52006PC0739

Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE rigward il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ l-arranġamenti tat-taxxa fuq il-valur miżjud għas-servizzi ta’ xandir tar-radju u t-televiżjoni u ċerti servizzi pprovduti elettronikament /* KUMM/2006/0739 finali - CNS 2006/0245 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 24.11.2006

KUMM(2006) 739 finali

2006/0245 (CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE rigward il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ l-arranġamenti tat-taxxa fuq il-valur miżjud għas-servizzi ta’ xandir tar-radju u t-televiżjoni u ċerti servizzi pprovduti elettronikament

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

Il-bażi għall-proposta u l-għanijiet tagħha Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE tas-7 ta’ Mejju 2002 li temenda u temenda temporanjament id-Direttiva 77/388/KEE fir-rigward ta’ l-arranġamenti tat-taxxa fuq il-valur miżjud li japplikaw għas-servizzi ta' xandir tar-radju u t-televiżjoni u għal ċerti servizzi pprovduti elettronikament, l-hekk imsejħa Direttiva tal-VAT e-kummerċ, fiha għadd ta’ dispożizzjonijiet li kellhom jiskadu fit-30 ta’ Ġunju 2006 fin-nuqqas ta' estensjoni Meta ddaħħlet, kien maħsub li d-dispożizzjonijiet li jkopru l-post li jforni dawn is-servizzi u ċerti miżuri ta’ faċilitazzjoni għal negozji li mhumiex ta' l-UE għandhom jiġu riveduti mill-Kunsill qabel it-tmiem ta’ l-ewwel tliet snin ta’ l-operat u, fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni riveduta jew estiża kif meħtieġ. Fil-15 ta' Mejju 2006, il-Kummissjoni adottat ir-rapport meħtieġ lill-Kunsill kif ukoll proposta li testendi temporanjament il-validità tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE sal-31 ta' Diċembru 2008[1]. Ir-rapport jagħti f'ċertu dettall ir-raġunijiet għaliex dawn il-miżuri għandhom jibqgħu fis-seħħ, u jagħti ħarsa partikolari lejn il-mod sodisfaċenti li bih kisbu l-għan oriġinali tagħhom. Fid-dawl tal-ħruġ reċenti ta' dan ir-rapport, mhux meħtieġ li wieħed jirrepeti dawn l-argumenti fid-dettall hawnhekk. F'Ġunju 2006 madankollu, il-Kunsill iddeċieda dwar estensjoni li tibqa' għaddejja biss sa tmiem din is-sena. Fil-fehma tal-Kummissjoni, estensjoni fuq il-miżuri oriġinali kienet meħtieġa sabiex jiġi żgurat it-tħaddim tajjeb tas-suq intern u sabiex tiġi żgurata l-eliminatazzjoni kontinwa tat-tgħawwiġ. Li kellna nippermettu li l-miżuri ta' l-2002 jiskadu dan kien jirriżulta f'konsegwenzi li ħadd ma kien jixtieq. Fil-medda aktar fit-tul, l-adozzjoni mill-Kunsill tal-proposti mill-Kummissjoni dwar il-lok tal-provvista tas-servizzi (COM (2005) 334) u dwar is-simplifikazzjoni ta' l-obbligi tal-VAT (COM (2004) 728) se tinkludi l-ilħiq fit-tul tal-miri tad-Direttiva 2002/38/KE. Ir-rata kajmana tal-progress leġiżlattiv min-naħa ta’ l-Istati Membri fil-Kunsill madankollu fissret li dawn it-tibdiliet ma kinux se jkunu fis-seħħ fil-ħin qabel l-iskadenza tal-miżuri fl-2002. Tabilħaqq huwa improbabbli ħafna li se jkunu fis-seħħ sa tmiem l-2006. Għalhekk, il-Kummissjoni hi tal-fehma li estensjoni sa tmiem l-2008, kif propost oriġinarjament, għadha meħtieġa. Dan jagħti biżżejjed żmien għall-adozzjoni taż-żewġ proposti msemmija hawn fuq u għall-Istati Membri biex jiżguraw li t-tibdiliet infrastrutturali meħtieġa jkunu f’posthom. L-għan ta' din il-proposta jibqa' l-istess bħall-proposta għal estensjoni preċedenti. Id-Direttiva ta' l-2002 irrettifikat nuqqas ovvju f'waħda mid-dispożizzjonijiet bażiċi tal-liġi tal-VAT li kien f'kunflitt man-newtralità li hija ċentrali għall-VAT, u dan kien iħalli lin-negozju Ewropew fi żvantaġġ kompetittiv. Il-ġustifikazzjoni dettaljata għall-estensjoni tal-miżuri ta' l-2002 fil-forma attwali diġà hija ppreżentata fid-dettall fil-proposta u r-rapport ta' Mejju 2006 tibqa' valida u ma jitqiesx li huwa meħtieġ li wieħed jirrepetihom fid-dettall hawnhekk. Din il-proposta se tiżgura wkoll it-tħaddim kontinwu tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798 dwar l-operazzjonijiet tas-servizzi-e. |

