8.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 303/30 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fit-8 ta’ Lulju 2014 – Petar Kezić s.p. Trgovina Prizma vs Ir-Repubblika tas-Slovenja – Ministeru tal-Finanzi
(Kawża C-331/14)
2014/C 303/38
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Vrhovno sodišče Republike Slovenije
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Petar Kezić s.p. Trgovina Prizma
Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja – Ministeru tal-Finanzi
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) u tal-Artikolu 4(1) tas-Sitt Direttiva (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ odjern, (persuna akkwistat artijiet bħala persuna fiżika mingħajr ma taxxa tal-input fuq il-valur miżjud, bniet fuq dawn l-artijiet bħala negozjant indipendenti ċentru kummerċjali, irreġistrat fost l-attivi tal-impriża tagħha abbażi ta’ regoli tal-kontabbiltà nazzjonali parti biss mill-artijiet li fuqhom hija bniet iċ-ċentru kummerċjali u sussegwentement biegħet iċ-ċentru kummerċjali flimkien mal-artijiet kollha lis-soċju akkomandanti tal-bini), għandu jiġi kkunsidrat li din il-persuna, peress li ma rreġistratx l-artijiet fost l-attivi tal-impriża tagħha, ma inkludiethomx fis-sistema tal-VAT u għalhekk ma hijiex suġġetta għall-obbligu li tikkalkula u li tħallas it-taxxa tal-output fuq il-valur miżjud waqt il-bejgħ tal-imsemmija artijiet?
(1) Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)