għall-Istati Membri f'sitwazzjoni simili.

▼M9

Artikolu 11

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 21 u 23, semen, ova u embrijuni biss li jilħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 huma s-suġġett ta’ kummerċ.

2.  Semen ta’ ovini, kaprini u speċi ekwini għandhom, mingħajr preġudizzju għal xi kriterji li għandu jkun hemm konformità magħhom għad-dħul ta’ ekwidi f'kotba ta’ żwiemel tat-tkattir tar-razza għal ċertu tnissil speċifiku:

 ikunu nġabru, ġew ipproċessati u maħżuna bil-għan ta’ inseminazzjoni artifiċjali f'ċentru approvat mil-lat tas-saħħa skond l-Anness D(I), jew, fil-każ ta’ annimali ovini u kaprini bħala deroga minn dan ta’ hawn fuq, f'impriża li tissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva 91/68/KEE,

 ikunu nġabru minn annimali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness D(II),

 ikunu nġabru, ġew ipproċessati, ippreservati, maħżuna u ttrasportati skond l-Anness D(III),

 kellhom magħhom matul it-trasport lejn Stat Membru ieħor ċertifikat tas-saħħa li jikkorrispondi għal mudell li għandu jkun iddeterminat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26.

3.  Ova u embrijuni ta’ speċi ovini, kaprini, ekwini u porċini għandhom:

 ikunu ttieħdu minn donaturi femminili li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness D(IV) minn skwadra ta’ ġbir jew ġew fornuti minn skwadra ta’ produzzjoni approvata mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru u li tkun tissodisfa l-kondizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti fl-Anness D(I) skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26,

 ikunu nġabru, ġew ipproċessati u ppreservati f'laboratorju adatt, maħżuna u ttrasportati skond l-Anness D(III),

 ikollhom magħhom matul it-trasport lejn Stat Membru ieħor ċertifikat tas-saħħa li jikkorrispondi għal mudell li għandu jkun iddeterminat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26.

Semen użat għall-inseminazzjoni ta’ donaturi femminili għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 fil-każ ta’ nagħaġ, mogħoż u ekwidi u mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 90/429/KEE fil-każ ta’ majjali.

Kwalunkwe garanzija addizzjonali oħra tista' tkun determinata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26.

4.  Iċ-ċentri approvati msemmija fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 2 u l-iskwadri approvati msemmija fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 3 għandhom jiġu rreġistrati mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat, filwaqt li kull ċentru u skwadra tingħata numru ta’ reġistrazzjoni veterinarja.

Kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornata lista ta’ dawk iċ-ċentri approvati u l-iskwadri u n-numri ta’ reġistrazzjoni veterinarja tagħhom u għandu jqegħedha għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħra u tal-pubbliku.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-paragrafu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26.

5.  Il-ħtiġiet rigward is-saħħa ta’ l-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa applikabbli għal semen, ova u embrijuni ta’ speċi mhux imsemmijin fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26.

Sakemm jiġu stabbiliti l-ħtiġiet rigward is-saħħa ta’ l-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ ta’ dawn is-semen, l-ova u l-embrijuni, għandhom jibqgħu japplikaw ir-regoli nazzjonali.

▼B

L- Artikolu 12

1.  Ir-regoli dwar verifiki stabbiliti bid-Direttiva 90/425/KEE għandhom ikunu applikabbli, partikolarment f’dak li jirrigwarda l-organizzazzjoni ta’, u s-segwiment ta’ verifiki li għandhom ikunu mwettqa, fuq l-annimali, semen, ova u embrijuni koperti b’din id-Direttiva li huma akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa. Annimali oħra jridu jkunu ġejjin minn oqsma suġġetti għall-prinċipji ta’ dik id-Direttiva f’dak li jirrigwarda verifiki ta’ oriġini u destinazzjoni.

2.  L-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/425/KEE għandu japplika lejn annimali, semen, ova u embrijuni koperti b’din id-Direttiva.

3.  Għall-iskop ta’ kummerċ, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 90/425/KEE għandu jkun estiż għal negozjanti li jżommu, fuq bażi permanenti jew okkażjonali, annimali li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 7, 9 u 10.

4.  Il-komunikazzjoni tal-post ta’ destinazzjoni kif hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 4 (2) tad-Direttiva 90/425/KEE għandu, fir-rigward ta’ annimali, semen, ova jew embrijuni akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa bi qbil ma’ din id-Direttiva, jseħħ bl-użu tas-sistema Animo.

5.  Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet speċifiċi ta’ din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti għandha, meta jkollha suspett li ma jkunx hemm konformità ma’ din id-Direttiva jew li jkun hemm dubju dwar is-saħħa ta’ l-annimali jew il-kwantità tas-semen, l-ova jew l-embrijuni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1, twettaq xi verifiki li hi tħoss li jkunu xierqa.

6.  Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri amministrattivi jew penali xierqa biex jippenalizzaw xi ksur ta’ din id-Direttiva, partikolarment meta jinstab li ċ-ċertifikati jew dokumenti mħejjija ma jkunux jikkorrispondu ma’ l-istat attwali ta’ l-annimali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1, li l-identifikazzjoni ta’ l-annimali jew prodotti f’dak il-każ ma jkunux għaddew mill-verifiki li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva.

L- Artikolu 13

1.  Kummerċ f’annimali li huma suxxettibbli għal mard li hu mniżżel fl-Anness A jew għal mard li hu mniżżel fl-Anness B, meta l-Istat Membru tad-destinazzjoni japplika l-garanzija li hemm provvediment dwarha fl-Artikoli 14 u 15, il-kummerċ f’semen, ova jew embrijuni ta’ annimali bħal dawn ikkonsenjati lejn u minn korpi, istitutjiet jew ċentri approvati bi qbil ma’ l-Anness Ċ għandhom ikunu s-suġġett ta’ dokument ta’ produzzjoni jew trasport li jkun jikkorrespondi mal-mudell fl-Anness E. Dan id-dokument, li għandu jkun mimli mill-veterinarju responsabbli għal korp, istitut jew ċentru ta’ oriġini, għandu jispeċifika li l-annimali, semen, ova jew embrijuni jkunu ġejjin mill-korp, istitut jew ċentru approvat bi qbil ma’ l-Anness Ċ u għandu jakkumpanjahom matul it-trasport.

2.  

(a) (a) Biex ikunu approvati, korpi, istitutjiet jew ċentri għandhom, f’dak li jirrigwarda mard notifikabbli, jissottomettu lejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru d-dokumenti relevanti kollha bħala sostenn li jirrigwardaw il-ħtiġijiet li jinstabu fl-Anness Ċ.

(b) Wara li tirċievi l-file li jirrigwarda t-talba għall-approvazzjoni jew għal tiġdid ta’ approvazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha teżaminaha fid-dawl ta’ l-informazzjoni li jkun fiha u, fejn xieraq, tar-riżultati tat-testijiet imwettqa fuq il-post.

(ċ) L-awtorità kompetenti għandha tneħħi l-approvazzjoni bi qbil mal-punt 3 ta’ l-Anness Ċ.

▼M9

(d) Il-korpi, l-istituti u ċ-ċentri approvati kollha għandhom jiġu rreġistrati u maħruġa b’numru ta’ approvazzjoni mill-awtorità kompetenti.

Kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornata lista tal-korpi, l-istituti u ċ-ċentri approvati u n-numri ta’ approvazzjoni tagħhom u għandu jagħmilha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-punt jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26.

▼A1

(e) L-Isvezja għandu jkollha perijodu ta' sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni biex timplimenta l-miżuri stabbiliti rigward korpi, istituzzjonijiet u ċentri.

▼B

L- Artikolu 14

1.  Meta Stat Membru jħejji jew ikun ħejja jew direttament inkella permezz ta’ min irabbi, programm volontarju jew obbligatorju ta’ kontroll jew monitoraġġ għal waħda mill-mardiet li hemm referenza dwarha fl-Anness B, dan jista’ jippreżenta l-programm lill-Kummissjoni u jisħaq partikolarment:

 id-distribuzzjoni tal-marda fit-territorju tiegħu,

 jekk il-mard ikun notifikabbli,

 ir-raġunijiet għaliex ikun beda l-programm, jittieħed każ ta’ l-effettività tiegħu dwar l-ispejjeż u s-sinifikat tal-marda,

 iż-żona ġeografika li fiha l-programm għandu jkun impost,

 il-kategoriji ta’ status li għandhom ikunu applikati lill-istabbilimenti, il-ħtiġijiet għal kull speċi meta jkunu introdotti f’razzett u l-proċeduri tat-testijiet li għandhom ikunu użati,

 il-programm ta’ proċeduri ta’ monitoraġġ, inkluża l-medda ta’ l-involviment ta’ min irabbi fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ kontroll jew monitoraġġ,

 l-azzjoni li għandha tittieħed jekk, għal xi raġuni, razzett jitlef l-istatus tiegħu,

 il-miżuri li għandhom jittieħdu jekk ir-riżultati tat-testijiet imwettqa permezz tal-programm ikunu pożittivi,

 in-natura mhux diskriminatorja ta’ kummerċ fit-territorju ta’ l-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-kummerċ intra-Komunitarju.

2.  Il-Kummissjoni għandha teżamina l-programmi ppreżentati mill-Istati Membri. Programmi jistgħu jkunu approvati permezz tal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26 b’konformità mal-kriterji provduti fil-paragrafu 1. Permezz ta’ l-istess proċedura, garanziji addizzjonali, ġenerali jew limitati, li jistgħu jkunu meħtieġa fil-kummerċ, għandhom ikunu definiti fl-istess waqt jew l-aktar tard tliet xhur wara l-preżentazzjoni tal-programmi. Garanziji bħal dawn m’għandhomx jeċċedu dawk li l-Istati Membri jimplimentaw nazzjonalment.

3.  Programmi sottomessi minn Stati Membri jistgħu jkunu emendati jew issupplimentati permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26. Skond l-istess proċedura, jistgħu jsiru emendi għal garanziji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2.

L- Artikolu 15

1.  Meta Stat Membru jikkonsidra li t-territorju tiegħu jew parti mit-territorju tiegħu ikun ħieles minn waħda mill-mardiet imniżżla fl-Anness B li dwarha l-annimali koperti b’din id-Direttiva huma suxxettibbli, dan għandu jippreżenta lill-Kummissjoni dokumentazzjoni xierqa ta’ sostenn, u jeżiġi partikolarment:

 in-natura tal-marda u l-istorja tas-seħħ tagħha fit-territorju tiegħu,

 ir-riżultati ta’ testijiet ta’ sorveljanza bbażati fuq investigazzjonijiet seroloġiċi, mikrobioloġiċi, patoloġiċi jew epidemjoloġiċi,

 il-perjodu li matulu din il-marda kienet notifikabbli lill-awtoritajiet kompetenti,

 il-perjodu li matulu s-sorveljanza tkun imwettqa,

 fejn applikabbli, il-perjodu li matulu t-tilqima kontra l-marda tkun ġiet ipprojbita u ż-żona ġeografika kkonċernata bil-projbizzjoni,

 l-arranġamenti għal verifika ta’ l-assenza tal-marda.

2.  Il-Kummissjoni għandha teżamina d-dokumentazzjoni provduta fil-paragrafu 1 u tissottometti lill-Kumitat Permanenti Veterinarju deċiżjoni li tapprova jew tiċħad il-pjan ippreżentat mill-Istat Membru. Jekk il-pjan ikun aċċettat, il-garanziji addizzjonali, ġenerali jew speċifiċi, li jistgħu jkunu meħtieġa fil-kummerċ għandhom ikunu definiti permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26. Dawn m’għandhomx jeċċedu dawk li l-Istat Membru jimplimenta nazzjonalment.

Sa kemm isseħħ deċiżjoni, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jħalli n-negozjati fil-kummerċ tiegħu l-ħtiġijiet relevanti meħtieġa sabiex iżomm l-istatus tiegħu.

3.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’xi tibdil fil-partikolaritajiet speċifikati fil-paragrafu 1. Il-garanziji definiti kif imniżżla fil-paragrafu 2 jistgħu, fid-dawl ta’ notifika bħal din, ikunu emendati jew imneħħija skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 26.



IL-KAPITOLU III

Disposizzjonijiet applikabbli dwar importazzjoni fil-Komunità

L- Artikolu 16

Il-kondizzjonijiet applikabbli dwar importazzjoni ta’ annimali, semen, ova u embrijuni koperti b’din id-Direttiva għandhom mill-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk meħtieġa fil-Kapitolu II.

▼M14

Fir-rigward tal-qtates, il-klieb u l-inmsa, il-kondizzjonijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk previsti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 10(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013.

Barra mill-kondizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu, il-klieb, il-qtates u l-inmsa għandhom, matul it-trasport sal-post tad-destinazzjoni, ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jkun mimli u ffirmat minn veterinarju uffiċjali, li għandu jiċċertifika li sar eżami kliniku 48 siegħa qabel il-ħin tat-tluq tal-annimali minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti u li jkun ivverifika li, fil-ħin tal-eżami kliniku, l-annimali kienu f’kondizzjoni tajba biex jiġu ttrasportati għall-vjaġġ intenzjonat.

