01989L0391 — MT — 11.12.2008 — 003.003


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tat-12 ta' Ġunju 1989

dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol

(89/391/KEE)

(ĠU L 183 29.6.1989, p. 1)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003

  L 284

1

31.10.2003

►M2

DIRETTIVA 2007/30/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007

  L 165

21

27.6.2007

►M3

REGOLAMENT (KE) Nru 1137/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2008

  L 311

1

21.11.2008


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 077, 16.3.2023, p.  20  (1989/391)




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tat-12 ta' Ġunju 1989

dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol

(89/391/KEE)



IT-TAQSIMA I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

L-Artikolu 1

Għan

1.  
L-għan ta' din id-Direttiva huwa li jiġu introdotti miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u fis-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol.
2.  
Għal dak il-għan fiha prinċipji ġenerali li jikkonċernaw il-prevenzjoni ta' riskji ikkaġunati mix-xogħol, il-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa, l-eliminazzjoni ta' fatturi ta' riskju u ta' aċċident, l-informar, ikkonsultar, parteċipazzjoni bilanċjata skond il-liġijiet u/jew prattiċi nazzjonali u t-taħriġ ta' ħaddiema u tar-rapreżentanti tagħhom, kif ukoll bħala linji ta' gwida ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dawn il-prinċipji.
3.  
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali u tal-Komunità eżistenti jew tal-futur li jkunu aktar favorevoli għall-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol.

L-Artikolu 2

Għan

1.  
Din id-Direttiva għandha tgħodd għas-setturi ta' attività kollha, kemm pubbliċi u kemm privati (industrijali, agrikoli, kummerċjali, amministrattivi, ta' servizz, edukattivi, kulturali, ta' serħan etċ.).
2.  
Din id-Direttiva ma għandhiex tgħodd fejn karatteristiċi partikolari għal ċerti attivitajiet ta' servizzi pubbliċi speċifiċi, bħall-forzi armati jew il-pulizija, jew għal ċerti attivitajiet speċifiċi fis-servizzi tal-protezzjoni ċivili, b'mod inevitabbli jmorru kontra tagħha.

F'dak il-każ, is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema għandhom ikunu żgurati sa fejn ikun possibbli fid-dawl ta' l-għanijiet ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, it-termini segwenti għandhom ikollhom it-tifsira segwenti:

(a) 

ħaddiem: kwalunkwe persuna mpjegata minn min iħaddem, inklużi dawk li jkunu għaddejjin minn taħriġ u apprentisti iżda ħaddiema li jaqdu fid-djar ma humiex inklużi;

▼C1

(b) 

min iħaddem: kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha relazzjoni ta' impjieg mal-ħaddiem u li tkun responsabbli għall-impriża u/jew l-istabbiliment;

▼B

(ċ) 

rappreżentanti tal-ħaddiema b'responsabbilità speċifika għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema: kwalunkwe persuna eletta, magħżula jew maħtura skond il-liġijiet u/jew prattiċi nazzjonali sabiex tirrappreżenta ħaddiema li jkollhom problemi li jkollhom x'jaqsmu mas-sigurtà u mal-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol;

(d) 

prevenzjoni: il-passi jew miżuri kollha meħuda jew mfassla fil-fażijiet kollha ta' xogħol fl-intrapriża sabiex jipprevjenu jew inaqqsu riskji kkaġunati mix-xogħol.

L-Artikolu 4

1.  
Stati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li min iħaddem, il-ħaddiema u r-rappreżentanti tal-ħaddiema ikunu soġġetti għad disposizzjonijiet legali meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.
2.  
B'mod partikolari, Stati Membri għandhom jiżguraw kontrolli u sorveljanzi adegwati.



