1991L0672 — MT — 01.07.2013 — 006.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Diċembru 1991

dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma

(91/672/KEE)

(ĠU L 373, 31.12.1991, p.29)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003

  L 284

1

31.10.2003

►M2

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/103/KE ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

344

20.12.2006

►M3

REGOLAMENT (KE) Nru 1137/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2008

  L 311

1

21.11.2008

►M4

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/22/UE tat-13 ta' Mejju 2013

  L 158

356

10.6.2013


Emendat bi:

►A1

  C 241

21

29.8.1994

►A2

  L 236

33

23.9.2003




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Diċembru 1991

dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma

(91/672/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod speċjali l-Artikolu 75 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi jixraq li jkun hemm ħidma sabiex jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet komuni rigward it-tbaħħir tal-bastimenti għall-passaġġi interni fuq l-ilma fil-passaġġi interni fuq l-ilma Komunitarji;

Billi, jixraq, bħala l-ewwel pass, bil-ħsieb li titmexxa’ l quddiem in-navigazzjoni libera fil-passaġġi interni fuq l-ilma Komunitarji, għalbiex jinkiseb ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati nazzjonali tal-boatmasters għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u tal-passiġġieri permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma;

Billi jistgħu jeħtieġu li jiġu ssodisfati ħtiġiet addizzjonali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-għarfien tas-sitwazzjonijiet lokali minħabba n-navigazzjoni f’ċerti passaġġi interni fuq l-ilma,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



L-Artikolu 1

Għall-għan ta’ din id-Direttiva, iċ-ċertifikati nazzjonali tal-boatmasters għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma, kif riferiti fl-Anness I għandhom jiġu suddiviżi kif ġej:



Il-Grupp A:

iċ-ċertifikati tal-boatmasters validi għal passaġġi interni fuq l-ilma ta’ karattru marittimu li jkollhom il-karatteristika marittima kif indikata fl-Anness II,

Il-Grupp B:

iċ-ċertifikati tal-boatmasters validi għal passaġġi interni fuq l-ilma l-oħrajn fil- Komunità, għajr għar-Renu, il-Lek u l-Waal.

L-Artikolu 2

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3(5), il-liċenzja tan-navigazzjoni fuq ir-Renu għall-boatmasters maħruġa skond il-Konvenzjoni riveduta dwar in-Navigazzjoni fuq ir-Renu għandha tkun valida għall-passaġġi interni fuq l-ilma kollha fil-Komunità.

L-Artikolu 3

1.  Iċ-ċertifikati tal-boatmasters li għadhom fis-seħħ u li huma mniżżla fil-lista tal-Grupp A fl-Anness I għandhom ikunu rrikonoxxuti mill-Istati Membri kollha bħala validi għall-għanijiet tan-navigazzjoni f’passaġġi interni fuq l-ilma ta’ karatteristika marittima kif imniżżla fil-lista fl-Anness II, daqs li kieku ħarġu ċ-ċertikati fil-kwistjoni huma nfushom.

2.  L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu b’mod reċiproku ċ-ċertifikati tal-boatmasters li għadhom fis-seħħ u li huma mniżżla fil-lista fil-Grupp B fl-Anness I bħala validi għall-għanijiet tan-navigazzjoni fil-passaġġi interni fuq l-ilma tagħhom minbarra dawk li għalihom tinħtieġ il-liċenzja tan-navigazzjoni fuq ir-Renu jew li huma mniżżla fil-lista fl-Anness II, daqs li kieku ħarġu ċ-ċertifikati huma nfushom.

3.  L-għarfien minn Stat Membru taċ-ċertifikat tal-boatmasters imniżżel fil-lista tal-Grupp A jew tal-Grupp B fl-Anness I jista’ jiġi magħmul bla ħsara għall-istess kondizzjonijiet minimi dwar l-età bħal dawk stabbiliti fl-Istat Membru fil-kwistjoni għall-ħruġ taċ-ċertifikat tal-boatmasters fl-istess grupp.

4.  Il-għarfien minn Stat Membru taċ-ċertifikat tal-boatmasters jista’ jkun limitat għal dawk il-kategoriji ta’ bastimenti li għalihom huwa validu dan iċ-ċertifikat fl-Istat Membru li jkun ħarġu.