▼B

L- Artikolu 17

1.  Għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni uniformi ta’ l-Artikolu 16, għandhom ikunu applikabbli d-disposizzjonijiet tal-paragrafi li ġejja.

▼C1

2.  Annimali, semen, ova u embrijuni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 11 biss li jissodisfaw il-ħtiġijiet segwenti jistgħu jkunu importati fil-Komunità:

▼M9

(a) iridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz fuq lista li għandha tkun imħejjija bi qbil mal-paragrafu 3 (a);

(b) irid ikun hemm magħhom iċ-ċertifikat tas-saħħa li jikkorrispondi għal mudell li għandu jitfassal skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26, iffirmat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż li jesporta u jiċċertifika li,

(i) l-annimali

 jissodisfaw il-kondizzjonijiet addizzjonali jew joffru l-garanziji ekwivalenti msemmija fil-paragrafu 4; u

 ikunu ġejjin minn ċentri, korpi, istituti approvati li joffru garanziji ta’ l-inqas ekwivalenti għal dawk fl-Anness C;

(ii) is-semen, l-ova u l-embrijuni jkunu ġejjin minn ċentri approvati ta’ ġbir u ta’ ħażna jew skwadri ta’ ġbir u ta’ produzzjoni li joffru garanziji mill-inqas ekwivalenti għal dawk li jridu jiġu stabbiliti fl-Anness D(I) skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26.

Sakemm jiġu stabbiliti l-listi tal-pajjiżi terzi, l-istabbilimenti approvati elenkati fil-punt (b), il-ħtiġiet rigward is-saħħa ta’ l-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa kif imsemmi fil-paragrafi (a) u (b), għandhom jibqgħu japplikaw ir-regoli nazzjonali dment li ma jkunux aktar favorevoli minn dawk imniżżlin fil-Kapitolu II.

3.  Is-segwenti għandu jkun stabbilit:

(a) skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26, lista tal-pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minn pajjiżi terzi li huma kapaċi jipprovdu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni garanziji ekwivalenti għal dawk previsti fil-Kapitolu II fir-rigward ta’ annimali, semen, ova u embrijuni;

(b) skond dan il-punt, lista taċ-ċentri jew skwadri approvati kif imsemmija fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 11 u fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu li jinsabu f’wieħed mill-pajjiżi terzi li jidhru fil-lista msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu u li għalihom l-awtorità kompetenti tista’ tagħti l-garanziji previsti fl-Artikolu 11(2) u (3).

Il-lista taċ-ċentri u l-iskwadri approvati msemmija fl-ewwel subparagrafu u n-numri ta’ reġistrazzjoni veterinarja tagħhom għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni.

L-approvazzjoni ta’ ċentri jew skwadri għandha tiġi immedjatament sospiża jew irtirata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jekk ma jissodisfawx aktar il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(2) u (3) u l-Kummissjoni għandha tiġi infurmata immedjatament b’dan.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri bil-listi ġodda jew aġġornati kollha li hi tirċievi mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz skond it-tieni u t-tielet subparagrafi u għandha tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku għal skopijiet ta’ informazzjoni.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-punt jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26.

(c) skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26, il-ħtiġiet speċifiċi tas-saħħa ta’ l-annimali, b’mod partikolari għall-ħarsien tal-Komunità minn ċertu mard eżotiku, jew garanziji ekwivalenti għal dawk imsemmija f’din id-Direttiva.

Il-ħtiġijiet speċifiċi u l-garanziji ekwivalenti stabbiliti għal pajjiżi terzi ma jistgħux ikunu aktar favorevoli minn dawk imsemmija fil-Kapitolu II.

▼B

4.  Il-lista li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 3 tista’ tinkludi biss pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi:

(a) li minnhom importazzjoni ma tkunx ipprojbita:

 bħala riżultat ta’ l-eżistenza ta’ waħda mill-mardiet li hemm referenza dwarha fl-Anness A jew xi mard eżotiku ieħor lejn il-Komunità,

 bis-saħħa ta’ l-Artikoli 6, 7 u 14 tad-Direttiva 72/462/KEE u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 91/495/KEE u tad-Direttiva 71/118/KEE ( 19 ) jew, fil-każ ta’ l-annimali l-oħra koperti b’din id-Direttiva, permezz ta’ deċiżjoni meħudha bi qbil mal-proċedura meħtieġa fl-Artikolu 26, wara li jkun ikkunsidrat l-istat tas-saħħa tagħhom;

(b) li, minħabba l-leġislazzjoni tagħhom u ta’ l-organizzazzjoni tas-servizzi veterinarji tagħhom u tas-servizzi ta’ spezzjoni, il-poteri ta’ servizzi bħal dawn u tas-superviżjoni li jkunu s-suġġett, jew kienu rikonoxxuti, bi qbil ma’ l-Artikolu 3 (2) tad-Direttiva 72/462/KEE, bħala li jistgħu jiggarantixxu l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni eżistenti tagħhom;

(ċ) is-servizzi veterinarji li jkunu jistgħu jiggarantixxu li l-ħtiġijiet tas-saħħa jkunu mill-anqas ekwivalenti għal dawk meħtieġa fil-Kapitolu II ikunu b’konformità magħhom.

5.  Esperti mill-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet fuq il-post biex jivverifikaw jekk il-garanziji mogħtija mill-pajjiż terz rigward il-kondizzjonijiet ta’ produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ikunux jistgħu jiġu meqjusa bħala ekwivalenti għal dawk applikati fil-Komunità.

L-esperti mill-Istati Membri responsabbli għal dawn l-ispezzjonijiet għandhom ikunu maħtura mill-Kummissjoni li taġixxi fuq proposta mill-Istati Membri.

Dawn l-ispezzjonijiet għandhom iseħħu f’isem il-Komunità, li għandha terfa’ l-ispiża ta’ xi nefqa f’dan ir-rigward.

6.  Sa kemm isseħħ l-organizzazzjoni għall-ispezzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 5, regoli nazzjonali applikabbli għall-ispezzjoni f’pajjiżi terzi għandhom jibqgħu jkunu applikabbli, suġġett għal notifika, permezz tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, dwar xi nuqqas ta’ konformità mal-garanziji offruti bi qbil mal-paragrafu 3, li jinstabu matul dawn l-ispezzjonijiet.

L- Artikolu 18

1.  Stati Membri għandhom jassiguraw li l-annimali, semen, ova u embrijuni koperti b’din id-Direttiva jkunu importati fil-Komunità biss jekk dawn:

 huma akkumpanjati b’ċertifikat li għandu jkun imħejji mill-veterinarju uffiċjali.

 Il-mudell taċ-ċertifikat għandu, jiddependi mill-ispeċi, ikun imħejji skond il-proċedura meħtieġa fl-Artikolu 26,

 ikun issodisfa l-verifiki meħtieġa bid-Direttivi 90/675/KEE u 91/496/KEE ( 20 ),

 ikunu għaddew, qabel il-konsenja lejn territorju tal-Komunità, minn verifika minn veterinarju uffiċjali biex jassigura li l-kondizzjonijiet tat-trasport speċifikati fid-Direttiva 91/628/KEE ( 21 ) jkunu saru b’konformità tagħha, partikolarment f’dak li jirrigwarda l-għoti ta’ ilma tax-xork u l-għalf,

 ikunu, fil-każ ta’ annimali li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 5 sa 10, inżammu fi kwarantina qabel ma jitqiegħdu fis-suq, bi qbil mar-regoli ddettaljati li għandhom ikunu stabbiliti permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26.

2.  Sakemm ikunu stabbiliti r-regoli speċifiċi għal dan l-Artikolu, ir-regoli nazzjonali applikabbli għal importazzjoni minn pajjiżi terzi li dwarhom dawn il-ħtiġijiet ma jkunux ġew adottati fil-livell tal-Komunità għandhom jibqgħu jkunu applikabbli, sakemm dawn ma jkunux aktar favorevoli minn dawk meħtieġa f’Kapitolu II.

L- Artikolu 19

Is-segwenti għandu jkun deċiż permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26:

(a) ħtiġijiet speċifiċi dwar is-saħħa ta’ l-annimali, għal importazzjoni fil-Komunità, u n-natura u l-kontenut ta’ dokumenti li jakkumpanjaw annimali intenzjonati għal ġonna żooloġiċi, kummidji, ġonna ta’ divertiment jew laboratorji sperimentali, skond l-ispeċi;

(b) garanziji addizzjonali għal dawk li hemm provvediment dwarhom fir-rigward ta’ speċi varji ta’ annimali koperti b’din id-Direttiva, biex ikunu protetti l-ispeċi kkonċernati tal-Komunità.

L- Artikolu 20

▼M9

Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 97/78/KE għandhom japplikaw, b’mod partikolari għall-organizzazzjoni u s-segwitu tal-verifiki li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri u l-miżuri ta’ salvagwardja li għandhom ikunu applikati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22 ta’ dik id-Direttiva.

▼B

►C2  Sakemm jiġu implimentati d-Deċiżjonijiet previsti fl-Artikolu 8, punt B u l-Artikolu 30 tad-Direttiva 91/496/KEE, ◄ ir-regoli nazzjonali relevanti għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 8 (1) u (2) ta’ l-imsemmija Direttiva għandhom jibqgħu jkunu applikati, mingħajr preġudizju għal konformità mal-prinċipji u r-regoli li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.



IL-KAPITOLU IV

Disposizzjonijiet Komuni Finali

L- Artikolu 21

Xi kampjuni ta’ ċertifikati applikabbli għal kummerċ u l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li għandhom ikunu milħuqa biex ikun possibbli għal kummerċ f’annimali, semen, ova u embrijuni apparti minn dawk koperti bl-Artikoli 5 sa 11 għandhom, jekk jinqala’ l-każ, li jkunu ddeterminati permezz tal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 26.

L- Artikolu 22

L-Annessi ta’ din id-Direttiva għandhom, meta tinqala’ l-ħtieġa, ikunu emendati skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 26.

▼A1

L-Anness B għandu jkun eżaminat mill-ġdid qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni sabiex, partikolarment, tkun emendata l-lista ta' mard biex tinkludi dawk li għalihom ruminanti u suidae huma suxxettibli u dawk li huma trasmessi minn sperma ta' l-ovini u minn embrijuni.

▼B

L- Artikolu 23

Permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26, ħtiġijiet speċjali jistgħu jkunu meħtieġa, jekk xieraq, bħala deroga ►M7  ————— ◄ minn Kapitolu II, għal moviment ta’ annimali tal-kummiedji jew tal-luna park u għal kummerċ f’annimali, semen, ova u embrijuni intenzjonati għal ġonna zooloġiċi.

L- Artikolu 24

1.  L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jimponu fuq id-dħul fit-territorju tagħhom dawk l-annimali (inkluż għasafar tal-gaġġa), semen, ova u embrijuni li hemm referenza għalihom f’din id-Direttiva li jkunu għaddew mit-territorju ta’ pajjiż terz għall-produzzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa li jiċċertifika konformità mal-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva.

2.  Stati Membri li jkollhom rikors lejn il-possibbilità pprovduta fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-Kumitat Permanenti Veterinarju.

L- Artikolu 25

Dan li ġej għandu jkun miżjud ma’ l-Anness A ta’ Direttiva 90/425/KEE:

“Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) tad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU Nru L 268, 14.9.1992, p. 54).”

▼M7

L-Artikolu 26

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, stabbilit bl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 22 ).

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu applikabbli.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 23 ) għandu jkun stabbilit għal tlett xhur.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tal-Proċedura tiegħu.

▼B

L- Artikolu 27

Stati Membri li jimplimentaw sistema alternattiva ta’ kontroll li tipprovdi garanziji ekwivalenti għal dawk meħtieġa f’din id-Direttiva f’dak li jirrigwarda movimenti fit-territorju tagħhom ta’ l-annimali, semen, ova u embrijuni li din tkopri, jistgħu jagħtu lill-xulxin derogi mill-Artikolu 6(A)(i)(f), Artikolu 8(b) u Artikolu 11(1)(d) fuq bażi reċiproka.

L- Artikolu 28

Permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26, miżuri transitorji jistgħu jkunu adottati għal perjodu ta’ tliet snin sabiex jiffaċilitaw it-trasmissjoni ta’ l-arranġamenti l-ġodda stabbiliti b’din id-Direttiva.

L- Artikolu 29

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu b’effett il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Jannar 1994. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta dawn il-miżuri jkunu adottati mill-Istati Membri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal dik fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex jagħmlu referenza bħal dik għandhom ikunu meħtieġa mill-Istati Membri.

2.  Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat b’din id-Direttiva.