IT-TAQSIMA II

OBBLIGI TA' MIN IĦADDEM

L-Artikolu 5

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  
Min iħaddem għandu jkollu l-obbligu li jiżgura s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema f'kull aspett relatat max-xogħol.
2.  
Fejn, skond l-Artikolu 7(3), min iħaddem jelenka servizzi esterni jew persuni kompetenti, dan ma għandux jeħilsu mir-responsabbilitajiet f'dan il-qasam.
3.  
L-obbligi tal-ħaddiema fil-qasam tas-sigurtà u tas-saħħa fuq ix-xogħol ma għandhomx jaffettwaw il-prinċipju tar-responsabbilità ta' min iħaddem.
4.  
Din id-Direttiva ma għandhiex tillimita l-għażla ta' l-Istati Membri milli jipprovdu għall-esklużjoni jew il-limitazzjoni tar-responsabbilità ta' min iħaddem fejn l-okkorrenzi jkunu dovuti għal ċirkostanzi mhux tas-soltu u li ma setgħux jiġu mbassra, mhux fil-kontroll ta' min iħaddem, jew minħabba każijiet eċċezzjonali, li l-konsegwenzi tagħhom ma setgħux jiġu evitati minkejja li tkun ingħatat kull attenzjoni meħtieġa.

Ma hemmx bżonn li l-Istati Membri jeżerċitaw l-għażla li hemm riferenza għaliha fl-ewwel subparagrafu.

L-Artikolu 6

Obbligi Ġenerali għal min iħaddem

1.  
Fi ħdan il-kuntest tar-responsabbilitajiet tiegħu, min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa għas-sigurtà u l-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema, inkluż il-prevenzjoni tar-riskji ikkaġunati mix-xogħol u l-għoti ta' informazzjoni u taħriġ, kif ukoll ta' l-għoti ta' l-organizzazzjoni u mezzi meħtieġa.

Min iħaddem għandu joqgħod attent għall-ħtieġa li jaġġusta dawn il-miżuri sabiex jagħtu kas taċ-ċirkostanzi li jinbidlu u jimmira għat-titjib tas-sitwazzjonijiet eżistenti.

2.  

Min iħaddem għandu jimplimenta l-miżuri li hemm riferenza għalihom fl-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 1 fuq il-bażi tal-prinċipji ġenerali ta' prevenzjoni segwenti:

(a) 

l-evitar ta' riskji;

(b) 

l-evalwar tar-riskji li ma jkunux jistgħu jiġu evitati:

(ċ) 

il-ġlieda kontra r-riskji mis-sors;

(d) 

addattazzjoni tax-xogħol għall-individwu, speċjalment fir-rigward tat-tfassil ta' postijiet ta' xogħol, l-għażla ta' l-apparat tax-xogħol u l-għażla tal-metodi ta' xogħol u produzzjoni, b'mod partikolari, sabiex jitnaqqas ix-xogħol monotonu u xogħol b'rata predeterminata ta' xogħol u għat-tnaqqis ta' l-effett tagħhom fuq is-saħħa.

(e) 

addattazzjoni għall-progress tekniku;

(f) 

bdil tal-perikoluż ma' dak li mhux perikoluż jew anqas perikoluż;

(g) 

żviluppar ta' polza ta' prevenzjoni fuq kollox koerenti li tkopri t-teknoloġija, l-organizzazzjoni tax-xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol, relazzjonijiet soċjali u l-influwenza ta' fatturi relatati ma' l-ambjent tax-xogħol;

(h) 

l-għoti ta' prijorità għall-miżuri ta' protezzjoni kollettivi fuq miżuri ta' protezzjoni individwali;

(i) 

għoti ta' istruzzjonijiet xierqa lill-ħaddiema.

3.  

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva, min iħaddem għandu, jagħti każ tan-natura ta' l-attivitajiet ta' l-intrapriża u/jew ta' l-istabbiliment:

(a) 

jevalwa r-riskji għas-sigurtà u għas-saħħa tal-ħaddiema, fosthom fl-għażla ta' apparat tax-xogħol, is-sustanzi kimiċi jew preparazzjonijiet użati, u t-tfassil ta' postijiet tax-xogħol.

Wara din l-evalwazzjoni u kif ikun hemm bżonn, il-miżuri ta' prevenzjoni u l-metodi ta' xogħol u ta' produzzjoni implimentati minn min iħaddem għandhom:

— 
jassigura titjib fil-livell ta' protezzjoni offruta lill-ħaddiema fir-rigward tas-sigurtà u s-saħħa,
— 
ikunu integrati fl-attivitajiet kollha ta' l-intrapriża u/jew stabbiliment u fil-livelli ġerarkiċi kollha;
(b) 

fejn jafda xogħlijiet lil ħaddiem partikolari, għandu jagħti kas tal-kapaċitajiet tal-ħaddiem fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà;

(ċ) 

jiżgura li l-ippjanar u l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda jkunu soġġetti għal konsultazzjoni mal-ħaddiema u/jew mar-rappreżentanti tagħhom, fir-rigward tal-konsegwenzi ta' l-għażla ta' l-apparat, kondizzjonijiet ta' xogħol u l-ambjent tax-xogħol għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema;

(d) 

jieħu passi xierqa li jiżguraw li ħaddiema li jkunu rċevew struzzjonijiet xierqa biss ikun jista' jkollhom aċċess għal żoni fejn ikun hemm xi perikoli serji u speċifiċi.

