3.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 388/15 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – El Corte Inglés vs UASI OHMI – Gaffashion (BAUSS)
(Kawża T-267/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjonii - Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja BAUSS - Trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti BASS3TRES - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ probabblità ta’ konfużjoni”])
2014/C 388/18
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela u J. L. Rivas Zurdo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. García Murillo u J. Crespo Carrillo, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gaffashion – Comércio de Acessórios de Moda, Lda (Viana do Castelo, il-Portugall)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Frar 2013 (Każ R 2295/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés, SA u Gaffashion – Comércio de Acessórios de Moda, Lda.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |