13.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8714 — P7S1/TF1/Mediaset/Channel 4 Group/EBX)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 53/05)

1.

Fit-2 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

ProSiebenSat.1 Media SE (il-Ġermanja),

Television Francaise 1 SA (Franza), li tappartjeni għall-Bouygues Group,

Mediaset SpA (l-Italja), li tappartjeni għall-Fininvest Group,

Channel Four Television Corporation (ir-Renju Unit),

European Broadcast Exchange (EBX) Limited (ir-Renju Unit), ikkontrollata b’mod konġunt minn ProSiebenSat.1 Media SE, Television Francaise 1 SA, Mediaset SpA, u Channel Four Television Corporation.

ProSiebenSat.1 Media SE, Television Francaise 1 SA, Mediaset SpA, u Channel Four Television Corporation, jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-European Broadcaster Exchange (EBX) Limited kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   ProSiebenSat.1 Media SE: kumpanija azzjonarja ta’ wieħed min-networks il-kbar tat-televiżjoni bla ħlas tal-Ġermanja, attiva wkoll fl-oqsma tal-multimedia u l-kummerċjalizzazzjoni,

—   Television Francaise 1 SA: kumpanija azzjonarja ta’ wieħed min-networks il-kbar tat-televiżjoni ta’ Franza bla ħlas u bil-ħlas, involuta f’diversi attivitajiet ta’ negozju relatati mas-settur awdjoviżiv,

—   Mediaset SpA: kumpanija azzjonarja ta’ wieħed min-networks il-kbar tat-televiżjoni bla ħlas u bil-ħlas fl-Italja u Spanja, involuta f’diversi attivitajiet ta’ negozju relatati mas-settur awdjoviżiv,

—   Channel Four Television Corporation: kumpanija azzjonarja ta’ wieħed min-networks il-kbar tat-televiżjoni tar-Renju Unit, xandar pubbliku li huwa proprjetà pubblika u ffinanzjat kummerċjalment,

—   European Broadcaster Exchange (EBX) Limited: kumpanija attiva fil-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ internazzjonali ta’ inventarju ta’ reklamar bil-vidjow servut qabel, matul u wara kontenut tal-vidjow disponibbli fuq mezzi diġitali bħal siti web u apps fuq l-ismartphones jew smart-TVs.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8714 — P7S1/TF1/Mediaset/Channel 4 Group/EBX

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.