4.  
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva, fejn bosta intrapriżi jaqsmu post tax-xogħol, dawk li jħaddmu għandhom jikkooperaw fl-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' sigurtà, saħħa u iġjene fuq ix-xogħol u, tan-natura ta' l-attivitajiet, għandhom jikkordinaw l-azzjonijiet tagħhom f'affarijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-protezzjoni u prevenzjoni ta' riskji ikkaġunat mix-xogħol, u għandhom jinfurmaw wieħed lill-ieħor u l-ħaddiema rispettivi tagħhom u/jew rappreżentanti tal-ħaddiema b'dawn ir-riskji.
5.  
Miżuri relatati mas-sigurtà, l-iġjene u s-saħħa fuq ix-xogħol ma għandhom fl-ebda ċirkostanza idaħħlu lill-ħaddiema fi spiża finanzjarja.

L-Artikolu 7

Servizzi ta' protezzjoni u ta' prevenzjoni

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi li hemm riferenza għalihom fl-Artikoli 5 u 6, min iħaddem għandu jaħtar ħaddiem wieħed jew aktar sabiex iwettaq attivitajiet relatati mal-protezzjoni u mal-prevenzjoni ta' riskji kkaġunati mix-xogħol għall-intrapriża u/jew l-istabbiliment.
2.  
Ħaddiema maħtura ma jistgħux jiġu mqiegħda f'xi żvantaġġ minħabba l-attivitajiet tagħhom relatati mal-protezzjoni u prevenzjoni ta' riskji kkaġunati mix-xogħol.

Ħaddiema maħtura għandhom ikollhom ħin addattat sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom li ġejjin minn din id-Direttiva.

3.  
Jekk dawn il-miżuri ta' protezzjoni u prevenzjoni ma jkunux jistgħu jiġu organizzati minħabba nuqqas ta' persunal kompetenti fl-intrapriża u/jew stabbiliment, min iħaddem għandu jelenka is-servizzi esterni jew persuni kompetenti.
4.  
Fejn min iħaddem jelenka s-servizzi jew persuni bħal dawn, għandu jinformahom bil-fatturi magħrufa li jaffettwaw, jew li jkun hemm suspett li jeffettwaw, is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema u għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 10(2).
5.  

Fil-każijiet kollha:

— 
il-ħaddiema maħtura għandhom ikollhom il-kapaċitajiet neċċessarji u l-mezzi neċessarji,
— 
is-servizzi esterni jew persuni kkonsultati għandu jkollhom l-abilitajiet neċessarji u l-mezzi personali u professjonali neċessarji, u
— 
il-ħaddiema maħtura u s-servizzi esterni jew persuni kkonsultati għandhom ikunu biżżejjed fin-numru

sabiex ikunu jistgħu iħabbtu wiċċhom ma' l-organizzazzjoni ta' miżuri ta' protezzjoni u prevenzjoni, li jagħtu kas tad-daqs ta' l-intrapriża u/jew ta' l-istabbiliment u/jew tal-perikoli li għalihom il-ħaddiema jkunu esposti u d-distribuzzjoni tagħhom fl-intrapriża u/jew fl-istabbiliment kollu.

6.  
Il-protezzjoni minn, u l-prevenzjoni ta', riskji tas-saħħa u tas-sigurtà li jifformaw is-suġġett ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu r-responsabbilità ta' ħaddiem wieħed jew aktar, ta' servizz wieħed jew ta' servizzi separati kemm minn ġewwa u kemm minn barra ta' l-intrapriża u/jew stabbiliment.

Il-ħaddiem(a) u/jew aġenzija(i) għandhom jaħdmu flimkien kull meta jkun hemm bżonn.