3.  L-iffissar ta’ limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni f’liġi nazzjonali fl-1 ta’ Jannar 1994 għandu jkun mingħajr preġudizju għall-abolizzjoni tal-verifiki veterinarji fuq il-fruntieri li hemm provvediment dwarhom fid-Direttiva 89/662/KEE u 90/425/KEE.

L- Artikolu 30

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M6




ANNESS A



IL-MARD NOTIFIKABBLI FIL-KUNTEST TA' DIN ID-DIRETTIVA

Marda

Ordni/familja/speċi primarjament konċernata

Marda Afrikana taż-żwiemel

Ekwidej

Id-deni tal-ħnieżer nisa

Swidej u Tajasswidej

L-influwenza ta' l-għasafar

Tjur

Foulbrood Amerikana

Apis

Antraċi

Bovidae, Camelidae, Cervidae, Elephantidae, Ekwidej u Hippo-potamidae

Bluetongue

Antilocapridae, Bovidae, Cervidae, Giraffidae, u Rhinocerotidae

Brucella abortus

Antilocapridae, Bovidae, Camelidae, Cervidae, Giraffidae, Hippo-potamidae u Tragulidae

Brucella melitensis

Antilocapridae, Bovidae, Camelidae, Cervidae, Giraffidae, Hippo-potamidae u Tragulidae

Brucella ovis

Camelidae, Tragulidae, Cervidae, Giraffidae, Bovidae u Antil-ocapridae

Brucella suis

Cervidae, Leporidae, Ovibos moschatus, Suidae u Tayassuidae

Swine Fever Klassika

Suidae u Tayassuidae

Pleuropneumonia kontagjuża tal-bovini

Bovini (inklużi żebu, buflu, biżonte u yak)

Ebola

Primati mhux umani

Mard ta' l-ilsien u d-dwiefer

Artiodactyla u iljunfati Asjatici

Infectious haematopoeitic necrosis

Salmonide

Marda tal-gilda mħattba

Bovidae u Giraffidae

Monkey pox

Rodentia u primati mhux umani

Mycobacterium bovis

Mammiferi, parkikolarment Antilocapridae, Bovidae, Camelidae, Cervidae, Giraffidae, u Tragulidae

Newcastle disease

Aves

Peste des petits ruminants

Bovidae u Suidae

Porcine enterovirus encephalomyelitis

Suidae

Psitacosis

Psittaciformes

Rabies

Carnivora u Chiroptera

Rift valley fever

Bovidae, Camelus speċi u Rhinocerotidae

Rinderpest

Artiodactyla

Small hive beetle (Aethina tumida)

Apis u Bombus

Sheep and goat pox

Bovidae

Marda vexxikoluża tal-majjal

Suidae u Tayassuidae

Tropilaelaps mite (Tropilaelaps spp).

Apis

Vexxikoluża stomatitis

Artiodactyla u Equidae

TSE

Bovidae, Cervidae, Felidae u Mustelidae

▼B




ANNESS B



LISTA TA' MARD LI DWARU L-PROGRAMMI NAZZJONALI JISTGĦU JKUNU RIKONOXXUTI PERMEZZ TA' DIN ID-DIRETTIVA

Mink

Enterite virali

Mard Alewzjan

Naħal

Foulbrood Ewropew

Varroasus u acariasis

Xadini u felidi

Tuberkolożi

Ruminanti

Tuberkolożi

Lagomorfi

Myxomatosis

Mard emoraġiku virali

Tularaemia

▼M3




ANNESS Ċ

KONDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-APPROVAZZJONI TA’ KORPI, ISTITUTI JEW ĊENTRI

1. Sabiex tingħata approvazzjoni uffiċjali skond l-Artikolu 13(2) ta’ din id-Direttiva, korp, istitut jew ċentru kif definit fl-Artikolu 2(1)(ċ) għandu:

(a) ikun mmarkat b’mod ċar u separat mill-ambjent tiegħu, jew l-annimali jkunu magħluqa jew imqiegħda b’mod li ma jkunux ta’ riskju sanitarju lill-impriżi agrikoli li l-istat ta’ saħħa tagħhom jista’ jitqiegħed fil-periklu;

(b) ikollhom mezz xieraq biex jaqbdu, jagħlqu u jiżolaw annimali u, jkollhom għad-disposizzjoni tagħhom faċilitajiet ta’ kwarantina xierqa u proċeduri approvati għal annimali ġejjin minn imkejjen mhux approvati;

(ċ) ikunu ħielsa mill-mard elenkat fl-Anness A u l-mard elenkat fl-Anness B meta l-pajjiż ikollu programm skond l-Artikolu 14. Sabiex korp, istitut jew ċentru jiġi ddikjarat liberu minn dan il-mard l-awtorità lokali kompetenti għandha tagħmel eżami tar-reġistri ta’ l-istat sanitarju ta’ l-annimali miżmuma għall-inqas għat-tliet snin preċedenti u r-riżultati tat-testijiet kliniċi u tal-laboratorji mwettqa fuq l-annimali fil-korp, istitut jew ċentru. B’danakollu, b’deroga minn dan ir-rekwiżit, għandhom jiġu approvati stabbilimenti ġodda jekk l-annimali miġbura hemm ikunu ġejjin minn stabbilimenti approvati;

(d) iżommu reġistri aġġornati li jindikaw:

(i) in-numru, l-identità (età, sess, speċi u identifikazzjoni individwali fejn hu prattiku) ta’ l-annimali ta’ kull speċi preżenti fl-istabbiliment;

(ii) in-numru, l-identità (età, sess, speċi u identifikazzjoni individwali fejn hu prattiku) ta’ l-annimali li jaslu fl-istabbiliment jew jitilqu minnu, flimkien ma’ l-informazzjoni dwar l-oriġini jew id-destinazzjoni tagħhom, it-trasport minn jew lejn l-istabbiliment u l-istat sanitarju ta’ l-annimali;

(iii) ir-riżultati ta’ testijiet tad-demm u proċeduri djanjostiċi oħra;

(iv) il-każijiet ta’ mard u, fejn xieraq, it-trattament mogħti;

(v) ir-riżultati ta’ l-eżamijiet post-mortem fuq annimali li mietu fl-istabbiliment, inklużi annimali li twieldu mejta;

(vi) l-osservazzjonijiet li saru waqt xi perjodu ta’ iżolament jew kwarantina;

(e) ikollhom jew arranġament ma’ laboratorju kompetenti biex iwettqu eżamijiet post-mortem, jew ikollhom post wieħed jew aktar xierqa fejn dawn l-eżamijiet jistgħu jitwettqu minn persuna kompetenti taħt l-awtorita’ tal-veterinarju approvat;

(f) ikollhom jew arranġamenti xierqa jew faċilitajiet fil-post għal tneħħija xierqa ta’ l-iġsma ta’ annimali li jmutu minn marda jew jiġu ewtanizzati;

(g) jiżguraw, b’kuntratt jew strument legali ieħor, is-servizzi ta’ veterinarju approvat minn jew taħt il-kontroll ta’ l-awtorità lokali kompetenti, li:

(i) għandha tikkonforma mutatis mutandis mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 14(3)(B) tad-Direttiva 64/432/KEE,

(ii) għandha taċċerta li jiġu approvati mill-awtorità lokali kompetenti u applikati fil-korp, istitut jew ċentru, miżuri xierqa ta’ sorveljana u kontroll dwar is-sitwazzjoni tal-mard fil-pajjiż ikkonċernat. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu:

 pjan ta’ sorveljanza annwali tal-mard li jinkludi kontroll xieraq fuq l-annimali għaż-żoonożi,

 testijiet kliniċi, tal-laboratorju, u ta’ post-mortem ta’ annimali suspettati li jkunu milquta minn mard li jittieħed,

 vaċċinazzjoni ta’ annimali suxxettibili għall-mard infettiv kif xieraq, biss b’mod konformi mal-leġislazzjoni Komunitarja;

(iii) tiżgura li xi mewt suspettuża jew preżenza ta’ sintomu li joħloq suspett li l-annimali li ħadu xi marda jew aktar mill-mard imsemmi fl-Annessi A u B tiġi avżata bihom mingħajr dewmien l-awtorità lokali kompetenti, jekk dik il-marda partikolari trid tiġi notifikata fl-Istat Membru kkonċernat;

(iv) tassigura li l-annimali deħlin ġew iżolati kif meħtieġ, u skond ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u l-istruzzjonijiet, jekk hemm, mogħtija mill-awtorità kompetenti;

(v) ikun responsabbli għall-konformita’ ta’ kuljum mar-rekwiżiti sanitarji ta’ l-annimali ta’ din id-Direttiva u leġislazzjoni Komunitarja dwar il-benessri ta’ l-annimali waqt it-trasport u t-tneħħija ta’ l-iskart ta’ l-annimali;

(h) jekk iżżomm annimali maħsuba għal laboratorji li jwettqu esperimenti, isir skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 86/609/KEE.

2. L-approvazzjoni għandha tibqa meta ir-rekwiżiti li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a) il-post huwa taħt il-kontroll ta’ veterinarju uffiċjali mill-awtorità kompetenti, li għandu:

(i) jżur il-post tal-korp, istitut jew ċentru għall-inqas darba kull sena;

(ii) jivverifika l-attività tal-veterinarju approvat u l-implimentazzjoni tal-pjan annwali ta’ sorveljanza;

(iii) jassigura li jintlaħqu d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

(b) jiġu ntrodotti biss fl-istabbiliment dawk l-annimali li jiġu minn korp, istitut jew ċentru approvat ieħor, skond id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

(ċ) il-veterinarju uffiċjali jivverifika li:

 id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu sodisfatti,

 ir-riżultati tat-testijiet kliniċi, tal-post-mortem u tal-laboratorji fuq l-annimali ma jkunu żvelaw l-ebda okkorrenza tal-mard imsemmi fl-Annessi A u B;

(d) il-korp, l-istituzzjoni jew iċ-ċentru jżomm ir-reġistri msemmija fil-punt 1(d) wara l-approvazzjoni, għal perjodu ta’ mhux inqas minn għaxar snin.

3. B’deroga mill-Artikolu 5(1) ta’ din id-Direttiva u l-punt 2(b) ta’ dan l-Anness, annimali inklużi xadini (simiae u prosimiae) li joriġinaw minn band’oħra barra mill-korp, istitut jew ċentru approvat jistgħu jiġu ntrodotti f’korp, istitut jew ċentru approvat, kemm-il darba dawn l-annimali jiġu sottomessi għal kwarantina taħt kontroll uffiċjali u skond l-istruzzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti qabel ma jidħlu f’dak l-istabbiliment.

Għax-xadini (simiae u prosimiae) ir-rekwiżiti tal-kwarantina stabbiliti fil-Kodiċi Internazzjonali Sanitarju tal-OIE (Kapitolu 2.10.1 u Appendiċi 3.5.1) għandhom jiġu rispettati.

Għal annimali oħrajn fil-kwarantina skond il-punt 2(b) ta’ dan l-Anness, il-perjodu ta’ kwarantina għandu jkun mhux inqas minn 30 jum għar-rigward tal-mard elenkat fl-Anness A.

4. Annimali miżmuma f’korp, istitut jew ċentru approvat, jistgħu biss jinħarġu mill-istabbiliment jekk huma destinati għal korp, istitut jew ċentru approvat ieħor, f’dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor; iżda jekk mhux destinati għal korp, istitut jew ċentru approvat, jistgħu jinħarġu biss skond ir-rekwiżiti ta’ l-awtorità kompetenti biex jiġi aċċertat li ma hemm l-ebda riskju ta’ tixrid tal-mard.

5. Meta l-Istat Membru jkollu l-benefiċċju ta’ garanziji addizzjonali taħt leġislazzjoni Komunitarja, jista’ jitlob rekwiżiti u ċertifikazzjoni addizzjonali xierqa għall-ispeċi suxxettibbli li jkunu ser jiżdiedu mal-korp, istitut jew ċentru approvat.

6. Il-proċeduri għas-sospensjoni, l-irtirar jew restituzzjoni parzjali jew fl-intier, ta’ l-approvazzjoni huma dawn li ġejjin:

(a) meta l-awtorità lokali kompetenti ssib li r-rekwiżiti tal-punt 2 ma ġewx sodisfatti jew kien hemm tibdil fl-użu li ma jkunx għadu kopert mill-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva, l-approvazzjoni għandha tiġi sospiża jew irtirata;

(b) meta jingħata avviż ta’ suspett ta’ waħda mill-mardiet elenkati fl-Anness A jew B, l-awtorità lokali kompetenti, għandha tissospendi l-approvazzjoni tal-korp, istitut jew ċentru, sakemm is-suspett jitneħħa uffiċjalment. Skond il-marda involuta u r-riskju tat-tixrid tal-mard, is-sospensjoni tista’ tirreferi għall-istabbiliment kollu jew biss għal xi kategoriji ta’ annimali suxxettibbli għall-marda in kwistjoni. L-awtorità lokali kompetenti għandha tiżgura li l-miżuri meħtieġa biex jiġi konfermat jew eskluż is-suspett, u li jiġi evitat it-tixrid tal-mard, skond leġislazzjoni Komunitarja li tirregola l-miżuri meħuda kontra l-marda in kwistjoni u dwar il-kummerċ fl-annimali;

(ċ) meta tiġi kkonfermata l-marda suspettata, il-korp, istitut jew ċentru għandu jiġi approvat mill-ġdid biss, meta l-kondizzjonijiet stabbiliti f’punt 1 ta’ dan l-Anness, minbarra l-punt 1(ċ), jerġgħu jiġu sodisfatti wara l-eradikazzjoni tal-marda u ta’ l-għejun ta’ infezzjoni fil-post, inkluż tindif u diżinfettazjoni xierqa;

(d) l-awtorità lokali kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar is-sospensjoni, l-irtirar jew ir-restituzzjoni ta’ approvazzjoni ta’ korp, istitut jew ċentru.

