30.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-211/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/24/KE - Komunikazzjoni elettronika - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2010/C 24/27

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Balta u M. Karanasou Apostolopoulou, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: N. Dafniou u K. Vasiliki, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli tadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105, p. 54)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 193, 15.08.2009.