7.  
Stati Membri jistgħu jiddefinixxu, fid-dawl tan-natura ta' l-attivitajiet u d-daqs ta' l-intrapriżi, il-kategoriji ta' l-intrapriżi li fihom min iħaddem, sakemm ikun kompetenti, ikun jista' jieħu responsabbilità hu nnifsu għall-miżuri li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1.
8.  
Stati Membri għandhom jiddefinixxu l-kapaċitajiet u l-attitudnijiet meħtieġa li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 5.

Jistgħu jistabbilixxu n-numru suffiċjenti li hemm riferenza għalih fil-paragrafu 5.

L-Artikolu 8

L-ewwel għajnuna, tifi tan-nar u evakwazzjoni ta' ħaddiema, perikolu serju u imminenti

1.  

Min iħaddem għandu:

— 
jieħu l-miżuri meħtieġa għall-ewwel għajnuna, tifi tan-nar u evakwazzjoni ta' ħaddiema, addattati għan-natura ta' l-attivitajiet u d-daqs ta' l-intrapriża u/jew stabbiliment u jagħtikas ta' persuni oħra preżenti,
— 
jagħmel kwalunkwe kuntatti meħtieġa ma' servizzi esterni, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-ewwel għajnuna, kura medika ta' emerġenza, xogħol ta' salvataġġ u tifi tan-nar.
2.  
Skond paragrafu 1, min iħaddem għandu, inter alia, għall-ewwel għajnuna, tifi tan-nar u l-evakwazzjoni ta' ħaddiema, jaħtar il-ħaddiema meħtieġa sabiex jimplimentaw miżuri bħal dawn.

In-numru ta' ħaddiema bħal dawn, it-taħriġ tagħhom u l-apparat disponibbli għalihom għandu jkun adekwat, billi jingħata kas tad-daqs u/jew tal-perikoli speċifiċi ta' l-intrapriża u/jew stabbiliment.

3.  

Min iħaddem għandu:

(a) 

malajr kemm jista' jkun, jinforma lill-ħaddiema kollha li jkunu, jew li jistgħu jkunu, esposti għal perikolu serju u imminenti tar-riskju involut u tal-passi meħuda jew li għandhom jittieħdu fir-rigward ta' protezzjoni;

(b) 

jieħu azzjoni u jagħti struzzjonijiet sabiex il-ħaddiema fil-każ ta' perikolu serju, imminenti u li ma jkunx jista' jiġi evitat iwaqqfu x-xogħol u/jew iħallu l-post tax-xogħol u jibqgħu sejrin lejn il-post ta' sigurtà immedjatament;

(ċ) 

minbarra f'każijiet eċċezzjonali għal raġunjiet sostanzjati kif dovut, jieqaf milli jsaqsi lill-ħaddiema milli jerġgħu jibdew ix-xogħol f'sitwazzjoni ta' xogħol fejn ikun għad baqa' perikolu serju u imminenti.

4.  
Ħaddiema li, fil-każ ta' perikolu serju, imminenti u li ma jistax jiġi evitat, iħallu l-istazzjon ta' xogħol tagħhom u/jew żona perikoluża ma jistgħux jitqiegħdu f'xi żvantaġġ minħabba l-azzjoni tagħhom u għandhom jiġu protetti kontra xi konsegwenzi ta' ħsara u mhux ġustifikati, skond il-liġijiet u/jew prattiċi nazzjonali.
5.  
Min iħaddem għandu jiżgura li l-ħaddiema kollha jkunu jistgħu, fil-każ ta' perikolu serju u imminenti għas-sigurtà tagħhom u/jew dik ta' persuni oħra, u fejn il-persuna fi grad ogħla responsabbli ma tkunx tista' tiġi kkuntattjata, jieħu l-passi addattati fid-dawl ta' l-għarfien tagħhom u l-mezzi tekniċi għad-dispożizzjoni tagħhom, sabiex jiġu evitati konsegwenzi ta' perikolu bħal dawn.

L-azzjonijiet tagħhom ma għandhomx ipoġġuhom f'xi żvantaġġ, sakemm ma jkunux aġixxew bi traskuraġni jew sakemm ma kienx hemm negliġenza min-naħa tagħhom.

L-Artikolu 9

Obbligi varji fuq minn iħaddem

1.  