▼M10




ANNESS D

KAPITOLU I

Kundizzjonijiet applikabbli għaċ-ċentri tal-ġbir tas-semen, ċentri tal-ħażna tas-semen, gruppi tal-ġbir tal-embrijuni u gruppi għall-produzzjoni tal-embrijuni

I.    Kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-ġbir tas-semen u ċentri tal-ħażna

1.

Sabiex jingħata l-approvazzjoni u n-numru tar-reġistrazzjoni veterinarju msemmi fl-Artikolu 11(4), kull ċentru tal-ġbir tas-semen għandu:

▼M16

1.1. jitqiegħed taħt is-superviżjoni ta' veterinarju taċ-ċentru awtorizzat mill-awtorità kompetenti;

▼M10

1.2. ikollu mill-inqas:

(a) akkomodazzjoni tal-annimali li tissakkar u jekk meħtieġ għal equidae żona tal-eżerċizzju li tkun fiżikament separata mill-faċilitajiet tal-ġbir, il-kmamar tal-ipproċessar u l-ħażna;

(b) faċilitajiet tal-iżolament li m’għandhomx komunikazzjoni diretta mal-akkomodazzjoni normali tal-annimali;

(c) faċilitajiet tal-ġbir tas-semen, li jista’ jkollhom aċċess għall-arja u protetti minn effetti tal-maltemp, b’pavimentar kontra ż-żlieq li jipproteġiehom minn feriti gravi f’każ ta’ waqgħa, fil-post tal-ġbir tas-semen jew madwaru, mingħajr ħsara għar-rekwiżiti fil-punt 1.4;

(d) kamra separata għat-tindif u d-diżinfettar jew l-isterilizzazzjoni tat-tagħmir;

(e) kamra tal-ipproċessar tas-semen separata mill-faċilitajiet tal-ġbir u l-kamra għat-tagħmir tat-tindif imsemmi fil-punt (d) li m’għandhiex għalfejn tkun fl-istess post;

(f) kamra tal-ħażna tas-semen li m’għandhiex għalfejn tkun fl-istess post;

1.3. ikun mibni jew iżolat b’mod li jiġi evitat il-kuntatt mal-bhejjem ta’ barra;

1.4. ikun mibni b’mod li ċ-ċentru tal-ġbir tas-semen kollu minbarra l-uffiċċji u, fil-każ tal-equidae ż-żona tal-eżerċizzju, ikunu jistgħu faċilment jitnaddfu u jiġu diżinfettati.

2.

Sabiex jiġi approvat kull ċentru tal-ħażna tas-semen għandu:

(a) fil-każ li l-ħażna mhix limitata għal semen ta’ speċi waħda miġbura f’ċentri tal-ġbir tas-semen approvati skont din id-Direttiva, jew embrijuni maħżuna fiċ-ċentru skont din id-Direttiva, jingħataw numri tar-reġistrazzjoni veterinarji kif imsemmi fl-Artikolu 11(4) għal kull waħda mill-ispeċi li s-semen tagħha hu maħżun fiċ-ċentru;

(b) jitqiegħed taħt is-superviżjoni permanenti ta’ veterinarju taċ-ċentru awtorizzat mill-awtorità kompetenti;

(c) ikollu kamra bil-ħażna tas-semen mgħammra bl-installazzjoni meħtieġa għall-ħażna tas-semen u/jew l-embrijuni, li tkun mibnija b’tali mod li tipproteġi dawk il-prodotti u l-installazzjoni minn maltemp u effetti ambjentali negattivi;

(d) ikun mibni b’mod li jiġi evitat il-kuntatt mal-bhejjem ta’ barra jew annimali oħra;

(e) ikun mibni b’mod li ċ-ċentru kollu minbarra l-uffiċċji u, fil-każ ta’ equidae iż-żona tal-eżerċizzju, ikunu jistgħu jitnaddfu u jiġu diżinfettati faċilment;

(f) ikun mibni b’mod li l-aċċess mhux awtorizzat tan-nies jiġi evitat b’mod effettiv.

II.    kundizzjonijiet għas-superviżjoni tal-ġbir tas-semen u ċ-ċentri tal-ħażna

1.

Iċ-ċentri tal-ġbir tas-semen għandhom:

1.1. jiġu sorveljati biex jiżguraw li

(a) fihom biss annimali tal-ispeċi li s-semen tagħhom għandha tinġabar;

Annimali domestiċi oħra jistgħu xorta waħda jiġu aċċettati, sakemm ma jkunux ta’ riskju ta’ infezzjoni għal dawk l-ispeċi li s-semen tagħhom għandha tinġabar, u li jkunu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-veterinarju taċ-ċentru.

Jekk fil-każ tal-equidae, iċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ikollu l-istess sit bħal ċentru jew servizz tal-inseminazzjoni artifiċjali, allura l-equidae ta’ sess femminili (“debbiet”) u equidae ta’ sess maskili mhux kastrati (“żwiemel tar-razza”) għal servizz ta’ teasing jew naturali, għandhom jiddaħħlu wkoll sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punti 1.1, 1.2, 1.3 u 1.4 tat-Taqsima I tal-Kapitolu II.

(b) id-dħul ta’ persuni mhux awtorizzati hu evitat u li l-viżitaturi awtorizzati jkunu mitluba li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-veterinarju taċ-ċentru;

(c) jiġi impjegat biss persunal kompetenti biss li rċieva taħriġ adattat dwar id-diżinfettar u t-tekniċi tal-iġjene sabiex jevita t-tifrix tal-mard;

1.2. jiġu sorveljati biex jiġi żgurat li:

(a) jinżammu rekords li juru:

(i) l-ispeċi, ir-razza, id-data tat-twelid u l-identifikazzjoni ta’ kull annimal preżenti fiċ-ċentru,

(ii) kwalunkwe moviment ta’ annimali li jidħlu jew joħorġu miċ-ċentru,

(iii) l-istorja tas-saħħa u t-testijiet dijanjostiċi kollha u r-riżultati tagħhom, it-trattamenti u t-tilqim imwettqa fuq l-annimali miżmuma,

(iv) id-data tal-ġbir u l-ipproċessar tas-semen,

(v) id-destinazzjoni tas-semen,

(vi) il-ħażna tas-semen;

(b) l-ebda wieħed mill-annimali miżmuma fiċ-ċentru ma jintuża għal tgħammir naturali għal mill-inqas 30 ġurnata qabel id-data tal-ewwel ġabra tas-semen u matul il-perjodu tal-ġbir;

(c) il-ġbir, l-ipproċessar u l-ħażna tas-semen jitwettqu biss f’postijiet riżervati speċifikament għal dawn l-għanijiet;

(d) l-istrumenti kollha li jiġu f’kuntatt mas-semen jew l-annimal donatur matul il-ġbir u l-ipproċessar jiġu diżinfettati jew sterilizzati b’mod xieraq qabel l-użu, minbarra strumenti li huma ġodda, li jintużaw darba biss u li jintremew wara l-użu (“strumenti b’użu ta’ darba”);

Fejn, fil-każ tal-equidae, iċ-ċentru tal-ġbir ikun jinsab fl-istess post ma’ ċentru tal-inseminazzjoni artifiċjali jew ċentru tas-servizz, għandu jkun hemm separazzjoni stretta bejn is-semen u l-istrumenti u t-tagħmir għal inseminazzjoni artifiċjali jew servizz naturali u strumenti u tagħmir li jiġu f’kuntatt ma’ annimali donaturi jew annimali oħra miżmuma fiċ-ċentru tal-ġbir.

(e) il-prodotti li ġejjin mill-annimali użati fl-ipproċessar tas-semen, inklużi dilwenti, addittivi jew sustanzi miżjuda, jinkisbu minn sorsi li mhumiex ta’ riskju għas-saħħa tal-annimali jew li qabel l-użu jiġu trattati b’mod li dan ir-riskju jiġi evitat;

(f) l-aġenti krioġeniċi użati għall-preżervazzjoni jew il-ħażna ta’ semen ma ġewx użati qabel għal prodotti oħra tal-oriġini tal-annimali;

(g) il-kontenituri tal-ħażna u l-kontenituri tat-trasport ikun ġew diżinfettati jew sterilizzati kif suppost qabel il-bidu ta’ kull operazzjoni tal-mili, minbarra kontenituri li huma ġodda, li jintużaw darba biss u li jintremew wara l-użu (kontenituri b’użu ta’ darba);

(h) kull doża individwali ta’ semen jew kull eġakulazzjoni ta’ semen friska intiża għal iżjed ipproċessar tiġi mmarkata b’mod li d-data tal-ġbir tas-semen, l-ispeċi, ir-razza u l-identifikazzjoni tal-annimal donatur u n-numru tal-approvazzjoni taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ikunu jistgħu jiġu stabbiliti faċilment;

1.3. jiġu spezzjonati minn veterinarju uffiċjali matul l-istaġun tat-tgħammir mill-inqas darba kull sena kalendari fil-każ ta’ annimali b’tgħammir staġjonali u darbtejn kull sena kalendari fil-każ ta’ riproduzzjoni mhux staġjonali sabiex jiġi kkunsidrat u vverifikat, fejn meħtieġ fuq il-bażi ta’ rekords, il-proċeduri operattivi standard u l-verifiki interni, il-kwistjonijiet kollha relatati mal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni, superviżjoni u sorveljanza.

2.

Iċ-ċentri tal-ħażna tas-semen għandhom:

2.1. ikunu sorveljati biex jiżguraw li:

(a) l-istat tal-annimali donaturi li s-semen tagħhom jinħażen fiċ-ċentru jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva;

(b) ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1.1(b) u (c) jiġu osservati;

(c) jinżammu rekords tal-moviment kollu tas-semen li tidħol u toħroġ iċ-ċentru tal-ħażna;

2.2. ikunu sorveljati li:

(a) is-semen li jinġabar u li jkun ġej minn ċentri approvati tal-ġbir jew il-ħażna tas-semen u trasportat f’kundizzjonijiet li joffru kull garanzija tas-saħħa possibbli, li ma jkunx ġie f’kuntatt ma’ semen li ma jikkonformax ma’ din id-Direttiva biss, jiddaħħal f’ċentru approvat tal-ħażna tas-semen;

(b) il-ħażna tas-semen isseħħ biss fuq il-postijiet speċifikati għal dak il-għan u taħt kundizzjonijiet stretti tal-iġjene;

(c) l-istrumenti kollha li jkollhom kuntatt mas-semen jiġu diżinfettati jew sterilizzati kif xieraq qabel l-użu, minbarra għal strumenti li jintużaw darba;

(d) il-kontenituri tal-ħażna u l-kontenituri tat-trasport ikunu diżinfettati jew sterilizzati kif xieraq qabel il-bidu ta’ kull operazzjoni tal-mili, minbarra għal kontenituri li jintużaw darba;

(e) aġenti krijoġeniċi użati għall-preżervazzjoni jew il-ħażna ta’ semen li ma kinux intużaw qabel għal prodotti oħra li ġejjin mill-annimali;

(f) kull doża individwali ta’ semen hi mmarkata b’mod ċar b’mod li d-data tal-ġbir tas-semen, l-ispeċi, ir-razza u l-identifikazzjoni tal-annimal donatur, in-numru tal-approvazzjoni taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ikunu jistgħu faċilment jiġu identifikati; kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni u Stati Membri oħra l-karatteristiċi u l-forma tal-immarkar użata fit-territorju tiegħu;

2.3. permezz ta’ deroga mill-punt 2.2 (a), il-ħażna tal-embrijuni fiċ-ċentru approvat tal-ħażna tas-semen tkun awtorizzata sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u jinħażnu f’kontenituri tal-ħażna separati;

2.4. jiġu spezzjonati minn veterinarju uffiċjali mill-inqas darbtejn kull sena kalendarji sabiex jiġu kkunsidrati u vverifikati, fejn hu meħtieġ fuq bai ta’ rekords, il-kwistjonijiet kollha relatati mal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni, superviżjoni u monitoraġġ.

