1990L0427 — MT — 03.09.2008 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Ġunju 1990

dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw kummerċ intra-Komunitarju f’equidae

(90/427/KEE)

(ĠU L 224, 18.8.1990, p.55)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/73/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-15 ta’ Lulju 2008

  L 219

40

14.8.2008




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Ġunju 1990

dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw kummerċ intra-Komunitarju f’equidae

(90/427/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi equidae, li huma annimali ħajjin, huma inklużi fil-lista ta’ prodotti f’Anness II tat-Trattat;

Billi sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp razzjonali ta’ produzzjoni ta’ equidae, li b’hekk tiżdied il-produttività f’dak is-settur, regoli li jirregolaw il-moviment ta’ equidae f’kummerċ intra-Komunitarju jiġu preskritti fil-livell tal-Komunità;

Billi t-tgħammir u t-trobbija ta’ equidae u b’mod partikolari taż-żwiemel huwa ġeneralment inkluż fis-settur tal-biedja; billi jikkostitwixxi kull għajn ta’ dħul ta’ flus għal parti mill-populazzjoni tal-biedja u għandu għalhekk jiġi inkoraġġit;

Billi riżultati sodisfaċenti f’dak ir-rigward jiddependi fuq l-użu ta’ l-equidae reġistrati f’kotba tar-razza miżmuma minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet approvati;

Billi disparitajiet jeżistu dwar dħul fil-kotba tar-razza; billi dawk id-disparitajiet jikkostitwixxu barriera għall-kummerċ ġol-Komunità; billi liberalizzazzjoni kompleta tal-kummerċ issejjaħ għal aktar armonizzazzjoni, b’mod partikolari rigward dħul fil-kotba tar-razza;

Billi kummerċ intra-Komunitarju f’equidae reġistrati għandhom jiġu liberalizzati progressivament; billi liberalizzazzjoni kompleta ta’ kummerċ jeħtieġ armonizzazzjoni addizzjonali, b’mod partikolari rigward approvazzjoni għal għan ta’ tgħammir lil hemm mir-razzett u l-użu ta’ semene u ova skond il-karatteristiċi ta’ kull ktieb tar-razza;

Billi jeħtieġ li jitfassal, skond kull proċedura tal-Komunità, kull mudell armonizzat ta’ oriġini żooteknika u ċertifikat ta’ identifikazzjoni;

Billi l-isem ta’ kull annimal huwa fattur essenzjali fl-identifikazzjoni ta’ equidae; billi ħafna drabi huwa impossibbli li tiġi traċċata d-dixxendenza ta’ l-annimal u jiġi monitorjat il-progress tiegħu jekk ismu jinbidel minħabba fit-talba ta’ sid ġdid; billi r-regoli li jirrigwardjaw il-mod kif jiġu msemmija l-equidae għandhom jiġu armonizzati, b’mod partikolari sabiex jipprevjenu prattiċi mhux ġusti;

Billi dispożizzjonijiet għandhom jiġu introdotti li jipprevjenu l-equidae minn pajjiżi terzi milli jiġu importati fuq termini li huma inqas strinġenti minn dawk applikabbli fil-Komunità;

Billi huwa tal-parir li miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati rigward ċerti aspetti tekniċi; billi, għall-għanijiet ta’ miżuri ppjanati, dispożizzjonijiet għandhom isiru għall-kooperazzjoni effettiva fil-viċin bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti fuq Żooteknika,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



IL-KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

L-Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabilixxi kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw kummerċ intra-Komunitarju f’equidae, is-semene, ova u embrijoni tagħhom.

