25.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2014 – Sharif University of Technology vs Il-Kunsill

(Kawża T-181/13) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar tal-fondi - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni”))

2014/C 282/45

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sharif University of Technology (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: M. Happold, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71), safejn din tinkludi l-isem tar-rikorrenti fil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif ukoll, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55), sa fejn dan jinkludi l-isem tar-rikorrenti fil-lista li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, hija annullata sa fejn din tinkludi l-isem ta’ Sharif University of Technology fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK.

2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huwa annullat sa fejn dan jinkludi l-isem ta’ Sharif University of Technology fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.

3)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2012/829 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1264/2012 għandhom jinżammu fis-seħħ, fir-rigward ta’ Sharif University of Technology, għal perijodu ta’ xahrejn dekorribbli mill-għoti tas-sentenza odjerna.

4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawn sostnuti minn Sharif University of Technology.


(1)  ĠU C 156, 1.6.2013.