5.  Bla ħsara għall-konsultazzjoni tal-Kummissjoni u ta’ l-Istati Membri l-oħra, Stat Membru jista’ jeħtieġ illi, għall-għanijiet tan-navigazzjoni f’ċerti passaġġi interni fuq l-ilma għajr dawk li għandhom il-karatteristika marittima kif indikat fl-Anness II, il-boatmasters ta’ l-Istati Membri l-oħra jissodisfaw il-kondizzjonijiet addizzjonali li jirrigwardaw l-għarfien tas-sitwazzjoni lokali ekwivalenti għal dawk meħtieġa mill-boatmasters nazzjonali tiegħu.

6.  Din id-Direttiva ma għandhiex tipprevieni lil Stat Membru milli jkun jeħtieġ għarfien addizzjonali min-naħa tal-boatmasters li jbaħħru biċċiet tal-baħar li jġorru sustanzi perikolużi fit-territorju tiegħu.

L-Istati Membri għandhom jirrikkonoxxu ċ-ċertifikat maħruġ skond in-numru 10 170 ta’ l-ADNR bħala l-prova ta’ dan il-għarfien.

▼M3

Artikolu 4

Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadatta l-lista taċ-ċertifikati li jidhru fl-Anness I ta' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(2).

▼B

L-Artikolu 5

Il-Kunsill għandu, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata, jiddeċiedi sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1994 dwar id-dispożizzjonijiet komuni li jirrigwardaw it-tbaħħir ta’ bastimenti għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri f’passaġġi interni fuq l-ilma abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni li trid tiġi sottomessa sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1993.

L-Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1993. Huma jridu jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn irid ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

▼M3

Artikolu 7

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

▼B

L-Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS I

IL-LISTA TAĊ-ĊERTIFIKATI TAL-BOATMASTERS GĦALL-ĠARR TA’ MERKANZIJA U TA’ PASSIĠĠIERI PERMEZZ TA’ PASSAĠĠI INTERNI FUQ L-ILMA LI HEMM REFERENZA GĦALIHA FL-ARTIKOLU 1 TAD-DIRETTIVA



GRUPP A:

Iċ-ċertifikati tal-boatmasters validi għall-passaġġi interni fuq l-ilma b’karatteristika marittima mniżżla fil-lista fl-Anness II

Ir-Renju tal-Belġju

— “Brevet de conduite A (arrêté royal no… du…)”/“Vaarbrevet A (Koninklijk Besluit nr.… van…)”.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

— “Schifferpatent” b’validità addizzjonali għas-“Seeschiffahrtsstraβen” (Binnenschifferpatentverordnung 7. 12. 1981).

Ir-Repubblika Franċiża

— “Certificat général de capacité de catégorie ‘A’” li jkollu t-timbru li jispeċifika l-validità taċ-ċertifikat dwar il-passaġġi fuq l-ilma tal-Grupp A (għaż-żona tan-navigazzjoni 2 għall-għanijiet tad-Direttiva 82/714/KEE) (1) (décret du 23 juillet 1991, Journal officiel du 28 juillet 1991),

— “Certificats spéciaux de capacité” li jkollhom il-kliem li jispeċifika l-validità taċ-ċertifikat dwar il-passaġġi fuq l-ilma tal-Grupp A (taż-żona tan-navigazzjoni 2 għall-għanijiet tad-Direttiva 82/714/KEE) (décret du 23 juillet 1991, Journal officiel du 28 juillet 1991).

Ir-Renju ta’ l-Olanda

— “Groot Vaarbewijs II” (Binnenschepenwet, Staatsblad 1981, nr. 678).

►A1  

Ir-Repubblika tal-Finlandja

— Laivurinkirja/Skepparbrev,

— Kuljettajankirja I/Förarbrev I.

Ir-Renju ta' l-Isvezja

— Bevis om behörighet som skeppare B,

— Bevis om behörighet som skeppare A,

— Bevis om behörighet som styrman B,

— Bevis om behörighet som styrman A,

— Bevis om behörighet som sjökapten.

 ◄ ►A2  

Ir-Repubblika ta' l-Ungerija

— Hajóskapitányi bizonyítvány (ċertifikat ta' kaptan),

— Hajóvezetői “A” bizonyítvány (ċertifikat A tal-boatmaster) (skond id-Digriet Nru. 15/2001 (IV. 27.) KöViM tal-Ministeru tat-Trasport u l-Immaniġġar ta' l-Ilma dwar iċ-ċertifikati fin-navigazzjoni).

Ir-Repubblika tal-Polonja

— Patent żeglarski kapitana żeglugi śródlądowej - kategorii A (ċertifikat A tal-boatmaster) (skond ir-Regolament tal-Ministeru ta' l-Infrastruttura tat-23 ta' Jannar 2003 dwar il-kwalifiki professjonali u l-għadd ta' l-ekwipaġġ ta' dgħajjes għal passaġġi fuq l-ilma interni).