L-Artikolu 2

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

(a) equidae” tfisser annimali domestiċi tar-razza ekwina jew tar-razza tal-ħmar (asinine) jew inkroċji ta’ razez (crossbreeds) dwar dawn;

(b) equidae reġistrati” tfisser equidae li huma mdaħħla jew reġistrati u eleġibbli għad-dħul fil-reġistru tar-razza, skond ir-regoli stabbiliti skond l-Artikolu 4(2)(b) u ddentifikati permezz ta’ dokument ta’ idenitifikazzjoni li għaliħ hemm previst fl-Artikolu 8(1);

(ċ) “reġistru tar-razza” tfisser kull ktieb, reġistru, fajl jew mezz tal-fatti magħrufa (“data”):

 li huwa miżmum jew min organizzazzjoni jew assoċjazzjoni approvata uffiċjalment jew magħrufa minn kull Stat Membru jew minn aġenzija uffiċjali tal-Istat Membru konċernat, u

 li fih equidae huma mdaħħla jew reġistrati bl-axxendenti magħrufa kollha tagħhom imsemmija.

L-Artikolu 3

Kummerċ intra-Komunitarju f’equidae u s-semene, ova u embrijoni tagħhom ma jistgħux jiġu pprojbiti jew restritti fuq prinċipji żootekniċi jew ġenealoġiċi oħra għajr dawk li jirriżultaw minn applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Madankollu, fil-każ ta’ kummerċ intra-Komunitarju f’equidae reġistrati, is-semene, ova u embrijoni tagħhom, dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonformaw mar-regoli ġenerali tat-Trattat għandhom jinżammu sakemm isir id-dħul fis-seħħ tad-deċiżjonijiet tal-Komunità rilevanti li għalihom saret referenza fl-Artikoli 4 u 8.



IL-KAPITOLU II

Regoli ġenealogiċi li għandhom x’jaqsmu ma’ equidae reġistrati

L-Artikolu 4

1.  Il-prinċipji li ġejjin għandhom jitqiesu meta d-deċiżjonijiet li għalihom saret referenza fil-paragrafu 2 huma adottati:

(a) l-għarfien jew approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet li jżommu jew jistabbilixxu reġistri tar-razza għandhom jiġu suġġetti għal konformità mal-prinċipji stabbiliti mill-organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li żżomm il-ktieb stud ta’ l-oriġini tar-razza;

(b) il-kriterji għad-dħul u reġistrazzjoni f’reġistri tar-razza għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-karatteristiċi tar-razza u b’mod partikolari għal ċerti bhejjem tar-razza fuq il-bażi tal-ħtieġa li jiġi rregolat id-dħul u r-reġistrazzjoni ta’ equidae li jiġu prodotti permezz ta’ metodi ta’ riproduzzjoni artifiċjali.

2.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi taħt il-proċedura preskritta fl-Artikolu 10 u skond il-prinċipji mfassla fil-paragrafu 1:

(a) il-kriterji għall-approvazzjoni jew għarfien ta’ organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet li jżommu jew jistabbilixxu reġistri tar-razza;

(b) il-kriterji għad-dħul u reġistrazzjoni f’reġistri tar-razza;

(ċ) jekk meħtieġ, il-kriterji u metodi uwżati biex jiġu identifikati equidae reġistrati;

(d) il-kriterji għat-tfassil taċ-ċertifikat ta’ oriġini u d-dokument ta’ identifikazzjoni li għalihom saret referenza fl-Artikolu 8;

(e) jekk ikunu meħtieġ, regoli li jiżguraw koordinament bejn l-organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet li għalihom saret referenza fl-Artikolu 5.

▼M1

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata l-lista ta’ korpi li jżommu jew jistabbilixxu r-reġistri għaż-żwiemel tar-razza kif imsemmi fl-Artikolu 2 (c), l-ewwel inċiż, li huma approvati jew rikonoxxuti abbażi tal-kriterji stabbiliti skond l-Artikolu 4(2)(a) u jqegħduha għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħra u tal-pubbliku.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10.

▼B

L-Artikolu 6

1.  F’kummerċ intra-Komunitarju, equidae li huma reġistrati fl-Istat Membru tad-dispaċċ iridu, minbarra fejn diġa kien hemm qbil komuni fuq deroga bejn iż-żewġ organizzazzjonjiet jew assoċjazzjonijiet konċernati, jiġu reġistrati jew imdaħħla fir-reġistru tar-razza xieraq tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni taħt l-istess isem, b’kull indikazzjoni, skond il-patti ta’ ftehim internazzjonali ta’ l-inizjal(i) tal-pajjiż ta’ twelid.

