9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2016 – Polo Club vs EUIPO – Lifestyle Equities (POLO CLUB SAINT-TROPEZ HARAS DE GASSIN)

(Kawża T-67/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea POLO CLUB SAINT-TROPEZ HARAS DE GASSIN - Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea BEVERLY HILLS POLO CLUB - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Produzzjoni ta’ provi addizzjonali - Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Kawża mibgħuta lura parzjalment quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni - Artikolu 64(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2017/C 006/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Polo Club (Gassin, Franza) (rappreżentant: D. Masson, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Melgar u H. Kunz, sussegwentement H. O’Neil, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lifestyle Equities CV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: D. Russo u V. Wellens, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-21 ta’ Novembru 2014 (Każ R 1882/2013-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lifestyle Equities u Polo Club.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Polo Club hija kkundannata għall-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura.


(1)  ĠU C 118, 13.4.2015.