24.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 128/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Oberlandesgericht Köln, il-Ġermanja) — 01051 Telecom GmbH vs Deutsche Telekom AG

(Kawża C-306/06) (1)

(Direttiva 2000/35/KE - Ġlieda kontra ħlasijiet tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali - Artikolu 3(1)(ċ)(ii) - Ħlas tard - Trasferiment bankarju - Data li fiha l-ħlas għandu jiġi kkunsidrat li sar)

(2008/C 128/10)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: 01051 Telecom GmbH

Konvenuta: Deutsche Telekom AG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Köln — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 3(1)(ċ)(ii) tad-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' Ġunju 2000, dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali (ĠU L 200, p. 35) — Possibbiltà għall-kreditur li jitlob l-imgħax għal ħlas tard — Kunċett ta' “riċezzjoni” mill-kreditur ta' l-ammont dovut — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkunsidra bħala l-mument tal-ħlas il-waqt meta tingħata l-ordni ta' trasferiment bankarju mid-debitur u mhux dak meta l-kont tal-kreditur jiġi akkreditat

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1)(ċ)(ii) tad-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' Ġunju 2000, dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li, sabiex ħlas permezz ta' trasferiment bankarju jeskludi jew iwaqqaf l-applikazzjoni ta' l-imgħaxijiet ta' dewmien, is-somma dovuta għandha tiddaħħal fil-ħin fil-kont tal-kreditur.


(1)  ĠU C 249, 14.10.2006.