2.  Fejn il-liġi kostituzzjonali ta’ l-organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet hekk jippermettu:

 l-isem oriġinali ta’ l-annimal jista’ jkollu qabel jew wara isem ieħor fuq bażi provviżjonali jew permanenti, kemm-il darba matul il-ħajja ta’ l-annimal l-isem oriġinali huwa miżmum fil-parentesi u li l-pajjiż tat-twelid huwa indikat permezz tal-inizjal(i) magħrufa permezz tal-patti tal-ftehiem internazzjonali,

 miżuri alternattivi jistgħu jittieħdu biex jissalvagwardjaw l-identità kontinwa ta’ l-annimali skond il-proċeduri li jridu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10.



IL-KAPITOLU III

Regoli żootekniċi li għandhom x’jaqsmu ma’ equidae reġistrati

L-Artikolu 7

Il-Kummissjoni, tista’, safejn u sakemm ikun meħtieġ biex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4(1), tistabilixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10:

(a) il-metodi tal-monitoraġġ ta’ qadi u tagħmel stima tal-valur ġenetiku ta’ l-annimali tat-tgħammir;

(b) fuq il-bażi tal-metodi li għalihom saret referenza f’(a), il-kriterji ġenerali għall-approvazzjoni ta’ annimal maskili tat-tgħammir jew, jekk ikun xieraq, ta’ kull animal femminili tat-tgħammir għall-għanijiet ta’ tgħammir u bl-użu tas-semene, ova jew embrijoni tagħhom.

L-Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

1. fil-movimenti tagħhom, equidae reġistrati huma akkumpanjati minn dokument ta’ identifikazzjoni mfassal mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 u maħruġa mill-organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet li għalihom saret referenza fl-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva u l-Artikolu 2(ċ) ta’ Direttiva Nru 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990, dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment bejn l-Istati Membri u importazzjoni ta’ equidae minn pajjiżi terzi ( 4 ).

Id-dokument ta’ identifikazzjoni, li jrid jiġi mfassal fil-lingwi tal-Komunità, għal żwiemel reġistrati irid jinkludi għal inqas it-tagħrif indikat fl-Anness; dak it-tagħrif jista’ jiġi supplimentat jew emedat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10.

2. Meta jinħarġu fis-suq, is-semene, ova u embrijoni ta’ equidae reġistrati huma akkumpanjati minn ċertifikat żootekniku ta’ l-oriġini u identifikazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti għal inqas fil-lingwa tal-pajjiż tad-destinazzjoni u f’konformità ma’ mudell li jrid jitfassal mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10.



Dispożizzjonijiet finali

L-Artikolu 9

Sakemm l-implimentazzjoni tar-regoli rilevanti tal-Komunità, il-kondizzjonijiet applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ equidae u s-semene, ova u l-embrijoni tagħhom mill-pajjiżi terzi ma jridux ikunu aktar favorevoli minn dawk li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju.

L-Artikolu 10

Fejn il-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu trid tintuża, il-Kumitat Permanenti ta’ Żooteknika mwaqqaf mid-Deċiżjoni 77/505/KEE ( 5 ), għandha taġixxi b’konformità mar-regoli mfassla fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 88/661/KEE ( 6 ).

L-Artikolu 11

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1991. Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni fil-pront.

L-Artikolu 12

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS

image

image



( 1 ) ĠU C 327, tat-30.12.1989, p. 61.

( 2 ) ĠU C 149, tat-18.6.1990.

( 3 ) ĠU C 62, tat-12.3.1990, p. 46.

( 4 ) ĠU L 224, tat-18.8.1980, p. 42.

( 5 ) ĠU L 206, tat-12.8.1977, p. 11.

( 6 ) ĠU L 382, tal-31.12.1988, p. 16.