Min iħaddem għandu:

(a) 

ikun fil-pussess ta' stima tar-riskji għas-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol, inklużi dawk li jiltaqgħu magħhom gruppi ta' ħaddiema esposti għal riskji partikolari;

(b) 

jiddeċiedi fuq il-miżuri ta' protezzjoni li għandhom jittieħdu u, fejn ikun hemm bżonn, it-tagħmir protettiv li għandu jintuża;

(ċ) 

iżomm lista ta' aċċidenti ikkaġunati mix-xogħol li jirriżultaw f'ħaddiem ma jkunx tajjeb għax-xogħol għal aktar minn tlett ijiem xogħol;

(d) 

ifassal, għall-awtoritajiet responsabbli u skond il-liġijiet u/jew prattiċi nazzjonali, rapporti dwar aċċidenti ikkaġunati mix-xogħol imġarrba mill-ħaddiema tiegħu.

2.  
Stati Membri għandhom jiddefinixxu, fid-dawl tan-natura ta' l-attivitajiet u d-daqs ta' l-intrapriżi, l-obbligi li għandhom jiġu sodisfatti mill-kategoriji differenti ta' l-intrapriżi fir-rigward tat-tfassil ta' dokumenti li għalihom hemm provdut fil-paragrafu 1(a) u (b) u meta jiġu mħejjija d-dokumenti li għalihom hemm ipprovdut fil-paragrafu 1(ċ) u (d).

L-Artikolu 10

Informazzjoni tal-ħaddiem

1.  

Min iħaddem għandu jieħu l-miżuri xierqa sabiex ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom fl-intrapriża u/jew stabbiliment jirċievu, skond il-liġijiet u/jew prattiċi nazzjonali li jistgħu jagħtu każ, inter alia, tad-daqs ta' l-intrapriża u/jew stabbiliment, ta' l-informazzjoni kollha li tikkonċerna:

(a) 

ir-riskji tas-sigurtà u s-saħħa u miżuri ta' protezzjoni u prevenzjoni u attivitajiet fir-rigward kemm ta' l-intrapriża u/jew stabbiliment inġenerali kif ukoll ta' kull tip ta' stazzjon ta' xogħol u/jew xogħol;

(b) 

il-miżuri għandhom jittieħdu skond l-Artikolu 8(2).

2.  
Min iħaddem għandu jieħu miżuri xierqa sabiex sidien ta' impjiegi ta' ħaddiema minn kwalunkwe intrapriżi u/jew stabbilimenti barranin li jkunu qegħdin jagħmlu xogħol ta' l-intrapriża tiegħu u/jew stabbiliment jirċievu, skond il-liġijiet u/jew prattiċi nazzjonali, informazzjoni xierqa li tikkonċerna l-punti li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1(a) u (b) li għandha tiġi pprovduta lill-ħaddiema msemmija.
3.  

Min iħaddem għandu jieħu miżuri xierqa sabiex ħaddiem b'funzjonijiet speċifiċi fil-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema, jew rappreżentanti tal-ħaddiema b'responsabbilità speċifika għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema ikollhom aċċess, sabiex jaqdu l-funzjonijiet tagħhom u skond il-liġijiet u/jew prattiċi nazzjonali, għal:

(a) 

stima ta' riskju u miżuri ta' protezzjoni li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 9(1)(a) u (b);

(b) 

il-lista u r-rapporti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 9(1)(ċ) u (d);

(ċ) 

l-informazzjoni maħruġa mill-miżuri ta' protezzjoni u ta' prevenzjoni, aġenziji ta' spezzjoni u korpi responsabbli mis-sigurtà u s-saħħa.

L-Artikolu 11

Konsultazzjoni u parteċipazzjoni ta' ħaddiema

1.  
Min iħaddem għandu jikkonsulta mal-ħaddiema u/jew mar-rappreżentanti tagħhom u jħallihom jieħdu sehem fid-diskussjonijiet dwar il-mistoqsijiet kollha li jkollhom x'jaqsmu mas-sigurtà u mas-saħħa fuq ix-xogħol.

Din tassumi:

— 
il-konsultazzjoni mal-ħaddiema,
— 
id-dritt tal-ħaddiema u/jew tar-rappreżentanti tagħhom li jagħmlu proposti,
— 
parteċipazzjoni bbilanċjata skond il-liġijiet u/jew prattiċi nazzjonali.
2.  

