13.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/3


FTEHIM

tat-12 ta’ Diċembru 2022

bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jemenda l-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja

(2023/C 12/02)

1.

Българска народна банка (Bulgarian National Bank)

1, Knyaz Alexander I Sq.

1000 София/Sofia

БЪЛГАРИЯ/BULGARIA

Česká národní banka

Na Příkopě 28

115 03 Praha 1

ČESKÁ REPUBLIKA

Danmarks Nationalbank

Havnegade 5

1093 København K

DANMARK

Hrvatska narodna banka

Trg hrvatskih velikana 3

HR-10002 Zagreb

HRVATSKA

Magyar Nemzeti Bank

Budapest

Krisztina körút 55

1013

MAGYARORSZÁG/L-UNGERIJA

Narodowy Bank Polski

ul. Świętokrzyska 11/21

00-919 Warszawa

POLSKA/IL-POLONJA

Banca Naţională a României

Strada Lipscani nr. 25, sector 3

030031 București

ROMÂNIA

Sveriges Riksbank

Brunkebergstorg 11

SE-103 37 Stokkolma

SVERIGE

u

(2)

il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

(minn hawn ’il quddiem il-“Partijiet”)

Billi:

1.

Il-Kunsill Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Ġunju 1997 (minn hawn ’il quddiem “ir-Riżoluzzjoni”) qabel li jistabbilixxi mekkaniżmu għal rata tal-kambju (minn hawn ’il quddiem “l-ERM II”) meta t-tielet stadju ta’ Unjoni Ekonomika u Monetarja beda fl-1 ta’ Jannar 1999.

2.

Skont it-termini tar-Riżoluzzjoni, l-ERM II huwa mfassal biex jgħin jiżgura li l-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li qed jipparteċipaw fl-ERM II jidderieġu l-politiki tagħhom lejn l-istabbiltà, jinkoraġġixxu l-konverġenza u b’hekk jgħin lill-Istati Membri barra ż-żona tal-euro fl-isforzi tagħhom biex jadottaw l-euro.

3.

Il-Kroazja, bħala Stat Membru b’deroga, ilha tipparteċipa fl-ERM II sa mill-2020. Hrvatska narodna banka huwa parti fil-ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra miż-żona tal-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (1), kif emendat bil-Ftehim tal-21 ta’ Diċembru 2006 (2), bil-Ftehim tal-14 ta’ Diċembru 2007 (3), bil-Ftehim tat-8 ta’ Diċembru 2008 (4), bil-Ftehim tat-13 ta’ Diċembru 2010 (5), bil-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 2013 (6), bil-Ftehim tas-6 ta’ Diċembru 2013 (7), bil-Ftehim tas-13 ta’ Novembru 2014 (8) u bil-Ftehim tat-22 ta’ Jannar 2020 (9) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II”).

4.

Bis-saħħa tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1211 tat-12 ta’ Lulju 2022 dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Kroazja fl-1 ta’ Jannar 2023 (10) id-deroga favur il-Kroazja msemmija fl-Artikolu 5 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2012 (11) hija rrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. L-euro ser tkun il-munita tal-Kroazja mill-1 ta’ Jannar 2023 u minn dik id-data Hrvatska narodna banka m’għandux jibqa’ parti fil-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II.

5.

Huwa għalhekk meħtieġ illi jiġi emendat il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II biex tiġi kkunsidrata r-revoka tad-deroga favur il-Kroazja,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Emenda tal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II minħabba r-revoka tad-deroga tal-Kroazja

Hrvatska narodna banka m’għandux ikompli jagħmel parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.

Artikolu 2

Sostituzzjoni tal-Anness II tal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II

L-Anness II tal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II huwa ssostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet finali

1.   Dan il-Ftehim jemenda l-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.

2.   Dan il-Ftehim għandu jitħejja bl-Ingliż u jkun debitament iffirmat mir-rappreżentanti awtorizzati tal-Partijiet. Il-BĊE, li għandu jżomm il-Ftehim oriġinali, għandu jibgħat kopja ċċertifikata tal-Ftehim oriġinali lil kull bank ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro kif ukoll lil dawk barra ż-żona tal-euro. Dan il-Ftehim għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 12 ta’ Diċembru 2022.

Għal

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

Għal

Česká národní banka

Għal

Danmarks Nationalbank

Għal

Hrvatska narodna banka

Għal

Magyar Nemzeti Bank

Għal

Narodowy Bank Polski

Għal

Banca Naţională a României

Għal

Sveriges Riksbank

Għal

Bank Ċentrali Ewropew


(1)  ĠU C 73, 25.3.2006, p. 21.

(2)  ĠU C 14, 20.1.2007, p. 6.

(3)  ĠU C 319, 29.12.2007, p. 7.

(4)  ĠU C 16, 22.1.2009, p. 10.

(5)  ĠU C 5, 8.1.2011, p. 3.

(6)  ĠU C 187, 29.6.2013, p. 1.

(7)  ĠU C 17, 21 ta’ Jannar 2014, p. 1.

(8)  ĠU C 64, 21.2.2015, p. 1.

(9)  ĠU C 32 I, 1.2.2020, p. 1.

(10)  ĠU L 187, 14.7.2022, p. 31.

(11)  ĠU L 112, 24.4.2012, p. 21.


ANNESS

LIMITI MASSIMI GĦALL-AĊĊESS GĦALL-FAĊILITÀ TA’ FINANZJAMENT GĦAL ŻMIEN QASIR ĦAFNA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 8, 10 U 11 TAL-FTEHIM TAL-BANK ĊENTRALI DWAR L-ERM II

b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023

(EUR mijuni)

Banek ċentrali partijiet għal dan il-Ftehim

Limiti massimi (1)

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

810

Česká národní banka

1 320

Danmarks Nationalbank

1 250

Magyar Nemzeti Bank

1 130

Narodowy Bank Polski

3 680

Banca Naţională a României

1 860

Sveriges Riksbank

1 950

Bank Ċentrali Ewropew

xejn


Banek ċentrali nazzjonali taż-żona euro

Limiti massimi

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

xejn

Deutsche Bundesbank

xejn

Eesti Pank

xejn

Central Bank of Ireland

xejn

Bank of Greece

xejn

Banco de España

xejn

Banque de France

xejn

Banca d’Italia

xejn

Central Bank of Cyprus

xejn

Hrvatska narodna banka

xejn

Latvijas Banka

xejn

Lietuvos bankas

xejn

Banque centrale du Lussemburgu

xejn

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta

xejn

De Nederlandsche Bank

xejn

Oesterreichische Nationalbank

xejn

Banco de Portugal

xejn

Banka Slovenije

xejn

Národná banka Slovenska

xejn

Suomen Pankki

xejn


(1)  L-ammonti indikati huma biss indikattivi għall-banek ċentrali li ma jipparteċipawx fl-ERM II.