2.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 34/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – Riva Fire vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-83/10) (1)

([“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-vireg jew tar-rombli għar-rinfurzar tal-konkrit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza t-Trattat KEFA, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Iffissar tal-prezzijiet u tat-termini għall-ħlas - Limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ - Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali - Kompetenza tal-Kummissjoni - Bażi legali - Konsultazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Akkordji u l-Pożizzjonijiet Dominanti - Drittijiet tad-difiża - Definizzjoni tas-suq ġeografiku - Applikazzjoni tal-prinċipju ta’ lex mitior - Ksur tal-Artikolu 65 KEFA - Multi - Gravità u tul tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Proporzonalità - Applikazzjoni tal-Komunikazzjoni fuq il-Kooperazzjoni tal-1996”])

(2015/C 034/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Riva Fire SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: M. Merola, M. Pappalardo u T. Ubaldi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Sauer u B. Gencarelli, sussegwentement R. Sauer u R. Striani u fl-aħħar nett R. Sauer, aġenti, assistiti minn P. Manzini, avukat)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 – Vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Il-multa imposta fuq Riva Fire SpA hija stabbilita fl-ammont ta’ EUR 2 6 0 93  000.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Riva Fire għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 100, 17.4.2010.