III.    Kundizzjonijiet għall-approvazzjoni u s-superviżjoni ta’ gruppi tal-ġbir tal-embrijuni u gruppi tal-produzzjoni tal-embrijuni

1.

Sabiex jingħata l-approvazzjoni kull grupp tal-ġbir tal-embrijuni għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

1.1. Il-ġbir, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ embrijuni għandhom jitwettqu minn veterinarju tal-grupp jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn wieħed jew iżjed mill-persuni tekniċi li huma kompetenti u mħarrġa mill-veterinarju tal-grupp fil-metodi u t-tekniki tal-iġjene u f’tekniki u prinċipji tal-kontroll tal-mard.

1.2. Il-veterinarju tal-grupp għandu jkun responsabbli għall-operazzjonijiet kollha tal-grupp, inklużi fost affarijiet oħra:

(a) verifika tal-identità u l-istat tas-saħħa tal-annimal donatur,

(b) ġestjoni sanitarja u kirurġija ta’ annimali donaturi,

(c) proċeduri ta’ diżinfettar u iġjene,

(d) żamma ta’ rekords li juru:

(i) l-ispeċi, ir-razza, id-data tat-twelid u l-identifikazzjoni ta’ kull annimal donatur,

(ii) l-istorja tas-saħħa u t-testijiet dijanjostiċi kollha u r-riżultati tagħhom, trattamenti u tilqim imwettqa fuq annimali donaturi,

(iii) il-post u d-data tal-ġbir, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ ooċiti, ova u embrijuni,

(iv) l-identifikazzjoni ta’ embrijuni u dettalji tad-dettalji tagħhom jekk magħrufa.

1.3. Il-grupp għandu jitqiegħed taħt is-superviżjoni ġenerali tal-veterinarju uffiċjali, li għandu jispezzjonaha mill-inqas darba kull sena kalendarja biex jiżgura, fejn hu meħtieġ fuq bażi ta’ rekords, proċeduri operattivi standard u verifiki interni, konformità mal-kundizzjonijiet sanitarji dwar il-ġbir, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ embrijuni u biex jivverifika l-kwisjonijiet kollha relatati mal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni u s-superviżjoni.

1.4. Il-grupp għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu laboratorju li jkun jinsab f’post fiss jew laboratorju mobbli fejn l-embrijuni jkunu jistgħu jiġu eżaminati, proċessati u ppakkjati, li jikkonsistu mill-inqas f’wiċċ fejn isir ix-xogħol, mikroskopju ottiku jew tal-isterjo u tagħmir krijoġeniku fejn inhu meħtieġ.

1.5. Fil-każ ta’ laboratorju li jinsab f’post fiss, dan għandu jkollu:

(a) kamra fejn l-embrijuni jkunu jistgħu jiġu proċessati li hi fiżikament separata miż-żona użata għall-ġestjoni tal-annimali donaturi waqt il-ġbir,

(b) kamra jew żona għat-tindif u l-isterilizzazzjoni tal-istrumenti, minbarra meta jintuża biss tagħmir li jintuża darba,

(c) kamra għall-ħażna tal-embrijuni.

1.6. Fil-każ ta’ laboratorju mobbli, dan għandu:

(a) jkollu parti mgħammra b’mod speċjali li tikkonsisti f’żewġ taqsimiet separati:

(i) waħda għall-eżaminazzjoni u l-ipproċessar ta’ embrijuni li għandu jkollha sezzjoni nadifa, u

(ii) l-oħra għal tagħmir u materjali tal-akkomodazzjoni użati f’kuntatt mal-annimali donaturi;

(b) juża biss tagħmir li jintuża darba, sakemm l-isterilizzazzjoni tat-tagħmir tiegħu l-provvista tal-fluwidi u prodotti oħra meħtieġa għall-ġbir u l-ipproċessar tal-embrijuni tkun tista’ tiġi żgurata bil-kuntatt ma’ laboratorju li jkun jinsab f’post permanenti.

1.7. Id-disinn u l-istruttura tal-bini u l-laboratorji għandhom jiġu ddisinjati u l-operazzjonijiet tal-grupp għandhom jitwettqu b’mod li jiżguraw l-evitar tal-krosskontaminazzjoni tal-embrijuni.

1.8. Il-grupp għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu post tal-ħażna li għandu:

(a) ikun fih mill-inqas kamra waħda li tissakkar għall-ħażna tal-ova u l-embrijuni;

(b) ikun jista’ faċilment jitnaddaf u jiġi diżinfettat;

(c) ikollu rekords permanenti tal-ova jew embrijuni kollha deħlin u ħerġin;

(d) ikollhom kontenituri tal-ħażna għal ova u embrijuni li huma maħżuna f’post li hu taħt il-kontroll tal-veterinarju tal-grupp u li hu soġġett għal spezzjonijiet regolari minn veterinarju uffiċjali.

1.9. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-ħażna ta’ semen f’postijiet tal-ħażna msemmija fil-punt 1.8 sakemm is-semen:

(a) jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva jew għal speċi ovini u kaprini jew speċi ekwini, jew tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali ( 24 ) għal speċi porċini,

(b) jinħażen għall-operazzjoni tal-grupp f’kontenituri tal-ħażna separati fil-post għall-ħażna tal-embrijuni approvati.

2.

Sabiex jingħata l-approvazzjoni, kull grupp tal-produzzjoni tal-embrijuni għandu jikkonforma wkoll mar-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

2.1. Il-membri tal-grupp ikunu rċevew taħriġ xieraq dwar kontroll tal-mard u tekniċi tal-laboratorji, b’mod partikolari fi proċeduri għall-ħidma f’kundizzjonijiet sterili.

2.2. Il-grupp għandu jkun għad-dispożizzjoni tiegħu laboratorju li jkun jinsab f’post permanenti li għandu:

(a) ikollu tagħmir u faċilitajiet xierqa, inklużi kmamar separati għal:

 irkupru tal-ooċiti mill-ovarji,

 l-ipproċessar tal-ooċiti, ova u embrijuni,

 il-ħażna tal-embrijuni.

(b) ikollu tnixxija ta’ laminar jew faċilitajiet oħra xierqa fejn jitwettqu l-operazzjonijiet tekniċi kollha assoċjati ma’ kundizzjonijiet sterili speċifiċi (proċessar tal-ova, embrijuni u semen).

Madankollu, il-firda tas-semen tista’ twettaq barra l-faċilità tat-tnixxija ta’ laminar jew faċilità oħra, sakemm jittieħdu prekawzjonijiet iġjeniċi sħaħ.

2.3. Meta l-ova u tessuti oħra għandhom jiġu miġbura f’biċċerija, għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu tagħmir xieraq għall-ġbir u t-trasport tal-ovarji u tessuti oħra lejn il-laboratorju tal-ipproċessar b’mod iġjeniku u sigur.

KAPITOLU II

Kundizzjonijiet applikabbli għal annimali donaturi

I.    Kundizzjonijiet applikabbli għal żwiemel tar-razza donaturi

1.

Sabiex jintuża għall-ġbir tas-semen, iż-żiemel tar-razza donatur għandu, b’mod li jissodisfa l-veterinarju taċ-ċentru, jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

1.1. m’għandu juri l-ebda sinjal kliniku ta’ marda infettuża jew kontaġġjuża fiż-żmien tad-dħul u fil-jum li jinġabar is-semen;

1.2. għandu jiġi mit-territorju jew, fil-każ ta’ reġjonalizzazzjoni, mill-parti tat-territorju ta’ Stat Membru jew pajjiż terz u minn stabbiliment taħt superviżjoni veterinarju li t-tnejn jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 90/426/KEE;

1.3. għandu jinżamm għal 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen f’oqsma fejn l-ebda annimal tal-ispeċi ekwina ma jkun wera l-ebda sinjal ta’ artrite virali ekwina jew metrotis kontaġġjuża taż-żwiemel matul dan il-perjodu;

1.4. m’għandux jintuża għal tgħammir naturali matul it-30 jum qabel l-ewwel ġabra tas-semen u matul il-perjodu tal-ġbir;

▼M16

1.5. għandhom isirulu t-testijiet li ġejjin, li jitwettqu u jiġu ċċertifikati f'laboratorju rikonoxxut mill-awtorità kompetenti u li għandu t-testijiet imsemmijin hawn isfel fost l-akkreditazzjonijiet tiegħu, bi qbil mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 25 ), skont il-programm stipulat fil-punt 1.6:

(a) test tal-immuno-diffużjoni agar-gel (it-test Coggins) jew ELISA għall-anemija infettiva taż-żwiemel b'riżultat negattiv;

(b) test għall-iżolament tal-virus tal-arterite ekwina jew għas-sejbien tal-ġenoma tiegħu permezz tar-reazzjoni katina tal-polimerażi (PCR) jew PCR fil-ħin reali li jkollu riżultat negattiv imwettaq fuq alikwota tas-semen kollu taż-żiemel tal-għalla donatur, sakemm iż-żiemel donatur ma jkunx irreaġixxa b'riżultat negattiv għal test ta' newtralizzazzjoni tas-serum għall-arterite virali ekwina b'diluzzjoni tas-serum ta' 1 f'kull 4;

(c) test, li f'ebda każ ma għandu jsir qabel sebat ijiem (għat-trattament sistemiku) jew 21 jum (għat-trattament lokali) wara trattament possibbli antimikrobjali taż-żiemel tal-għalla, ta' identifikazzjoni tal-aġent għall-metrite ekwina li tittieħed, imwettaq fuq tliet eżemplari (tampuni) meħuda f'darbtejn b'intervall ta' mhux inqas minn sebat ijiem, miż-żiemel tal-għalla donatur, li jkun ta riżultat negattiv f'kull każ, mill-inqas mill-partijiet tal-ġisem li jidhru hawn taħt:

 l-għant tal-pene (il-prepuzju);

 l-uretra;

 il-fossa glandis.

L-eżemplari għandhom jitqiegħdu f'midjum ta' trasportazzjoni bil-karbonju attivat, bħalma hu l-midjum Amies, qabel ma jintbagħat lil-laboratorju.

Irid isir mill-inqas wieħed minn dawn it-testijiet li ġejjin fuq l-eżemplari:

(i) kultura ta' mill-inqas sebat ijiem f'kundizzjonijiet mikroerofiliċi għall-iżolament ta' Taylorella equigenitalis, li trid tinbeda fl-ewwel 24 siegħa wara li jittieħdu l-eżemplari mill-annimal donatur, jew 48 siegħa meta l-eżemplari jinżammu fil-kesħa waqt it-trasport. jew

(ii) reazzjoni katina tal-polimerażi (PCR) jew PCR fil-ħin reali għas-sejbien tal-ġenoma ta' Taylorella equigenitalis, imwettqa qabel l-iskadenza ta' 48 siegħa wara li jittieħdu l-eżemplari mill-annimal donatur.

▼M10

1.6. għandu jkun soġġett għal wieħed mill-programmi tal-ittestjar li ġejjin:

▼M16

(a) jekk iż-żiemel tal-għalla donatur ikun kontinwament residenti fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen għal mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ewwel ġabra tas-semen u matul il-perjodu tal-ġbir, u ma jkollu kuntatt dirett ma' ebda ekwin fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen li jkun fi stat ta' saħħa inferjuri miż-żiemel tal-għalla donatur, it-testijiet meħtieġa fil-punt 1.5 għandhom jitwettqu fuq eżemplari miġbura miż-żiemel tal-għalla donatur mill-inqas darba fis-sena fil-bidu tal-istaġun tat-tgħammir, jew qabel l-ewwel ġabra tas-semen maħsub għall-kummerċ u mhux inqas minn 14-il jum wara d-data tal-bidu tal-perjodu ta' residenza ta' mill-inqas 30 jum qabel l-ewwel ġabra tas-semen;

(b) jekk iż-żiemel tal-għalla donatur ikun residenti fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen għal mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ewwel ġabra tas-semen u matul il-perjodu tal-ġbir, iżda jitlaq miċ-ċentru kultant taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju taċ-ċentru għal perjodu kontinwu ta' inqas minn 14-il jum, u/jew jekk ekwini oħra fiċ-ċentru tal-ġbir jiġu f'kuntatt dirett ma' ekwini fi stat ta' saħħa inferjuri, it-testijiet meħtieġa fil-punt 1.5 għandhom jitwettqu kif ġej:

(i) għall-inqas darba fis-sena fuq eżemplari meħudin miż-żiemel tal-għalla donatur fil-bidu tal-istaġun tat-tgħammir, jew qabel l-ewwel ġabra tas-semen maħsub għall-kummerċ ta' semen frisk, imkessaħ jew iffriżat, u mhux inqas minn 14-il jum wara d-data tal-bidu tal-perjodu ta' residenza ta' mill-inqas 30 jum qabel l-ewwel ġabra tas-semen; kif ukoll

(ii) waqt il-perjodu tal-ġbir tas-semen maħsub għall-kummerċ ta' semen frisk, imkessaħ jew iffriżat kif ġej:

 it-test meħtieġ fil-punt 1.5(a) fuq eżemplari li jkunu ttieħdu mhux aktar minn 90 jum qabel il-ġbir tas-semen għall-kummerċ;

 it-test meħtieġ fil-punt 1.5(b) fuq eżemplari li jkunu ttieħdu mhux aktar minn 30 jum qabel il-ġbir tas-semen għall-kummerċ, dejjem jekk l-istat non-shedder taż-żiemel tal-għalla ma jiġix ikkonfermat minn test tal-iżolament tal-virus, minn test PCR jew minn test PCR fil-ħin reali, imwettaq fuq eżemplari ta' alikwota tas-semen sħiħ li jkunu ttieħdu mhux aktar minn sitt xhur qabel il-ġbir tas-semen għall-kummerċ, u ż-żiemel tal-għalla donatur ikun irreaġixxa b'riżultat pożittiv għal test tan-newtralizzazzjoni tas-serum għall-arterite virali ekwina b'dilwazzjoni tas-serum ta' mill-inqas 1 f'kull 4;

 it-test meħtieġ fil-punt 1.5(c) fuq eżemplari li jkunu ttieħdu mhux aktar minn 60 jum qabel il-ġbir tas-semen għall-kummerċ, li, fil-każ ta' PCR jew PCR fil-ħin reali jista' jitwettaq fuq tliet eżemplari (tampuni) meħudin fl-istess ħin.

