17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2016 – Beiersdorf vs EUIPO (Q10)

(Kawża T-4/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Q10 - Rifjut ta’ reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni dwar il-firxa tal-protezzjoni - Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2016/C 383/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Beiersdorf AG (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment A. Renck u J. Fuhrmann, sussegwentement J. Fuhrmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 2050/2013-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Q10 bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Beiersdorf AG hija kkundannata li tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 65, 23.2.2015.