20.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Settembru 2010 — Ir-Renju tal-Isvezja vs Association de la presse internationale ASBL (API), Il-Kummissjoni Ewropea (C-514/07), Association de la presse internationale ASBL (API) vs Il-Kummissjoni Ewropea (C-528/07), Il-Kummissjoni Ewropea vs Association de la presse internationale ASBL (API) (C-532/07)

(Kawża C-514/07 P) (1)

(Appell - Dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istitutuzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - It-tieni u t-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) - Sottomissjonijiet ippreżentati mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ proċeduri ġudizzjarji quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l aċċess)

2010/C 317/12

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

(C-514/07)

Appellant: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: S. Johannesson, A. Falk, K. Wistrand u K. Petkovska, aġenti)

Appellati: Association de la presse internationale ASBL (API) (rappreżentanti: S. Völcker u Heithecker, avukati, F. Louis, avukat, C. O’Daly, Solicitor), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Docksey, V. Kreuschitz u P. Aalto, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-appellant: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: B. Weis Fogh, aġent), Ir-Repubblika tal-Finlandja, (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent)

(C-528/07)

Appellanti: Association de la presse internationale ASBL (API) (rappreżentanti: S. Völcker, avukat, F. Louis, avukat, C. O’Daly, Solicitor)

Appellata:Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Docksey, V. Kreuschitz u P. Aalto, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-appellata: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson u S. Behzadi-Spencer, aġenti u J. Coppel, barrister)

(C-532/07)

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Docksey, V. Kreuschitz u P. Aalto, aġenti)

Appellati: Association de la presse internationale ASBL (API) (rappreżentanti: S. Völcker, avukat, F. Louis, avukat, C. O’Daly, Solicitor)

Intervenjenti insostenn tal-appellanti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson u S. Behzadi-Spencer, aġenti u J. Coppel, barrister)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Awla Manja) tat-12 ta’ Settembru 2007, API vs Il-Kummissjoni (T-36/04) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza parzjalment annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Novembru 2003, li tiċħad talba mressqa mir-rikorrenti sabiex tikseb l-aċċess għas-sottomissjonijiet ippreżentati mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ xi kawżi pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti tal-Prim’Istanza.

Dispożittiv

(1)

L-appelli huma miċħuda.

(2)

Ir-Renju tal-Isvezja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, relatati mal-appell fil-Kawża C-514/07 P.

(3)

L-Association de la presse internationale ASBL għandha tbati l ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea relatati mal-appell fil-Kawża C-528/07 P.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Association de la presse internationale ASBL, relatati mal-appell fil-Kawża C-532/07 P.

(5)

Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mal-appelli.


(1)  ĠU C 51, 23.02.2008

ĠU C 22, 26.01.2008

ĠU C 32, 07.02.2009