(c) jekk iż-żiemel tal-għalla donatur ma jissodisfax il-kundizzjonijiet fil-punti (a) u (b) u/jew is-semen jinġabar għall-kummerċ ta' semen iffriżat, it-testijiet meħtieġa fil-punt 1.5 għandhom jitwettqu fuq eżemplari miġbura miż-żiemel tal-għalla donatur kif ġej:

(i) mill-inqas darba fis-sena fil-bidu tal-istaġun tat-tgħammir;

(ii) matul il-perjodu tal-ħażna previst fil-punt 1.3(b) tat-Taqsima I tal-Kapitolu III u qabel ma jitneħħa miċ-ċentru jew jintuża s-semen, fuq eżemplari meħuda mhux qabel 14-il jum, u mhux aktar tard minn 90 jum wara d-data tal-ġbir tas-semen.

B'deroga mill-punt (ii) tal-ewwel sottoparagrafu, mhuwiex meħtieġ it-teħid ta' eżemplari u l-ittestjar għall-arterite virali ekwina kif deskritt fil-punt 1.5(b), wara l-ġbir, jekk l-istat ta' non-shedder ta' żiemel tal-għalla donatur seropożittiv jiġi kkonfermat b'test tal-iżolament tal-virus, b'PCR jew b'PCR fil-ħin reali li jagħtu riżultat negattiv fuq eżemplari ta' alikwota tas-semen sħiħ taż-żiemel donatur li jittieħdu darbtejn f'sena b'intervall ta' mill-inqas erba' xhur u ż-żiemel donatur ikun irreaġixxa b'riżultat pożittiv f'test tan-newtralizzazzjoni tas-serum għall-arterite virali ekwina, b'dilwazzjoni tas-serum ta' mill-inqas 1 minn kull 4.

▼M10

1.7. Jekk kwalunkwe mit-testijiet provduti fil-punt 1.5 ikunu pożittivi, iż-żiemel tar-razza donatur għandu jkun iżolat, u s-semen miġbur minnu mid-data tal-aħħar test negattiv m’għandux ikun soġġett għall-kummerċ bl-eċċezzjoni, għal artrite virali ekwina, ta’ semen minn kull eġakulazzjoni li tkun għaddiet minn test tal-iżolament tal-vajrus tal-artrite ekwina b’riżultat negattiv.

Is-semen miġbur miż-żwiemel tar-razza l-oħra kollha fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen mid-data meta nġabar l-aħħar kampjun li ta riżultat negattiv f’wieħed mit-testijiet provduti fil-punt 1.5 għandu jinżamm f’ħażna separata u m’għandux ikun soġġett għall-kummerċ sakemm l-istat tas-saħħa taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ikun ġie ristawrat u s-semen maħżun ikun għadda mill-investigazzjonijiet uffiċjali adattati li jeskludu l-preżenza tal-patoġeni li jikkawżaw il-mard imsemmi fil-punt 1.5.

1.8. Is-semen miġbur minn żwiemel tar-razza f’ċentru tal-ġbir soġġett għal ordni ta’ projbizzjoni skont l-Artikolu 4 jew 5 tad-Direttiva 90/426/KEE għandu jinżamm f’ħażna separata u m’għandux ikun soġġett għall-kummerċ sakemm l-istat tas-saħħa taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ikun ġie restawrat mill-veterinarju uffiċjali skont id-Direttiva 90/426/KEE u s-semen maħżun ikun għadda mill-investigazzjonijiet uffiċjali xierqa li jeskludu l-preżenza fis-semen ta’ patoġeni li jikkawżaw il-mard imniżżel fl-Anness A mad-Direttiva 90/426/KEE.

II.    Kundizzjonijiet applikabbli għal annimali ovini u kaprini maskili donaturi

1.

Għall-annimali ovini u kaprini kollha mdaħħla f’ċentru tal-ġbir tas-semen, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

1.1. Ikunu nżammu kwarantina għal perjodu ta’ mill-inqas 28 jum f’akkomodazzjoni approvata speċifikament mill-awtorità kompetenti, u fejn ikun hemm preżenti biss annimali li għandhom mill-inqas l-istess stat ta’ saħħa (“akkomodazzjoni ta’ kwarantina”).

1.2. Qabel jinżammu fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina, kienu fi stabbiliment tal-ovini jew kaprini uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 91/68/KEE u m’għandhomx ikunu ġew miżmuma qabel fi stabbiliment ta’ stat ta’ saħħa inferjuri fir-rigward tal-bruċellożi.

1.3. Jiġu minn qasam meta waqt is-60 jum qabel iż-żamma tagħhom fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina jkunu għaddew minn test seroloġiku għal epidimite kontaġġjuża (B. ovis) imwettaq skont l-Anness D mad-Direttiva 91/68/KEE jew kwalunke test ieħor b’sensittività u speċifiċità ekwivalenti dokumentati.

1.4. Ikunu għaddew mit-testijiet li ġejjin imwettqa fuq kampjun tad-demm miġbur fit-28 jum ta’ qabel il-bidu tal-perjodu tal-kwarantina speċifikat fil-punt 1.1, b’riżultati negattivi f’kull każ, minbarra għat-test għall-marda Border imsemmija fil-punt (c)(ii):

(a) għal bruċellożi (B. melitensis), test seroloġiku mwettaq skont l-Anness C mad-Direttiva 91/68/KEE;

(b) għal epidimite kontaġġjuża (B. ovis), test seroloġiku mwettaq skont l-Anness D mad-Direttiva 91/68/KEE, jew kwalunkwe test ieħor b’sensittività u speċifiċità ekwivalenti dokumentati;

(c) għal marda Border:

(i) test tal-iżolament tal-vajrus jew test għal antiġen tal-vajrus, u

(ii) test seroloġiku li jiddetermina l-preżenza jew in-nuqqas tal-antikorpi (“test tal-antikorpi”).

L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza li t-testijiet imsemmija f’dan il-punt jitwettqu fuq kampjuni miġbura fl-akkomodazzjoni tal-kwarantina. Jekk tingħata din l-awtorizzazzjoni, il-perjodu ta’ kwarantina msemmi fil-punt 1.1 m’għandux jibda d-data tat-teħid tal-kampjuni. Madankollu, jekk kwalunkwe wieħed mit-testijiet imsemmija f’dan il-punt ikun pożittiv, l-annimal ikkonċernat għandu minnufih jitneħħa mill-akkomodazzjoni tal-kwarantina. F’każ tal-iżolament tal-grupp, il-perjodu ta’ kwarantina msemmi fil-punt 1.1 m’għandux jibda għall-annimali li jkun għad fadal sakemm jitneħħa l-annimal li jkun ġie ttestjat pożittiv.

1.5. Ikunu għaddew mit-testijiet li ġejjin imwettqa fuq kampjuni meħuda matul il-perjodu ta’ kwarantina speċifikat fil-punt 1.1, u mill-inqas 21 jum wara li jkunu ddaħħlu fl-akkomodazzjoni tal-kwarantina, b’riżultati negattivi:

(a) għal bruċellożi (B. melitensis), test seroloġiku mwettaq skont l-Anness C mad-Direttiva 91/68/KEE;

(b) għal epidimite kontaġġjuża (B. ovis), test seroloġiku mwettaq skont l-Anness D mad-Direttiva 91/68/KEE, jew kwalunkwe test ieħor b’sensittività u speċifiċità ekwivalenti dokumentati.

1.6. Ikunu għaddew mit-testijiet għal mard Border imsemmija fil-punt 1.4(c)(i) u (ii) imwettaq fuq il-kampjuni tad-demm meħuda matul il-perjodu tal-kwarantina speċifikat fil-punt 1.1, u mill-inqas 21 jum wara li jkunu ddaħħlu fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina.

Kull annimal (seronegattiv jew seropożittiv) għandu jitħalla biss jidħol fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen jekk ma sseħħ l-ebda sero-konverżjoni f’annimali li jkunu ttestjaw seronegattivi qabel il-jum tad-dħul fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina.

Jekk isseħħ is-sero-konverżjoni, l-annimali kollha li jibqgħu seronegattivi għandhom jinżammu fi kwarantina fuq perjodu ta’ żmien imtawwal, sakemm ma jkunx hemm iżjed serokonverżjoni fil-grupp għal perjodu ta’ tliet ġimgħat mill-jum li fih tkun seħħet is-serokonverżjoni.

Annimali seroloġikament pożittivi għandhom jitħallew jidħlu fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen soġġetti għal riżultat negattiv f’test imsemmi fil-punt 1.4(c)(i).

2.

L-annimali għandhom jiddaħħlu biss fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen bil-permess espliċitu tal-veterinarju taċ-ċentru. Il-movimenti kollha ġewwa u barra ċ-ċentru tal-ġbir tas-semen għandhom jiġu rrekordjati.

3.

L-ebda annimal imdaħħal fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ma għandu juri xi sinjal kliniku ta’ mard fid-data tad-dħul.

L-annimali kollha, bla ħsara għall-punt 4, għandhom ikunu ġew minn akkomodazzjoni ta’ kwarantina, li fid-data li fiha l-annimali jintbagħtu lejn iċ-ċentru tal-ġbir tas-semen tkun tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikun jinsab f’żona li fiha ma kien hemm l-ebda tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għall-aħħar 30 jum f’radju ta’ 10 kilometri;

(b) ikun għall-aħħar tliet xhur ħieles mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer u l-bruċellożi;

(c) ikun għall-aħħar 30 jum ħieles minn mard notifikabbli b’mod obbligatorju kif definit fl-Artikolu 2(b)(6) tad-Direttiva 91/68/KEE.

4.

Sakemm, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ikunu ġew osservati u jkunu twettqu t-testijiet ta’ rutina msemmija fil-punt 5 matul it-12-il xahar qabel iċ-ċaqliq tal-annimali, l-annimali jistgħu jiġu mċaqalqa minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen għal ieħor ta’ stat ta’ saħħa ekwivalenti, mingħajr iżolament jew ittestjar jekk it-trasferiment ikun dirett. L-annimal in kwistjoni m’għandux jiġi f’kuntatt dirett jew indirett ma’ annimali bid-difer mifruq ta’ stat ta’ saħħa inferjuri u l-mezz tat-trasport użat għandu jiġi diżinfettat qabel l-użu. Jekk l-annimali jiġi mċaqlaq minn ċentru tal-ġbir tas-semen għal ċentru tal-ġbir tas-semen fi Stat Membru ieħor, dak iċ-ċaqliq għandu jitwettaq skont id-Direttiva 91/68/KEE.

5.

L-annimali ovini u kaprini kollha miżmuma f’ċentru approvat tal-ġbir tas-semen għandhom jiġu soġġetti mill-inqas darba kull sena kalendarja għat-testijiet li ġejjin, b’riżultati negattivi:

(a) għal bruċellożi (B. melitensis), test seroloġiku mwettaq skont l-Anness C mad-Direttiva 91/68/KEE;

(b) għal epidimite kontaġġjuża (B. ovis) test seroloġiku mwettaq skont l-Anness D mad-Direttiva 91/68/KEE, jew kwalunkwe test ieħor b’sensittività u speċifitià ekwivalenti dokumentata;

(c) għal marda ta’ Border, it-test tal-antikorpi msemmi fil-punt 1.4(c)(ii) li hu applikat biss għal annimali seronegattivi.

6.

It-testijiet kollha msemmija f’din it-Taqsima għandhom jitwettqu minn laboratorju approvat.

7.

Jekk kwalunkwe mit-testijiet deskritti fil-punt 5 ikun pożittiv, l-annimal għandu jkun iżolat u s-semen miġbur minnu mid-data tal-aħħar test negattiv m’għandux ikun soġġett għall-kummerċ.