Kuntest Ġenerali Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE kisbet l-għanijiet tagħha sabiex jinstab rimedju għall-iżvantaġġ kompetittiv li jiffaċċaw n-inegozji fl-UE u ħadd ma jixtieq jerġa' lura għall-qagħda ta' qabel ma daħlet fis-seħħ. Dan jikkonferma l-bażi għall-estensjoni tad-dispożizzjonijiet. |

Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Din hija estensjoni sempliċi tad-dispożizzjonijiet eżistenti fid-Direttiva 2002/38/KE sabiex jibqgħu fis-seħħ sa tmiem l-2008. Maż-żmien se jingħataw effett permanenti bl-adozzjoni taż-żewġ proposti diġà msemmija, COM (2004) 728 u COM (2005) 334. Primarjament minħabba l-ambitu usa' ħafna tagħhom, il-progress leġiżlattiv kien aktar kajman milli mistenni. Madankollu, probabbli li jiġu adottati fil-futur qrib imma mhux fil-ħin biex ikopru l-iskadenza tad-dispożizzjonijiet fid-Direttiva ta' l-2002 fi tmiem din is-sena. Għandna niftaktru li meħuda flimkien, dawn iż-żewġ miżuri proposti se jiżguraw it-tħaddim korrett fil-medda twila ta’ żmien ta’ l-applikazzjoni tal-VAT għal-e-servizzi b’konformità ma’ l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/38/KE. |

Il-Konsistenza ma’ l-istrateġiji politiċi oħrajn u ma’ l-għanijiet ta’ l-Unjoni Id-dispożizzjonijiet li dwarhom qed tiġi proposta l-estensjoni huma b’konformita sħiħa mal-politika stabbilita tal-VAT ta' l-UE kif stipulata fis-6 Direttiva tal-VAT. Id-Direttiva oriġinali ta’ l-2002 kienet ir-riżultat ta’ nuqqas fil-kopertura tas-6 Direttiva maħluq mill-bidla tekonoloġika u mill-bżonn li tiġi assigurata applikazzjoni konsistenti tat-taxxa. |

IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-EVALWAZZJONI TA' L-IMPATT |

Il-Konsultazzjoni tal-partijiet interessati |

Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi fil-mira ewlenin u l-profil ġenerali tar-rispondenti Il-Parteċipanti f’żewġ seminars fil-Programm Fiscalis li seħħew matul l-aħħar tliet snin biex jissorveljaw l-operat tad-Direttiva ta’ l-2002 kienu jinkludu rappreżentanti minn kull Stat Membru u rappreżentanti tal-maġġoranza ta’ l-operaturi involuti. |

Taqsira tat-tweġibiet u kif dawn ġew ikkunsidrati Minħabba n-natura sensittiva tar-relazzjoni bejn min iħallas it-taxxa u l-amministrazzjonijiet fiskali, mhuwiex xieraq li jiġu identifikati kontribuzzjonijiet individwali għal dan id-djalogu. Il-kwistjonijiet sinifikanti kollha li tqajmu madankollu ġew indirizzati fir-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u ma jitqiesx meħtieġ li jiġu ripetuti hawnhekk. |

Il-Ġbir u l-użu tal-parir espert |

Ma kien hemm l-ebda ħtieġa għall-parir espert estern. |

L-evalwazzjoni ta’ l-impatt L-unika possibilità oħra għall-Kummissjoni tkun dik li tħalli d-dispożizzjonijiet ta' l-2002 jiskadu. Ir-raġunijiet għaliex din mhix possibilità realistika huma stipulati fir-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill. |

