15.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/13


Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

2012/C 42/04

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni qiegħed b'dan javża li rċieva applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-estrazzjoni tal-idrokarburi f'segment tal-blokk S3 kif indikat fuq il-mappa mehmuża bħala l-Anness 3 għar-Regolament dwar ix-Xogħol tal-Minjieri (Mijnbouwregeling) (il-Gazzetta tal-Gvern (Staatscourant) 2002, Nru 245). Iż-żona inkwistjoni għandha tiġi ddeżinjata bħala s-segment tal-blokk S3a.

B’referenza għad-Direttiva msemmija fid-daħla u l-Artikolu 15 tal-Att dwar ix-Xogħol tal-Minjieri (Mijnbouwwet) (il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti (Staatsblad) 2002, Nru 542), il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni qed b'dan jistieden lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu applikazzjoni kompetittiva għal awtorizzazzjoni għall-estrazzjoni tal-idrokarburi fis-segment tal-blokk S3a tal-blata kontinentali tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Is-segment tal-blokk S3a huwa delimitat fil-veritiċi A u B mill-arka parallela, fil-quċċata B mill-arka meridjana u miċ-ċirku l-kbir bejn il-quċċata A u l-intersezzjoni tal-arka meridjana mal-linja kif deskritt fl-anness għall-Att dwar ix-Xogħol tal-Minjieri (Mijnbouwwet). Din l-intersezzjoni tinsab viċin il-quċċata C.

Il-qċaċet huma definiti kif ġej:

quċċata

°

″ E

°

″ N

A

3

58

27,000

52

0

0

B

4

0

0,000

52

0

0

C

4

0

0,000

51

58

43,622

Il-qċaċet imsemmija hawn fuq huma definiti permezz tal-koordinati ġeografiċi tagħhom, ikkalkulati skont is-Sistema Ewropea ta' Referenza Terrestri.

Is-segment tal-blokk S3a jkopri żona ta' 2,1 km2.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5.1, 5.2 u 6.2 tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att dwar ix-Xogħol tal-Minjieri (il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti 2002, Nru 542).

L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi matul it-13-il ġimgħa ta' wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jintbagħtu lil:

De minister van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie

ter attentie van de heer P. Jongerius, themacoördinator mijnbouw en mijnbouwklimaat directie Energiemarkt

ALP/562

Bezuidenhoutseweg 30

Postbus 20101

2500 EC Den Haag

NEDERLAND

L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta' dan il-perjodu.

Għal aktar tagħrif tista’ ċċempel lis-Sur E. J. Hoppel fuq in-numru tat-telefown li ġej: +31 703797762.