20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/3


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2017 rigward abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-KAŻ COMP/M.7932 — Dow/DuPont

Relatur: Il-Bulgarija

(2017/C 353/03)

Operat

1.

Il-Kumitat Konsultattiv (9 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni tikkostitwixxi konċentrazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Id-Dimensjoni tal-Unjoni

2.

Il-Kumitat Konsultattiv (9 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni għandha dimensjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Il-Prodott u s-Swieq Ġeografiċi

3.

Il-Kumitat Konsultattiv (9 Stati Membri) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq tal-prodott rilevanti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, jiġifieri s-segmentazzjoni:

3.1.

tas-swieq għall-erbiċidi;

3.2.

tas-swieq għall-insettiċidi;

3.3.

tas-swieq għan-nematiċidi; u

3.4.

tas-swieq għall-fungiċidi.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv (9 Stati Membri) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq tal-prodott rilevanti li ġejjin:

4.1.

Swieq għal-liċenzjar ta’ ingredjenti attivi;

4.2.

Swieq għaż-żrieragħ;

4.3.

Swieq għall-editjar tal-ġeni;

4.4.

Swieq għall-kopolimeri aċidiċi;

4.5.

Swieq għall-ionomeri;

4.6.

Swieq għal prodotti tax-xjenza ta’ materjal ieħor; u

4.7.

Swieq għal prodotti ta’ speċjalità.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv (9 Stati Membri) jaqbel mad-definizzjoni tal-Kummissjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetizzjoni ta’ innovazzjoni.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv (9 Stati Membri) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq ġeografiċi rilevanti rigward:

6.1.

Swieq għal prodotti fformulati għall-protezzjoni tal-pjanti;

6.2.

Swieq għal-liċenzjar ta’ ingredjenti attivi;

6.3.

Swieq għaż-żrieragħ;

6.4.

Swieq għall-editjar tal-ġeni;

6.5.

Swieq għal prodotti tax-xjenza tal-materjali; u

6.6.

Swieq għal prodotti ta’ speċjalità.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv (9 Stati Membri) jaqbel mad-definizzjoni tal-Kummissjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku tal-kompetizzjoni ta’ innovazzjoni.

Valutazzjoni Kompetittiva

8.

Il-Kumitat Konsultattiv (9 Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-swieq għal:

8.1.

erbiċidi għaċ-ċereali, kolza, ġirasol, ross u bur;

8.2.

insettiċidi kontra insetti li jomogħdu u kontra dawk li jerdgħu (inklużi thrips); u

8.3.

fungiċidi għall-ġlata tar-ross (rice blast).

9.

Il-Kumitat Konsultattiv (9 Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward tal-kompetizzjoni tal-innovazzjoni fil-protezzjoni tal-pjanti għal:

9.1.

linji sovraposti ta’ riċerka u prodotti ppjanati bikrija bejn il-Partijiet; u

9.2.

l-industrija tal-protezzjoni tal-pjanti b’mod ġenerali.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv (9 Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-swieq għal:

10.1.

kopolimeri aċidiċi; u

10.2.

ionomeri.

11.

Il-Kumitat ta’ Konsulenza (9 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji finali offruti mill-Partijiet fis-17 ta’ Frar 2017 jindirizzaw it-tħassib tal-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni.

12.

Il-Kumitat Konsultattiv (9 Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni ma timpedix b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva apparti r-relazzjoni bejn l-attivitajiet tal-Partijiet:

12.1.

fis-swieq għal erbiċidi taċ-ċereali mifruxa fl-ispettri kollha qabel it-tfaċċar, erbiċidi tal-pitravi tal-weraq kbar wara t-tfaċċar u erbiċidi tal-qamħirrum tal-weraq kbar wara t-tfaċċar;

12.2.

fis-swieq għal insettiċidi għall-kolza;

12.3.

fis-swieq għall-fungiċidi taċ-ċereali, fungiċidi tal-marda tar-ross, fungiċidi tal-ħaxix u tal-fjuri u fungiċidi tal-għeneb/dwieli;

12.4.

fis-swieq għall-kontroll tan-nematodi;

12.5.

fis-swieq għal-liċenzjar ta’ ingredjenti attivi;

12.6.

fis-swieq għaż-żrieragħ;

12.7.

fis-swieq għall-editjar tal-ġeni;

12.8.

fis-swieq għal prodotti tax-xjenza tal-materjali apparti kopolimeri u ionomeri aċidiċi; u

12.9.

fis-swieq għal prodotti ta’ speċjalità.

13.

Il-Kumitat Konsultattiv (9 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li, soġġett għall-konformità sħiħa mal-impenji finali offruti mill-Partijiet fis-17 ta’ Frar 2017, it-Tranżazzjoni ma timpedix b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu.

Kompatibbiltà mas-Suq Intern

14.

Il-Kumitat Konsultattiv (9 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni għalhekk jenħtieġ li tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u l-funzjonament tal-Ftehim ŻEE f’konformità mal-Artikolu 2(2) u 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE.