13.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret – id-Danimarka) – Dansk Industri (DI), li qed taġixxi għal Ajos A/S vs Sucession Karsten Eigil Rasmussen
(Kawża C-441/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Direttiva 2000/78/KE - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tmur kontra direttiva - Possibbiltà għal individwu li jikkontesta r-responsabbiltà tal-Istat għal ksur tad-dritt tal-Unjoni - Tilwima bejn individwi - Bilanċ ta’ diversi drittijiet u prinċipji - Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Rwol tal-qorti nazzjonali))
(2016/C 211/13)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Højesteret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dansk Industri (DI), li qed taġixxi għal Ajos A/S
Konvenuta: Sucession Karsten Eigil Rasmussen
Dispożittiv
1) |
Il-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tal-età, kif ikkonkretizzat mid-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, anki f’tilwima bejn individwi, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ċċaħħad impjegat mid-dritt li jibbenefika minn allowance ta’ tkeċċija peress li dan tal-aħħar jista’ jibbenefika minn pensjoni tax-xjuħija dovuta mill-persuna li timpjegah abbażi ta’ skema ta’ pensjoni li dan l-impjegat ikun aderixxa magħha qabel l-età ta’ 50 sena, indipendentement minn jekk ikunx għażel li jibqa’ fis-suq tax-xogħol jew li jirtira |
2) |
Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li hija l-qorti tar-rinviju, adita b’kawża bejn individwi li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78, li, meta tkun qed tapplika dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tagħha, għandha tinterpretahom b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu applikati b’mod konformi ma’ din id-direttiva jew, jekk tali interpretazzjoni konformi tkun impossibbli, li tħalli, jekk meħtieġ, mhux applikata kull dispożizzjoni ta’ dan id-dritt nazzjonali, li tmur kontra l-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tal-età. La l-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, u lanqas l-possibbiltà għall-individwu li jħossu ppreġudikat mill-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni li jinvoka r-responsabbiltà tal-Istat Membru kkonċernat għall-ksur tad-dritt tal-Unjoni ma jistgħu jqiegħdu f’dubju dan l-obbligu. |