Ħaddiema jew rappreżentanti tal-ħaddiema b'responsabilità speċifika għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema għandhom jieħdu sehem b'mod ibbilanċjat, skond il-liġijiet u/jew prattiċi nazzjonali, jew għandhom jiġu kkonsultati bil-quddiem u fi żmien xieraq minn min iħaddem fir-rigward ta':

(a) 

kwalunkwe miżura li tista' taffettwa sostanzjalment is-sigurtà u s-saħħa;

(b) 

il-ħatra tal-ħaddiema li hemm riferenza għalihom fl-Artikoli 7(1) u 8(2) u l-attivitajiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 7(1);

(ċ) 

l-informazzjoni li hemm riferenza għaliha fl-Artikoli 9(1) u 10;

(d) 

l-elenkar, fejn ikun addattat, tas-servizzi jew persuni kompetenti barra mill-intrapriża u/jew stabbiliment, kif hemm riferenza għalih fl-Artikolu 7(3);

(e) 

l-ippjanar u l-organizzazzjoni tat-taħriġ li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 12.

3.  
Rappreżentanti tal-ħaddiema b'responsabbilità speċifika għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema għandhom ikollhom id-dritt li jitolbu lil min iħaddem sabiex jieħu miżuri xierqa u jgħaddulu proposti għal dak il-għan sabiex inaqqsu l-perikoli għal ħaddiema u/jew ineħħu sorsi ta' perikolu.
4.  
Il-ħaddiema li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 2 u r-rappreżentanti tal-ħaddiema li hemm riferenza għalihom fil-paragrafi 2 u 3 ma jistgħux jiġu mqiegħda f'xi żvantaġġ minħabba l-attivitajiet rispettivi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafi 2 u 3.
5.  
Min iħaddem għandu jagħti lir-rappreżentanti tal-ħaddiema b'responsabbilità speċifika għas-sigurtà u għas-saħħa tal-ħaddiema biżżejjed żmien barra mix-xogħol, mingħajr telf ta' paga, u jipprovdilhom il-mezzi meħtieġa sabiex dawn ir-rappreżentanti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet u l-funzjonijiet tagħhom li joħorġu minn din id-Direttiva.
6.  
Ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom huma intitolati għad-dritt li jappellaw, skond il-liġi u/jew prattika nazzjonali, lill-awtorità responsabbli għas-sigurtà u protezzjoni ta' saħħa fuq ix-xogħol jekk jikkunsidraw li l-miżuri meħuda u l-mezzi mħaddma minn min iħaddem ma jkunux addattati għall-għanijiet li jkunu żgurati s-sigurtà u saħħa fuq ix-xogħol.

Rappreżentanti tal-ħaddiema għandha tingħatalhom l-opportunità li jissottomettu l-osservazzjonijiet matul il-visiti ta' spezzjoni mill-awtorità kompetenti.

L-Artikolu 12

Taħriġ ta' ħaddiema

1.  

Min iħaddem għandu jiżgura li kull impjegat jirċievi taħriġ ta' sigurtà u saħħa adegwat, b'mod partikolari fil-forma ta' informazzjoni u struzzjonijiet speċifiċi għall-istazzjon ta' xogħol tiegħu jew xogħol:

— 
meta jiġi ingaġġat,
— 
fil-każ ta' trasferiment jew bdil ta' xogħol,
— 
fil-każ ta' l-introduzzjoni ta' apparat ta' xogħol ġdid jew bdil ta' apparat,
— 
fil-każ ta' introduzzjoni ta' kwalunkwe teknoloġija ġdida.

It-taħriġ għandu jkun:

— 
addattat sabiex jagħti kas ta' riskji ġodda jew li nbidlu, u
— 
repetut perjodikament jekk ikun hemm bżonn.
2.  
Min iħaddem għandu jiżgura li ħaddiema minn intrapriżi u/jew stabbilimenti barranin, ingaġġati fuq xogħol fl-intrapriża u/jew stabbiliment tiegħu jkunu fil-fatt irċevew struzzjonijiet xierqa fir-rigward ta' riskji ta' sigurtà u saħħa matul l-attivitajiet tagħhom fl-intrapriża u/jew stabbiliment tiegħu.
3.  
Rappreżentanti tal-ħaddiema bir-rwol speċifiku li jipproteġu s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema għandhom ikunu intitolati għal taħriġ xieraq.
4.  
It-taħriġ li hemm riferenza għalih fil-paragrafi 1 u 3 ma għandux ikun a spejjeż tal-ħaddiema jew tar-rappreżentanti tal-ħaddiema.

