31.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshofs (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Lulju 2016 – Comité Interprofessionnel du Vin de Champagne vs Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG Süd

(Kawża C-393/16)

(2016/C 402/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Comité Interprofessionnel du Vin de Champagne

Konvenuta: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG Süd

Parti intervenjenti: Galana NV

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 118m(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1234/2007 (1) u l-Artikolu 103(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1308/2013 (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jaqa’ wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom il-każ li fih id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta hija użata bħala parti mill-isem ta’ prodott tal-ikel li ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, li miegħu ġie miżjud ingredjent li jissodisfa l-imsemmija speċifikazzjonijiet?

2)

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta affermattiva:

L-Artikolu 118m(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1234/2007 u l-Artikolu 103(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-użu ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta bħala parti mill-isem ta’ prodott tal-ikel li ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, li miegħu ġie miżjud ingredjent li jissodisfa l-imsemmija speċifikazzjonijiet, jikkostitwixxi użu tar-reputazzjoni tal-imsemmija denominazzjoni, meta l-isem tal-imsemmi prodott tal-ikel jikkorrispondi għall-użanzi ta’ denominazzjoni tal-pubbliku kkonċernat u l-ingredjent ġie miżjud fi kwantità suffiċjenti sabiex jagħti lill-prodott karatteristika essenzjali?

3)

L-Artikolu 118m(2)(b) tar-Regolament Nru 1234/2007 u l-Artikolu 103(2)(b) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-użu ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta fiċ-ċirkustanzi deskritti fit-tieni domanda preliminari jikkostitwixxi użurpazzjoni, imitazzjoni jew evokazzjoni illegali?

4)

L-Artikolu 118m(2)(c) tar-Regolament Nru 1234/2007 u l-Artikolu 103(2)(c) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma applikabbli biss għall-indikazzjonijiet foloz jew qarrieqa li huma ta’ natura li joħolqu, fost il-pubbliku kkonċernat, impressjoni żbaljata dwar l-oriġini ġeografika ta’ prodott?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, p. 1).

(2)  Regolament Nru 1308/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72 (KEE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, p. 671).