11.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/4


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/666/PESK, u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 999/2011 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

2011/C 299/05

KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness IIIA għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/666/PESK (1), u fl-Anness IA għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 999/2011 (2) dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2010/639/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja. Ir-raġunijiet għan-nominazzjonijiet ta' dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti tal-internet fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 765/2006, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni biex huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

Koordinazzjoni DG K

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 265, 11.10.2011, p. 24.

(2)  ĠU L 265, 11.10.2011, p. 6.