It-taħriġ li hemm riferenza għalih fil-paragrafu 1 għandu jsir matul is-sigħat ta' xogħol.

It-taħriġ li hemm riferenza għalih fil-paragrafu 3 għandu jsir matul is-sigħat ta' xogħol u skond il-prattika nazzjonali kemm jekk minn ġewwa jew barra l-intrapriża u/jew l-istabbiliment.



IT-TAQSIMA III

OBBLIGI TAL-ĦADDIEMA

L-Artikolu 13

1.  
Għandha tkun ir-responsabbilità ta' kull impjegat li jieħu ħsieb sa fejn ikun possibbli tas-sigurtà u tas-saħħa tiegħu stess u dik ta' persuni oħra effettwati mill-azzjonijiet tiegħu jew Kummissjonijiet ta' xogħol skond it-taħriġ tiegħu u l-istruzzjonijiet mogħtija minn min iħaddmu.
2.  

Għal dan il-għan, ħaddiema għandhom, b'mod partikolari, skond it-taħriġ tagħhom u l-istruzzjonijiet mogħtija minn min iħaddimhom:

(a) 

jagħmlu użu korrett ta' makkinarju, apparat, għodda, sustanzi perikolużi, tagħmir tat-trasport u mezzi oħra ta' produzzjoni;

(b) 

jagħmlu użu korrett tat-tagħmir ta' protezzjoni pprovdut lilhom u, wara l-użu, jirritornawh fil-post addattat tiegħu;

(ċ) 

iżommu lura milli jiskonnettjaw, ibiddlu jew ineħħu arbitrarjament aġġeġġi ta' sigurtà mwaħħla, eż ma' makkinarju, apparat, għodda, impjant u bini, u jużaw b'mod korrett aġġeġġi ta' sigurtà bħal dawn;

(d) 

jinformaw immedjatament lil min iħaddimhom u/jew lill-ħaddiema b'responsabilità speċifika għas-sigurtà u saħħa tal-ħaddiema b'xi sitwazzjoni ta' xogħol jekk għandhom raġuni biżżejjed sabiex jikkunsidraw li tkun ta' perikolu serju u immedjat għas-sigurtà u s-saħħa u bi kwalunkwe nuqqasijiet fl-arranġamenti ta' protezzjoni;

(e) 

jikkooperaw, skond il-prattika nazzjonali, ma' min iħaddem u/jew ħaddiema b'responsabilità speċifika għas-sigurtà u saħħa ta' ħaddiema, sa fejn hu bżonjuż sabiex iħallu xi xogħlijiet jew ħtiġiet imposti mill-awtorità kompetenti sabiex jipproteġu s-sigurtà u saħħa ta' ħaddiema fuq ix-xogħol li għandu jsir;

(f) 

jikkooperaw, skond il-prattika nazzjonali, ma min iħaddem u/jew ma' ħaddiema b'responsabilità speċifika għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, kemm ikun hemm bżonn sabiex min iħaddem ikun jista' jiżgura li l-ambjent tax-xogħol u l-kondizzjonijiet tax-xogħol ikunu bla perikoli u ma jkunux ta' perikolu għas-sigurtà u saħħa fil-qasam ta' l-attività tagħhom;



IT-TAQSIMA IV

DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI

L-Artikolu 14

Sorveljanza tas-saħħa

1.  
Sabiex ikun żgurat li l-ħaddiema jirċievu sorveljanza xierqa tas-saħħa għall-perikoli ta' saħħa u sigurtà li jiltaqgħu magħhom fuq ix-xogħol, għandhom jiġu introdotti miżuri skond il-liġi u/jew prattiċi nazzjonali.
2.  
Il-miżuri li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom ikunu tali li kull impjegat, jekk ikun jixtieq hekk, ikun jista' jirċievi sorveljanza tas-saħħa f'intervalli regolari.
3.  
Is-sorveljanza tas-saħħa tista' tiġi pprovduta bħala parti minn sistema ta' saħħa nazzjonali.

L-Artikolu 15

Gruppi ta' riskju

Gruppi tar-riskju partikolarment sensittivi għandhom jiġu protetti kontra l-perikoli li jaffettwawhom speċifikament.

