19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2017 – BASF vs EUIPO – Evonik Industries (DINCH)

(Kawża T-721/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DINCH - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament KE Nru 207/2009 - Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”))

(2017/C 195/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BASF SE (Ludwigshafen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Schulz u C. Onken, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Pethke u M. Fischer, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Evonik Industries AG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Schabenberger, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Settembru 2015 (Każ R 2080/2014-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Evonik Industries u BASF.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BASF SE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 68, 22.2.2016.