41998D0019



Official Journal L 239 , 22/09/2000 P. 0199 - 0199


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv

tat-23 ta' Ġunju 1998

fuq permessi ta' residenza Monagaski

(SCH/Com-ex (98) 19)

IL-KUMITAT EŻEKUTTIV:

Billi l-moviment liberu bejn Franza u Monako kien istitwit qabel id-dħul fis-seħħ tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Ftehim ta' Schengen;

Billi l-Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Schengen ma qajmux l-ebda kwistjoni dwar dawn ir-regoli tal-libertà tal-moviment;

Billi abbażi tal-Ftehim tar-Relazzjoni tal-Bon Viċinat bejn Franza u l-Monako tat-18 ta'Mejju 1963, kif inhu revedut u supplimentat bi skambju ta' ittri bejn Franza u Monako tal-15 ta' Diċembru 1997, l-awtoritijiet Franċiżi applikaw ir-regoli u spezzjonijiet imwettqa fil-Konvenzjoni ta' l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Schengen meta kienu qed iwettqu spezzjonijiet fuq id-dħul, il-waqfien u l-istabbiliment ta' ċittadini barranin fil-Prinċipalità ta' Monako,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

- Permessi ta' residenza Monegaski għandhom ikunu inklużi fis-sezzjoni Franċiża ta' l-Anness IV tal-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni [1] mwarrba għall-awtoritajiet Franċiżi,

- Monako-Héliport u Monako Port de la Condamine għandhom jiżdiedu mal-punti li jaqsmu l-konfini esterni awtorizzati fl-Anness 1 għall-Manwali Komuni [2],

- Permessi ta' residenza Monegaski għandhom ikunu inklużi fis-sezzjoni ta' Franza tal-Anness XI tal-Manwali Komuni mwarrba għall-awtoritajiet Franċiża [3],

- li l-ħruġ jew it-tiġdid ta' permess tar-residenza Monegask m'għandhux jobbliga li xi Parti Kontraenti biex jirtira xi twissija għall-għanijiet ta' ċaħda tad-dħul mis-SIS.

Ostend, it-23 ta' Ġunju 1998.

Il-President

L. Tobback

[1] Ara dokument SCH/Com-ex(99)13.

[2] Dokument kunfidenzjali. Ara dokument SCH/Com-ex(99)13.

[3] Dokument kunfidenzjali. Ara dokument SCH/Com-ex(99)13.

--------------------------------------------------