 ◄ ►M2  

Ir-Rumanija

— brevet de căpitan fluvial categoria A (ċertifikat A ta' kaptan tad-dgħajjes) (skond l-Ordni tal-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi, it-Trasport u d-Djar Nru 984/04.07.2001 li tapprova r-Regolament dwar il-ħruġ ta' ċertifikati ta' kapaċità nazzjonali għal persunal li jbaħħar fuq ix-xmajjar, M. Of., p. I, nr. 441/6.VIII.2001).

 ◄

GRUPP B:

Iċ-ċertifikati tal-boatmasters validi għall-passaġġi interni fuq l-ilma fil-Komunità, bl-eċċezzjoni tar-Renu, il-Lek u l-Waal

Ir-Renju tal-Belġju

— “Brevet de conduite B (arrêté royal no… du…)”/“Vaarbrevet B (Koninklijk Besluit nr.… van…)”.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

— “Schifferpatent” (Binnenschifferpatentverordnung 7. 12. 1981).

Ir-Repubblika Franċiża

— “Certificat général de capacité de catégorie” A, li ma jkollux fuqu t-timbru li jispeċifika l-validità taċ-ċertifikat għall-passaġġi interni fuq l-ilma tal-Grupp A (għaż-żona tan-navigazzjoni 2 għall-għanijiet tad-Direttiva 82/714/KEE) (décret du 23 juillet 1991, Journal officiel du 28 juillet 1991),

— “Certificats spéciaux de capacité” li ma jkollhomx it-timbru li jispeċifika l-validità taċ-ċertifikat dwar il-passaġġi interni fuq l-ilma tal-Grupp A (għaż-żona tan-navigazzjoni 2 għall-għanijiet tad-Direttiva 82/714/KEE) (décret du 23 juillet 1991, Journal officiel du 28 juillet 1991).

Ir-Renju ta’ l-Olanda

— “Groot Vaarbewijs I” (Binnenschepenwet, Staatsblad 1981, nr. 678).

►A1  

Ir-Repubblika ta' l-Awstrija

— Kapitänspatent A,

— Schiffsführerpatent A.

Ir-Repubblika tal-Finlandja

— Laivurinkirja/Skepparbrev,

— Kuljettajankirja I/Förarbrev I.

Ir-Renju ta' l-Isvezja

— Bevis om behörighet som skeppare B,

— Bevis om behörighet som skeppare A,

— Bevis om behörighet som styrman B,

— Bevis om behörighet som styrman A,

— Bevis om behörighet som sjökapten.

 ◄ ►A2  

Ir-Repubblika Ċeka

— Průkaz způsobilosti kapitána a průkaz způsobilosti kormidelníka (Att tal-25 ta' Mejju 1995 dwar in-navigazzjoni interna (114/1995 Sb.) u Digriet tal-Ministeru tat-Trasport ta' l-14 ta' Settembru 1995 fuq l-Eliġibilità ta' Persuni biex Jiggwidaw u Joperaw Dgħajjes (224/1995 Sb.)).

Ir-Repubblika ta' l-Estonja

— Siseveelaeva laevajuhi diplom.

Ir-Repubblika tal-Litwanja

— Vidaus vandenų transporto specialisto laipsnio diplomas (appruvata mill-Ordni Nru 161 tal-15 ta' Mejju 2001 tal-Ministeru tat-Transport u l-Kommunikazzjoni fuq ir-Regolamenti dwar il-Ħruġ ta' Diplomi u ċ-Ċertifikati ta' Kwalifiki għall-Ispeċjalisti tat-Trasport bil-Passaġġi fuq l-Ilma Interni).

Ir-Repubblika ta' l-Ungerija

— Hajóskapitányi bizonyítvány (ċertifikat ta' kaptan),

— Hajóvezetői “A” bizonyítvány (ċertifikat A tal-boatmaster) (skond id-Digriet Nru. 15/2001 (IV. 27.) KöViM tal-Ministeru tat-Trasport u l-Immaniġġar ta' l-Ilma dwar iċ-ċertifikati fin-navigazzjoni).

Ir-Repubblika tal-Polonja

— Patent żeglarski kapitana żeglugi śródlądowej - kategorii B (ċertifikat B tal-boatmaster) (skond ir-Regolament tal-Ministeru ta' l-Infrastruttura tat-23 ta' Jannar 2003 dwar il-kwalifiċi professjonali u l-għadd minimu ta' l-ekwipaġġi ta' dgħ68ajjes fuq passaġġi interni).