L-annimal imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jitneħħa miċ-ċentru, minbarra fil-każ tal-marda Border, f’liema każ l-annimal għandu jkun soġġett għal riżultat negattiv għal test imsemmi fil-punt 1.4(c)(i).

Is-semen miġbur mill-annimali l-oħra kollha fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen mid-data ta’ meta jkun inġabar l-aħħar kampjun li ta riżultat negattiv f’wieħed mit-testijiet deskritti fil-punt 5 għandu jinżamm f’ħażna separata u m’għandux ikun soġġett għall-kummerċ sakemm l-istat tas-saħħa taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ma jkunx għadda mill-investigazzjonijiet uffiċjali adattati li jeskludu l-preżenza fis-semen ta’ patoġeni li jikkawżaw il-mard imsemmi fil-punt 5.

8.

Is-semen għandu jinkiseb minn annimali li:

(a) ma juru l-ebda sinjal kliniku ta’ mard fid-data ta’ meta jkun inġabar is-semen;

(b) matul it-12-il xahar qabel id-data tal-ġbir tas-semen:

(i) jew ma jkunux ġew imlaqqma kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer; jew

(ii) ikunu ġew imlaqqma kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer mill-inqas 30 jum qabel il-ġbir, f’liema każ 5 % (b’minimu ta’ ħames stros) minn kull ġabra tas-semen għandhom jiġu sottomessi għal test tal-iżolament tal-vajrus għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer b’riżultati negattivi;

(c) ikunu nżammu f’ċentru approvat għall-ġbir tas-semen għal perjodu kontinwu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen, fil-każ tal-ġbir ta’ semen frisk;

(d) jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Direttiva 91/68/KEE;

(e) jekk jinżammu f’oqsma imsemmija fl-ewwel intestatura tal-Artikolu 11(2), ikunu għaddew b’riżultati negattivi matul l-ewwel 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen minn:

(i) test serologiku għal bruċellożi (B. melitensis) imwettaq skont l-Anness C mad-Direttiva 91/68/KEE,

(ii) test serologiku għal epidimite kontaġġjuża (B. ovis) imwettaq skont l-Anness D mad-Direttiva 91/68/KEE, jew kwalunke test ieħor b’sensittività u speċifiċità ekwivalenti dokumentata,

(iii) test għall-vajrus tal-marda Border.

(f) ma jkunux intużaw għal tgħammir naturali mill-inqas matul 30 jum qabel id-data tal-ewwel ġabra tas-semen u bejn id-data tal-ewwel kampjun imsemmi fil-punti 1.5 u 1.6 jew fil-punt (e) u sa tmiem il-perjodu tal-ġbir.

9.

Is-semen miġbur minn annimali maskili ovini u kaprini donaturi f’ċentru tal-ġbir tas-semen jew stabbiliment imsemmi fl-ewwel intestatura tal-Artikolu 11(2) soġġett għal projbizzjoni fuq ir-raġunijiet tas-saħħa tal-annimali skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/68/KEE għandu jinżamm f’ħażna separata u m’għandux ikun soġġett għal kummerċ sakemm l-istat tas-saħħa taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen jew l-istabbiliment ma jkunx ġie restawrat mill-veterinarju uffiċjali skont id-Direttiva 91/68/KEE u s-semen maħżun ma jkunx għadda mill-investigazzjonijiet uffiċjali xierqa sabiex jeskludu l-preżenza fis-semen ta’ patoeġni li jikkawżaw il-mard imniżżel fl-Anness B(I) mad-Direttiva 91/68/KEE.

KAPITOLU III

Rekwiżiti applikabbli għal semen, ova u embrijuni

I.    Kundizzjonijiet għall-ġbir, l-ipproċessar, il-preżervazzjoni, il-ħażna u t-trasport ta’ semen

1.1. Fejn, bla ħsara għad-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 26 ), l-antibijotiċi jew taħlita ta’ antibijotiċi jiġu miżjuda ma’ attività batterċidjali li tkun mill-inqas ekwivalenti għal dik ta’ taħlitiet li ġejjin f’kull ml tas-semen: ġentamiċina (250 μg), tilosina (50 μg), linkomiċin-spektinomiċina (150/300 μg); peniċillina (500 IU), streptomiċina (500 μg), linkomiċin-spektinomiċina (150/300 μg); jew amikaċina (75 μg), divekaċina (25 μg), l-ismijiet tal-antibijotiċi miżjuda u l-konċentrazzjoni tagħhom għandhom jiġu ddikjarati fiċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fir-raba’ indentatura tal-Artikolu 11(2).

1.2. L-istrumenti kollha użati għall-ġbir, l-ipproċessar, il-preservazzjoni jew l-iffriżar ta’ semen għandhom jew jiġu diżinfettati jew sterilizzati qabel l-użu, minbarra għal strumenti li jintużaw darba.

1.3. Is-semen iffriżat għandu:

(a) jitqiegħed u jinħażen f’kontenituri tal-ħażna:

(i) li jkunu ġew imnaddfa u diżinfettati jew sterilizzati qabel l-użu, jew li huma kontenituri li jintużaw darba,

(ii) b’aġent krijoġeniku, li ma jkunx intuża qabel għal prodotti oħra li ġejjin mill-annimali;

(b) qabel il-bgħit jew l-użu, jinħażen f’kundizzjonijiet approvati għal perjodu minimu ta’ 30 jum mid-data tal-ġbir.

1.4. Is-semen li għandu jkun soġġett għall-kummerċ għandu:

(a) jiġi trasportat lejn l-Istat Membru tad-destinazzjoni f’kontenituri tat-trasport li jkunu ġew imnaddfa u diżinfettati jew sterilizzati qabel l-użu, jew li huma kontenituri li jintużaw darba, u li jkunu ġew issiġillati u mogħtija numru qabel il-bgħit miċ-ċentru tal-ġbir tas-semen jew ċentri tal-ħażna;

(b) jiġi mmarkat b’mod li n-numru fuq l-istros jew imballaġġ ieħor ikun l-istess bħan-numru fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fir-raba’ indentatura tal-Artikolu 11(2) u bil-kontenitur li fih jinħażen u jiġi trasportat.

II.    Kundizzjonijiet għal ova u embrijuni

1.   Il-ġbir u l-ipproċessar ta’ embrijuni derivati in vivo

L-embrijuni derivati in vivo għandhom jiġu konċeputi b’riżultat ta’ inseminazzjoni artifiċjali bis-semen li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u għandhom jinġabru, jiġu proċessati u preżervati skont dan li ġej:

1.1. L-embrijuni għandhom jinġabru u jiġu proċessati minn grupp approvat għall-ġbir tal-embrijuni, mingħajr ma jiġu f’kuntatt ma’ kwalunkwe grupp ieħor ta’ embrijuni li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

1.2. L-embrijuni għandhom jinġabru f’post, li hu separat minn partijiet oħra tal-post jew qasam fejn l-embrijun jinġabar u li għandu jkun fi stat ta’ tiswija tajjeb u mibni b’materjali li jippermettu t-tindif u d-diżinfettar effettiv u faċli tiegħu.

1.3. L-embrijuni għandhom jiġu proċessati (eżaminati, maħsula, trattati u mqiegħda fi stros, kapsuli jew imballaġġ ieħor identifikati u sterili) jew f’laboratorju li jinsab f’post permanenti jew laboratorju mobbli, li, fir-rigward ta’ speċi suxxettibbli, ikun jinsab f’żona li fiha ma kienx hemm tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għall-aħħar 30 jum f’radju ta’ 10 kilometri.

1.4. It-tagħmir kollu użat għall-ġbir, il-ġestjoni, il-ħasil, l-iffriżar u l-ħażna ta’ embrijuni għandu jkun jew sterilizzat jew imnaddaf u diżinfettat kif xieraq qabel l-użu skont il-Manwal IETS ( 27 ), jew ikun tagħmir li jintuża darba biss.

1.5. Kull prodott bijoloġiku li ġej mill-annimali użat fil-mezzi u s-soluzzjonijiet għall-ġbir, l-ipproċessar, il-ħasil jew il-ħażna tal-embrijuni għandu jkun ħieles minn mikroorganiżmi patoġeniċi. Il-mezzi u s-soluzzjonijiet użati fil-ġbir, l-iffriżar u l-ħażna tal-embrijuni għandhom ikunu sterilizzati permezz ta’ metodi approvati skont il-Manwal IETS u kkontrollati b’mod li jiżgura li tinżamm l-isterilità. Jistgħu jiġu miżjuda l-antibijotiċi, meta xieraq, għal mezzi ta’ ġbir, proċessar, ħasil u ħażna skont il-Manwal IETS.

1.6. L-aġenti krijoġeniċi użati għall-preżervazzjoni jew il-ħażna tal-embrijuni m’għandhomx ikunu ġew użati qabel għal prodotti oħra li ġejjin mill-annimali.

1.7. Kull stro, kapsula jew imballaġġ ieħor tal-embrijuni għandu jkun identifikat b’mod ċar b’tikketti skont is-sistema standardizzata skont il-Manwal IETS.

▼M16

1.8. L-embrijuni jridu jinħaslu u jkollhom zona pellucida intatta jew, fil-każ tal-embrijuni ekwini, il-kapsula embrijonika, kemm qabel il-ħasil kif ukoll eżatt wara. Bi qbil mal-Manwal tal-IETS, il-proċedura standard tal-ħasil għandha tinbidel biex tinkludi aktar ħasliet bl-enżima tripsina meta jkun rakkomandat, biex jiġu inattivati jew jitneħħew ċerti patoġeni.

▼M10

1.9. L-embrijuni minn annimali donaturi differenti m’għandhomx jinħaslu flimkien.

▼M16

1.10. Iż-zona pellucida ta' kull embrijun, jew il-kapsula embrijonika, fil-każ ta' embrijuni ekwini, għandha tiġi eżaminata fuq l-erja tal-wiċċ kollu tagħha bi tkabbir ta' mhux inqas minn 50× u tiġi ċċertifikata li hi intatta u ħielsa minn materjal li jeħel.

▼M10

1.11. L-embrijuni minn grupp li jkun għadda b’suċċess l-eżaminazzjoni stabbilita fil-punt 1.10 għandhom jitqiegħdu fi stro, kapsula jew imballaġġ ieħor sterili mmarkat skont il-punt 1.7 li għandu jiġi ssiġillat minnufih.

1.12. Kull embrijun għandu, fejn xieraq, ikun iffriżat mill-aktar fis possibbli u jiġi maħżun f’post li hu taħt il-kontroll tal-veterinarju tal-grupp.

1.13. Kull grupp tal-ġbir tal-embrijuni għandu jissottometti għall-eżaminazzjoni uffiċjali għal kontaminazzjoni batterjali u virali kampjuni ta’ rutina ta’ embrijuni jew ova mhux vijabbli, fluwidi tal-ifflaxxjar jew fluwidi tal-ħasil li jirriżultaw mill-attivitajiet tiegħu skont il-Manwal IETS.

1.14. Kull grupp tal-ġbir tal-embrijuni għandu jżomm rekord tal-attivitajiet tiegħu fir-rigward tal-ġbir tal-embrijuni għal perjodu ta’ sentejn wara li l-embrijuni jkunu s-soġġett ta’ kummerċ jew importazzjoni, inkluż:

(a) ir-razza, l-età u identifikazzjoni individwali tal-annimali donaturi kkonċernati,

(b) il-post tal-ġbir, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ embrijuni miġbura mill-grupp,

(c) l-identifikazzjoni tal-embrijuni flimkien mad-dettalji tad-destinatarju tal-vjaġġ marittimu.

2.   Il-ġbir u l-ipproċessar ta’ ova, ovarji u tessuti oħra, bl-għan tal-produzzjoni ta’ embrijuni derivati in vitro

Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 1.1 sa 1.14 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-ġbir u l-ipproċessar ta’ ova, ovarji u tessuti oħra għall-użu fil-fertilizzazzjoni in vitro u/jew koltura in vitro. Barra minn hekk, għandu japplika dan li ġej:

2.1. L-awtorità kompetenti għandu jkollha għarfien ta’, u awtorità fuq, il-qasam jew oqsma tal-oriġini tal-annimali donaturi.

2.2. Meta jinġabru l-ovarji u tessuti oħra f’biċċerija, jew minn annimali individwali jew minn gruppi ta’ donaturi (“ġabra ta’ grupp”), il-biċċerija għandha tkun uffiċjalment approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman ( 28 ) u taħt is-superviżjoni ta’ veterinarju li r-responsabbiltà tiegħu tkun li jiżgura li jitwettqu l-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem ta’ annimali donaturi potenzjali u li jiċċertifikawhom li huma ħielsa minn sinjali tal-mard kontaġġjuż rilevanti trasmissibbli lill-annimali. Il-biċċerija għandha, fir-rigward tal-ispeċi suxxettibbli, tkun tinsab f’żona li fiha ma kienx hemm tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għall-aħħar 30 jum f’radju ta’ 10 kilometri.