L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Il-proposta se testendi l-perjodu ta’ applikazzjoni previst fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE u b’hekk tiżgura li l-miżuri adottati għat-tassazzjoni korretta ta’ ċerti servizzi pprovduti elettronikament u s-servizzi ta’ xandir tar-radju u t-televiżjoni jibqgħu f’posthom. |

Il-bażi legali L-Artikolu 93 tat-Trattat u d-Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE |

Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. |

Il-prinċipju ta’ proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġuni/ijiet li ġejjin. |

Il-proposta hija estensjoni sempliċi tal-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ miżura eżistenti fis-6 Direttiva tal-VAT. Ma hemm ebda alternattiva raġjonevoli. |

Il-miżuri adottati fl-2002 ħadmu b’mod sodisfaċenti kemm għall-Istati Membri kif ukoll għan-negozji kkonċernati. Ma hemm ebda possibilità alternattiva li jirnexxielha tikseb aħjar l-għanijiet tal-miżura oriġinali. |

L-għażla ta’ l-istrumenti |

Strumenti proposti: Direttiva. |

Mezzi oħrajn ma jkunux adattati għar-raġuni/ijiet li ġejjin. Din il-Proposta testendi l-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dispożizzjoni diġà adottata f’Direttiva. Ma hemm ebda mezz alternattiv biex jinkiseb dan l-għan. |

L-IMPLIKAZZJONI BAġITARJA |

Il-proposta ma għandha ebda implikazzjoni kwantifikabbli għall-baġit tal-Komunità. |

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |

Klawżola ta’ evalwazzjoni/reviżjoni/estinzjoni |

Peress li dawn il-miżuri biż-żmien se jiġu integrati f'leġiżlazzjoni oħra li bħalissa qed tiġi diskussa fil-Kunsill, m'hemm l-ebda ħtieġa għal klawsola ta' reviżjoni. |

Il-proposta tinkludi klawżola ta’ estinzjoni. |

Tabella ta’ korrelazzjoni L-Istati Membri huma meħtieġa jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva kif ukoll it-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. |

1. 2006/0245 (CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE rigward il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ l-arranġamenti tat-taxxa fuq il-valur miżjud għas-servizzi ta’ xandir tar-radju u t-televiżjoni u ċerti servizzi pprovduti elettronikament

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 93 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[3],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4],

Billi:

(1) Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE tas-7 ta' Mejju 2002 li temenda temporanjament id-Direttiva 77/388/KEE fir-rigward ta' l-arranġamenti fit-taxxa fuq il-valur miżjud applikabbli fuq is-servizzi tax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni u xi servizzi forniti b'mezzi elettroniċi ġew estiżi sal-31 ta' Diċembru 2006 bid-Direttiva 2006/58/KE tas-27 ta' Ġunju 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud applikabbli għas-servizzi tax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni u ċerti servizzi pprovduti elettronikament[5]

(2) Għadu ma kienx possibbli li jiġu adottati dispożizzjonijiet fil-post fir-rigward tal-provvista tas-servizzi u dwar mekkaniżmu elettroniku aktar ġenerali. Fid-dawl tal-fatt li s-sitwazzjoni ġuridika u l-fatti li ġġustifikaw l-estensjoni sal 31 ta' Diċembru 2006 ma nbidlux u sabiex jiġi evitat il-vojt temporanju fl-arranġamenti dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud għas-servizzi tax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni u ċerti servizzi pprovduti elettronikament, dawk l-arranġamenti għandhom jibqgħu fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 2008,

(3) Id-Direttiva 2002/38/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/38/KEE huwa mibdul b' li ġej:

'L-Artikolu 1 għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2008.'

Artikolu 2 Traspożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2006. Mingħajr dewmien l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, [...]

Ghall-Kunsill

Il-President

[…]

[1] COM(2006) 210 finali tal-15 ta' Mejju 2006.

[2] ĠU C [...], [...], p. [...].

[3] ĠU C [...], [...], p. [...].

[4] ĠU C [...], [...], p. [...].

[5] ĠU L 174, 28.6.2006, p5