Ir-Repubblika Slovakka

— Lodný kapitán I. triedy,

— Lodný kapitán II. triedy,

— (Id-Digriet tal-Ministeru tat-Trasport, tal-Posta u tat-Telekommunikazzjoni tar-Repubblika Slovakka 182/2001 Z. z. li jniżżel id-dettalji tal-ħtiġiet għall-kwalifika u li jivverifika l-kompetenza professjonali ta' membru ta' l-ekwipaġġta' dgħajsa u ta' kaptan għad-dgħajjes żgħar (li jirreferi għall-Artikolu 30, paragrafu 7 u Artikolu 31, paragrafu 3 ta' l-Att 338/2000 Z. z. dwar in-navigazzjoni interna u l-emendi għal xi Atti)).

 ◄ ►M2  

Ir-Repubblika tal-Bulgarija

— Свидетелство за правоспособност ‘Капитан вътрешно плаване’ (ċertifikat ta' kompetenza għal master ta' navigazzjoni interna)

— Свидетелство за правоспособност ‘Щурман вътрешно плаване’ (ċertifikat ta' kompetenza għal uffiċjal gwardja ta' navigazzjoni interna) (Наредба № 6 от 25.7.2003 г. на министъра на транспорта и съобщенията за компетентност на морските лица в Република България, обн. ДВ, бр.83 от 2003 г. Skond l-Ordinanza Nru 6 tal-25 ta' Lulju 2003 tal-Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni dwar il-kompetenza ta' baħħara fir-Repubblika tal-Bulgarija, DV Nru 83/2003).

Ir-Rumanija

— brevet de căpitan fluvial categoria B (ċertifikat B ta' kaptan tad-dgħajjes) (skond l-Ordni tal-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi, it-Trasport u d-Djar Nru 984/04.07.2001 li tapprova r-Regolament dwar il-ħruġ ta' ċertifikati ta' kapaċità nazzjonali għal persunal li jbaħħar fuq ix-xmajjar, M. Of., p. I, nr. 441/6.VIII.2001).

 ◄ ►M4  

Repubblika tal-Kroazja

— Svjedodžba o stručnoj osposobljenosti/Befähigungszeugnis

— Zapovjednik - vrsta A/Schiffsführer – Klasse A

— (Ċertifikat ta' kwalifika professjonali – Barklor tat-tip A)

— Svjedodžba o stručnoj osposobljenosti/Befähigungszeugnis

— Zapovjednik - vrsta B/Schiffsführer – Klasse B

— (Ċertifikat ta' kwalifika professjonali – Barklor tat-tip B)

— (f'konformità mal-Ordinanza dwar it-titoli u l-kwalifiki professjonali tal-Barklori, il-Gazzetta Uffiċjali Nru 73/09).

 ◄

(1)   ĠU L 301, tat-28.10.1982, p. 1.




L-ANNESS II

IL-LISTA TA’ PASSAĠĠI INTERNI FUQ L-ILMA B’KARATTERISTIKA MARITTIMA LI HEMM REFERENZA GĦALIHA FL-ARTIKOLU 2 TAD-DIRETTIVA

Ir-Renju tal-Belġju

Ix-Scheldt Marittimu.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Iż-żona 1 u ż-żona 2 fl-Anness I mad-Direttiva 82/714/KEE.

Ir-Renju ta’ l-Olanda.

Id-Dollard, l-Eems, il-Waddenzee, l-IJsselmeer, ix-Scheldt tal-Lvant u tal-Punent.

▼A2

Ir-Repubblika tal-Polonja.

Iż-żona 1 u ż-żona 2 ta' l-Anness II tad-Direttiva 82/714/KEE, minbarra il-ġibjun Włocławski u l-għaddajjar Śniardwy, Niegocin u Mamry.

▼A1

Ir-Repubblika tal-Finlandja.

Saimaan kanava/il-kanal Saima, Saimaan vesistö/Saimens vattendrag.

Ir-Renju ta' l-Isvezja.

Il-Kanal Trollhätte u Göta älv, il-Lag Vänern, il-Lag Mälaren, il-Kanal Södertälje, il-Kanal Falsterbo, Sotenkanalen.

▼M2

Ir-Rumanija.

Id-Danubju: minn Brăila (km 175) sal-Baħar l-Iswed fuq il-fergħa tas-Sulina.



( 1 ) ĠU C 120, tas-7.5.1988, p. 7.

( 2 ) ĠU C 12, tas-16.1.1989, p. 41.

( 3 ) ĠU C 318, tat-12.12.1988, p. 18.