L-Artikolu 16

Direttivi individwali — Emendi — Għan Ġenerali ta' din id-Direttiva

1.  
Il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni bbażata fuq l-Artikolu 118a tat-Trattat, jadotta d-Direttivi individwali, inter alia, fiż-żoni mniżżla fl-Anness.
2.  
Din id-Direttiva u, mingħajr preġudizzju għall-proċedura li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 17 li tikkonċerna aġġustamenti tekniċi, id-Direttivi individwali jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura li għaliha hemm ipprovdut fl-Artikolu 118a tat-Trattat.
3.  
Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom jgħoddu fit-totalità tagħhom għaż-żoni kollha koperti mid-Direttivi individwali, mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet aktar stretti u/jew speċifiċi li hemm f'dawn id-Direttivi individwali.

▼M3

Artikolu 17

Proċedura ta' Kumitat

1.  

Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat sabiex tagħmel adattamenti ta' natura purament teknika tad-direttivi individwali previsiti fl-Artikolu 16(1), sabiex jittieħed kont ta':

(a) 

l-adozzjoni ta' direttivi fil-qasam ta' l-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni:

(b) 

il-progress tekniku, bidliet f'regolamenti jew speċifikazzjonijiet internazzjonali u skoperti ġodda.

Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dawn id-direttivi individwali ġew adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fil-paragrafu 2. Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fil-paragrafu 3.

2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
3.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

▼M2

L-Artikolu 17a

Rapporti ta’ implimentazzjoni

1.  
Kull ħames snin, l-Istati Membri jissottomettu rapport uniku lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni prattika ta’ din id-Direttiva, kif ukoll tad-Direttivi partikulari fis-sens ta’ l-Artikolu 16(1), fejn jindikaw l-opinjoni ta’ l-imsieħba soċjali. Ir-rapport għandu jevalwa l-punti varji relatati ma’ l-implimentazzjoni prattika tad-Direttivi differenti u, fejn hu xieraq u disponibbli, jagħti data diżaggregata skond il-ġeneru.
2.  
L-istruttura tar-rapport, flimkien ma’ kwestjonarju li jispeċifika l-kontenut tiegħu, għandha tiġi definita mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol.

Ir-rapport għandu jinkludi parti ġenerali li tkopri d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva relatati mal-prinċipji komuni u mal-punti li japplikaw għad-Direttivi kollha msemmija fil-paragrafu 1.

Biex jikkomplementaw il-parti ġenerali, kapitoli speċifiċi se jkopru l-implimentazzjoni ta’ l-aspetti partikulari ta’ kull Direttiva, fosthom l-indikaturi speċifiċi, fejn dawn ikunu disponibbli.

3.  
Il-Kummissjoni għandha tissottometti l-istruttura tar-rapport, flimkien mal-kwestjonarju msemmi hawn fuq, lill-Istati Membri mill-inqas sitt xhur qabel tmiem il-perjodu kopert mir-rapport. Ir-rapport għandu jiġi trażmess lill-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar minn tmiem il-perjodu ta’ ħames snin li huwa jkopri.
4.  
Fuq il-bażi ta’ dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni tad-Direttivi kkonċernati fir-rigward tar-relevanza tagħhom, tar-riċerka u tal-konoxxenza xjentifika ġdida fl-oqsma differenti kkonċernati. Fi żmien 36 xahar minn tmiem il-perjodu ta’ ħames snin, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol bir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni u, jekk ikun hemm bżonn, b’kull inizjattiva għat-titjib tal-funzjonament tal-qafas regolatorju.
5.  
L-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu mill-2007 sa l-2012 inklużi.

▼B

L-Artikolu 18

Dispożizzjonijiet finali

1.  
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mil-31 ta' Diċembru 1992.

Għandhom jinformaw mal-ewwel lill-Kummissjoni bihom

2.  
Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ta' liġi nazzjonali li huma jkunu diġà adottaw jew jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

▼M2 —————

▼B

L-Artikolu 19

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS

Lista ta' żoni li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 16(1)

— 
Postijiet tax-xogħol
— 
Tagħmir tax-xogħol
— 
Tagħmir personali ta' protezzjoni
— 
Xogħol b'visual display units
— 
Immaneġġjar ta' piżijiet tqal li jinvolvi riskju ta' uġigħ tad-dahar
— 
Postijiet tax-xogħol temporanji jew mobbli
— 
Sajd u agrikoltura