2.3. Il-gruppi tal-ovarji m’għandhomx jinġiebu fil-laboratorju tal-ipproċessar qabel ma tkun tlestiet l-ispezzjoni post-mortem ta’ annimali donaturi.

2.4. It-tagħmir għat-tneħħija u t-trasport ta’ ovarji u tessuti oħra għandu jitnaddaf u jiġi diżinfettat jew sterilizzat qabel l-użu u użat esklużivament għal dawn l-għanijiet.

3.   Proċessar ta’ embrijuni derivati in vitro

Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 1.1 sa 1.14 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-ipproċessar ta’ embrijuni derivati in vitro. Barra minn hekk, għandu japplika dan li ġej:

3.1. L-embrijuni derivati in vitro għandhom jiġu konċeputi b’riżultat tal-fertilizzazzjoni in vitro b’semen li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

3.2. Wara li jitlesta l-perjodu tal-koltura in vitro iżda qabel l-iffriżar, il-ħażna u t-trasport tal-embrijuni, għandhom jinħaslu u jgħaddu mit-trattamenti msemmija fil-punti 1.8, 1.10 u 1.11.

3.3. L-embrijuni minn annimali donaturi differenti, fil-każ ta’ rkupru ta’ annimal individwali, jew mill-ġabriet tal-grupp differenti ma għandhomx jinħaslu flimkien.

3.4. L-embrijuni minn annimali donaturi differenti, fil-każ ta’ rkupru ta’ annimali individwali, jew minn ġabriet ta’ gruppi differenti ma għandhomx jinħażnu fl-istess stro, kapsula jew imballaġġ ieħor.

4.   Proċessar ta’ embrijuni mikromanipulati

Qabel kwalunkwe mikromanipulazzjoni li tinkludi l-integrità taż-zona pellucida, l-embrijuni jew l-ova kollha għandhom jinġabru u jiġu proċessati skont il-kundizzjonijiet sanitarji stabbiliti fil-punti 1, 2 u 3. Barra minn hekk, japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

4.1. Meta titwettaq il-mikromanipulazzjoni tal-embrijun li tinvolvi l-penetrazzjoni taż-zona pellucida, dan għandu jsir f’faċilitajiet tal-laboratorju adattati taħt is-superviżjoni ta’ grupp approvat ta’ veterinarji.

4.2. Kull grupp tal-ġbir tal-embrijuni għandu jżomm rekords tal-attivitajiet tiegħu skont il-punt 1.14, inklużi dettalji tat-tekniċi tal-mikromanipulazzjoni li jinvolvu l-penetrazzjoni taż-zona pellucida u li tkun twettqet fuq l-embrijuni. Fil-każ ta’ embrijuni derivati minn fertilizzazzjoni in vitro, l-identifikazzjoni tal-embrijuni tista’ ssir fuq il-bażi ta’ grupp, iżda għandu jkun fiha dettalji dwar id-data u l-post tal-ġbir tal-ovarji u/jew l-ova. Għandu jkun possibbli wkoll li jiġi identifikat l-istabbiliment tal-oriġini tal-annimali donaturi.

5.   Ħażna tal-embrijuni

5.1. Kull ġabra tal-embrijuni u gruppi tal-produzzjoni għandhom jiżguraw li l-embrijuni jinħażnu f’temperaturi adattati f’postijiet tal-ħażna msemmija fil-punt 1.8 tat-Taqsima III tal-Kapitolu I.

5.2. L-embrijuni ffriżati għandhom, qabel jintbagħtu, jinħażnu f’kundizzjonijiet approvati għal perjodu minimu ta’ 30 jum mid-data tal-ġbir jew il-produzzjoni tagħhom.

6.   Trasport tal-embrijuni

6.1. L-embrijuni li għandhom ikunu soġġetti għall-kummerċ għandhom jiġu trasportati lejn l-Istat Membru destinatarju f’kontenituri li jkunu tnaddfu u ġew diżinfettati jew sterilizzati qabel l-użu, jew kontenituri li jintużaw darba, u li jkunu ġew siġillati u mogħtija numru qabel ma jintbagħtu mill-postijiet tal-ħażna approvati.

6.2. L-istros, il-kapsuli jew imballaġġ ieħor għandhom ikunu mmarkati b’mod li n-numru fuq l-istros, kapsuli jew imballaġġ ieħor ikun l-istess bħan-numru fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fit-tielet intestatura tal-Artikolu 11(3) u bil-kontenitur li fih ikunu maħżuna u trasportati.

KAPITOLU IV

Rekwiżiti applikabbli għal donaturi femminili

1.

Id-donaturi femminili għandhom jintużaw biss għall-ġbir tal-embrijuni jew l-ova jekk huma u l-istabbilimenti minn fejn joriġinaw ikunu jissodisfaw, b’mod li jissodisfa l-veterinarju uffiċjali, ir-rekwiżiti tad-Direttivi rilevanti dwar il-kummerċ fl-Unjoni f’annimali ħajjin għat-trobbija u l-produzzjoni għall-ispeċi kkonċernati.

2.

Flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE, id-donaturi femminili ta’ speċi porċini għandhom, minbarra f’embrijuni derivati in vivo soġġetti għal trattament ta’ tripsin, jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-marda ta’ Aujeszky stabbiliti skont l-Artikolu 9 jew 10 ta’ dik id-Direttiva.

3.

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/68/KEE għandhom japplikaw għal donaturi femminili ta’ speċi ovini u kaprini.

▼M16

4.

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 90/426/KEE, id-dwieb donaturi:

4.1. ma għandhomx jintużaw għal tgħammir naturali għal mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ġbir tal-ova jew tal-embrijuni, u bejn id-data tal-ewwel teħid ta' eżemplari msemmi fil-punti 4.2 u 4.3 u d-data tal-ġbir tal-ova u l-embrijuni;

4.2. għandu jsir test fuqhom li jagħti riżultat negattiv, tal-immuno-diffużjoni agar-gel (it-test Coggins) jew test ELISA għall-anemija ekwina li tittieħed, fuq kampjun ta' demm li jittieħed mhux inqas minn 14-il jum wara d-data tal-bidu tal-perjodu ta' mill-inqas 30 jum imsemmi fil-punt 4.1 u mhux aktar minn 90 jum qabel il-ġbir tal-ova jew tal-embrijuni għall-kummerċ;

4.3. għandu jsir test fuqhom ta' identifikazzjoni tal-aġent għall-metrite ekwina li tittieħed, li jkun ta riżultat negattiv f'kull każ, f'laboratorju msemmi fil-punt 1.5 tal-Kapitolu (II)(I) imwettaq fuq mill-inqas żewġ eżemplari (tampuni) meħudin mid-debba donatur f'ebda każ qabel sebat ijiem (għat-trattament sistemiku) jew 21 jum (għat-trattament lokali) wara trattament possibbli antimikrobjali tad-debba donatur, meħudin mill-inqas mill-partijiet tal-ġisem li jidhru hawn taħt:

 l-uċuħ mukożali tal-fossa klitorali;

 is-sinusijiet klitorali.

L-eżemplari għandhom jittieħdu fil-perjodu msemmi fil-punt 4.1 f'darbtejn, b'intervall ta' mhux inqas minn sebat ijiem fil-każ tat-test imsemmi fil-punt (i), jew f'darba fil-każ tat-test imsemmi fil-punt (ii).

L-eżemplari għandhom jitqiegħdu f'midjum ta' trasportazzjoni bil-karbonju attivat, bħalma hu l-midjum Amies, qabel ma jintbagħat lil-laboratorju.

Irid isir mill-inqas wieħed minn dawn it-testijiet li ġejjin fuq l-eżemplari:

(i) kultura ta' mill-inqas sebat ijiem f'kundizzjonijiet mikroerofiliċi għall-iżolament ta' Taylorella equigenitalis, li trid tinbeda fl-ewwel 24 siegħa wara li jittieħdu l-eżemplari mill-annimal donatur, jew 48 siegħa meta l-eżemplari jinżammu fil-kesħa waqt it-trasport. jew

(ii) reazzjoni katina tal-polimerażi (PCR) jew PCR fil-ħin reali għas-sejbien tal-ġenoma ta' Taylorella equigenitalis, imwettqa qabel l-iskadenza ta' 48 siegħa wara li jittieħdu l-eżemplari mill-annimal donatur.

▼M8




ANNESS E

▼M15

Il-Parti 1 –   Ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ fl-annimali minn azjendi (ungulati, tjur vaċċinati kontra l-influwenza tat-tjur, lagomorfi, klieb, qtates u inmsa) 92/65 EI

image

image

image

image

▼M11

Il-Parti 2 –   Ċertifikat tas-Saħħa għall-kummerċ fin-naħal u n-naħal bagħli

92/65 EII

image

image

▼M13

Il-Parti 3 —   Ċertifikat tas-Saħħa għall-kummerċ tal-annimali, semen, embrijuni u ova minn entitajiet, istituti jew ċentri approvati 92/65 EIII

image

image

▼M7




ANNESS F

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 rigward il-problemi tas-saħħa ta' annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunità fl-annimali bovini u l-majjali

Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1988 li tesiġi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' annimali applikabbli għal kummerċ intra-Komunità fil u l-importazzjoni ta' semen ffriżata ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċje bovini

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunità fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijuni ta' l-annimali domestiċi ta' l-ispeċje tal-bovini

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' l-ekwidi

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali applikabbli għal kummerċ intra-Komunità fil u l-importazzjoni ta' semen ffriżata ta' l-annimali domestiċi ta' l-ispeċje porċini

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta' Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunità fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' tjur u bajt tat-tfaqqis

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/EEC tat-28 ta' Jannar 1991 li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq ta' l-annimali u l-prodotti ta' l-akwakoltura

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunità fl-annimali ovini u kaprini

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas0 26 ta' April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/LEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE.



( 1 ) ĠU C 327, 30.12.1990, p. 57; u ĠU C 84, 2.4.1990, p. 102.

( 2 ) ĠU C 38, 19.12.1990, p. 134; u ĠU C 149, 18.2.1990, p. 263.

( 3 ) ĠU C 62, 12.3.1990, p. 47; u ĠU C 182, 23.7.1990, p. 25.

( 4 ) ĠU L 384, 31.12.1982, p. 1. Kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 197/90 (ĠU L 29, 31.1.1990, p. 1).

( 5 ) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/499/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 107).

( 6 ) ĠU L 315, 26.11.1985, p. 11. Emendat bid-Direttiva 90/423/KEE (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 13.).

( 7 ) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56).

( 8 ) ĠU L 373, 31.12.1990, p. 1. Emendat b'Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56).

( 9 ) Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li tirregola l-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' equidae (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42). Emendata b'Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56).

( 10 ) Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 t'Ottubru 1990 dwar kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li tirregola n-negozju intra-Komunitàja fi, u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' tjur u bajd tat-tfaqqis (ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6). L-aħħar emendata b'Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56).

( 11 ) Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li tirregola t-tqegħid fis-suq ta' annimali u prodotti ta' l-akwa kultura (ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1).

( 12 ) Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw negozju intra-Komunità f'annimali ovini u kaprini (ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1).

( 13 ) Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tesiġi l-kondizzjonijiet dwar is-saħħa għall-produzzjoni u tqegħid fis-suq ta' molluskoli bivavlvi ħajjin (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 1).

( 14 ) Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 li tesiġi l-kondizzjonijiet dwar is-saħħa għall-produzzjoni u tqegħid fis-suq ta' prodotti mill-ħut (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 15).

( 15 ) Direttiva tal-Kunsill 80/217/KEE tat-22 ta’ Jannar 1980 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontrol tal-marda klassika tal-qżieqeż (ĠU L 47, 21.2.1980, p. 11). L-aħħar emendata b’Direttiva 87/486/KEE (ĠU L 280, 3.10.1987, p. 21).

( 16 ) ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6.

( 17 ) ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1.

( 18 ) ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1.;

( 19 ) Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tipprovdi l-prinċpji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.)

( 20 ) Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE tad-19 ta’ Novembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ annimali matul it-trasport u temenda Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE (ĠU L 340, 11.12.1991, p. 17.)

( 21 ) ĠU L 255, 18.10.1968, p. 23.

( 22 ) ĠU L 31, tal-01.02.2002, p. 1.

( 23 ) ĠU L 184, tas-17.07.1999, p. 23.

( 24 ) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62.

( 25 ) Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

( 26 ) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.

( 27 ) Manwal tas-Soċjetà Internazzjonali tat-Trasferiment tal-Embrijuni – Gwida proċedurali u informazzjoni ġenerali għall-użu ta’ teknoloġija tat-trasferiment tal-embrijuni li tenfasizza l-proċeduri sanitarji, pubblikata mis-Soċjetà Internazzjonali tat-Trasferiment tal-Embrijuni 1111 North Dunlap Avenue, Savoy, Illinois 61874 USA (http://www.iets.org/).

( 28 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.