20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/34


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2015 – Swatch vs UASI – L’atelier Wysiwyg (wysiwatch WhatYouSeeIsTheWatchYouGet)

(Kawża T-83/15)

(2015/C 127/46)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Swatch AG (Biel, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: L’atelier Wysiwyg (Besançon, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figugrattiva Komunitarja li tinkludi l-elementi verbali “wysiwatch” u “WhatYouSeeIsTheWatchYouGet” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 1 0 41  597

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tar-4 ta’ Diċembru 2014 fil-Każ R 1873/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u lill-L’atelier Wysiwyg għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.